<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0578/2017</Ref><Date>24.10.2017</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2017/2897(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="28298">Iratxe García Pérez</Author>, <Author id="124936">Maria Arena</Author>, <Author id="28292">Inés Ayala Sender</Author>, <Author id="96680">Zigmantas Balčytis</Author>, <Author id="125002">Hugues Bayet</Author>, <Author id="125044">José Blanco López</Author>, <Author id="96681">Vilija Blinkevičiūtė</Author>, <Author id="112748">Biljana Borzan</Author>, <Author id="96603">Nessa Childers</Author>, <Author id="95281">Viorica Dăncilă</Author>, <Author id="124803">Isabella De Monte</Author>, <Author id="96911">Tanja Fajon</Author>, <Author id="23868">Monika Beňová</Author>, <Author id="96840">Knut Fleckenstein</Author>, <Author id="125018">Eugen Freund</Author>, <Author id="96991">Eider Gardiazabal Rubial</Author>, <Author id="124817">Enrico Gasbarra</Author>, <Author id="4533">Neena Gill</Author>, <Author id="28306">Ana Gomes</Author>, <Author id="133316">Karoline Graswander-Hainz</Author>, <Author id="28131">Anna Hedh</Author>, <Author id="96684">Liisa Jaakonsaari</Author>, <Author id="97014">Karin Kadenbach</Author>, <Author id="124801">Cécile Kashetu Kyenge</Author>, <Author id="96812">Juan Fernando López Aguilar</Author>, <Author id="96673">Olle Ludvigsson</Author>, <Author id="124947">Edouard Martin</Author>, <Author id="124691">Costas Mavrides</Author>, <Author id="118858">Marlene Mizzi</Author>, <Author id="124944">Clare Moody</Author>, <Author id="111024">Jens Nilsson</Author>, <Author id="124836">Maria Noichl</Author>, <Author id="28365">Pier Antonio Panzeri</Author>, <Author id="124849">Massimo Paolucci</Author>, <Author id="124846">Pina Picierno</Author>, <Author id="112744">Tonino Picula</Author>, <Author id="37229">Kati Piri</Author>, <Author id="124997">Soraya Post</Author>, <Author id="96998">Evelyn Regner</Author>, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, <Author id="125099">Liliana Rodrigues</Author>, <Author id="124737">Maria João Rodrigues</Author>, <Author id="125043">Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández</Author>, <Author id="124703">Tibor Szanyi</Author>, <Author id="96672">Marita Ulvskog</Author>, <Author id="4334">Elena Valenciano</Author>, <Author id="111014">Josef Weidenholzer</Author>, <Author id="124826">Martina Werner</Author>, <Author id="124800">Flavio Zanonato</Author>, <Author id="124739">Carlos Zorrinho</Author>, <Author id="2309">Richard Corbett</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4280"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE611.514v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0578/2017</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2017-2897" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2017-2897">2017/2897(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika, li nfetħet għall-iffirmar f'Istanbul fil-11 ta' Mejju 2011 (minn hawn 'il quddiem "Il-Konvenzjoni ta' Istanbul"),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u, b'mod partikolari l-Artikoli 8, 19, 157, 216 u 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a) tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikoli 21, 23, 24, 25 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Beijing u l-Pjattaforma ta' Azzjoni adottata mir-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa fil-15 ta' Settembru 1995, u d-dokumenti ta' eżitu sussegwenti adottati fis-sessjonijiet speċjali tan-NU Beijing +5 (2000), Beijing +10 (2005), Beijing +15 (2010) u Beijing +20 (2015),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Settembru 2001 dwar il-fastidju fuq il-post tax-xogħol (<ANCHOR href="#reds:DirContProc/INI-2001-2339" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/INI-2001-2339">2001/2339(INI)</ANCHOR>)<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 77 E, 28.3.2002, p. 138.</p>
</footnote>, tas-26 ta' Novembru 2009 dwar l-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 285 E, 21.10.2010, p. 53.</p>
</footnote>, tal-5 ta' April 2011 dwar il-prijoritajiet u l-punti ewlenin ta' qafas ta' politika ġdid tal-UE għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 296 E, 2.10.2012, p. 26.</p>
</footnote>, tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar ir-rieżami ta' nofs il-perjodu tal-istrateġija Ewropea 2007-2012 dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 168E, 14.6.2013, p. 102.</p>
