<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0674/2017</Ref><Date>6.12.2017</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni / tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-Myanmar/Burma: is-sitwazzjoni tar-Rohingya</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2017/2973(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="30482">Younous Omarjee</Author>, <Author id="96858">Marie-Christine Vergiat</Author>, <Author id="96735">Patrick le Hyaric</Author>, <Author id="125091">Sofia Sakorafa</Author>, <Author id="124736">Merja Kyllönen</Author>, Lola Sanchez Caldentey, <Author id="125051">Josu Juaristi Abaunz</Author>, <Author id="96820">Marisa Matias</Author>, Dimitris Papadimoulis, <Author id="125092">Kostadinka Kuneva</Author>, <Author id="130833">Stelios Kouloglou</Author>, <Author id="125997">Javier Couso Permuy</Author>, Marina Albiol, Tania Gonzalez Peñas, Estefania Torres Martinez, <Author id="135490">Xabier Benito Ziluaga</Author>, <Author id="131507">Miguel Urbán Crespo</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4277"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE614.293v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0674/2017</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma: is-sitwazzjoni tar-Rohingya</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2017-2973" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2017-2973">2017/2973(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-bosta riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-Myanmar/Burma u r-Rohingya, b'mod partikolari dawk tas-16 ta' Settembru 2017, tal-15 ta' Diċembru 2016, tas-7 ta' Lulju 2016 u tal-21 ta' Mejju 2015 dwar l-oqbra tal-massa fit-Tajlandja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapport tiegħu dwar l-apolidija fin-Nofsinhar u fix-Xlokk tal-Asja tat-13 ta' Ġunju 2017, kif ukoll dak tas-27 ta' Ġunju 2016 dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-2010 tal-Parlament dwar l-istandards soċjali u ambjentali, id-drittijiet tal-bniedem u r-responsabilità korporattiva,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Patti Internazzjonali tal-1966 dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati u l-Protokoll tal-1967 tagħha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' New York dwar l-Istatus tal-Persuni Apolidi,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU Kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni Nru 1325 tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-NU dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  Wara li kkunsidra l-ħidma tan-NU dwar is-suġġett, ir-rapport intitolat "Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-Musulmani Rohingya u minoranzi oħrajn fil-Myanmar", adottat matul it-32 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni Globali 2014-2024 tal-UNHCR biex Tintemm l-Apolidija,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapport tal-missjoni tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) fil-Bangladexx tat-3 ta' Frar 2017 dwar l-intervisti ta' Rohingya maħruba mill-Myanmar/Burma fid-9 ta' Ottubru 2016,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inkluża l-libertà ta' espressjoni,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni (RGħ/VP), waqt il-konferenza stampa tagħha tat-2 ta' Mejju 2017 ma' Aung San Suu Kyi, Kunsilliera tal-Istat u Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Myanmar/Burma,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investimenti bejn l-UE u l-Myanmar/Burma li qed jiġi nnegozjat,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapporti rikorrenti tal-NGOs dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma, b'mod partikolari dwar