<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0499/2017</Ref><Date>6.9.2017</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara l-Mistoqsija għal Tweġiba Orali <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2017-0324" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2017-0324">B8&#8209;0324/2017</ANCHOR></p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-kaċċa għall-balieni fin-Norveġja</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2017/2712(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="40599">Sirpa Pietikäinen</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4269"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp PPE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124787">Renata Briano</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4280"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="117477">Mark Demesmaeker</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4271"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ECR</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96955">Catherine Bearder</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4279"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="125023">Anja Hazekamp</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4277"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="102931">Keith Taylor</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4281"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp Verts/ALE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124779">Eleonora Evi</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4276"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp EFDD</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE605.638v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0499/2017</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kaċċa għall-balieni fin-Norveġja</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2017-2712" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2017-2712">2017/2712(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-ftehim tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Kaċċa għall-Balieni (IWC) dwar limiti żero għall-qbid fuq il-kaċċa kummerċjali għall-balieni, li daħal fis-seħħ fl-1986 ("il-moratorju"),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2016-3 tal-IWC dwar iċ-ċetaċji u l-kontribut tagħhom għat-tħaddim tal-ekosistema,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2014-2 tal-IWC dwar iċ-ċetaċji li jpassu ħafna,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Miri tal-Bijodiversità ta' Aichi, miftiehma fil-qafas tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Diversità Bijoloġika,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 tal-4 ta' Mejju 2016<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> ĠU L 166, 19.6.2006, p. 1.</p>
</footnote> u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 791/2012 tat-23 ta' Awwissu 2012<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> ĠU L 242, 7.9.2012, p. 1.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012 tat-23 ta' Awwissu 2012 li jistipula regoli għat-tfassil ta' permessi, ċertifikati u dokumenti oħrajn ipprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> ĠU L 242, 7.9.2012, p. 13.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Settembru 2016 dwar l-objettivi strateġiċi tal-UE għas-17-il Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES)<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0356" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0356/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2016)0356</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Frar 2009 dwar l-azzjoni Komunitarja rigward il-kaċċa għall-balieni<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> ĠU C 76E, 25.3.2010, p. 46.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE kontra t-Traffikar ta' Organiżmi Selvaġġi tal-2016,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar il-kaċċa għall-balieni fin-Norveġja (<ANCHOR href="#reds:iMaQp/O-8-2017-000058" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iMaQp/O-8-2017-000058">O&#8209;000058/2017</ANCHOR> – <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2017-0324" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2017-0324">B8&#8209;0324/2017</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi fl-1982 il-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Kaċċa għall-Balieni (IWC) introduċiet moratorju fuq il-kaċċa kummerċjali kollha għall-balieni, li daħal fis-seħħ fl-1986 u li għadu fis-seħħ sal-lum, sabiex tipproteġi l-ispeċijiet u l-popolazzjonijiet mill-estinzjoni u tippermettilhom jirkupraw;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi n-Norveġja, minkejja din il-projbizzjoni internazzjonali, baqgħet għaddejja bl-attivitajiet tagħha ta' kaċċa għall-balieni, u fl-1993 reġgħet fetħet għalkollox il-kaċċa kummerċjali għall-balieni bit-tressiq ta' oġġezzjoni formali għall-moratorju u bir-reġistrazzjoni u ż-żamma ta' riżervi dwar il-klassifikazzjoni tas-CITES; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi n-Norveġja saret parti kontraenti tas-CITES fid-19 ta' Diċembru 1979, u b'hekk kienet wieħed mill-ewwel pajjiżi li qablu li jkunu marbutin b'din il-konvenzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi, skont xi mezzi tax-xandir, madwar 90 % tal-balieni maqtula min-Norveġja huma nisa, il-biċċa l-kbira minnhom waqt it-tqala, minħabba r-reattività inqas veloċi tagħhom; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi, minn meta daħal fis-seħħ il-moratorju fl-1986, in-Norveġja qatlet aktar minn 13 000 baliena<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> <a text-decoration="none" href="https://iwc.int/table_objection" shape="rect"><span text-decoration="underline">https://iwc.int/table_objection</span></a></p>