</footnote>; tal-25 ta' Frar 2014 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra l-Vjolenza Fuq in-Nisa<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 285, 29.8.2017, p. 2.</p>
</footnote> li huma akkumpanjati mill-Valutazzjoni tal-Valur Miżjud Ewropew ta' Novembru 2013, tal-24 ta' Novembru 2016 dwar l-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni ta' Istanbul dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0451" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0451/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2016)0451</ANCHOR>.</p>
</footnote>, u tat-12 ta' Settembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, mill-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2017-0329" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2017-0329/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2017)0329</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-3 ta' Diċembru 2015 bit-titolu "Strategic engagement for gender equality 2016-2019" ("Impenn strateġiku għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2016-2019") (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/SWD-2015-0278" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/SWD-2015-0278">SWD(2015)0278</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-Triju ta' Presidenzi tal-UE tad-19 ta' Lulju 2017 mill-Estonja, il-Bulgarija u l-Awstrija dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/29/UE tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/99/UE tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-ordni Ewropea ta' protezzjoni<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 338, 21.12.2011, p. 2.</p>
</footnote> u r-Regolament (UE) Nru 606/2013 tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 181, 29.6.2013, p. 4.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.</p>
</footnote> u d-Direttiva 2004/113/KE li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37.</p>
</footnote>, li jiddefinixxu u jikkundannaw il-fastidju u l-fastidju sesswali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta' Marzu 2017 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea fl-2014-2015<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2017-0073" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2017-0073/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2017)0073</ANCHOR>.</p>
</footnote>, u tal-10 ta' Marzu 2015 dwar il-progress fuq l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea fl-2013<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 316, 30.8.2016, p. 2.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra 'l-Gender Equality Index Report' ippubblikat 'mill-European Institute for Gender Equality' f'Ottubru 2017,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2016 dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-ħidma tal-Parlament Ewropew<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0072" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0072/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2016)0072</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' April 2006 dwar il-politika tal-Kummissjoni Ewropea fil-qasam tal-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u tal-ġlieda kontra l-fastidju psikoloġiku u l-fastidju sesswali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-gwida għall-Membri tal-Parlament Ewropew bit-titolu "Il-prevenzjoni tal-intimidazzjoni fuq il-post tax-xogħol", ippubblikata f'Settembru 2017, u l-pjan ta' azzjoni tal-amministrazzjoni tal-Parlament dwar din il-kwistjoni kruċjali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-ugwaljanza bejn is-sessi hija valur fundamentali tal-UE; billi d-dritt għat-trattament ugwali u n-nondiskriminazzjoni huwa dritt fundamentali stabbilit fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u jenħtieġ li jiġi rrispettat, promoss u applikat fil-leġiżlazzjoni, fil-prattika, fis-sentenzi ġuridiċi u fil-ħajja ta' kuljum; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi, skont l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-2017, l-Istati Membri kollha għadhom lura milli jiksbu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, u l-progress miexi bilmod; billi l-vjolenza sessista hija kemm kawża kif ukoll konsegwenza tal-inugwaljanzi bejn