Dokument ta' sessjoni

 

B8-0569/2017

20.10.2017

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

imressqa skont l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-kolza ġenetikament modifikata MON 88302 x Ms8 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8 × ACS-BNØØ3-6), MON 88302 x Ms8 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8) u MON 88302 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACS-BNØØ3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat

(D052753 – 2017/2907(RSP) )

 

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Membru responsabbli: Bart Staes

Guillaume Balas, Lynn Boylan, Eleonora Evi, Sirpa Pietikäinen, Valentinas Mazuronis

 

B8-0569/2017

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-kolza ġenetikament modifikata MON 88302 x Ms8 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8 × ACS-BNØØ3-6), MON 88302 x Ms8 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8) u MON 88302 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACS-BNØØ3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat

(D052753 – 2017/2907(RSP) )

 

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-kolza ġenetikament modifikata MON 88302 x Ms8 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8 × ACS-BNØØ3-6), MON 88302 x Ms8 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8) u MON 88302 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACS-BNØØ3-6), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (D052753),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament[1], u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-votazzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-14 ta' Settembru 2017, fejn ma ngħatat l-ebda opinjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni[2],

–  wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fl-1 ta' Marzu 2017, u ppubblikata fl-10 ta' April 2017[3],

–  wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni ( COM(2017)0085 , COD(2017)0035),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw l-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati[4],

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, fit-3 ta' Diċembru 2013, Monsanto Europe S.A. u Bayer Crop Science LP ressqu applikazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom, jikkonsistu minn, jew huma prodotti mill-kolza ġenetikament modifikata MON 88302 x Ms8 x Rf3 lill-awtorità nazzjonali kompetenti tan-Netherlands, skont l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003; billi dik l-applikazzjoni kienet tkopri wkoll it-tqegħid fis-suq tal-kolza ġenetikament modifikata MON 88302 x Ms8 x Rf3 fi prodotti li jikkonsistu minn jew li fihom il-kolza għal użi oħra għajr għall-ikel u għall-għalf bħal kull tip ta' kolza oħra, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni; billi l-applikazzjoni kopriet, għal dawk l-użi, is-sottokumbinazzjonijiet kollha tal-avvenimenti ta' modifikazzjoni ġenetika unika li jikkostitwixxu l-kolza MON 88302 x Ms8 x Rf3;

B.  billi fl-1 ta' Marzu 2017, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) adottat opinjoni favorevoli skont l-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, li ġiet ippubblikata fl-10 ta' April 2017;

C.  billi r-Regolament (UE) Nru 1829/2003 jgħid li ikel jew għalf ġenetikament modifikat ma għandux ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u jesiġi li l-Kummissjoni tikkunsidra kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħrajn li jkunu rilevanti għall-kwistjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata fl-abbozzar tad-deċiżjoni tagħha;

D.  billi l-kolza (OSR) bi tliet events ta' trasformazzjoni multipli ġiet prodotta b'inkroċjar konvenzjonali biex jiġu mħallta tliet avvenimenti OSR uniċi: MON 88302, li jesprimi l-proteina 5-enolpyruvylshikimate-3-phosphate synthase (CP4 EPSPS) għal tolleranza għall-erbiċidi li fihom il-glifosat, MS8, li jesprimi l-proteini Barnase u phosphinothricin acetyltransferase (PAT), u RF3, li jesprimi l-proteini Barstar u PAT, għat-tolleranza għal erbiċidi li fihom il-glufosinat-ammonju u biex tinkiseb l-eterożi (hybrid vigour);

