<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0669/2017</Ref><Date>6.12.2017</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni tar-Rohingya</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2017/2973(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="129073">Urmas Paet</Author>, <Author id="124766">Petras Auštrevičius</Author>, <Author id="96922">Izaskun Bilbao Barandica</Author>, <Author id="1473">Gérard Deprez</Author>, <Author id="124866">Ilhan Kyuchyuk</Author>, <Author id="188254">Patricia Lalonde</Author>, <Author id="4253">Frédérique Ries</Author>, <Author id="96945">Marietje Schaake</Author>, <Author id="134243">Jasenko Selimovic</Author>, <Author id="124706">Pavel Telička</Author>, <Author id="97019">Ivo Vajgl</Author>, <Author id="96937">Johannes Cornelis van Baalen</Author>, <Author id="130100">Hilde Vautmans</Author>, <Author id="96677">Cecilia Wikström</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4279"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE614.288v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0669/2017</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni tar-Rohingya</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2017-2973" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2017-2973">2017/2973(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Myanmar u dwar is-sitwazzjoni tal-Musulmani Rohingya, b'mod partikolari dawk tas-7 ta' Lulju 2016<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0316" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0316/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2016)0316</ANCHOR>.</p>
</footnote>, tal-15 ta' Diċembru 2016<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0506" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0506/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2016)0506</ANCHOR>.</p>
</footnote> u tal-14 ta' Settembru 2017<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2017-0351" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2017-0351/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2017)0351</ANCHOR>.</p>
</footnote>, u r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-16 ta' Marzu 2017 dwar il-prijoritajiet tal-UE għas-sessjonijiet tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fl-2017<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2017-0089" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2017-0089/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2017)0089</ANCHOR>.</p>
</footnote> u tat-13 ta' Ġunju 2017 dwar l-apolidija fin-Nofsinhar u fix-Xlokk tal-Asja<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2017-0247" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2017-0247/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2017)0247</ANCHOR>.</p>
</footnote>, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Istrateġija tal-UE fir-rigward tal-Myanmar/Burma tal-20 ta' Ġunju 2016, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-1 ta' Ġunju 2016 mill-Kummissjoni u mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill intitolata "Elementi għal Strateġija tal-UE fil-konfront tal-Mjanmar/Burma: Sħubija Speċjali għad-Demokrazija, il-Paċi u l-Prosperità" (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/JOIN-2016-0024" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/JOIN-2016-0024">JOIN(2016)0024</ANCHOR>), </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-30 ta' Marzu 2016 mill-VP/RGħ dwar l-assunzjoni tal-kariga tal-Gvern il-ġdid tal-Unjoni tal-Myanmar, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Memorandum ta' Qbil bejn il-Myanmar u l-Bangladesh dwar ir-ripatrijazzjoni tal-persuni Rohingya mill-Bangladesh lejn il-Myanmar, iffirmat fit-23 ta' Novembru 2017,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-VP/RGħ tat-23 ta' Novembru 2017 dwar il-Memorandum ta' Qbil bejn il-Myanmar u l-Bangladesh,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-4 ta' Diċembru 2015 dwar l-apolidija,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati u l-Protokoll tal-1967 tagħha, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-Istatus ta' Persuni Apolidi tal-1954 u l-Konvenzjoni dwar it-Tnaqqis tal-Apolidija tal-1961, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni Globali 2014-24 biex Tintemm l-Apolidija, ta' Novembru 2014, tal-Aġenzija tan-NU għar-Rifuġjati (UNHCR), </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem (UDHR) tal-1948, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Kummissjoni Konsultattiva dwar l-Istat ta' Rakhine tal-24 ta' Awwissu 2017 - Lejn futur paċifiku, ġust u prosperuż għall-poplu ta' Rakhine, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966 u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali tal-1966, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Karta tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-Istat ta' Rakhine fil-Myanmar jospita madwar miljun Rohingya, li l-biċċa l-kbira minnhom huma Musulmani, grupp ta' minoranza li qed jiffaċċjaw ripressjoni u ksur serju kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi theddid għall-ħajja u s-sigurtà, qtil, ċaħda tad-drittijiet għas-saħħa u l-edukazzjoni, xogħol furzat, vjolenza sesswali u limiti fuq id-drittijiet politiċi tagħhom; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-poplu tar-Rohingya ilu uffiċjalment mingħajr Stat sa minn meta ġiet promulgata l-Liġi tal-1982 dwar iċ-Ċittadinanza Burmiża, li wasslet għal restrizzjonijiet severi fuq il-libertà ta' moviment u ġiegħlithom jgħixu f'kampijiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi r-Rohingya huma maqbudin f'ċirku vizzjuż ta' diskriminazzjoni sponsorjata mill-istat u istituzzjonalizzata li tammonta għal apartheid, li qed jinbidel f'tindif etniku; billi għar-Rohingya tapplika leġiżlazzjoni separata, li toħloq xkiel għall-attivitajiet tal-ħajja ta' kuljum, bħax-xogħol, iż-żwieġ, l-ivvjaġġar u l-aċċess għall-kura tas-saħħa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi l-Gvernijiet tal-Myanmar u l-Bangladesh iffirmaw memorandum ta' qbil (MtQ) mhux vinkolanti f'Nay Pyi Taw; billi dan il-MtQ għandu jiggarantixxi r-ritorn sikur tar-rifuġjati Rohingya li ħarbu mill-Myanmar għall-Bangladesh matul dawn l-aħħar ftit snin; billi ġie indikat li r-Rohingya mhux se jintbagħtu lura fl-irħula tagħhom, iżda lejn kampijiet tar-rifuġjati/tal-priġunieri fil-Myanmar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi r-riskju ta' radikalizzazzjoni li qabel kien enfasizzat fir-rapport finali tal-24 ta' Awwissu 2017 tal-Kummissjoni Konsultattiva dwar l-Istat ta' Rakhine, immexxija mis-Sur Kofi Annan, huwa preżenti fost il-komunitajiet lokali u spustati internament tat-Tramuntana ta' Rakhine, kif ukoll fost il-komunitajiet tar-rifuġjati fil-Bangladesh; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-qtil, l-istupru f'irħula Rohingya u l-ħruq ta' dawn l-irħula jintużaw bħala mezz biex issir ħsara permanenti lill-istruttura soċjali tar-Rohingya u biex tiġi trawmatizzata l-popolazzjoni; billi l-għan ta' dawn l-atti orribbli huwa li r-Rohingya jiġu sfurzati jitilqu mill-irħula tagħhom u l-pajjiż, u biex joħolqu ostakli mentali u fiżiċi għar-ritorn tagħhom; billi l-fruntiera bejn il-Myanmar u l-Bangladesh ġiet militarizzata u tpoġġew mini biex jipprevjenu lin-nies milli jaqsmuha; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-Human Rights Watch u l-Amnesty International enfasizzaw il-fatt li mill-25 ta' Awwissu 2017, il-forzi tas-sigurtà ta' Burma wettqu stupri fuq bażi mifruxa u sistematika kontra n-nisa u l-bniet bħala parti minn kampanja ta' tindif etniku kontra Musulmani Rohingya fl-Istat ta' Rakhine; billi l-Kumitat tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) appella lill-Gvern tal-Myanmar biex jipprovdi, sat-28 ta' Mejju 2018, informazzjoni dwar firxa ta' kwistjonijiet li jirrigwardaw allegati każijiet ta' vjolenza kontra n-nisa u l-bniet fit-Tramuntana tal-Istat ta' Rakhine f'dawn l-aħħar xhur; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi l-VP/RGħ iddeskriviet l-iffirmar tal-MtQ ta' ripatrijazzjoni bħala pass importanti u mixtieq biex tiġi indirizzata waħda mill-agħar kriżijiet umanitarji u tad-drittijiet tal-bniedem ta' żmienna;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi l-Myanmar attwalment igawdi minn preferenzi kummerċjali SĠP taħt l-iskema Kollox ħlief Armi, u l-esportazzjonijiet tal-pajjiż lejn l-UE laħqu EUR 830 miljun fl-2016; billi r-repressjoni attwali kontra r-Rohingya tista' titqies bħala ksur 'gravi u sistematiku' tal-obbligi tal-Myanmar mill-inqas taħt waħda mill-konvenzjonijiet tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u tax-xogħol tar-Regolament SĠP (Nru 978/2012); </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Iħeġġeġ lill-forzi militari u tas-sigurtà jwaqqfu minnufih il-qtil, il-fastidju u l-istupri mwettqa kontra l-persuni Rohingya, kif ukoll il-ħruq ta' djarhom; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jistieden lill-Gvern tal-Myanmar iniedi investigazzjonijiet immedjati, imparzjali, indipendenti u effikaċi dwar l-allegazzjonijiet kredibbli kollha ta' ksur tal-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u delitti skont il-liġi internazzjonali; jinsisti li, fejn jinstab li jkun hemm biżżejjed evidenza ammissibbli li individwi wettqu reati li jinvolvu ksur tal-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, dawn l-individwi għandhom jiġu mħarrka quddiem qrati ċivili indipendenti, fi proċedimenti imparzjali u mingħajr l-impożizzjoni tal-piena tal-mewt;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Myanmar jirrispetta l-libertà