ir-Rohingya,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2016 dwar strateġija tal-UE fil-konfront tal-Myanmar/Burma,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Ottubru 2017,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra ż-żjara fil-Bangladexx u d-dikjarazzjoni tad-19 ta' Novembru 2017 tal-VP/RGħ, Federica Mogherini,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Istqarrija tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-5 ta' Diċembru 2017 fil-laqgħa straordinarja tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="18pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt">A.billi r-Rohingya tal-Myanmar/Burma huma l-akbar popolazzjoni ta' apolidi fid-dinja; billi l-persekuzzjoni, il-vjolenza u d-diskriminazzjoni kontrihom qed ikomplu jikbru; billi l-aċċess għall-Istat ta' Rakhine għadu ferm limitat għall-NGOs, l-osservaturi indipendenti u l-ġurnalisti;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="18pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt">B.billi aktar minn 600 000 Rohingya ħarbu fil-Bangladexx mill-25 ta' Awwissu 2017, minbarra bejn 200 000 u 300 000 Rohingya li waslu fil-pajjiż matul l-aħħar deċennji; billi l-Bangladexx huwa wieħed mill-ifqar pajjiżi fid-dinja; billi minbarra l-kriżi umanitarja qed jibda jkun hemm kriżi tas-saħħa u riskju ta' epidemiji; billi ġew innutati każijiet ta' malnutrizzjoni akuta u severa; billi l-UNICEF, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) u l-awtoritajiet tal-Bangladexx ix-xahar li għadda nedew kampanja ta' tilqim, li għaliha ġew previsti 900 000 doża ta' tilqim;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="18pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt">C.wara li kkunsidra l-iffirmar, fit-23 ta' Novembru li għadda, ta' ftehim bejn il-Bangladexx u l-Myanmar/Burma; billi dan il-ftehim ikopri ir-ripatrijazzjoni volontarja ta' Rohingya spustati minn Ottubru 2016; billi l-apparat u l-grupp ta' ħidma konġunt se jitwaqqfu fi żmien xahrejn; billi għandhom jinfetħu kampijiet fil-Myanmar/Burma biex jakkomodawhom; billi l-forzi armati tal-Myanmar/Burma huma responsabbli għal atti ta' tortura, għajbien sfurzat, qtil extraġudizzjarju u bumbardamenti indiskriminati fuq tal-irħula Rohingya;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="18pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt">D.billi titqies it-tħabbira tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem fejn talab investigazzjoni kriminali internazzjonali rigward l-awturi ta' vjolenza kontra r-Rohingya, awturi potenzjalment responsabbli għal ġenoċidju; billi l-analiżi tiegħu dwar l-attakki "mifruxa, sistematiċi u brutalità xokkanti" kontra r-Rohingya tikkorrobora l-elementi ġejjin minn bosta osservaturi internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="18pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt">E.billi r-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar il-Vjolenza Sesswali f'kunflitt, Pramila Patten, marret f'kampijiet tar-rifuġjati f' Cox' s Bazar, fil-Bangladexx, fit-12 ta' Novembru li għadda, u ħabbret l-intenzjoni tagħha li tirrakkomanda lill-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) biex takkuża lill-awtoritajiet tal-Myanmar/Burma ta' abbużi mifruxa tad-drittijiet tal-bniedem, u dan huwa ekwivalenti għal "atti ta' ġenoċidju kontra l-popolazzjoni Rohingya"; billi l-kamp ta' Kutupalong, l-aktar importanti ta' Cox' s Bazar, waħdu jospita aktar minn 400 000 rifuġjat;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="18pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt">F.billi titqies il-konferenza ta' ġbir ta' fondi għall-persuni Rohingya, li saret fit-23 ta' Ottubru li għadda f'Ġinevra; billi l-Unjoni Ewropea pprovdiet EUR 30 miljun f'għajnuna biex tittaffa l-kriżi