in-nisa u l-irġiel;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi "fastidju sesswali" ifisser kondotta relatata mas-sess li mhijiex mixtieqa mill-persuna li lejha hija indirizzata u li għandha l-għan jew l-effett li toffendi dik il-persuna jew li toħloq ambjent intimidanti, ostili, jew offensiv jew disturbanti; billi l-fastidju sesswali għandu jiġi ttrattat bħala diskriminazzjoni abbażi tas-sess. billi l-fastidju sesswali jista' jiġi espress permezz ta' att wieħed jew b'imġiba persistenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi l-vjolenza u l-fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol huma kwistjonijiet ta' saħħa u sikurezza u għandhom jiġu indirizzati minnufih u impediti bħala tali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi r-rapport tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali ta' Marzu 2014 bit-titolu "Violence against women: an EU-wide survey" (Il-vjolenza fuq in-nisa: stħarriġ fl-UE kollha) juri li mara minn kull għaxra ġiet soġġetta għal fastidju sesswali jew stalking bl-użu ta' teknoloġija ġdida, filwaqt li 75 % tan-nisa fi rwoli ta' teħid ta' deċiżjonijiet b'responsabilità ogħla kellhom iġarrbu fastidju sesswali; billi dan juri li l-ebda mara jew tifla, irrispettivament mill-età u l-pożizzjoni fil-ħajja, mhi sikura minn vjolenza sessista;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-vjolenza fuq in-nisa hija marbuta mad-distribuzzjoni mhux ugwali tal-poter bejn in-nisa u l-irġiel, mas-sessiżmu u l-istereotipi tas-sessi, li wasslu biex l-irġiel jiddominaw fuq in-nisa u jiddiskriminaw kontrihom, u mal-prevenzjoni tal-avvanz sħiħ tan-nisa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-vjolenza fuq in-nisa, inkluż il-fastidju sesswali u l-abbuż sesswali, hija tollerata wisq faċilment; billi, fil-fatt, hija tikkostitwixxi ksur sistemiku tad-drittijiet fundamentali u delitt serju li jrid jiġi kkastigat bħal tali; billi l-impunità trid tintemm sabiex jiġi żgurat li l-awturi jiġu soġġetti għal proċedura kriminali u n-nisa u l-bniet li ħelsuha minn vjolenza jingħataw l-appoġġ u r-rikonoxximent xieraq mis-sistema ġudizzjarja bil-għan li jinkiser iċ-ċiklu vizzjuż tas-silenzju u s-solitudni għal dawk li kienu vittmi ta' vjolenza;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi t-trasgressuri ta' vjolenza sessista spiss ikunu persuni li l-vittma diġà tafhom u f'ħafna każijiet il-vittma tkun f'pożizzjoni ta' dipendenza, fattur li jżid il-biża' tal-vittma li tirrapporta l-vjolenza;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi, l-istereotipi tas-sessi u s-sessiżmu, inkluż diskors ta' mibegħda sessist, li jseħħu fid-dinja kollha, offline, online u fil-ħajja pubblika u privata, jikkostitwixxu kawża ewlenija tal-forom kollha ta' vjolenza fuq in-nisa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi l-esponiment għal vjolenza u abbuż fiżiċi, sesswali jew psikoloġiċi jħalli impatt qawwi fuq il-vittmi, li jista' jirriżulta fi ħsara fiżika, sesswali, emozzjonali jew psikoloġika jew danni ekonomiċi; billi dan l-impatt jinħass ukoll minn familji u l-qraba u mis-soċjetà kollha kemm hi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi l-Istati Membri kollha ffirmaw il-Konvenzjoni ta' Istanbul, iżda sa issa 15 minnhom biss irratifikawha; billi l-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni ma teżonerax lill-Istati Membri mir-ratifika fil-livell nazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi l-Artikolu 40 tal-Konvenzjoni ta' Istanbul jistipula li "Il-Partijiet għandhom jieħdu l-miżuri leġiżlattivi meħtieġa jew miżuri oħra biex ikun żgurat li kull forma ta' mġiba verbali, mhux verbali jew fiżika mhux mixtieqa ta' natura sesswali, bil-għan jew bl-effett li tmur kontra d-dinjità ta' persuna, b'mod partikolari meta jinħoloq ambjent intimidanti, ostili, degradanti, umiljanti jew offensiv, tkun soġġetta għal sanzjonijiet kriminali jew oħrajn legali"; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.  billi l-vjolenza u l-fastidju sesswali fi spazji pubbliċi huma mifruxa fl-Unjoni Ewropea;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.  