<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0579/2017</Ref><Date>24.10.2017</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2017/2897(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124992">Malin Björk</Author>, <Author id="125048">Marina Albiol Guzmán</Author>, <Author id="96735">Patrick Le Hyaric</Author>, <Author id="125051">Josu Juaristi Abaunz</Author>, <Author id="96858">Marie-Christine Vergiat</Author>, <Author id="188721">Marie-Pierre Vieu</Author>, <Author id="125050">Ángela Vallina</Author>, <Author id="23699">Kateřina Konečná</Author>, <Author id="23704">Jiří Maštálka</Author>, <Author id="130833">Stelios Kouloglou</Author>, <Author id="125047">Paloma López Bermejo</Author>, <Author id="125035">Lola Sánchez Caldentey</Author>, <Author id="127330">Tania González Peñas</Author>, <Author id="131749">Estefanía Torres Martínez</Author>, <Author id="135490">Xabier Benito Ziluaga</Author>, <Author id="131507">Miguel Urbán Crespo</Author>, <Author id="125193">Eleonora Forenza</Author>, <Author id="96854">Sabine Lösing</Author>, <Author id="124863">Stefan Eck</Author>, <Author id="113959">Martina Anderson</Author>, <Author id="124984">Lynn Boylan</Author>, <Author id="124986">Matt Carthy</Author>, <Author id="124987">Liadh Ní Riada</Author>, <Author id="124689">Neoklis Sylikiotis</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4277"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE611.515v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0579/2017</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2017-2897" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2017-2897">2017/2897(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew,</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika, li nfetħet għall-iffirmar f'Istanbul fil-11 ta' Mejju 2011 (minn hawn 'il quddiem "Il-Konvenzjoni ta' Istanbul"),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u, b'mod partikolari l-Artikoli 8, 19, 157, 216 u 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a) tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikoli 21, 23, 24, 25 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Beijing u l-Pjattaforma ta' Azzjoni adottata mir-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa fil-15 ta' Settembru 1995, u d-dokumenti ta' eżitu sussegwenti adottati fis-sessjonijiet speċjali tan-NU Beijing +5 (2000), Beijing +10 (2005), Beijing +15 (2010) u Beijing +20 (2015), u l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa (CEDAW) u l-Protokoll Fakultattiv tagħha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Settembru 2001 dwar il-fastidju fuq il-post tax-xogħol<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 77 E, 28.3.2002, p. 138.</p>
</footnote>, tas-26 ta' Novembru 2009 dwar l-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 285 E, 21.10.2010, p. 53.</p>
</footnote>, tal-5 ta' April 2011 dwar prijoritajiet u punti prinċipali ta' qafas politiku ġdid tal-UE rigward il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 296 E, 2.10.2012, p. 26.</p>
</footnote>, tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar ir-rieżami ta' nofs il-perjodu tal-istrateġija Ewropea 2007–2012 dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 168E, 14.6.2013, p. 102.</p>
</footnote>, tal-25 ta' Frar 2014 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2014-0126" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2014-0126/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2014)0126</ANCHOR>.</p>
</footnote> u l-Valutazzjoni tal-Valur Miżjud Ewropew li takkumpanjah ta' Novembru 2013, tal-24 ta' Novembru 2016 dwar l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni ta' Istanbul dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0451" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0451/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2016)0451</ANCHOR>.</p>