tal-moviment tar-Rohingya u jiggarantixxi s-sigurtà tagħhom kull fejn ikunu; jistieden lill-Gvern tal-Myanmar ineħħi immedjatament il-mini kollha fil-fruntiera mal-Bangladesh; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Myanmar ineħħi immedjatament ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar tal-organizzazzjonijiet umanitarji; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Itenni, barra minn hekk, l-appelli li saru fil-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-bini ta' istituzzjonijiet demokratiċi effikaċi u soċjetà ċivili b'saħħitha, u l-ħtieġa li jiġu rispettati d-drittijiet u l-libertajiet bażiċi, u li tiġi promossa l-governanza tajba;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jinsisti fuq l-implimentazzjoni diretta tal-MtQ, u biex jiġi rispettat bis-sħiħ id-dritt tar-Rohingya li jirritornaw b'mod volontarju, sikur u dinjituż fil-postijiet tal-oriġini tagħhom, mingħajr diskriminazzjoni ta' kwalunkwe tip; jitlob lill-Gvern tal-Myanmar jiggarantixxi kundizzjonijiet ta' għajxien sikuri u umani għar-Rohingya f'kull ħin;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Myanmar jindirizza d-diskriminazzjoni u s-segregazzjoni sistematiċi u li ilhom għaddejjin tar-Rohingya u Musulmani oħra fl-Istat ta' Rakhine, u jiżgura aċċess għall-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni u servizzi oħra; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jesprimi t-tħassib tiegħu rigward l-intenzjonijiet ta' gruppi terroristiċi, partikolarment l-Al-Qaeda u l-ISIS, li qed ifittxu li jisfruttaw l-kriżi tar-Rohingya billi jrabbu l-għeruq f'Burma u jespandu l-influwenza tagħhom madwar ir-reġjun kollu; jissottolinja l-fatt li xi rifuġjati Rohingya u membri ribelli tal-Arakan Rohingya Salvation Army jistgħu jsiru vulnerabbli għal reklutaġġ minn movimenti estremisti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jistieden lill-Gvern tal-Myanmar jagħti lill-aġenziji tan-NU, lil organizzazzjonijiet umanitarji internazzjonali u lokali oħra, lill-midja nazzjonali u internazzjonali, aċċess sħiħ għall-partijiet kollha tal-pajjiż; jenfasizza li l-fluss ta' informazzjoni se jitħeġġeġ jiddetermina eżattament x'inhu jiġri fir-reġjun biss jekk ikun hemm aċċess sħiħ tal-midja u trasparenza sħiħa; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jesprimi diżappunt sinċier għall-Gvern tal-Myanmar u Aung San Suu Kyi talli rrifjutaw li jindirizzaw il-kwistjoni u talli ċaħdu l-atroċitajiet li qed iseħħu u kienu kompliċi fihom; iħeġġeġ lil Aung San Suu Kyi jitkellem kontra l-atroċitajiet u jieħu miżuri konkreti biex jgħin lir-Rohingya; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Iħeġġeġ liċ-Ċina u lil atturi internazzjonali u reġjonali oħra jużaw il-pjattaformi bilaterali, multilaterali u reġjonali kollha għad-dispożizzjoni tagħhom biex jesiġu li jintemmu l-atroċitajiet u tinstab soluzzjoni paċifika; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jiddispjaċih li l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU naqas milli jadotta riżoluzzjoni dwar is-sitwazzjoni tar-Rohingya; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet magħmula mill-VP/RGħ; huwa tal-opinjoni, madankollu, li hemm bżonn impenji akbar; ifakkar fit-talba tiegħu lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri tal-UE biex iżidu b'mod sinifikanti l-pressjoni tagħhom fuq il-Gvern tal-Myanmar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Jappella lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex jestendu l-embargo eżistenti fuq l-armi kontra l-Myanmar sabiex jinkludi kull forma ta' assistenza militari, u biex jimponu sanzjonijiet finanzjarji mmirati kontra uffiċjali għolja responsabbli għal ksur serju; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Iħeġġeġ lill-istati kollha jżidu l-isforzi umanitarji tagħhom għall-persuni spustati fil-Myanmar u f'pajjiżi oħrajn, inkluż il-Bangladesh, u biex jipproteġu lin-nisa, lit-tfal, u oħrajn f'riskju ta' vjolenza sesswali, traffikar u abbużi simili; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.  Jistieden lill-VP/RGħ biex, flimkien mal-Kummissarju għall-Kummerċ, jissospendu l-preferenzi kummerċjali li l-Myanmar għandu taħt l-iskema Kollox Ħlief Armi, u jikkomunikaw lill-Gvern tal-Myanmar li n-negozjati dwar trattat ta' investiment bejn l-UE u l-Myanmar jistgħu jiġu sospiżi; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Gvern u lill-Parlament tal-Myanmar, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE, lis-Segretarju Ġenerali tal-ASEAN, lill-Kummissjoni Intergovernattiva dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-ASEAN, lir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar, lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati u lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU.</p>
</Section></Motion>