E.  billi, matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur, l-Istati Membri ressqu ħafna kummenti kritiċi; billi l-aktar kummenti ġenerali kritiċi jinkludu l-osservazzjoni li d-data ppreżentata ma tappoġġax il-valutazzjoni komprensiva u robusta tal-interazzjonijiet potenzjali bejn l-events uniċi inkorporati fil-GM OSR MON 88302 x Ms8 x Rf3, li hija meħtieġa skont il-gwida tal-EFSA, li meta wieħed iqis is-serje u d-disinji ta' studji, m'hemm l-ebda evidenza finali possibbli b'referenza għal effetti riproduttivi jew tal-iżvilupp fuq perjodu twil ta' żmien (speċjalment fir-rigward ta' ikel), li l-informazzjoni (data u analiżi tad-data) ipprovduta dwar l-evalwazzjoni, il-kompożizzjoni u t-tossikoloġija fenotipika hija insuffiċjenti u li "għandhom isiru aktar studji biex tintwera s-sikurezza tal-OSR MON 88302 x Ms8 x Rf3"[5];

F.  billi oqsma speċifiċi ta' tħassib huma relatati man-nuqqas ta' studju ta' alimentazzjoni ta' 90 jum fuq il-firien, in-nuqqas ta' valutazzjoni tar-residwi tal-erbiċidi komplementari fuq l-ikel u l-għalf importat, il-konsegwenzi possibbli negattivi fuq is-saħħa ta' dan, u n-nuqqas ta' adegwatezza tal-pjan ta' monitoraġġ ambjentali;

G.  billi, abbażi tan-nuqqas ta' rapport ta' tossiċità sub-kroniku ta' 90 jum fuq il-firien, l-Aġenzija Franċiża għall-Ikel, l-Ambjent u s-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali debitament ċaħdet l-applikazzjoni biex l-OSR MON 88302 x Ms8 x Rf3 jitqiegħed fis-suq[6];

H.  billi studju indipendenti jikkonkludi li l-opinjoni tal-EFSA għandha tiġi miċħuda minħabba nuqqasijiet kbar u lakuni sostanzjali u, għaldaqstant, l-importazzjoni ta' żrieragħ vijabbli tal-event ta' trasformazzjoni multiplu MON 88302 x MS8 x RF3 fl-Unjoni m'għandhiex tkun awtorizzata[7];

I.  billi l-applikazzjoni tal-erbiċidi komplementari hija parti minn prattika agrikola regolari fil-kultivazzjoni ta' pjanti reżistenti għall-erbiċidi, u għalhekk jista' jkun mistenni li r-residwi mill-bexx dejjem se jkunu preżenti fil-ħsad u huma kostitwenti inevitabbli; billi ntwera li għelejjel ġenetikament modifikati tolleranti għall-erbiċidi jwasslu għal użu akbar ta' erbiċidi komplementari minn dawk tal-kontropartijiet konvenzjonali tagħhom[8];

J.  billi l-awtorizzazzjoni attwali tal-glifosat tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017 l-aktar tard; billi għad hemm dubji dwar il-karċinoġenità tal-glifosat; billi l-EFSA kkonkludiet f'Novembru 2015 li l-glifosat x'aktarx mhuwiex karċinoġeniku filwaqt li l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) ikkonkludiet f'Marzu 2017 li l-ebda klassifikazzjoni ma kienet ġustifikata; billi, għall-kuntrarju, fl-2015 l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer (IARC) tad-WHO kklassifikat il-glifosat bħala aktarx karċinoġenu għall-bnedmin;

K.  billi, skont il-bord dwar il-pestiċidi tal-EFSA, abbażi tad-data pprovduta s'issa, ma jistgħux jinġibdu konklużjonijiet dwar is-sikurezza ta' residwi mill-bexx ta' għelejjel ġenetikament modifikati b'formazzjonijiet ta' glifosat[9]; billi l-addittivi u t-taħlitiet tagħhom użati f'formulazzjonijiet kummerċjali tal-glisofat għall-bexx jistgħu juru tossiċità ogħla minn ingredjenti attivi waħedhom[10]; billi għadd ta' studji juru li l-formulazzjonijiet tal-glifosat jistgħu jaġixxu bħala sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali[11];

L.  billi l-fażola tas-sojja impurtata u ġenetikament modifikata (ĠM) tintuża ħafna għall-għalf tal-annimali fl-Unjoni; billi studju xjentifiku evalwat bejn il-pari sab korrelazzjoni possibbli bejn il-glifosat f'għalf mogħti lill-majjali nisa tqal u żieda fl-inċidenza ta' anomaliji konġenitali severi fil-qżieqeż żgħar tagħhom[12];