</footnote>, u tat-12 ta' Settembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, mill-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2017-0329" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2017-0329/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2017)0329</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-3 ta' Diċembru 2015 bit-titolu "Strategic engagement for gender equality 2016-2019" ("Impenn strateġiku għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2016-2019") (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/SWD-2015-0278" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/SWD-2015-0278">SWD(2015)0278</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-Triju ta' Presidenzi tal-UE tad-19 ta' Lulju 2017 mill-Estonja, il-Bulgarija u l-Awstrija dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/29/UE tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/99/UE tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-ordni Ewropea ta' protezzjoni<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 338, 21.12.2011, p. 2.</p>
</footnote> u r-Regolament (UE) Nru 606/2013 tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 181, 29.6.2013, p. 4.</p>
</footnote>(10),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid)<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 204, 26.7.2006, p.23</p>
</footnote> u d-Direttiva 2004/113/KE li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37.</p>
</footnote>, li jiddefinixxu u jikkundannaw il-fastidju u l-fastidju sesswali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta' Marzu 2017 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea fl-2014-2015<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2017-0073" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2017-0073/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2017)0073</ANCHOR>. </p>
</footnote>, u tal-10 ta' Marzu 2015 dwar il-progress fuq l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea fl-2013<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0050" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0050/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2015)0050</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidrat l-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' April 2006 dwar il-politika tal-Kummissjoni Ewropea fil-qasam tal-protezzjoni tad-dinjità tal-persuna u tal-ġlieda kontra l-fastidju psikoloġiku u l-fastidju sesswali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-gwida għall-Membri tal-Parlament Ewropew bit-titolu "Il-prevenzjoni tal-intimidazzjoni fuq il-post tax-xogħol", u l-pjan ta' azzjoni tal-amministrazzjoni tal-Parlament dwar din il-kwistjoni kruċjali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-ugwaljanza bejn is-sessi hija valur fundamentali tal-UE; billi d-dritt għat-trattament ugwali u n-nondiskriminazzjoni huwa dritt fundamentali stabbilit fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u jenħtieġ li jiġi rrispettat, promoss u applikat fil-leġiżlazzjoni, fil-prattika, fis-sentenzi ġuridiċi u fil-ħajja ta' kuljum;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi, skont l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-2017, l-Istati Membri kollha għadhom lura milli jiksbu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, u l-progress miexi bil-mod; billi l-vjolenza sessista hija kemm kawża kif ukoll konsegwenza ta' inugwaljanzi bejn in-nisa u l-irġiel;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi "fastidju sesswali" ifisser kondotta relatata mas-sess li mhijiex mixtieqa mill-persuna li lejha hija indirizzata u li għandha l-għan jew l-effett li toffendi dik il-persuna jew li toħloq ambjent intimidanti, ostili, jew offensiv jew disturbanti; billi l-fastidju sesswali għandu jiġi ttrattat bħala diskriminazzjoni abbażi tas-sess. billi l-fastidju