<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0653/2017</Ref><Date>22.11.2017</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni fil-Jemen</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2017/2849(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="125050">Ángela Vallina</Author>, <Author id="125997">Javier Couso Permuy</Author>, <Author id="125047">Paloma López Bermejo</Author>, <Author id="96735">Patrick Le Hyaric</Author>, <Author id="124736">Merja Kyllönen</Author>, <Author id="96854">Sabine Lösing</Author>, <Author id="124689">Neoklis Sylikiotis</Author>, <Author id="96907">Takis Hadjigeorgiou</Author>, <Author id="125091">Sofia Sakorafa</Author>, <Author id="125048">Marina Albiol Guzmán</Author>, <Author id="23704">Jiří Maštálka</Author>, <Author id="23699">Kateřina Konečná</Author>, <Author id="28586">Dimitrios Papadimoulis</Author>, <Author id="125049">Maria Lidia Senra Rodríguez</Author>, <Author id="136236">João Pimenta Lopes</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4277"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE614.265v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0653/2017</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fil-Jemen</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2017-2849" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2017-2849">2017/2849(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet dwar il-Jemen u s-sitwazzjoni umanitarja tal-pajjiż li saru mill-kelliem tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, mill-Mibgħut Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Jemen, Ismail Ould Cheikh Ahmed u mill-Koordinatur tal-Għajnuna ta' Emerġenza tan-NU, Mark Lowcock;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Jemen tas-16 ta' Novembru 2015 u tat-3 April 2017 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2017 dwar l-indirizzar tar-riskji tal-karestija; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-Jemen, u dik tal-Kummissarju għall-Għajnuna Umanitarja u l-Ġestjoni tal-Kriżijiet, Christos Stylianides dwar is-sitwazzjoni umanitarja fil-Jemen, tal-11 ta' Novembru 2017;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Rispons Integrat: it-Tifqigħa tal-Kolera fil-Jemen maħruġ mill-Uffiċċju tan-NU għall-Koordinament tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA), aġġornat fit-23 ta' Mejju 2017, u l-Pjan ta' Rispons Umanitarju tiegħu għall-Jemen għall-perjodu Jannar-Diċembru 2017, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, b'mod partikolari dawk tal-14 ta' April 2015 (S/RES/2216), tal-24 ta' Frar 2016 (S/RES/2266) u tat-23 ta' Frar 2017 (S/RES/2342), </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Jemen, b'mod partikolari dawk tad-9 ta' Lulju 2015<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0270" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0270/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2015)0270</ANCHOR>.</p>
</footnote>, tal-25 ta' Frar 2016<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0066" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0066/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2016)0066</ANCHOR>.</p>
</footnote> u tal-15 ta' Ġunju 2017<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2017-0273" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2017-0273/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2017)0273</ANCHOR>.</p>
