<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0447/2017</Ref><Date>28.6.2017</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara l-Mistoqsija għal Tweġiba Orali <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2017-0319" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2017-0319">B8-0319/2017</ANCHOR></p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-bini ta' strateġija industrijali ambizzjuża tal-UE bħala prijorità strateġika għat-tkabbir, l-impjiegi u l-innovazzjoni fl-Ewropa</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2017/2732(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="183022">Lieve Wierinck</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4279"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">&lt;&lt;&lt;</p>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE605.569v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0447/2017</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-bini ta' strateġija industrijali ambizzjuża tal-UE bħala prijorità strateġika għat-tkabbir, l-impjiegi u l-innovazzjoni fl-Ewropa</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2017-2732" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2017-2732">2017/2732(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 173 (Titolu XVII) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jirrigwarda l-politika industrijali tal-UE u jirreferi, fost affarijiet oħra, għall-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ottubru 2012 intitolata "Industrija Ewropea aktar b'saħħitha għat-tkabbir u l-irkupru ekonomiku" (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2012-0582" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2012-0582">COM(2012)0582</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Jannar 2014 intitolata "Għal Rinaxximent Industrijali Ewropew" (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2014-0014" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2014-0014">COM(2014)0014</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2014 intitolata "Lejn ekonomija ta' suċċess immexxija mid-dejta" (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2014-0442" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2014-0442">COM(2014)0442</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ġunju 2017 dwar "Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża bil-għan li jappoġġja l-kompetittività u l-kapaċità innovattiva tal-industrija tad-difiża tal-UE" (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2017-0294" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2017-0294">COM(2017)0294</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2014 dwar ir-riindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa biex jiġu promossi l-kompetittività u s-sostenibbiltà<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 482, 23.12.2016, p. 89.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2016 intitolata "Lejn Att dwar is-Suq Uniku Diġital"<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0009" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0009/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2016)0009</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru 2015 intitolata "Kummerċ għal kulħadd – Lejn politika aktar responsabbli għall-kummerċ u l-investiment'' (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2015-0497" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2015-0497">COM(2015)0497</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2017 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2017-0240" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2017-0240/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2017)0240</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida Politiċi tal-President Juncker "Bidu Ġdid għall-Ewropa: Aġenda għall-Impjiegi, it-Tkabbir, il-Ġustizzja u t-Tibdil Demokratiku",</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2016, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Aġenda tal-Kompetittività Industrijali, dwar it-trasformazzjoni diġitali tal-industrija Ewropea u dwar il-Pakkett tat-"Teknoloġiji tas-Suq Uniku Diġitali u l-Modernizzazzjoni tas-Servizzi Pubbliċi",</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-29 ta' Mejju 2017 dwar strateġija ta' politika industrijali futura tal-UE,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar il-ħolqien ta' strateġija industrijali ambizzjuża tal-UE bħala prijorità strateġika għat-tkabbir, l-impjiegi u l-innovazzjoni fl-Ewropa (<ANCHOR href="#reds:iMaQp/O-8-2017-000047" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iMaQp/O-8-2017-000047">O-000047/2017</ANCHOR> – <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2017-0319" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2017-0319">B8-0319/2017</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-industrija hija settur strateġiku għall-Unjoni Ewropea hija u topera f'ambjent globali li jinvolvi sfidi teknoloġiċi, ambjentali u soċjetali; billi l-produzzjoni industrijali Ewropea kienet tikkorrispondi għal 36 % tal-produzzjoni dinjija fl-1990, iżda llum tirrappreżenta biss 24 %, u billi s-sehem perċentwali tagħha qed ikompli jiċkien<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Ċifri tal-Eurostat.</p>