sesswali jista' jiġi espress permezz ta' att wieħed jew minn imġiba persistenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi n-nisa fl-Unjoni Ewropea mhumiex protetti b'mod indaqs kontra l-vjolenza mill-irġiel, il-fastidju u l-abbuż sesswali minħabba l-politiki u l-leġiżlazzjoni differenti fl-Istati Membri; billi s-sistemi ġudizzjarji ma jipprovdux biżżejjed appoġġ lin-nisa; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-vjolenza sesswali u l-fastidju fuq il-post tax-xogħol huma kwistjonijiet ta' saħħa u sikurezza u għandhom jiġu indirizzati u impediti bħala tali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi m'hemm l-ebda intervent wieħed li jelimina waħdu l-vjolenza u l-fastidju sesswali, iżda taħlita ta' azzjonijiet infrastrutturali, legali, ġudizzjarji, ta’ infurzar, edukattivi, tas-saħħa u azzjonijiet oħra relatati mas-servizzi jistgħu jnaqqsu l-għadd ta' każijiet u l-konsegwenzi tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi r-rapport tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali ta' Marzu 2014 bit-titolu "Violence against women: an EU-wide survey" (Il-vjolenza kontra n-nisa: stħarriġ fl-UE kollha) juri li mara minn kull 10 ġiet soġġetta għal fastidju sesswali jew stalking bl-użu ta' teknoloġija ġdida, filwaqt li 75 % tan-nisa fi rwoli ta' teħid ta' deċiżjonijiet b'responsabilità ogħla kellhom iġarrbu fastidju sesswali; billi dan juri li l-ebda mara jew tifla, irrispettivament mill-età u l-pożizzjoni fil-ħajja, mhi sikura minn vjolenza sessista;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi l-fastidju u l-abbuż sesswali, b’mod predominanti mill-irġiel fuq in-nisa, hija problema strutturali u mifruxa mal-Ewropa kollha u mad-dinja, u hija fenomenu li jinvolvi l-vittmi u lil dawk li jwettqu d-delitt irrispettivament mill-età, l-isfond tal-edukazzjoni, id-dħul finanzjarju u l-pożizzjoni soċjali, u huwa marbut mad-distribuzzjoni inugwali tal-poter bejn in-nisa u l-irġiel fis-soċjetà tagħna;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi l-vjolenza fuq in-nisa, inkluż il-fastidju sesswali u l-abbuż sesswali, hija tollerata wisq faċilment; billi fil-fatt hija tikkostitwixxi ksur sistemiku tad-drittijiet fundamentali u delitt serju li jrid jiġi kkastigat bħal tali; billi l-impunità trid tintemm sabiex jiġi żgurat li l-awturi jiġu soġġetti għal proċedura kriminali u n-nisa u l-bniet li ħelsuha minn vjolenza jingħataw l-appoġġ u r-rikonoxximent xieraq mis-sistema ġudizzjarja sabiex jinkiser iċ-ċiklu vizzjuż tas-silenzju u s-solitudni għal dawk li kienu vittmi ta' vjolenza;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi t-trasgressuri ta' vjolenza sessista spiss ikunu persuni li l-vittma diġà tafhom u f'ħafna każijiet il-vittma tkun f'pożizzjoni ta' dipendenza, fattur li jżid il-biża' tal-vittma li tirrapporta l-vjolenza;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi, l-istereotipi tas-sessi u s-sessiżmu, inkluż diskors ta' mibegħda sessist, li jseħħu madwar id-dinja, offline, online u fil-ħajja pubblika u privata, jikkostitwixxu kawża ewlenija tal-forom kollha ta' vjolenza fuq in-nisa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi l-Istati Membri kollha ffirmaw il-Konvenzjoni ta' Istanbul, iżda sa issa 15 biss minnhom irratifikawha; billi l-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni ma teżonerax lill-Istati Membri mir-ratifika fil-livell nazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.  billi l-Artikolu 40 tal-Konvenzjoni ta' Istanbul jistipula li "Il-Partijiet għandhom jieħdu l-miżuri leġiżlattivi meħtieġa jew miżuri oħra biex ikun żgurat li kull forma ta' mġiba verbali, mhux verbali jew fiżika mhux mixtieqa ta' natura sesswali, bl-għan jew bl-effett li tmur kontra d-dinjità ta' persuna, b'mod partikolari meta jinħoloq ambjent intimidanti, ostili, degradanti, umiljanti jew offensiv, tkun suġġetta għal sanzjonijiet kriminali jew oħrajn legali";</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.  