M.  billi l-glufosinat huwa klassifikat bħala tossiku għar-riproduzzjoni u għalhekk jaqa' taħt l-hekk imsejħa kriterji ta' limitu stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti[13]; billi l-approvazzjoni tal-glufosinat tiskadi fil-31 ta' Lulju 2018[14];

N.  billi awtorità kompetenti ta' Stat Membru enfasizzat l-inkonsistenza ta' awtorizzazzjoni għall-importazzjoni ta' din l-OSR ĠM tolleranti għall-glufosinat peress li huwa improbabbli li ser tiġġedded l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-glufosinat fl-Unjoni minħabba t-tossiċità tiegħu għar-riproduzzjoni[15];

O.  billi r-residwi mill-bexx tal-erbiċidi komplementari ma ġewx ivvalutati; billi, għalhekk, ma jistax jiġi konkluż li l-OSR ġenetikament modifikata u mbexxa bil-glifosat u l-glufosinat hija sikura għall-użu fl-ikel u fl-għalf;

P.  billi, barra minn hekk, awtoritajiet kompetenti ta' ħafna Stati Membri wrew tħassib dwar il-potenzjal ta' din l-OSR ĠM li tiġi stabbilita bħala parti mill-għelejjel mhux kultivati fl-Unjoni, partikolarment matul ir-rotot ta' trasport, u wrew kemm ikun insuffiċjenti pjan ta' sorveljanza f'dan ir-rigward;

Q.  billi Stat Membru wieħed ikkummenta li l-"glifosat huwa komunement użat biex ikun ikkontrollat il-ħaxix ħażin tul il-binarji ferrovjarji u mal-ġenb tat-toroq fl-Unjoni. It-tolleranza għolja ta' MON88302 x Ms8 x Rf3 għall-glifosat tista' twassal għal vantaġġ selettiv f'ċerti ċirkostanzi. L-effetti ta' dan il-vantaġġ selettiv fuq il-persistenza u l-invażività għandhom jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni tal-probabbiltà tal-linja biex issir permanenti fl-Ewropa, speċjalment meta wieħed iqis il-kapaċità tal-kolza biex tkampa fil-bank taż-żrieragħ";

R.  billi, skont studju Awstrijak tal-2011, "Diversi studji internazzjonali identifikaw tixrid involontarju taż-żerriegħa waqt it-trasport bħala komponent ewlieni għall-istabbiliment ta' popolazzjonijiet OSR mhux kultivati fil-ħabitats f'ġenb it-triq", li "hija problema magħrufa sew li popolazzjonijiet OSR huma mifruxa f'pajjiżi fejn l-OSR hija mkabbra, iżda anke f'pajjiżi fejn iż-żrieragħ OSR jiġu biss importati u sussegwentement ittrasportati lejn impjanti tal-ipproċessar taż-żejt" u li "barra minn hekk, l-importazzjoni ta' tipi differenti ta' linji ta' OSR tolleranti għall-erbiċidi (HT) tista' tirriżulta f'popolazzjonijiet mhux kultivati multireżistenti ("l-istivar tal-ġeni") li jikkawżaw jew jaggravaw problemi ta' trattament bl-erbiċida tal-ħabitats fil-ġenb tat-triq"[16];

S.  billi l-iżvilupp ta' għelejjel ĠM tolleranti għal diversi erbiċidi selettivi huwa prinċipalment dovut għall-evoluzzjoni mgħaġġla ta' ħaxix ħażin reżistenti għall-glifosat f'pajjiżi li kienu jiddependu ħafna fuq għelejjel ĠM; billi f'pubblikazzjonijiet xjentifiċi ġew dokumentati aktar minn 20 varjetà differenti ta' ħaxix ħażin reżistenti għall-glifosat[17]; billi tipi ta' ħaxix ħażin reżistenti għall-glufosinat ġew osservati sa mill-2009;