</footnote>, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Frar 2014 dwar l-użu ta' drones armati<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2014-0172" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2014-0172/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2014)0172</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u l-prinċipji tad-dritt umanitarju internazzjonali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-konfront li ilu jeżisti s-snin bejn il-Houthi u l-Gvern Jemenit dam għal aktar minn sentejn u nofs, u tefa' lill-pajjiż fi kriżi umanitarja li bħalissa hija l-agħar waħda fid-dinja; billi fil-pajjiż hemm karestija mifruxa u tifqigħa ta' kolera fuq skala enormi li qiegħda tinxtered malajr, bi 'l fuq minn 925 000 każ suspettat ta' kolera u aktar minn 2 200 każ ta' mewt kaġun tiegħu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-koalizzjoni mmexxija mill-Arabja Sawdija – appoġġata mill-Istati Uniti u magħmula mill-Emirati Għarab Magħquda, il-Bahrain, il-Kuwajt, il-Ġordan, il-Marokk u s-Sudan – kienet il-kawża prinċipali ta' mewt ta' ċivili Jemeniti mill-bidu tal-kampanja ta' attakki mill-ajru li bdiet fis-26 ta Marzu 2015, biex terġa' tqiegħed lill-President Abdrabbuh Mansour Hadi fil-poter; billi din il-koalizzjoni kkommettiet ksur serju, inklużi attakki fuq id-djar, is-swieq, l-isptarijiet u l-iskejjel, li kkaġunaw ħafna mwiet fost il-popolazzjoni ċivili, fil-biċċa l-kbira nisa u tfal; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi, bil-prestest ta' missila ballistika sparata mill-Houthi u interċettat mill-Arabja Sawdija fid-direzzjoni ta' Riyadh, l-Arabja Sawdija reġgħet imponiet imblokk kważi totali tal-Jemen u għalaq il-fruntieri fuq l-art, marittimi u tal-ajru tal-pajjiż fis-6 ta' Novembru 2017; billi l-ftuħ mill-ġdid ta' dan l-aħħar tal-port tal-belt ta' Aden huwa ċar li mhuwiex biżżejjed; billi l-imblokk tal-fjuwil min-naħa tal-koalizzjoni u l-attakki fuq l-infrastruttura ċivili jikkostitwixxu ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi l-Arabja Sawdija u l-President tal-Istati Uniti akkużaw lill-Iran li huwa responsabbli tal-isparar tal-missila ballistika; billi l-Iran ċaħad din l-akkuża u l-Houthi affermaw li pproduċew huma stess il-missila fil-Jemen; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi matul il-kunflitt inqatlu, indarbu jew ġew immankati 'l fuq minn 50 000 ċivili; billi n-NU qegħdin jappellaw b'urġenza lill-awtoritajiet u lid-diversi fazzjonijiet biex jippermettu aċċess bla waqfien għall-ibliet assedjati, peress li permezz ta' hekk tkun tista' twassal l-għajnuna lill-persuni fil-bżonn, hekk kif il-gwerra fil-Jemen ġiet ikklassifikata fl-aktar kategorija ħarxa tal-kriżijiet umanitarji; billi eluf ta' rifuġjati rnexxielhom jaħarbu lejn il-pajjiżi ġirien;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-Jemen jinsab bħalissa fil-qalba tal-akbar kriżi tal-sigurtà tal-ikel fid-dinja, b'madwar 80 % tal-popolazzjoni Jemenita, jiġifieri bejn wieħed u ieħor 21 miljun ruħ, fil-bżonn urġenti ta' xi forma ta' għajnuna umanitarja biex jittaffa l-bżonn iddisprat ta' ikel, mediċini u fjuwil; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-malnutrizzjoni u l-kolera huma interkonnessi; billi 17-il miljun ruħ fil-Jemen qed iħabbtu wiċċhom ma' insigurtà tal-ikel, inklużi 7 miljun ruħ li għaddejjin minn karestija, 3,3 miljun ruħ li jinsabu fi stat ta' malnutrizzjoni akuta u 462 000 tifel u tifla li qegħdin taħt il-ħakma ta' malnutrizzjoni akuta severa; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi ġie rrappurtat ksur estensiv kommess mill-grupp armat Ansar Allah, inkluż l-użu ta' mini tal-art; billi kien hemm ukoll każijiet ta' eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji mill-forzi tal-President Hadi u mill-partiti alleati u l-gruppi armati; billi l-partijiet fil-kunflitt fil-Jemen huma responsabbli għall-bumbardament indiskriminat tal-popolazzjoni ċivili u tal-faċilitajiet ta' tali popolazzjoni, għaċ-ċaħda tal-aċċess għall-azzjoni umanitarja, għad-detenzjoni arbitrarja, għall-għajbien furzat u għat-tortura; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi