<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0596/2017</Ref><Date>10.11.2017</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar l-istat tad-dritt f'Malta</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2017/2935(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124970">Miriam Dalli</Author>, <Author id="124781">Alfred Sant</Author>, <Author id="118858">Marlene Mizzi</Author>, <Author id="112748">Biljana Borzan</Author>, <Author id="96847">Claudiu Ciprian Tănăsescu</Author>, <Author id="112744">Tonino Picula</Author>, <Author id="124821">Nicola Danti</Author>, <Author id="124817">Enrico Gasbarra</Author>, <Author id="125113">Miltiadis Kyrkos</Author>, <Author id="4334">Elena Valenciano</Author>, <Author id="124814">Simona Bonafè</Author>, <Author id="124801">Cécile Kashetu Kyenge</Author>, <Author id="125109">Eva Kaili</Author>, <Author id="124954">Paul Brannen</Author>, <Author id="96656">Boris Zala</Author>, <Author id="5729">Kathleen Van Brempt</Author>, <Author id="23868">Monika Beňová</Author>, <Author id="125020">Paul Tang</Author>, <Author id="37229">Kati Piri</Author>, <Author id="124739">Carlos Zorrinho</Author>, <Author id="4519">Claude Moraes</Author>, <Author id="124852">Sergei Stanishev</Author>, <Author id="124735">Miapetra Kumpula-Natri</Author>, <Author id="124703">Tibor Szanyi</Author>, <Author id="124867">Brando Benifei</Author>, <Author id="188624">Wajid Khan</Author>, <Author id="125002">Hugues Bayet</Author>, <Author id="124785">Maria Grapini</Author>, <Author id="124746">Andrejs Mamikins</Author>, <Author id="188636">John Howarth</Author>, <Author id="124997">Soraya Post</Author>, <Author id="124803">Isabella De Monte</Author>, <Author id="124963">Julie Ward</Author>, <Author id="4533">Neena Gill</Author>, <Author id="124870">Jeppe Kofod</Author>, <Author id="39711">Victor Boştinaru</Author>, <Author id="124953">Jude Kirton-Darling</Author>, <Author id="190099">Rory Palmer</Author>, <Author id="96857">Cătălin Sorin Ivan</Author>, <Author id="124952">Seb Dance</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4280"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE614.232v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0596/2017</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-istat tad-dritt f'Malta</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2017-2935" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2017-2935">2017/2935(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-Unjoni Ewropea hija msejsa fuq il-valuri tar-rispett tad-dinjità tal-bniedem u tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll fuq il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza u l-istat tad-dritt; billi dawn il-valuri huma universali u komuni għall-Istati Membri kollha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia wassal għal dimostrazzjonijiet paċifiċi fit-toroq f'Malta li talbu l-ġustizzja, l-obbligu ta' rendikont u r-rispett tal-istat tad-dritt;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi l-UE tiffunzjona fuq il-preżunzjoni tal-fiduċja reċiproka, jiġifieri li l-Istati Membri jirrispettaw id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, kif minquxa fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi, skont l-Att dwar il-Pulizija ta' Malta (Kapitolu 164 tal-Liġijiet ta' Malta), il-Kummissarju tal-Pulizija f'Malta jinħatar direttament mill-gvern;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi Malta ilha Stat Membru tal-Unjoni Ewropea mill-2004; billi, skont stħarriġ tal-opinjoni pubblika, maġġoranza kbira taċ-ċittadini Maltin huma favur is-sħubija ta' Malta fl-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-istħarriġ l-aktar riċenti fost iċ-ċittadini Maltin juri li l-istituzzjonijiet ewlenin huma fdati mill-maġġoranza, b'perċentwali ta' fiduċja ta' 72 % għall-gvern, 69 % għall-korp tal-pulizija, 51 % għall-qrati u 51 % għall-midja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jikkundanna l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u jistieden lill-Gvern Malti jimmobilizza r-riżorsi kollha biex iressaq lil min qatilha quddiem il-ġustizzja; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jirrikonoxxi l-isforzi li saru mill-Gvern Malti biex jitwettqu investigazzjonijiet indipendenti dwar il-qtil, li jinkludu l-kollaborazzjoni tal-Europol u ta' forzi oħra ta' pajjiżi terzi, fosthom l-FBI u esperti tal-forensika Olandiżi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jagħraf it-tħassib ġenwin li dan il-każ qajjem fost il-Membri tiegħu, b'mod partikolari peress li jikkostitwixxi theddida diretta għal-libertà tal-espressjoni; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jinnota t-tħassib li Membri ta' din il-Kamra sikwit esprimew dwar l-iskemi ta' ċittadinanza permezz ta' investiment inġenerali f'xi Stati Membri tal-UE; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Huwa mħasseb dwar l-involviment ta' politiċi fl-iskandlu tal-Panama Papers;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jistieden lill-Gvern Malti jkun trasparenti mal-istituzzjonijiet rilevanti kollha tal-UE rigward il-kwistjonijiet kollha li jqumu mill-preokkupazzjonijiet imsemmija hawn fuq, b'mod imparzjali, kooperattiv u bbażat fuq l-evidenza;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Itenni l-ħtieġa li jkun hemm proċess regolari ta' djalogu li jinvolvi lill-Istati Membri kollha, sabiex jissalvagwardja l-valuri fundamentali tal-UE tad-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-President tar-Repubblika ta' Malta.</p>
</Section></Motion>