T.  billi l-votazzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, imsemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, fl-14 ta' Settembru 2017 ma rriżultat fl-ebda opinjoni; billi 14-il Stat Membru vvutaw kontra l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni, 9 Stati Membri biss – li jirrappreżentaw 36.48 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni – ivvutaw favur, u 5 Stati Membri astjenew;

U.  billi f'bosta okkażjonijiet il-Kummissjoni ddeplorat il-fatt li mindu daħal fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 hi adottat deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni mingħajr l-appoġġ tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u li r-ritorn tad-dossier lill-Kummissjoni għal deċiżjoni finali, li hija verament l-eċċezzjoni għall-proċedura kollha kemm hi, sar in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati; billi anke l-President Juncker iddeplora din il-prattika bħala waħda li mhijiex demokratika[18];

V.  billi, fit-28 ta' Ottubru 2015, il-Parlament ċaħad fl-ewwel qari l-proposta leġiżlattiva tat-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u talab lill-Kummissjoni tirtiraha u tressaq proposta ġdida;

W.  billi l-premessa 14 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tiddikjara li l-Kummissjoni għandha, kemm jista' jkun, timxi b'mod li tevita l-kunflitt ma' xi pożizzjoni predominanti li tista' tqum fil-kumitat ta' appell kontra l-idoneità ta' att ta' implimentazzjoni, speċjalment dwar kwistjonijiet sensittivi bħalma huma s-saħħa tal-konsumatur, is-sikurezza tal-ikel u l-ambjent;

X.  billi l-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 mhix biżżejjed biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' demokrazija fil-proċess ta' awtorizzazzjoni tal-OĠM;

Y.  billi l-leġittimità demokratika tista' tiġi żgurata biss billi jiġi previst, tal-inqas, li meta l-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali ma jagħti l-ebda opinjoni, il-proposta tal-Kummissjoni tiġi rtirata; billi din il-proċedura diġà teżisti għal xi kumitati permanenti oħrajn;

1.  Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (UE) Nru 1829/2003;

2.  Iqis li d-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhijiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi din mhijiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002[19], huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward ta' ikel u għalf ġenetikament modifikati, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benessri tal-annimali, l-ambjent u l-interessi tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tissospendi kwalunkwe deċiżjoni ta' implimentazzjoni rigward l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati sa ma l-proċedura ta' awtorizzazzjoni tkun ġiet riveduta b'tali mod li tindirizza n-nuqqasijiet tal-proċedura attwali, li wriet li mhix adegwata;

5.  Jistieden lil-leġiżlaturi responsabbli jkomplu b'urġenza l-ħidma fuq il-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 u jiżguraw li, fost l-oħrajn, jekk il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali ma jagħti l-ebda opinjoni fir-rigward ta' approvazzjonijiet ta' OĠM, sew għall-kultivazzjoni u sew għall-ikel u l-għalf, il-Kummissjoni tirtira l-proposta;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni biex ma tawtorizza ebda pjanta ġenetikament modifikata tolleranti għall-erbiċida (HT GMP) magħmula biex tkun reżistenti għal taħlita ta' erbiċidi, kif inhu l-każ tal-kolza MON 88302 x Ms8 x Rf3, mingħajr ma ssir valutazzjoni sħiħa tal-effetti kumulattivi speċifiċi ta' residwi minn bexx b'taħlita ta' erbiċidi komplementari u l-formulazzjonijiet kummerċjali tagħhom kif applikati fil-pajjiżi ta' kultivazzjoni;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni titlob testijiet ħafna aktar dettaljati dwar ir-riskji għas-saħħa b'rabta ma' events ta' trasformazzjoni multipli bħall-kolza MON 88302 x Ms8 x Rf3;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġiji għall-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa, it-tossikoloġija, u s-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq, li jkollhom fil-mira l-katina tal-ikel u tal-għalf kollha kemm hi;

9.   Jistieden lill-Kummissjoni tintegra bis-sħiħ il-valutazzjoni tar-riskji tal-applikazzjoni tal-erbiċidi komplementari u r-residwi tagħhom fil-valutazzjoni tar-riskji tal-HT GMP, irrispettivament minn jekk il-pjanta ġenetikament modifikata tkunx maħsuba għall-kultivazzjoni fl-Unjoni jew għall-importazzjoni għall-ikel u l-għalf;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