l-pajjiż qed iħabbat wiċċu ma' katastrofi umanitarja, inkluż riskju ta' karestija, aggravata bit-tifqigħa tal-kolera; billi l-attakki mill-ajru, il-bumbardamenti u l-vjolenza qed ikomplu jġiegħlu lill-familji Jeminiti jaħarbu minn djarhom, b'miljuni ta' nies spostati internament; billi aktar minn 8 miljun ruħ tilfu l-aċċess affidabbli u mingħajr riskji għall-ilma tajjeb għax-xorb peress li l-biċċa l-kbira tan-netwerk tal-ilma nqered minħabba l-ġlied; billi l-biċċa l-kbira tal-Jemeniti m'għandhomx aċċess adegwat għall-għajnuna fil-qasam tal-kura tas-saħħa; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi, skont l-organizzazzjoni Save the Children, 130 tifel u tifla jmutu kuljum fil-Jemen; billi minn tal-inqas 1,8 miljun tifel u tifla kellhom jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien, flimkien mal-1,6 miljun li kienu telqu mill-iskola qabel ma beda l-kunflitt; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi n-nisa fil-Jemen tradizzjonalment huma vulnerabbli ħafna għal abbużi bħaż-żwieġ prekoċi u l-vjolenza, peress li fil-pajjiż m'hemm l-ebda età minima għall-kunsens legali; billi n-nisa għandhom inqas aċċess mill-irġiel għall-kura medika, is-sjieda ta' proprjetà, l-edukazzjoni u t-taħriġ; billi s-sitwazzjoni tagħhom marret għall-agħar minħabba l-kunflitt, u huwa stmat li 2,6 miljun mara u tifla jinsabu f'riskju ta' vjolenza sessista; billi n-numru ta' żwiġijiet prekoċi żdied b'mod sinifikanti f'dawn l-aħħar sentejn; billi madwar 30 % tal-unitajiet domestiċi spostati għandhom kap mara; billi l-mediċini għal ħafna mard kroniku m'għadhomx disponibbli, u billi l-Jemen għandu waħda mill-ogħla rati ta' mortalità fost l-ommijiet; billi nisa tqal u li qed ireddgħu fi stat ta' malnutrizzjoni huma aktar suxxettibbli li jimirdu bil-kolera u jinsabu f'riskju akbar ta' emorraġija, u dan iżid konsiderevolment ir-riskju ta' kumplikazzjonijiet u ta' mewt waqt li jkunu qed iwelldu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi madwar 280 000 rifuġjat, l-aktar mis-Somalja, jinsabu fil-Jemen, l-uniku pajjiż fil-Peniżola Għarbija li huwa firmatarju tal-Konvenzjoni tar-Rifuġjati u l-Protokoll tagħha; billi dawn ir-rifuġjati għandhom bżonn protezzjoni anki minħabba l-fatt li l-kunflitt qiegħed jiħrax; billi huwa rrappurtat li madwar 30 600 Somalu diġà rritornaw lejn is-Somalja, u billi l-UNHCR stabbilixxa uffiċċji ta' għajnuna għar-ritorn; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.  billi l-kunflitt u l-vojt ta' sigurtà li jirriżulta wasslu għall-espansjoni perikoluża ta' gruppi estremisti fil-pajjiż; billi Al-Qaeda fil-Peniżola Għarbija kkonsolidat il-preżenza tagħha filwaqt li Da'esh kompla l-kampanja tiegħu ta' attakki u qtil;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.  billi n-negozjati mwettqa taħt l-awspiċji tan-NU ġew iffriżati u soluzzjoni politika tal-kunflitt għadha 'l bogħod li tintlaħaq;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">O.  billi l-Jemen hu wieħed mill-ifqar pajjiżi tad-dinja; billi, qabel ma faqqgħet il-gwerra, nofs il-poplu Jemenit diġà kien jgħix taħt is-soll tal-faqar, żewġ terzi taż-żgħażagħ kienu qiegħda u s-servizzi soċjali bażiċi kienu f'xifer kollass; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">P.  billi l-kunflitt ġie deskritt bħala wieħed bejn ix-Xiiti u s-Sunniti f'tentattiv li jiġu okkultati r-raġunijiet ġeopolitiċi reali wara l-kunflitt; billi l-Arabja Sawdija qed takkuża lill-Houthi li huma appoġġati mill-Iran u tqishom bħala theddida għas-sigurtà Sawdija; billi l-kumplessità tal-kunflitt fil-Jemen għandha ċerti aspetti ta' gwerra bi prokura; billi dan joħroġ ċar minħabba l-preżenza ta' Al-Qaeda, ta' movimenti separatisti u ribelli Xiiti Zaidi fit-Tramuntana u mill-ġlied bejn il-Houthi