</footnote>;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi jridu jsiru azzjonijiet u inċentivi konkreti biex nilħqu l-mira tal-UE li 20 % tal-PDG tal-Unjoni jkun ibbażat fuq l-industrija sal-2020<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ottubru 2012 "Industrija Ewropea aktar b'saħħitha għat-Tkabbir u l-Irkupru Ekonomiku: Aġġornament dwar il-Komunikazzjoni tal-Politika Industrijali" (COM/2012/0582)</p>
</footnote>;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi, għalkemm 75 % tal-valur tal-ekonomija diġitali ġej mill-industrija tradizzjonali, din tal-aħħar integrat it-teknoloġiji diġitali sa ċertu grad biss, hekk li biss 1,7 % tal-kumpaniji Ewropej jagħmlu użu sħiħ mit-teknoloġiji diġitali avvanzati u 14 % biss tal-SMEs jużaw l-internet bħala mezz ta' bejgħ; billi l-Ewropa jeħtiġilha tisfrutta l-potenzjal kbir tas-settur tal-ICT biex tiddiġitalizza l-industrija u żżomm il-kompetittività globali tagħha<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2015 "Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa" (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2015-0192" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2015-0192">COM(2015)0192</ANCHOR>).</p>
</footnote>;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi l-kompetittività u l-investiment fl-UE huma vitali għall-industrija tagħha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi d-diġitalizzazzjoni fil-manifattura industrijali se tibdel id-domanda fis-suq tax-xogħol fl-Ewropa; billi, sabiex jintlaqa' għal din il-bidla fid-domanda, il-ħiliet diġitali fis-soċjetà kollha jenħtieġ li jiżdiedu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-istrateġija ta' appoġġ għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija għandha timmobilizza EUR 50 biljun sal-2021 u billi hija essenzjali għall-kompetittività tal-ekonomija Ewropea;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jissottolinja l-ħtieġa ta' approċċ olistiku li jinkludi politiki u azzjonijiet konkreti biex jerġgħu jindustrijalizzaw l-UE, b'mod li jgħaqqad il-kompetittività u s-sostenibbiltà, il-ħolqien tal-impjiegi u l-inklussività, filwaqt li jqis it-trasformazzjoni tas-settur industrijali li toħroġ mid-diżordni diġitali u mid-dehra ta' mudelli ġodda tan-negozju;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jitlob li l-Kummissjoni tiżviluppa, flimkien mal-Istati Membri, strateġija tal-Unjoni għal politika industrijali koerenti u komprensiva maħsuba biex terġa' tindustrijalizza l-Ewropa, u bbażata, <span font-style="italic">inter alia</span>, fuq id-diġitalizzazzjoni (b'mod partikolari l-integrazzjoni ta' teknoloġiji intelliġenti u tar-robotika f'katini ta' valur industrijali), is-sostenibbiltà, l-effiċjenza enerġetika, riżorsi finanzjarji adegwati u riżorsi tal-enerġija rinnovabbli; jitlob li, għal dan il-għan, ikun hemm aktar konverġenza bejn l-Istati Membri; jemmen li l-qafas regolatorju Ewropew għandu jħalli lill-industriji jadattaw għall-bidliet ikkonċernati u jieħdu azzjoni minn qabel biex jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-impjiegi, għat-tkabbir u għall-konverġenza reġjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jilqa' l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-29 ta' Mejju 2017, b'mod partikolari t-talba tal-Kunsill li l-Kummissjoni Ewropea tfassal strateġija olistika tal-UE dwar il-politika industrijali għall-futur sa mhux aktar tard mir-rebbiegħa tal-2018;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jemmen li xi industriji Ewropej jistgħu jibbenefikaw milli jilħqu ċertu massa kritika biex jilqgħu għall-kompetizzjoni internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jenfasizza n-natura speċifika ta' ċerti setturi, li huma kkaratterizzati b'mod partikolari mill-manifattura ta' tagħmir b'sa 50 sena tul ta' ħajja, intensità kbira ta' kapital, dipendenza sinifikanti fuq l-akkwist pubbliku u obbligu ta' konformità ma' standards għoljin ħafna;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jenfasizza li huwa importanti li l-UE tappoġġja t-tqawwija kwalitattiva ta' prodotti Ewropej permezz ta' proċessi ta' industrijalizzazzjoni mill-ġdid, speċjalment permezz tar-riċerka, l-industrija 4.0 u d-diġitalizzazzjoni, bil-ħsieb li ttejjeb il-kompetittività fl-Ewropa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Ifakkar fil-ħtieġa li, fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss (QFP), jinżammu għas-settur tal-industrija mezzi finanzjarji suffiċjenti, b'mod partikolari permezz ta' strumenti u fondi speċifiċi bħalma huma l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, l-Orizzont 2020, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF), il-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS) u l-FP9;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jenfasizza l-importanza tad-diġitalizzazzjoni tal-industrija biex l-UE żżomm il-pożizzjoni tagħha bħala mexxejja industrijali globali; jitlob li l-Kummissjoni ssarraf konkretament l-ambizzjoni tagħha li tilħaq il-mira ta' 20 % tal-PDG għall-manifattura; jenfasizza, f'dan id-dawl, li d-diġitalizzazzjoni tal-industrija għandha potenzjal ta' rilokalizzazzjoni billi tnaqqas il-kostijiet tal-produzzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Ifakkar