billi l-vjolenza u l-fastidju fil-ħajja politika jolqtu lin-nisa b'mod sproporzjonat minħabba l-ġeneru tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">O.  billi dan it-tip ta' vjolenza jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, inkluż l-obbligu li jiġi żgurat li n-nisa jkunu jistgħu jipparteċipaw liberament fir-rappreżentanza politika; billi dawn il-libertajiet huma minquxa fil-ftehimiet internazzjonali, bħalma huma l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW), il-Pjattaforma għal Azzjoni ta' Beijing u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs); </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">P.  billi stħarriġ mill-Unjoni Interparlamentari (IPU) ikkonkluda li, fost in-nisa li jipparteċipaw fil-ħajja politika fid-dinja kollha, inklużi dawk fi 15-il pajjiż Ewropew, 81.8 % ta' dawk li wieġbu fil-pajjiżi u r-reġjuni kollha esperjenzaw vjolenza psikoloġika, u 65.5 % kienu soġġetti bosta drabi, jew ta' spiss, għal rimarki sessisti umiljanti tul il-mandat parlamentari tagħhom; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">Q.  billi taħriġ għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri għall-Membri tal-PE u għall-persunal tal-Parlament, partikolarment dawk f'pożizzjonijiet ta' maniġment, huwa importanti għall-promozzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fl-oqsma ta' politiki u l-istadji kollha; billi mhux qed jiġu allokati biżżejjed fondi u riżorsi umani biex jiġi żgurat progress reali f'dak li jikkonċerna l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fl-attivitajiet tal-Parlament;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">R.  billi l-fastidju sesswali huwa definit fl-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">S.  billi, fis-26 ta' April 2006, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni dwar il-politika tal-Kummissjoni fil-qasam tal-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u tal-ġlieda kontra l-fastidju psikoloġiku u l-fastidju sesswali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">T.  billi l-biċċa l-kbira tal-parlamenti nazzjonali fl-UE m'għandhomx miżuri attivi biex jiġġieldu l-fastidju sesswali u l-abbuż sesswali fuq il-post tax-xogħol; billi l-Parlament waqqaf Kumitat Konsultattiv speċifiku biex jittratta l-ilmenti dwar fastidju bejn l-assistenti parlamentari akkreditati (APAs) u l-Membri, filwaqt li Kumitat Konsultattiv dwar il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu fuq il-post tax-xogħol qed jittratta proċeduri formali oħra relatati ma' membri tal-persunal tal-amministrazzjoni u l-gruppi politiċi tal-Parlament;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Tolleranza żero għall-fastidju sesswali u l-abbuż sesswali fl-UE</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jikkundanna l-forom kollha ta' vjolenza fuq in-nisa, u jiddeplora l-fatt li n-nisa u l-bniet spiss jiġu esposti għal fastidju sesswali u abbuż sesswali, li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dinjità tagħhom; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Ifakkar li l-fastidju sesswali jista' jieħu forom differenti (fiżiku, verbali, bil-kitba jew mod ieħor) u jinvolvi persuni tas-sess oppost jew tal-istess sess; billi firxa ta' tipi differenti ta' mġiba tista' titqies bħala fastidju sesswali, pereżempju: wegħdiet ta' xi tip ta' kumpens (avvanz fil-karriera, eċċ.) minflok favuri sesswali, jew theddid ta' ritaljazzjoni jekk tali talbiet jiġu respinti; tennija ta' kummenti vulgari jew suġġestivi, jew innuendo sesswali; l-użu ta' lingwaġġ jew ġesti espliċiti u oxxeni; kumplimenti ripetuti u esaġerati dwar id-dehra ta' kollega; kuntatt fiżiku, tħakkik ma' xi ħadd, qris, jew bews deliberat mhux mixtieq; atti ta' voyeurism jew esibizzjoniżmu; l-użu ta' materjal pornografiku; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jistieden lill-Istati Membri jikkriminalizzaw il-fastidju sesswali u l-abbuż sesswali fil-forom kollha tagħhom, u jimpenjaw ruħhom bis-sħiħ biex jiżguraw li dawn jiġu eliminati b'mod effikaċi; huwa tal-fehma li biex jinkiseb dan jeħtieġ, fost l-oħrajn: li ssir kriminalizzazzjoni tal-fastidju sesswali fil-postijiet pubbliċi, il-ħajja politika u fuq il-post tax-xogħol; li jsiru kampanji ta' sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet tal-vittmi ta' fastidju sesswali u bullying; li jingħata taħriġ lill-pulizija u l-membri tas-sistema tal-ġustizzja kriminali dwar id-drittijiet tal-vittmi u li jiġi infurzat protokoll strett għall-appoġġ tal-vittmi u ssir investigazzjoni ta' każijiet ta' fastidju sesswali u bullying; li jiġi pprovdut parir legali u appoġġ mingħajr ħlas lill-vittmi li jressqu l-każijiet quddiem