u l-gruppi armati fin-Nofsinhar; billi l-kunflitt rawwem l-espansjoni ta' gruppi affiljati ma' Da'esh fil-pajjiż; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">Q.  billi l-UE u n-NU imponew embargo fuq l-armi fil-konfront tal-Jemen, u l-UE imponiet sanzjonijiet immirati kontra l-mexxejja Houthi; billi, fl-istess ħin, 17-il Stat Membru tal-UE, fosthom ir-Renju Unit, Spanja, Franza, l-Italja u l-Ġermanja qed ikomplu jbigħu l-armi lill-Arabja Sawdija; billi r-Renju Unit, Franza u Spanja, b'mod partikolari, żiedu b'mod sinifikanti l-provvista tagħhom tal-armi lill-parteċipanti involuti fil-kunflitt; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">R.  billi l-Istati Uniti għandha l-bażi tal-ajru militari f'al-Annad fil-Jemen, qrib il-belt ta' al-Houta li tinsab fin-Nofsinhar tal-pajjiż, fejn l-Amerikani mexxew attakki bid-droni kontra membri suspettati tal-fergħa lokali ta' Al-Qaeda; billi l-attakki bid-droni min-naħa tal-Istati Uniti u l-qtil extraġudizzjarju fil-Jemen mill-2002 'l hawn ikkontribwew għad-destabbilizzazzjoni tas-sitwazzjoni fil-pajjiż; billi, skont rapporti dwar il-Jemen maħruġin mill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU (OHCHR), l-attakki bid-droni qatlu aktar persuni mill-popolazzjoni ċivili mill-allegati terroristi / membri ta' Al-Qaeda; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">S.  billi kien hemm żieda qawwija ta' operazzjonijiet letali mmexxija minn droni fil-Jemen minn mindu daħlet fil-kariga l-Amministrazzjoni Trump, b'żieda enormi ta' 231 % mill-2016 u almenu 115-il attakk ikkonfermat matul din is-sena, fosthom żewġ inkursjonijiet mill-art; billi hemm evidenza li Stati Membri tal-UE bħar-Renju Unit, l-Italja u l-Ġermanja qed jagħtu appoġġ kemm dirett kif ukoll indirett għal tali operazzjonijiet letali billi jipprovdu informazzjoni ta' intelligence u appoġġ operattiv ieħor; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">T.  billi l-pożizzjoni ġeografika tal-Jemen fil-bokka tal-Baħar l-Aħmar, li jagħti għall-Kanal ta' Suez u li jiżbokka fil-Golf ta' Aden, hija waħda ta' importanza strateġika marbuta ma' rotot marittimi u riżorsi ta' enerġija sinifikanti,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jinsab imħasseb serjament bl-aggravar tal-kunflitt fil-Jemen, li wasslet għall-kriżi umanitarja attwali, u bil-fatt li s-sitwazzjoni saret aktar drammatika minħabba l-impożizzjoni mill-ġdid ta' mblokk totali min-naħa tal-Arabja Sawdija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.   Jikkundanna l-użu tal-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili minn kwalunkwe parti fil-kunflitt jew minn terroristi jew gruppi armati oħrajn, peress li tali atti tefgħu lill-pajjiż fi kriżi umanitarja severa u kkaġunaw sitwazzjoni fejn eluf ta' persuni mill-popolazzjoni ċivili sfaw midruba jew maqtula u bosta miljuni ta' persuni sfaw spostati; jesprimi l-akbar solidarjetà fil-konfront tal-familji tal-vittmi u jagħtihom il-kondoljanzi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.   Jikkundanna l-attakki militari indiskriminati mwettqa mill-koalizzjoni mmexxija mis-Sawdin fil-Jemen, li għadha l-kawża prinċipali ta' mewt fost iċ-ċivili; jikkundanna, barra minn hekk, l-imblokk li reġgħet imponiet l-Arabja Sawdija fil-konfront tal-Jemen u jħeġġeġ li jitneħħa kompletament; jistieden lill-Arabja Sawdija u lill-koalizzjoni tagħha jiżguraw li l-portijiet u r-rotot mill-art kollha jibqgħu miftuħin, biex jippermetti li tgħaddi l-għajnuna umanitarja uġenti għall-popolazzjoni Jemenita; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.   Itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-isforzi tan-NU u tal-Mibgħut Speċjali tas-Segretarju Ġenerali għall-Jemen; jinsab konvint li jista' jkun hemm biss soluzzjoni politika għall-kunflitt fil-Jemen; jistieden għaldaqstant lill-partijiet kollha fil-Jemen jilħqu qbil b'urġenza għal waqfien tal-ostilitajiet, li r-rispett tiegħu se jkun immonitorjat min-Nazzjonijiet Uniti, bħala l-ewwel pass lejn l-issuktar tat-taħditiet ta' paċi li jwasslu għal negozjati politiċi inklużivi bi tmexxija Jemenita, bil-għan li terġa' tinġieb il-paċi fil-pajjiż; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.   Ifakkar lill-partijiet kollha, speċjalment lill-Arabja Sawdija u l-koalizzjoni tagħha, fir-responsabbiltà tagħhom li jiżguraw il-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali u mad-dritt fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, u li dan ifisser li għandhom iħarsu l-popolazzjoni ċivili, iżommu lura milli jimmiraw lejn l-infrastruttura ċivili u jagħtu lill-organizzazzjonijiet umanitarji aċċess mingħajr riskji u mingħajr xkiel għall-pajjiż; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.   Jinsab konvint li l-intervent min-naħa tal-Arabja Sawdija huwa intiż biex isaħħaħ il-kontroll tagħha fir-reġjun u li miegħu dan ser iġib biss aktar tbatija għall-poplu Jemenit u firdiet aktar profondi bejn il-popli fil-Lvant Nofsani; jesprimi tħassib għat-tensjoni dejjem ikbar fir-reġjun, imħarrxa mill-miżuri unilaterali adottati mill-Arabja Sawdija fil-konfront ta' membri oħrajn tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf, bħall-Qatar; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.   Jistieden lill-partijiet kollha fil-kunflitt jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jimpedixxu u jirrispondu għall-forom kollha ta' vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili, inklużi l-vjolenza sesswali u dik sessista; jikkundanna bil-qawwa l-ksur tad-drittijiet tat-tfal; jesprimi tħassib serju fir-rigward ta' rapporti dwar l-użu ta' suldati tfal mill-forzi Houthi, minn dawk ta' Ansar Al-Sharia u mill-forzi tal-gvern, u tal-aċċess limitat tat-tfal għall-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni bażika; jappella sabiex dawk responsabbli għal ksur jew abbużi tad-dritt dwar id-drittijiet tal-bniedem, jew għal ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali, jagħtu kont ta' għemilhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.   Jikkritika bil-qawwa l-kummerċ intensiv fl-armi min-naħa ta' xi Stati Membri tal-UE ma' diversi pajjiżi fir-reġjun, bħal fil-każ tar-Renju Unit, Spanja, Franza u l-Ġermanja; jappella għas-sospensjoni immedjata tat-trasferimenti tal-armi u l-appoġġ militari lejn l-Arabja Sawdija u s-sħab tal-koalizzjoni tagħha; itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill biex jimponi embargo fuq l-armi tal-UE fil-konfront tal-Arabja Sawdija, minħabba l-allegazzjonijiet serji ta' ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali mill-Arabja Sawdija fil-Jemen u l-fatt li l-bejgħ kontinwu tal-liċenzji tal-armi lill-Arabja Sawdija jkun għaldaqstant ksur tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99.</p>
</footnote>; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.   Jiddeplora l-fatt li ma nbdietx investigazzjoni internazzjonali indipendenti fuq l-attakk mill-ajru tal-koalizzjoni li laqat funeral iffullat f'San'a fit-8 ta' Ottubru 2016, li, skont ir-rapport tal-Grupp ta' Esperti dwar il-Jemen tas-27 ta' Jannar 2017, qatel 132 ruħ u darab 695; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.   Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-ħila li Al-Qaeda fil-Peniżola Għarbija u Da'esh jibbenefikaw mid-deterjorament tas-sitwazzjoni politika u tas-sigurtà fil-Jemen; ifakkar li l-atti kollha ta' terroriżmu huma kriminali u inġustifikabbli, tkun xi tkun il-motivazzjoni tagħhom u jitwettqu meta, fejn u minn min jitwettqu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.   