billi l-vjolenza u l-fastidju sesswali fi spazji pubbliċi huma mifruxa fl-Unjoni Ewropea;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">O.  billi l-vjolenza u l-fastidju fil-ħajja politika jolqtu lin-nisa b'mod sproporzjonat minħabba l-ġeneru tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">P.  billi dan it-tip ta' vjolenza jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, inkluż l-obbligu li jiġi żgurat li n-nisa jkunu jistgħu jipparteċipaw liberament fir-rappreżentanza politika; billi dawn il-libertajiet huma minquxa fil-ftehimiet internazzjonali, bħalma huma l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW), il-Pjattaforma għal Azzjoni ta' Beijing u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">Q.  billi stħarriġ mill-Unjoni Interparlamentari (IPU) ikkonkluda li, fost in-nisa li jipparteċipaw fil-ħajja politika fid-dinja kollha, inklużi dawk fi 15-il pajjiż Ewropew, 81.8 % ta' dawk li wieġbu fil-pajjiżi u r-reġjuni kollha esperjenzaw vjolenza psikoloġika, u 65.5 % kienu soġġetti bosta drabi, jew ta' spiss, għal rimarki sessisti umiljanti tul il-mandat parlamentari tagħhom; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">R.  billi l-fastidju sesswali huwa definit fl-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">S.  billi l-biċċa l-kbira tal-parlamenti nazzjonali fl-UE m'għandhomx miżuri attivi biex jiġġieldu l-fastidju sesswali u l-abbuż sesswali fuq il-post tax-xogħol; billi l-Parlament waqqaf Kumitat Konsultattiv speċifiku biex jittratta l-ilmenti dwar fastidju bejn l-assistenti parlamentari akkreditati (APAs) u l-Membri, filwaqt li Kumitat Konsultattiv dwar il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu fuq ul-post tax-xogħol qed jittratta proċeduri formali oħra relatati ma' membri tal-persunal tal-amministrazzjoni u l-gruppi politiċi tal-Parlament;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="12pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Tolleranza żero għall-fastidju sesswali u l-abbuż sesswali fl-UE</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jikkundanna l-forom kollha ta' vjolenza kontra n-nisa, u jiddeplora l-fatt li n-nisa u l-bniet spiss jiġu esposti għal fastidju sesswali u abbuż sesswali, li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dinjità tagħhom; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  jappoġġa bil-qawwa lin-nisa u l-bniet li ħadu sehem fil-kampanja #JienUkoll, inklużi dawk li ddenunzjaw lit-trasgressuri tagħhom; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta strateġija komprensiva tal-UE kontra l-forom kollha ta' vjolenza sessista, inkluż il-fastidju sesswali u l-abbuż sesswali fuq in-nisa u l-bniet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jitlob l-istabbiliment ta' strument tal-liġi kriminali fil-forma ta' direttiva kontra l-vjolenza sessista, inkluż il-fastidju sesswali u l-abbuż sesswali, u miżuri biex jiġi indirizzat il-qafas tas-"sitt-Pijiet bl-Ingliż" dwar il-fastidju sesswali u l-abbuż sesswali kontra n-nisa (politika, prevenzjoni, protezzjoni, prosekuzzjoni, proviżjoni u sħubija); jinsisti li l-Istati Membri jeħtieġ li jiżguraw li dawk li jwettqu d-delitt jiġu ppenalizzati kif inhu xieraq skont is-serjetà tad-delitt, huma meħtieġa juru d-diliġenza dovuta u jirreġistraw u jinvestigaw is-suriet kollha ta' vjolenza sessista, inkluż il-fastidju sesswali, bl-għan li jingħata bidu għal prosekuzzjoni pubblika, u jagħmlu pjanijiet biex jiġu żviluppati rutini investigattivi għall-pulizija u għall-professjonisti tas-settur tas-saħħa bl-għan li tiġi assikurata evidenza ta' fastidju sesswali u abbuż sesswali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Ifakkar li l-fastidju sesswali jista' jieħu forom differenti (fiżiku, verbali, bil-kitba jew mod ieħor) u jinvolvi persuni tas-sess oppost