<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0656/2017</Ref><Date>22.11.2017</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni fil-Jemen</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2017/2849(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="125001">Harald Vilimsky</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4907"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ENF</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE614.268v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0656/2017</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fil-Jemen</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2017-2849" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2017-2849">2017/2849(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-14 ta' Novembru 2017 mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-sitwazzjoni fil-Jemen,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-kunflitt bejn l-Arabja Sawdija u l-Gvern Houthi fil-Jemen laħaq livell ġdid ta' aggressjoni; billi dan il-kunflitt jaġixxi bħala gwerra bi prokura, li l-konsegwenzi tiegħu huma devastanti għall-pajjiż u l-popolazzjoni tiegħu; billi, minkejja l-appelli internazzjonali għal soluzzjoni politika għall-kriżi, il-partijiet fil-kunflitt ma rnexxilhomx jilħqu qbil u l-ġlied għadu għaddej; billi l-Mibgħut Speċjali tan-NU għall-Jemen, Ismail Ould Cheikh Ahmed, irrimarka dwar il-livell sorprendentement baxx ta' interess internazzjonali fil-kunflitt fil-Jemen;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-Koalizzjoni Għarbija mmexxija mill-Arabja Sawdija, ma għamlet l-ebda tentattiv biex issolvi l-kunflitt b'mod diplomatiku, iżda minflok intensifikat il-kunflitt permezz ta' attakki mill-ajru u atti oħra ta' aggressjoni fil-Jemen; billi l-kunflitti politiċi domestiċi fl-Arabja Sawdija jistgħu jwasslu għal aktar aggressjoni militari kontra l-Jemen; billi hemm suspett qawwi li l-Koalizjoni Għarbija kkooperat ma' organizzazzjonijiet terroristiċi, bħal Al-Qaida u d-Da'esh fil-Jemen;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi, skont ir-rapporti ta' osservaturi internazzjonali, is-sitwazzjoni umanitarja hija meqjusa bħala serja ħafna, u li hija partikolarment aggravata mill-imblokk Sawdi tal-portijiet tal-Jemen; billi kważi 90 % tal-ikel bażiku fil-pajjiż jiġi importat; billi, skont il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u n-Nazzjonijiet Uniti, dawn l-imblokki jirrappreżentaw fattur primarju li jistgħu jwasslu għal katastrofi umanitarja, li tinvolvi li madwar 27 miljun ruħ ibagħtu l-ġuħ;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi, skont rapporti tan-Nazzjonijiet Uniti, hemm aktar minn żewġ miljun persuna spostata internament/refuġjata fil-Jemen; billi l-eskalazzjoni imminenti tal-kunflitt u d-deterjorament tas-sitwazzjoni umanitarja tista' twassal għal mewġa oħra ta' migrazzjoni tal-massa, li tista' wkoll ikollha effett fuq l-Ewropa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-Koalizzjoni Għarbija bbumbardjat deliberatament faċilitajiet ċivili 38 darba, inklużi skejjel u sptarijiet; billi s-sitwazzjoni ta' ċivili fil-Jemen, speċjalment dik tat-tfal, kompliet taggrava sa minn meta bdiet il-kriżi; billi n-Nazzjonijiet Uniti kkritikat il-Koalizzjoni Għarbija bħala responsabbli għall-mewt ta' 638 tifel u tifla; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi għadhom qed jiġu esportati armi minn pajjiżi Ewropej lejn l-Arabja Sawdija, u billi huwa ssuspettat li qegħdin jintużaw fil-kunflitt fil-Jemen; billi, fir-riżoluzzjoni tagħha tat-13 ta' Settembru 2017 dwar l-esportazzjoni tal-armi: l-implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/CFSP<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2017-0344" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2017-0344/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2017)0344</ANCHOR>.</p>
</footnote>, il-Parlament talab għall-waqfien tal-esportazzjoni kollha ta' armi jew ta' teknoloġiji militari lejn żoni ta' kunflitt; billi l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti impona embargo fuq l-armi fuq il-milizji Houthi; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Iqis li l-kunflitt fil-Jemen jeħtieġ li jiġi solvut b'mod diplomatiku malajr kemm jista' jkun, speċjalment fl-interessi tal-popolazzjoni ċivili fil-Jemen; jistieden lill-partijiet kollha, b'mod partikolari l-Arabja Sawdija, sabiex tintemm kull aggressjoni militari fil-Jemen u biex tipproponi waqfien mill-ġlied immedjat segwit minn negozjati ta' paċi; jikkundanna kwalunkwe tentattiv sabiex il-kunflitt jiġi estiż għal reġjuni jew pajjiżi oħra;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jikkundanna bil-qawwa l-aħħar attakki mill-ajru mmexxija mill-Arabja Sawdija fuq il-Jemen; jikkundanna kull kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet terroristiċi bħal Al-Qaida jew id-Da' esh matul il-kunflitt; jissuġġerixxi li n-Nazzjonijiet Uniti tfassal rapport preċiż dwar ir-relazzjonijiet militari bejn it-tmexxija militari tal-Arabja Sawdija u l-organizzazzjonijiet terroristiċi fil-Jemen; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Huwa mħasseb dwar is-sitwazzjoni umanitarja fil-Jemen, li hija kkawżata l-aktar mill-politika ta' imblokk tal-Arabja Sawdija u l-alleati tagħha kif ukoll mill-attakki mill-ajru fuq l-infrastruttura tal-pajjiż; jistieden lill-Arabja Sawdija biex minnufih itemm l-imblokki fuq il-portijiet tal-Jemen sabiex tiġi evitata katastrofi umanitarja; huwa mħasseb dwar l-eskalazzjoni tal-kunflitt li tista' twassal għal mewġa oħra ta' migrazzjoni tal-massa, li jkollha effett ukoll fuq il-pajjiżi Ewropej;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jenfasizza li l-Koalizzjoni Għarbija mmexxija mill-Arabja Sawdija, deliberament attakkat faċilitajiet ċivili, fejn kien hemm tfal; jikkritika bil-qawwa kollha l-aggressjoni militari kontra ċivili, b'mod partikolari t-tfal; jikkundanna l-attakki kollha fuq faċilitajiet ċivili, bħall-isptarijiet u l-iskejjel, u jħeġġeġ lill-partijiet kollha fil-kunflitt biex dawn it-tipi ta' attakki jieqfu; jistieden lin-Nazzjonijiet Uniti biex jeskludu lill-Arabja Sawdija mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jenfasizza li l-Arabja Sawdija għadha timporta armi u teknoloġiji militari minn pajjiżi tal-UE, li huma suspettati li qed jintużaw fil-kunflitt fil-Jemen; tissuġġerixxi li n-Nazzjonijiet Uniti għandha timponi embargo fuq l-armi fuq l-Arabja Sawdija; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf, lis-Segretarju Ġenerali tal-Lega tal-Istati Għarab u lill-Gvern tal-Jemen.</p>
</Section></Motion>