<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0576/2017</Ref><Date>24.10.2017</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2017/2897(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124815">Arne Gericke</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4271"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ECR</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE611.512v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0576/2017</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2017-2897" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2017-2897">2017/2897(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid)<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta' Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi, li tiddefinixxi u tikkundanna l-fastidju u l-fastidju sesswali<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-isterjotipi negattivi fuq in-nisa għadhom mifruxa u jistgħu jwasslu għal fastidju u saħansitra vjolenza fiżika jew sesswali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-fastidju sesswali ma jaffettwax biss il-benesseri fiżiku u mentali tal-vittmi, iżda wkoll il-ħajja professjonali tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi mara minn kull għaxra kienet vittma ta' fastidju sesswali jew stalking bl-użu ta' teknoloġija ġdida, filwaqt li 75 % tan-nisa fi rwoli ogħla ta' teħid ta' deċiżjonijiet kienu soġġetti għal fastidju sesswali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jemmen bil-qawwa li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, li tikkostitwixxi wieħed mill-valuri fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandha tiġi rispettata, promossa u applikata bis-sħiħ fil-leġiżlazzjoni, fil-prattika u fil-ħajja ta' kuljum; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jemmen bis-sħiħ li l-isforzi magħmula fil-ġlieda kontra l-fastidju sesswali u l-vjolenza sesswali huma parti minn impenn lejn l-ugwaljanza bejn is-sessi; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-appoġġ għall-vittmi ta' fastidju sesswali fil-forom kollha tiegħu jibqa' prijorità għall-Istati Membri u l-istituzzjonijiet kollha tal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jemmen li azzjonijiet ewlenin fil-ġlieda kontra l-fastidju sesswali jinkludu l-indirizzar tal-kwistjonijiet tas-sottorappurtar u tal-istigma soċjali, l-istabbiliment ta' proċeduri ta' rendikont għall-imġiba fil-post tax-xogħol, l-involviment attiv tal-irġiel u tas-subien fil-prevenzjoni tal-vjolenza, u l-azzjoni kontra forom emerġenti ta' vjolenza, eż. fiċ-ċiberspazju;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Huwa tal-fehma li l-eliminazzjoni ta' fastidju sesswali teħtieġ aktar sforzi minn għadd ta' atturi, inklużi l-Istati Membri, biex jittejbu d-disponibbiltà, il-kwalità u l-affidabbiltà tad-data, titqajjem kuxjenza, jinbidlu l-attitudnijiet, jiġi evitat tali aġir, jiġi żgurat appoġġ u aċċess għall-ġustizzja aħjar għall-vittmi , u tiġi trasposta u implimentata b'mod sħiħ il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jiġbru u jipprovdu data ta' kwalità ħalli jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tal-ġlieda kontra l-fastidju sesswali; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw il-ġbir ta' data aqwa, eżawrjenti, komparabbli u speċifika dwar il-fastidju sesswali; jinkoraġġixxi kooperazzjoni mtejba mal-istituzzjonijiet rilevanti; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi bażi ta' data pubblika tal-leġiżlazzjoni u l-ġurisprudenza rilevanti li jikkonċernaw it-trattament ugwali bejn in-nisa u l-irġiel sabiex titqajjem kuxjenza dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali f'dan il-qasam;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jikkunsidraw jimmodifikaw id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tagħhom biex jiżguraw li l-impjegati li jiġu sfurzati jiffirmaw ftehimiet ta' non divulgazzjoni fl-ambitu ta' soluzzjoni ta' tilwim ma jkunux jistgħu jintrabtu, minn dan il-ftehim, li jastjenu milli jirrapportaw fastidju sesswali jew abbuż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  jappoġġa bil-qawwa l-vittmi kollha ta' fastidju u abbuż sesswali fl-istituzzjonijiet Ewropej fl-ambitu ta' proċeduri dixxiplinari u/jew ta' investigazzjonijiet mill-pulizija lokali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jitlob lill-Istati Membri jtejbu l-protezzjoni tal-impjegati mill-fastidju u l-abbuż sesswali billi jagħmlu ħilithom biex isibu bilanċ aħjar bejn l-ispetturi tax-xogħol irġiel u nisa, iħarrġu l-ispetturi sabiex ikunu viġilanti fl-identifikazzjoni ta' fastidju sesswali, u jistabbilixxu linja telefonika ta' assistenza li tkun operattiva 24 siegħa kuljum biex jirċievu rapporti ta' fastidju sesswali allegat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri. </p>
</Section></Motion>