il-qorti; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri ċari biex jiġi miġġieled il-fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol b'mod aktar effikaċi; jiddispjaċih mill-fatt li minkejja d-dritt tal-UE dwar il-protezzjoni tal-individwi mid-diskriminazzjoni fil-qasam tal-impjieg, 30 % tal-persuni transġeneru li jfittxu impjieg esperjenzaw diskriminazzjoni huma u jfittxu xogħol u n-nisa transġeneru x'aktarx kienu dawk li l-aktar ħassewhom iddiskriminati fis-sena ta' qabel l-istħarriġ dwar l-LGBT tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; jirrimarka li dan huwa ksur tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovu b'mod attiv bidla fl-attitudnijiet u fl-imġiba u li jiġġieldu s-sessiżmu u r-rwoli sterjotipati tal-ġeneru, inkluż billi jippromwovi lingwa newtrali għall-ġeneru, jagħmlu sforzi konġunti biex jiġi indirizzat ir-rwol ewlieni tal-mezzi tax-xandir u r-reklamar f'dan il-qasam, u li jinkoraġġixxu lil kulħadd, inklużi l-irġiel u s-subien, jassumu rwol attiv fil-prevenzjoni ta' kull forma ta' vjolenza; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li fis-sistemi edukattivi tagħhom ikun hemm, b'mod obbligatorju, sensibilizzazzjoni dwar il-kunsens sesswali u l-fastidju sesswali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti bidu u tinvesti fi djalogu mal-mezzi tax-xandir dwar ir-responsabilità tagħhom li jipprovdu informazzjoni oġġettiva dwar il-vjolenza u l-fastidju sesswali fi spazji pubbliċi, fuq il-post tax-xogħol u bnadi oħra, u biex jiġu mħeġġa jagħtu prominenza lill-kampanji ta' sensibilizzazzjoni u lill-ħidma tas-soċjetà ċivili fil-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jilqa' l-iffirmar tal-Konvenzjoni ta' Istanbul fit-13 ta' Ġunju 2017; iħeġġeġ lill-Istati Membri jaċċeleraw in-negozjati dwar ir-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Istanbul; iħeġġeġ lill-Presidenza Estonjana taċċelera r-ratifika tal-UE tal-Konvenzjoni ta' Istanbul;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jistieden lill-Istati Membri jinfurzaw id-direttivi eżistenti tal-UE dwar din il-kwistjoni, b'mod partikolari d-Direttiva 2006/54/KE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol u d-Direttiva 2004/113/KE li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi, li jiddefinixxu u jikkundannaw il-fastidju u l-fastidju sesswali, u jistedinhom ukoll jallokaw riżorsi finanzjarji u umani adegwati bil-għan li jipprevjenu u jiġġieldu kontra l-vjolenza, il-fastidju sesswali u l-abbuż sesswali, jagħtu s-setgħa lin-nisa u lill-bniet, jipproteġu lill-vittmi u jħarsu d-dritt tal-vittmi għal kumpens;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ id-Direttiva 2011/99/UE dwar l-ordni Ewropea ta' protezzjoni, ir-Regolament (UE) Nru 606/2013 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili u d-Direttiva 2012/29/EU dwar il-protezzjoni tal-vittmi; jistieden lill-Kummissjoni tippubblika r-rapport ta' implimentazzjoni tagħha, li kien mistenni għall-1 ta' Jannar 2016; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jistieden lill-Kummissjoni tissottometti att legali li jappoġġa lill-Istati Membri fil-prevenzjoni u t-trażżin tal-forom kollha ta' vjolenza fuq in-nisa u l-bniet u tal-vjolenza sessista;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jistieden lill-Kunsill jattiva l-klawsola "passerelle" billi jadotta deċiżjoni unanima li tidentifika l-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet (u forom oħrajn ta' vjolenza sessista) bħala qasam ta' kriminalità skont l-Artikolu 83(1) tat-TFUE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi d-deċiżjoni Qafas tal-UE attwalment fis-seħħ dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali, bil-għan li jiġu inklużi s-sessiżmu, l-atti kriminali ta' preġudizzju u l-inċitament għall-mibegħda abbażi tal-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru u l-karatteristiċi sesswali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Jitlob lill-Kummissjoni ttejjeb il-ġbir ta' data diseggregata komparabbli dwar il-vjolenza sessista fil-livell tal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Fastidju sesswali fil-parlamenti tal-UE, inkluż il-Parlament Ewropew</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.  