<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0581/2017</Ref><Date>24.10.2017</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2017/2897(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124758">Mylène Troszczynski</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4907"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ENF</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE611.517v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0581/2017</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2017-2897" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2017-2897">2017/2897(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1924,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1351/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li tistabbilixxi programm Komunitarju pluriennali dwar il-ħarsien tat-tfal li jużaw l-Internet u t-teknoloġiji l-oħrajn tal-komunikazzjoni<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 348 tal-24.12.2008, p. 118.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 315 tal-14.11.2012, p. 57.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Kummissjoni tal-25 ta' Ottubru 2017 dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbużi sesswali fl-UE,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-fastidju sesswali jikkonsisti fl-impożizzjoni fuq persuna, b'mod repetut, ta' kliem jew imġiba b'konnotazzjonijiet sesswali li jiksru d-dritt għad-dinjità tiegħu jew tagħha minħabba n-natura degradanti jew umiljanti tagħhom jew li joħolqu ambjent intimidanti, ostili, jew offensiv fil-konfront tiegħu jew tagħha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-fastidju sesswali jista', pereżempju, jieħu l-forma ta' riferenzi sesswali jew messaġġi suġġestivi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi l-fastidju sesswali m'għandux jiġi konfuż mal-attakk sesswali, li jinvolvi il-kuntatt fiżiku mingħajr kunsens (eż. fondling), kif ukoll il-vjolenza, l-sfurzar jew it-theddid;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi l-fastidju sesswali m'għandux jiġi konfuż mal-fastidju morali (reat) jew stupru (delitt);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi f'diversi leġiżlazzjonijiet nazzjonali, l-awtur ta' fastidju sesswali jew stupru jikkommetti reat u jeħel piena ta' ħabs u multa; billi dawn il-pieni jiżdiedu f'ċerti każijiet, b'mod partikolari meta l-awturi jkunu abbużaw mill-awtorità mogħtija lilhom minħabba l-funzjoni tagħhom jew meta l-vittmi jkunu kkunsidrati partikolarment vulnerabbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-użu purament kummerċjali tal-ġisem femminili għarwien jew kważi għarwien jista' jikkontribwixxi għat-tnaqqis ta' rispett tal-irġiel fil-konfront tan-nisa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi fl-31 ta' Diċembru 2015 f'Cologne, ġew irreġistrati 470 rapport ta' vjolenza sesswali; billi l-awturi tal-attakki kienu deskritti mill-pulizija u l-prosekuturi bħala "li jappartjenu għall-kategorija ġenerali ta' rifuġjati" u "immigranti illegali";</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jikkundanna l-każijiet allegati ta' fastidju sesswali rrappurtati fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Iqis li l-pieni applikabbli għal fastidju sesswali għandhom jiżdiedu u li l-pieni applikabbli għal stupru għandhom jiżdiedu sal-livell massimu tal-iskala tal-pieni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jistieden lill-Istati Membri, li huma sovrani f'tali kwistjonijiet legali, biex iżidu il-pieni applikabbli għal fastidju sesswali, fastidju morali, attakki sesswali u stupri, u jipproponi li l-kundanni għal stupru jwasslu għal sentenzi b'piena massima ta' ħabs;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jitlob li kull immigrant jew rifuġjat li nstab ħati ta' abbuż sesswali, attakk sesswali jew stupru jitkeċċa immedjatament mit-territorju tal-UE u jiġi kkundannat fil-pajjiż ta' oriġini tiegħu jew tagħha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>