jew tal-istess sess; billi firxa ta' tipi differenti ta' mġiba tista' titqies li bħala fastidju sesswali, bħal: wegħdiet ta' xi tip ta' kumpens (avvanz fil-karriera, eċċ.) minflok favuri sesswali, jew theddid ta' ritaljazzjoni jekk tali talbiet jiġu respinti; tennija ta' kummenti vulgari jew suġġestivi, jew innuendo sesswali; l-użu ta' lingwaġġ jew ġesti espliċiti u oxxeni; kumplimenti ripetuti u esaġerati dwar id-dehra ta' kollega; kuntatt fiżiku, tħakkik ma' xi ħadd, qris, jew bews deliberat mhux mixtieq; atti ta' voyeurism jew esibizzjoniżmu; l-użu ta' materjal pornografiku; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jistieden lill-Istati Membri jikkriminalizzaw il-fastidju sesswali u l-abbuż sesswali fil-forom kollha tagħhom, u jimpenjaw ruħhom bis-sħiħ biex jiżguraw li dan jiġi eliminat b'mod effikaċi; huwa tal-fehma li biex jinkiseb dan jeħtieġ, fost l-oħrajn: li ssir kriminalizzazzjoni tal-fastidju sesswali fil-postijiet pubbliċi, il-ħajja politika u fuq il-post tax-xogħol; li jsiru kampanji ta' sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet tal-vittmi tal-fastidju sesswali u l-bullying; li jingħata taħriġ lill-pulizija u l-membri tas-sistema tal-ġustizzja kriminali dwar id-drittijiet tal-vittmi u li jiġi infurzat protokoll strett għall-appoġġ tal-vittmi u ssir investigazzjoni ta' każijiet ta' fastidju sesswali u l-bullying; li jiġi pprovdut parir legali u appoġġ mingħajr ħlas lill-vittmi biex jitressqu l-każijiet quddiem il-qorti; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovu b'mod attiv bidla fl-attitudnijiet u fl-imġiba u li jiġġieldu s-sessiżmu u r-rwoli sterjotipati tal-ġeneru, inkluż billi jippromwovi lingwa newtrali għall-ġeneru, jagħmlu sforzi konġunti biex jiġi indirizzat ir-rwol ewlieni tal-mezzi tax-xandir u r-reklamar f'dan il-qasam, u li jinkoraġġixxu lil kulħadd, inklużi l-irġiel u s-subien, jassumu rwol attiv fil-prevenzjoni ta' kull forma ta' vjolenza; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li fis-sistemi edukattivi tagħhom ikun hemm, b'mod obbligatorju, sensibilizzazzjoni dwar il-kunsens sesswali u l-fastidju sesswali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti bidu u tinvesti fi djalogu mal-mezzi tax-xandir dwar ir-responsabilità tagħhom li jipprovdu informazzjoni oġġettiva dwar il-vjolenza sesswali u l-intimidazzjoni fi spazji pubbliċi, fuq il-post tax-xogħol u bnadi oħra u biex jiġu mħeġġa jagħtu prominenza lill-kampanji ta' sensibilizzazzjoni u lill-ħidma tas-soċjetà ċivili fil-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jistieden lill-Istati Membri jinfurzaw id-direttivi eżistenti tal-UE dwar din il-kwistjoni, b'mod partikolari d-Direttiva 2006/54/KE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol u d-Direttiva 2004/113/KE li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi, li jiddefinixxu u jikkundannaw il-fastidju u l-fastidju sesswali, u jistedinhom ukoll jallokaw riżorsi finanzjarji u umani adegwati bil-għan li jipprevjenu u jiġġieldu kontra l-vjolenza, il-fastidju sesswali u l-abbuż sesswali, jagħtu s-setgħa lin-nisa u lill-bniet, jipproteġu lill-vittmi u jħarsu d-dritt tal-vittmi għal kumpens;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ id-Direttiva 2011/99/UE dwar l-ordni Ewropea ta' protezzjoni u r-Regolament (UE) Nru 606/2013 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili; jistieden lill-Kummissjoni tippubblika r-rapport ta' implimentazzjoni tagħha, mistenni mill-1 ta' Jannar 2016 'il quddiem; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi d-deċiżjoni Qafas tal-UE attwalment fis-seħħ dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali, bil-għan li jiġu inklużi s-sessiżmu, l-atti kriminali ta' preġudizzju u l-inċitament għall-mibegħda abbażi tal-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru u l-karatteristiċi sesswali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Jitlob