Jistieden lill-Istati Membri jeżaminaw is-sitwazzjoni tal-fastidju u l-abbuż sesswali, biex jieħdu miżuri attivi ħalli jiġġielduhom fil-parlamenti nazzjonali tagħhom, u jimplimentaw u jinfurzaw b'mod adegwat politika ta' rispett u dinjità fuq il-post tax-xogħol għall-membri eletti u l-persunal; jitlob li l-implimentazzjoni ta' tali politika tiġi mmonitorjata;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.  Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu appoġġ u protezzjoni għall-membri parlamentari li jkollhom kuntatt mal-pubbliku, b'mod partikolari dawk li qed jesperjenzaw abbuż sesswali u theddid ta' vjolenza sessista, anki online; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.  Jitlob li jiġu organizzati skambji tal-aħjar prattika fil-livelli kollha ma' istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet oħra bħall-UN Women, il-Kunsill tal-Ewropa, l-istituzzjonijiet tal-UE u l-partijiet ikkonċernati involuti fil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">18.  Jissottolinja l-ħtieġa li jkun hemm djalogu miftuħ u kontinwu mal-parlamenti nazzjonali, bil-għan li jiġi promoss approċċ komuni u jiġu żviluppati ulterjorment l-aħjar prattiki biex isir progress fl-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-ġlieda kontra l-fastidju sesswali fil-parlamenti; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">19.  Jitlob li jitlaqqa' kumitat ta' esperti indipendenti b'mandat li jeżamina s-sitwazzjoni tal-fastidju u l-abbuż sesswali fil-Parlament Ewropew; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">20.  Jiddeċiedi li jirrevedi u jsaħħaħ il-funzjonament tal-Kumitat Konsultattiv li jittratta l-ilmenti ta' fastidju bejn l-assistenti parlamentari akkreditati u l-Membri tal-Parlament; jitlob li l-Kumitat Konsultattiv dwar il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu jissaħħaħ bil-ħsieb li jiġu kkonsolidati l-miżuri pożittivi tiegħu u jiġu evitati l-kunflitti ta' interess rigward il-membri ta' dawk il-kumitati importanti, u li jiġi stabbilit kumitat iddedikat speċjali dwar il-fastidju sesswali, li jinkludi konsulent legali u rappreżentanti tal-persunal mediku, bil-għan li jinvestiga każijiet formali, jinżamm reġistru kunfidenzjali tal-każijiet matul iż-żmien u jiġi adottat l-aħjar mod biex tiġi żgurata tolleranza żero fil-livelli kollha tal-istituzzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">21.  Jiddeċiedi li jappoġġa bis-sħiħ lill-vittmi li jressqu l-każijiet fi ħdan il-Parlament Ewropew u/jew mal-pulizija lokali, bil-għan li jiġu attivati miżuri għall-protezzjoni ta' emerġenza u salvagwardja fejn meħtieġ u jiġi implimentat bis-sħiħ l-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal, filwaqt li jiġi żgurat li l-każijiet jiġu investigati bis-sħiħ u li jittieħdu miżuri dixxiplinari;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">22.  Huwa determinat li jiżgura l-implimentazzjoni ta' pjan ta' azzjoni b'saħħtu u effikaċi fl-interess tal-prevenzjoni u l-appoġġ u t-taħriġ obbligatorju għall-persunal u l-Membri kollha dwar ir-rispett u d-dinjità fuq il-post tax-xogħol bil-għan li jiġi żgurat li approċċ ta' tolleranza żero isir in-norma; huwa determinat li jinvolvi ruħu bis-sħiħ fil-kampanji ta' sensibilizzazzjoni li jinvolvu l-Membri u s-servizzi kollha tal-amministrazzjoni, b'enfasi speċjali fuq il-gruppi fl-aktar pożizzjonijiet vulnerabbli, bħat-trainees, l-assistenti parlamentari akkreditati u l-aġenti kuntrattwali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">23.  Huwa determinat li jistabbilixxi netwerk istituzzjonali ta' counsellors kunfidenzjali biex jappoġġaw u jassistu lill-vittmi, kif hija l-prattika fil-Kummissjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">24.  Jirrakkomanda li, darba fis-sena, l-Ombudsman Ewropew jipprovdi lill-Grupp ta' Livell Għoli tal-Parlament dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u d-Diversità data li tikkonċerna l-ilmenti dwar amministrazzjoni ħażina relatata mal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-Parlament, bir-rispett dovut għad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw il-qadi tad-dmirijiet tal-Ombudsman;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center" text-indent="-28.35pt">o</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center" text-indent="-28.35pt">o    o</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">25.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-parlamenti u l-gvernijiet nazzjonali tal-Istati Membri, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.</p>
</Section></Motion>