li qafas regolatorju abilitanti u l-bini ta' infrastruttura diġitali Ewropea mill-aktar avvanzata huma essenzjali biex jistimolaw id-diġitalizzazzjoni tal-industrija; jistenna li l-partijiet interessati rilevanti kollha jiġu mistiedna jieħdu rwol attiv;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Ifakkar fil-ħtieġa li r-riżorsi jintużaw b'mod aktar effiċjenti u responsabbli; jemmen li, b'dan il-għan u bħala mutur tal-innovazzjoni, il-kunċett tal-ekonomija ċirkolari għandu jiġi promoss f'kull parti tal-katina tal-valur, u li l-aqwa prattiki għandhom jixterdu u jiġu skambjati fost l-atturi kemm fis-settur privat kif ukoll fl-isfera pubblika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jitlob li l-Kummissjoni tiżgura li l-politiki industrijali jkunu konformi mal-prinċipju tal-innovazzjoni, u li l-effetti potenzjali fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni jkunu parti mill-valutazzjoni tal-impatt;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jissottolinja li l-isforzi biex tinbena strateġija industrijali ambizzjuża tal-UE għandhom ikunu konformi mal-għanijiet dwar l-enerġija u l-klima taħt il-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima ta' Diċembru 2015;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Jissottolinja li l-industrija marittima u t-tkabbir blu qed isiru dejjem aktar importanti, u li għandhom potenzjal li jsiru qasam ġdid ta' tkabbir fl-Ewropa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Ifakkar li attenzjoni speċjali għandha tingħata lill-SMEs, u lit-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn negozji stabbiliti, start-ups u scale-ups, għax dan jista' jikkontribwixxi biex jinħoloq mudell ta' negozju aktar sostenibbli u kompetittiv;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.  Jenfasizza li l-katini tal-valur industrijali qegħdin jinfirxu dejjem aktar madwar l-Ewropa, u li l-koordinament mill-UE għalhekk huwa ġustifikat u neċessarju; jitlob li l-Kummissjoni tiffaċilita l-arrikkiment reċiproku bejn l-inizjattivi nazzjonali differenti għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija, bħal Industrie 4.0 fil-Ġermanja, Industrie du Futur fi Franza, Smart Industry fin-Netherlands u ħafna oħrajn; jitlob li jsir skambju tal-aħjar prattiki f'dan ir-rigward;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.  Jenfasizza l-importanza ta' politika industrijali orjentata lejn il-futur madwar l-UE kollha, li permezz tagħha l-Kummissjoni tkun tista' tantiċipa aħjar l-iżviluppi soċjoekonomiċi u tiżgura l-kompetittività tan-netwerk industrijali, inkluż approċċ aktar settorjali; jenfasizza li huwa importanti li s-settur industrijali tal-UE jsir aktar attraenti biex jistimola l-investiment;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.  Jenfasizza li r-raggruppamenti tal-kompetittività u l-organizzazzjoni speċifika tagħhom huma soluzzjoni utli ħafna biex ilaqqgħu flimkien il-partijiet interessati rilevanti; jitlob li l-Kummissjoni tappoġġja dawn ir-raggruppamenti u l-kooperazzjoni tagħhom fil-livell Ewropew, billi tiżgura li SMEs, ċentri ta' riċerka u universitajiet ikunu involuti fil-livell reġjonali u f'dak lokali; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa pjattaformi ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti billi tħeġġeġ rabtiet intersettorjali u interdixxiplinari; jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni interreġjonali sabiex jiġu żviluppati opportunitajiet transnazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">18.  Ifakkar fil-ħtieġa ta' konsistenza fil-politiki kollha relatati mar-riċerka u l-innovazzjoni, mal-kummerċ internazzjonali, mal-ambjent u mal-impjiegi; jisħaq fuq l-importanza tal-Unjoni tal-Enerġija fl-iżvilupp tal-politika industrijali Ewropea;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">19.  Jenfasizza li attività ta' fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet (M&amp;A) u ta' investiment dirett barrani (IDB) minn pajjiżi terzi f'industriji tal-UE li għandhom importanza strateġika tista' tikkostitwixxi riskju strateġiku; huwa tal-fehma li l-interessi ta' investituri individwali mhux dejjem għandhom jirbħu fuq l-interess pubbliku tal-UE; jitlob li l-Kummissjoni tiżviluppa qafas bil-għan li tivvaluta l-attività ta' M&amp;A u IDB minn pajjiżi terzi kontra kunsiderazzjonijiet strateġiċi tal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">20.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' "Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża bil-għan li jappoġġja l-kompetittività u l-kapaċità innovattiva tal-industrija tad-difiża tal-UE" bi qbil mal-kooperazzjoni tad-difiża proposta mill-President Juncker; jappella għall-implimentazzjoni ta' politika tad-difiża Ewropea integrata u ġenwina, li l-isforzi tagħha fir-riċerka u l-iżvilupp jistgħu eventwalment iwasslu għal qawmien industrijali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">21.  Ifakkar li jeħtieġ li l-ħiliet tekniċi jiġu promossi fl-edukazzjoni permezz ta' sistemi ta' apprendistat imfassla tajjeb u li jkunu bbażati sew fuq it-tagħlim akkademiku u sew fuq it-taħriġ fil-postijiet tax-xogħol;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">22.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>