 

 

[1] ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
[2] ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
[3] https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/4767
[4] - Riżoluzzjoni tas-16 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq għall-kultivazzjoni, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' prodott tal-qamħirrum (Zea mays L., il-linja 1507) ġenetikament modifikat għar-reżistenza għal ċerti organiżmi ta' ħsara lepidopterani (ĠU C 482, 23.12.2016, p. 110).- Riżoluzzjoni tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 tal-4 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 jew li jikkonsistu jew li jkunu prodotti minnu (Testi adottati, P8_TA(2015)0456 .- Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, qamħirrum modifikat ġenetikament MON 87705 × MON 89788 (Testi adottati, P8_TA(2016)0040 .- Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87708 × MON 89788 (Testi adottati, P8_TA(2016)0039 .- Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mis-sojja ġenetikament modifikata FG72 (MST-FGØ72-2) (Testi adottati, P8_TA(2016)0038 .- Riżoluzzjoni tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn jew tlieta minn dawk l-eventi (Testi adottati, P8_TA(2016)0271 .- Riżoluzzjoni tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta' qronfla mmodifikata ġenetikament (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4) (Testi adottati, P8_TA(2016)0272 .- Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 ( P8_TA(2016)0388 ,- Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (Testi adottati, P8_TA(2016)0389 .- Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 (Testi adottati, P8_TA(2016)0386 .- Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (Testi adottati, P8_TA(2016)0387 .- Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat 281-24-236 × 3006-210-23 × MON 88913 (Testi adottati, P8_TA(2016)0390 .- Riżoluzzjoni tal-5 ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × 59122 × MIR604 × 1507 × GA21, u qamħirrun ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-events Bt11, 59122, MIR604, 1507 u GA21, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (Testi adottati, P8_TA (2017)0123).- Riżoluzzjoni tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-40278-9, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2017)0215 .- Riżoluzzjoni tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB119 (BCS-GHØØ5-8) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2017)0214 .- Riżoluzzjoni tat-13 ta' Settembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-68416-4, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2017)0341 .- Riżoluzzjoni tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata FG72 × A5547-127, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA (2017)0377).- Riżoluzzjoni tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-44406-6, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA (2017)0378).
[5] Anness G - Kummenti tal-Istati Membri u tweġibiet tal-Bord tal-OĠM http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2013-01002
[6] Idem.
[7] https://www.testbiotech.org/sites/default/files/TBT%20comment%20MON80332%20x%20MS8%20x%20RF3_v2.pdf
[8] https://link.springer.com/article/10.1007%2Fs00267-015-0589-7
[9] Konklużjoni tal-EFSA dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanza attiva glifosat bħala pestiċida. Ġurnal EFSA 2015, 13 (11):4302 http://onlinelibrary.wiley.com/doi/10.2903/j.efsa.2015.4302/epdf
[10] https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC3955666
[11] https://www.testbiotech.org/sites/default/files/TBT%20Background%20Soybean%20305423%20x%2040-3-2.pdf
[12] https://www.omicsonline.org/open-access/detection-of-glyphosate-in-malformed-piglets-2161-0525.1000230.php?aid=27562
[13] ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
[14] http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32015R0404&from=MT
[15] Anness G - Kummenti tal-Istati Membri u tweġibiet tal-Bord tal-OĠM http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2013-01002
[16] https://www.bmgf.gv.at/cms/home/ attachments/3/0 /9/CH1060/CMS1215778250501/osrimportban_gt73,ms8xrf3_2011_(nicht_zu_versenden_).pdf, p. 4.
[17] https://link.springer.com/chapter/10.1007/978-94-007-7796-5_12
[18] Pereżempju, fid-dikjarazzjoni inawgurali fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew inkluża fil-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss (Strasburgu, il-15 ta' Lulju 2014), jew fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2016 (Strasburgu, l-14 ta' Settembru 2016).
[19] ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.