umanitarja; billi l-għajnuna umanitarja internazzjonali għandha tiġi mġedda sa minn Frar 2018;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="18pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt">G.billi r-rapport tal-24 ta' Awwissu li għadda tas-Segretarju Ġenerali tan-NU, Kofi Annan, rapport li ħadet ħsiebu Aung San Suu Kyi, jirrakkomanda li l-Myanmar/Burma ineħħi r-restrizzjonijiet fuq il-moviment u ċ-ċittadinanza tar-Rohingya biex tiġi evitata żieda fir-radikaliżmu u tiġi żgurata l-paċi u l-istabbiltà tan-nazzjon tal-Myanmar/Burma;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="18pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt">H.billi jitqies ir-rifjut imtenni ta' għoti taċ-ċittadinanza u tad-drittijiet relatati, bħad-dritt għall-vot, lill-miljun Rohingya; billi għadd ta' tfal Rohingya ma rċevewx ċertifikat tat-twelid sa mis-snin 1990, u dan idgħajjef l-inklużjoni tagħhom fl-iskejjel pubbliċi u l-kisba ta' dokumenti ta' identità;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="18pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt">I.billi l-Artikoli 7 u 8 tal-Konvenzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal, li l-Myanmar/Burma huwa parti kontraenti għaliha, jistabbilixxu d-dritt tal-wild li jiġi rreġistrat mit-twelid, u obbligi oħra li jimponu l-istrumenti internazzjonali applikabbli f'dan il-qasam, b'mod partikolari f'każijiet fejn, fin-nuqqas ta' dan, il-minuri jsib ruħu apolidu;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="18pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt">J.billi l-armata għad għandha setgħa sproporzjonata fl-affarijiet tal-pajjiż; billi xi artikoli tal-Kostituzzjoni jiddikjaraw l-impunità tal-mexxejja militari u ċivili;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="18pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt">K.billi r-reliġjon hija strumentalizzata għal skopijiet vjolenti; billi l-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon mhumiex garantiti; billi l-inċitament għall-mibegħda kontra l-minoranzi reliġjużi jibqa' sistematikament mhux sanzjonat; billi il-ksenofobija u l-islamofobija fis-soċjetà tal-Myanmar/Burma kienu partikolarment msaħħa biż-żieda fl-importanza ta' estremiżmu Buddista li jħaddan politika nazzjonalista u li jqis il-Buddiżmu bħala element kostituttiv tan-nazzjon tal-Myanmar/Burma, saħansitra bħala kundizzjoni esklużiva ta' din nazzjon;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="18pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-18pt">L.billi t-tensjonijiet u l-mibegħda komunitarji ma jistgħux madankollu jiġu eliminati permezz ta' dispożizzjonijiet ġuridiċi biss; billi huwa wkoll meħtieġ li jiġu indirizzati l-kawżi tagħhom, anke billi jinqerdu l-isterjotipi diskriminatorji, billi tiġi inkoraġġuta tolleranza akbar u miżuri ta' aċċess għas-servizzi soċjali għal kulħadd, b'mod partikolari fil-qasam tal-edukazzjoni;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21.3pt">1.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni umanitarja fil-Myanmar/Burma u fil-Bangladexx, u jħeġġeġ lill-Gvern tal-Myanmar/Burma iwaqqaf l-użu eċċessiv tal-forza, u tal-vjolenza u d-diskriminazzjoni li qerdu lir-Rohingya fl-istat ta' Rakhine; itenni t-talba tiegħu għal aċċess umanitarju sħiħ u inkundizzjonat mingħajr dewmien;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21.3pt">2.  Ifakkar li r-Rohingya huma parti integrali mill-popolazzjoni tal-Myanmar/Burma u li f'dan ir-rigward, huma għandhom jiġu rikonoxxuti bħala tali mil-liġi;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21.3pt">3.  