</footnote>;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-kaċċa għall-balieni tikkawża tbatija enormi lill-annimali individwali, u dan jhedded kemm l-istrutturi soċjali kumplessi ta' dawn il-mammiferi intelliġenti u kemm l-istatus ta' konservazzjoni tal-popolazzjonijiet tal-balieni b'mod ġenerali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-ispeċijiet kollha tal-balieni kbar huma elenkati fl-Anness A tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97, u dan jirrifletti l-fatt li huma mhedda bl-estinzjoni u li kwalunkwe livell ta' kummerċ jipperikola s-sopravivenza tal-ispeċijiet; billi l-Artikolu 8(1) ta' dak ir-regolament jipprojbixxi x-xiri, l-offerta għax-xiri, l-akkwist għal skopijiet kummerċjali, il-wiri fil-pubbliku għal skopijiet kummerċjali, l-użu għall-qligħ u l-bejgħ kummerċjali, iż-żamma għall-bejgħ, l-offerta għall-bejgħ jew it-trasport għall-bejgħ ta' eżemplari tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness A;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi hemm evidenza xjentifika dejjem akbar li tissuġġerixxi li l-balieni jsaħħu l-produttività tal-ekosistema u jistgħu jiżvolġu rwol fir-regolamentazzjoni tal-livelli atmosferiċi ta' CO<span vertical-align="sub">2</span>;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi n-Norveġja tistabbilixxi unilateralment il-limiti tal-qabdiet tagħha stess; billi għall-istaġun tal-kaċċa għall-balieni tal-2017, in-Norveġja żiedet il-kwota tal-balenottera żgħira għal 999 (minn 880 fl-2016);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi l-esportazzjoni tal-laħam tal-baliena min-naħa tan-Norveġja żdiedet f'daqqa f'dawn l-aħħar snin; billi parti mil-laħam esportat jgħaddi mill-portijiet tal-UE; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi nstab li, f'Ottubru 2016 biss, ġew esportati 2 948 kg ta' prodotti tal-laħam tal-baliena Norveġiżi, u li dawn għaddew minn, tal-inqas, tliet portijiet tal-UE<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> <a text-decoration="none" href="http://www.maritime-executive.com/article/norways-whaling-comes-under-fire" shape="rect"><span text-decoration="underline">http://www.maritime-executive.com/article/norways-whaling-comes-under-fire</span></a></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
</footnote>; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi t-tranżitu tal-laħam tal-baliena mill-portijiet tal-UE huwa awtorizzat, basta l-konsenji jkunu akkumpanjati minn dokumentazzjoni CITES valida f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 338/97;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.  billi l-objettiv primarju tas-CITES huwa l-protezzjoni tal-bijodiversità, u b'mod partikolari l-konservazzjoni tal-ispeċijiet; billi d-Direttiva tal-UE dwar il-Ħabitats, li tiddefinixxi l-pożizzjoni Komunitarja rigward il-balieni (u d-dniefel), ma tippermettix li l-kaċċa kummerċjali għall-balieni tkompli, u dan għall-ebda stokk ta' balieni fl-ibħra tal-UE; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.  billi n-Norveġja hija assoċjata mill-qrib mal-Unjoni u mal-politika tagħha permezz tas-sħubija tagħha fiż-Żona Ekonomika Ewropea; billi dan iggarantixxa li l-popli u l-gvernijiet tan-Norveġja u tal-UE jżommu rabtiet kulturali qawwijin, relazzjoni kummerċjali b'saħħitha u impenn lejn il-konservazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jistieden lin-Norveġja twaqqaf l-operazzjonijiet kollha ta' kaċċa kummerċjali għall-balieni u tirrispetta l-moratorju tal-IWC;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jistieden lin-Norveġja tirtira r-riżervi tagħha dwar il-klassifikazzjoni ta' speċijiet kbar ta' balieni fl-Appendiċi I tas-CITES u twaqqaf kull kummerċ ta' laħam u prodotti tal-baliena;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jiddispjaċih li n-Norveġja qed tissussidja l-industrija tal-balieni u tippromwovi l-konsum u l-użu ta' prodotti li jirriżultaw mill-kaċċa għall-balieni; iħeġġeġ lin-Norveġja twaqqaf dawn is-sussidji;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jappoġġja bil-qawwa t-tkomplija tal-moratorju globali fuq il-kaċċa kummerċjali għall-balieni u projbizzjoni fuq il-kummerċ internazzjonali tal-prodotti tal-baliena;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jinnota li l-Istati Membri ffirmaw il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE kontra t-Traffikar ta' Organiżmi Selvaġġi; ifakkar l-azzjoni 9 ta' dan il-pjan, li tistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżviluppaw strateġiji biex titjieb il-konformità mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE dwar l-organiżmi selvaġġi fil-livell nazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jiddispjaċih li waqt id-dibattitu li għamel il-Parlament fis-sessjoni plenarja tas-6 ta' Lulju 2017, il-Kummissjoni ma kinitx kapaċi jew lesta li tipprovdi statistika lill-Parlament dwar il-konsenji ta' laħam tal-baliena li għaddew mill-portijiet tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiġbor u tipprovdi l-istatistika meħtieġa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga l-possibbiltajiet kollha biex tiżgura li l-laħam tal-baliena ma jitħalliex jgħaddi aktar mill-portijiet tal-UE, anke billi tirrakkomanda projbizzjoni fuq tranżiti bħal dawn bħala miżura eċċezzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jiddispjaċih li s'issa n-Norveġja għadha ma reġgħetx lura mid-deċiżjoni tagħha, minkejja l-ħidma diplomatika li għaddejja – u dik tal-passat – kif ukoll il-protesti internazzjonali mifruxa; jistieden lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u lill-Kunsill jużaw il-kanali bilaterali u multilaterali biex iħeġġu lin-Norveġja twaqqaf il-kaċċa kummerċjali kollha għall-balieni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex, fil-laqgħat li jmiss tal-IWC-67, jieħdu approċċ komuni għall-kaċċa għall-balieni li jkun, tal-inqas, prekawzjonarju daqs il-pożizzjoni komuni attwali, u jimpenjaw ruħhom ma' pajjiżi terzi sabiex jinkiseb appoġġ maġġoritarju għall-ħolqien ta' santwarji tal-balieni; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern u l-Parlament tan-Norveġja.</p>
</Section></Motion>