Jinsab konvint li kwalunkwe soluzzjoni fit-tul għandha tindirizza l-kawżi sottostanti tal-faqar u l-instabbiltà fil-pajjiż, kif ukoll tissodisfa t-talbiet u l-aspirazzjonijiet leġittimi tal-poplu Jemenit; jafferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għal kwalunkwe sforz politiku paċifiku għall-ħarsien tas-sovranità, l-indipendenza u l-integrità territorjali tal-Jemen; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.   Jiddispjaċih serjament dwar in-nuqqas ta' attenzjoni li f'dawn l-aħħar sentejn u nofs il-komunità internazzjonali u l-mezzi tal-komunikazzjoni tal-massa taw lill-kunflitt li wassal għall-katastrofi umanitarja attwali fil-Jemen; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.   Jopponi kwalunkwe intervent militari barrani fil-pajjiż, kemm jekk mill-Arabja Sawdija jew mill-Iran, kemm jekk mill-pajjiżi Għarab jew minn dawk tal-Punent; jesprimi tħassib kbir bl-eskalazzjoni tat-tensjonijiet fir-reġjun, li kienet aggravata bid-dikjarazzjonijiet tal-President Trump dwar l-involviment tal-Iran; jissottolinja li l-gwerra fil-Jemen mhijiex biss kunflitt bejn ix-Xiiti u s-Sunniti; jiddenunzja l-istrumentalizzazzjoni tad-differenzi reliġjużi, b'mod partikolari mill-Arabja Sawdija, fl-istigazzjoni ta' kriżijiet politiċi u gwerer settarji;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.   Jikkundanna l-konnivenza u l-kompliċità tal-UE mad-dittaturi fir-reġjun; huwa kritiku ferm fil-konfront tar-rwol tad-diversi interventi tal-Punent ta' dawn l-aħħar snin fil-ħruxija tal-kunflitti fiż-żona; jiddikjara li ma jista' jkun hemm l-ebda soluzzjoni militari għall-kunflitti f'dan ir-reġjun; jopponi l-użu tal-kunċett ta' "responsabbiltà ta' protezzjoni", li jintuża wkoll bħala pretest minn partijiet differenti fil-kunflitt fil-Jemen, peress li tali kunċett jikser id-dritt internazzjonali u ma joffrix bażi ġuridika adegwata biex l-użu unilaterali tal-forza jkun iġġustifikat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.   Jistieden lill-komunità internazzjonali, u b'mod partikolari lil Stati Membri bħar-Renju Unit, Franza, Spanja u l-Ġermanja, itemmu t-trasferimenti tal-armi lejn il-partijiet kollha fil-kunflitt fil-pajjiż u, għaldaqstant, jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimpedixxu l-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment min-naħa tagħhom tal-armi – b'mod dirett jew indirett – lil, jew għall-benefiċċju ta', individwi u entitajiet iddeżinjati u dawk li jaġixxu f'isimhom jew taħt it-tmexxija tagħhom fil-Jemen, konformement mal-embargo tan-NU fuq l-armi fil-konfront tal-Jemen, kif definit fil-paragrafu 14 tar-riżoluzzjoni 2216(2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.   Jikkundanna l-użu aktar frekwenti tad-droni fl-ambitu tal-operazzjonijiet extraterritorjali mwettqa mill-Istati Uniti mill-Amministrazzjoni Obama, u ż-żieda ulterjuri tagħhom taħt l-Amministrazzjoni Trump; jopponi bil-qawwa l-użu ta' droni għal qtil extraġudizzjarju u extraterritorjali; jitlob projbizzjoni fuq l-użu tad-droni għal dan l-iskop skont ir-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq tas-27 ta' Frar 2014 dwar l-użu ta' droni armati, li fil-paragrafu 2(a) u (b) tistieden lill-Viċi President / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Istati Membri u lill-Kunsill biex "jopponu u jipprojbixxu l-prassi ta' qtil immirat extraġudizzjarju" u "jiżguraw li l-Istati Membri, f'konformità mal-obbligi legali tagħhom, ma jwettqux qtil immirat illegali jew jiffaċilitaw qtil bħal dan min-naħa ta' stati oħra";</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern tal-Jemen u lill-membri tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf u tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.</p>
</Section></Motion>