Jinnota l-ftehim reċenti bejn il-Bangladexx u l-Myanmar/Burma; jinsisti li l-UNHCR għandu jiġi involut sistematikament fil-ħidma tal-grupp ta' ħidma konġunt; jenfasizza li l-ispostament tar-Rohingya minn kamp għall-ieħor, fuq in-naħa l-oħra tal-fruntiera, ma jistax jikkostitwixxi soluzzjoni dinjituża jew sostenibbli; jappoġġa l-pożizzjoni tal-Kummissarju Għoli għar-Rifuġjati, li tqis li bħalissa ma jeżistux il-kundizzjonijiet biex "jippermettu ritorn sikur u sostenibbli"; jenfasizza, barra minn hekk, li dawn ir-ritorni għandhom jitwettqu fuq bażi volontarja; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi rrispettat il-prinċipju ta' non-refoulement f'kull ċirkostanza;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21.3pt">4.  Jilqa' r-rwol kostruttiv tal-Bangladexx f'ċirkostanzi diffiċli; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jipprovdu aktar art biex jitnaqqsu l-iffullar u l-privazzjoni tal-kampijiet; jistedinhom itaffu r-restrizzjonijiet burokratiċi li huma jimponu fuq organizzazzjonijiet umanitarji, inkluż dwar permessi tax-xogħol, viżi u approvazzjonijiet ta' proġetti; jinkoraġġixxi lill-Bangladexx biex jirrikonoxxi uffiċjalment bħala rifuġjati lir-Rohingya kollha, sabiex kollha jkunu jistgħu jaċċedu għall-protezzjonijiet bażiċi u jirċievu l-appoġġ li jeħtieġu; ifakkar li l-libertà tal-moviment hija kruċjali biex jinħoloq aċċess għas-servizzi bażiċi u opportunitajiet ta' edukazzjoni;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21.3pt">5.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati l-kundizzjonijiet għal ritorn dinjituż bil-ħsieb li jiġu implimentati soluzzjonijiet sostenibbli, f'konformità mal-prinċipji internazzjonali, u li dan għandu jibda bir-rikostruzzjoni tal-irħula meqruda mill-forzi armati Burmiżi; jilqa' b'sodisfazzjon, f'dan ir-rigward, id-deċiżjoni tal-Myanmar/Burma li joħloq "Union Enterprise Mechanism" għall-għajnuna umanitarja, ir-risistemazzjoni u l-iżvilupp fl-Istat ta' Rakhine; jenfasizza li dan il-mekkaniżmu għandu jkun akkumpanjat mir-radd sħiħ tad-drittijet tar-Rohingya u t-twaqqif u l-kundanna pubblika tal-użu eċċessiv tal-forza mill-awtoritajiet Burmiżi;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21.3pt">6.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li reċentement il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti estenda l-mandat tal-missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni; jissottolinja d-diskriminazzjoni, it-tkeċċija, l-abbużi, il-qtil tal-massa u l-inċitament għall-mibegħda kontra r-Rohingya mwettqa mill-Istat Burmiż, li f'termini ġuridiċi jammontaw għal "delitti kontra l-umanità"; jappoġġa t-talba tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem li jirrakkomanda lill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti biex tistabbilixxi mekkaniżmu ġdid li jkun imparzjali, indipendenti u li jkompli mal-ħidma tal-missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni dwar l-aħħar mewġa ta' vjolenza u abbuż, biex jiġu ffaċilitati l-investigazzjonijiet kriminali individwali fuq dawk responsabbli; jappoġġa wkoll il-ħolqien ta' uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem fil-Myanmar/Burma b'mandat sħiħ;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21.3pt">7.  Jiġbed l-attenzjoni għad-diskriminazzjonijiet kontra minoranzi oħra fil-Myanmar/Burma (Tamil Hindu, Kaman, il-minoranza Ċiniża...); iqis li l-Liġi tal-1982 dwar iċ-Ċittadinanza tirrapreżenta art fertili għad-diviżjoni, li effettivament tintroduċi kunċett inġust ta' "status" ta' ċittadinanza, flimkien ma' applikazzjoni selettiva, b'diversi livelli ta' burokrazija u korruzzjoni endemika;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21.3pt">8.  