lill-Kummissjoni ttejjeb il-ġbir ta' data diseggregata komparabbli dwar il-vjolenza sessista fil-livell tal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="12pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Fastidju sesswali fil-parlamenti, inkluż il-Parlament Ewropew</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Jistieden lill-Istati Membri jeżaminaw is-sitwazzjoni tal-fastidju u l-abbuż sesswali, biex jieħdu miżuri attivi ħalli jiġġielduhom fil-parlamenti nazzjonali tagħhom, u jimplimentaw u jinfurzaw b'mod adegwat politika ta' rispett u dinjità fuq il-post tax-xogħol għall-membri eletti u l-persunal; jitlob li l-implimentazzjoni ta' tali politika tiġi mmonitorjata;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.  Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu appoġġ u protezzjoni għall-membri parlamentari li jkollhom kuntatt mal-pubbliku, b'mod partikolari dawk li qed jesperjenzaw abbuż sesswali u theddid ta' vjolenza sessista, anki online; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.  Jitlob li jitlaqqa' kumitat ta' esperti indipendenti b'mandat li jeżamina s-sitwazzjoni tal-fastidju u l-abbuż sesswali fil-Parlament Ewropew;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.  Iħeġġeġ lill-Parlament jagħraf li l-fastidju sesswali u l-abbuż sesswali fl-istituzzjoni huma reat f'każijiet fejn il-vittma ma kinitx tat il-kunsens tagħha, sabiex jiżgura li reati bħal dawn jirriżultaw fi prosekuzzjoni awtomatika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">18.  Jistieden lill-Parlament jirrevedi u jsaħħaħ il-funzjonament tal-Kumitat Konsultattiv li jittratta l-ilmenti ta' fastidju bejn l-assistenti parlamentari akkreditati u l-Membri tal-Parlament; jitlob lill-Kumitat Konsultattiv dwar il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu biex jissaħħaħ bil-ħsieb li jiġu kkonsolidati l-miżuri pożittivi tiegħu u jiġu evitati l-kunflitti ta' interess rigward il-membri ta' dawk il-kumitati importanti, u li jiġi stabbilit kumitat iddedikat speċjali dwar il-fastidju sesswali, li jinkludi konsulent legali u rappreżentanti tal-persunal mediku bil-għan li jinvestiga każijiet formali, jinżamm reġistru kunfidenzjali tal-każijiet matul iż-żmien u jiġi adottat l-aħjar mod biex tiġi żgurata tolleranza żero fil-livelli kollha tal-istituzzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">19.  Jistieden lill-Parlament jappoġġa bis-sħiħ lill-vittmi li jressqu l-każijiet fi ħdan l-istituzzjoni u/jew mal-pulizija lokali, bil-għan li jiġu attivati miżuri għall-protezzjoni ta' emerġenza u salvagwardja fejn meħtieġ u jiġi implimentat bis-sħiħ l-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal, filwaqt li jiġi żgurat li l-każijiet jiġu investigati bis-sħiħ u li jittieħdu miżuri dixxiplinari;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">20.  Jistieden lill-Parlament jiżgura l-implimentazzjoni ta' pjan ta' azzjoni b'saħħtu u effikaċi fl-interess tal-prevenzjoni u l-appoġġ u t-taħriġ obbligatorju għall-persunal u l-Membri kollha dwar ir-rispett u d-dinjità fuq il-post tax-xogħol bil-għan li jiġi żgurat li approċċ ta' tolleranza żero isir in-norma; jirriżolvi li jimpenja ruħu bis-sħiħ f'kampanji ta' sensibilizzazzjoni mal-Membri u s-servizzi kollha tal-amministrazzjoni, b'fokus speċjali fuq gruppi li jinsabu f'qagħda vulnerabbli, bħall-apprentisti, l-assistenti parlamentari akkreditati (APAs) u l-aġenti kuntrattwali, u li jitwaqqaf netwerk istituzzjonali ta' counsellors kunfidenzjali biex jappoġġaw u jagħtu parir lill-vittmi, kif inhi l-prattika fil-Kummissjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center" text-indent="-28.35pt">o</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center" text-indent="-28.35pt">o    o</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">21.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.</p>
</Section></Motion>