Jissottolinja għal darb' oħra l-urġenza, għall-Gvern Burmiż, li jirrevedi b'mod radikali l-qafas ġuridiku diskriminatorju tal-pajjiż; iħeġġeġ, f'dan ir-rigward, lill-Gvern tal-Myanmar/Burma biex jagħti ċ-ċittadinanza sħiħa lill-minoranzi Burmiżi kollha, u b'mod partikolari lir-Rohingya, billi jirrevedi l-Liġi tal-1982 dwar in-nazzjonalità, f'konformità mal-istandards internazzjonali; jirrakkomanda lill-Gvern jiżgura li l-abitanti kollha tal-Myanmar/Burma jkunu jistgħu jiksbu dokumenti ta' identità, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, u jiżgura li t-tfal kollha jiġu rreġistrati mat-twelid, u dan mingħajr diskriminazzjoni u mingħajr ħlas, u jistabbilixxi malajr sistema li tippermetti r-reġistrazzjoni tat-tfal mhux reġistrati, inklużi t-tfal Rohingya, bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet tan-NU;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21.3pt">9.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Burmiżi jimplimentaw malajr kemm jista' jkun ir-rakkomandazzjonijiet kollha tal-kumitat ta' inkjesta mmexxija minn Kofi Annan, b'mod partikolari dwar iċ-ċittadinanza u l-ugwaljanza fil-liġi u fil-prattika bejn il-poplu Burmiż;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21.3pt">10.  Iħeġġeġ lil Aung San Suu Kyi biex tipproteġi lill-poplu tagħha, fosthom ir-Rohingya li huma parti integrali mill-poplu, u tikkundanna l-abbużi tal-militar; josserva li, bħala l-Kunsulent tal-Istat, Aung San Suu Kyi impenjat ruħha li tressaq quddiem il-ġustizzja dawk kollha li jiksru d-drittijiet tal-bniedem u li wettqu atti kriminali oħra, skont l-istat tad-dritt biex tiġi evitata kull impunità, u ddikjarat fid-19 ta' Settembru 2017 li l-Myanmar/Burma ma jibżax minn skrutinju fil-fond tal-komunità internazzjonali. jibqa' madankollu mħasseb ħafna dwar ċerti dikjarazzjonijiet tagħha u l-inadegwatezza tal-azzjoni tagħha, li mhumiex denji ta' rebbieħa tal-Premju Nobel għall-Paċi u tal-Premju Sakharov;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21.3pt">11.  Jiddenunzja l-influwenza dejjem tiżdied ta' movimenti ultranazzjonalisti Buddisti, li jagħtu n-nar għas-sentimenti diskriminatorji u jitolbu l-adozzjoni ta' politiki jew liġijiet diskriminatorji; ifakkar li l-Kostituzzjoni tal-2008 tipprojbixxi l-istrumentalizzazzjoni tar-reliġjon għal skopijiet politiċi; jistieden lill-awtoritajiet jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġġieldu kontra t-tixrid ta' diskriminazzjoni u preġudizzji kontra l-Musulmani u l-membri ta' minoranzi nazzjonali, etniċi, reliġjużi u lingwistiċi fil-pajjiż u biex itemmu l-inċitament għall-mibegħda, speċjalment kontra l-Musulmani billi jikkundannaw tali atti pubblikament, inkluż fl-Istat ta' Rakhine;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21.3pt">12.  Jissottolinja l-bżonn li jiġu indirizzati l-għeruq ta' diskriminazzjoni li ilha ħafna taffettwa l-popolazzjoni Rohingya; jitlob li jingħata, jiġi difiż u garantit l-aċċess għad-drittijiet ekonomiċi u soċjali fundamentali, inkluż opportunitajiet għall-edukazzjoni aqwa u l-aċċess għall-edukazzjoni, inkluża l-edukazzjoni ogħla, għal kulħadd, b'mod partikolari fl-Istat ta' Rakhine, għaż-żgħażagħ spostati u t-tfal li jgħixu fil-kampijiet;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21.3pt">13.  Iħeġġeġ lill-Gvern Burmiż biex jagħti l-prijorità lil miżuri preventivi kontra d-diskriminazzjoni, b'mod partikolari permezz ta' kampanji edukattivi u ta' sensibilizzazzjoni, permezz tat-taħriġ tal-imħallfin u tal-uffiċjali responsabbli miż-żamma tal-ordni, u permezz tad-djalogu soċjali u kulturali;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21.3pt">14.  Jenfasizza li s-suċċess tat-tranżizzjoni demokratika u l-istat ta' dritt fil-Myanmar/Burma jiddepend wkoll fuq garanzija ta' supremazija tas-setgħa ċivili fuq dik militari;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21.3pt">15.  Jistieden lill-Awtoritajiet Burmiżi jiggarantixxu r-rispett sħiħ tad-drittijiet għal-libertà tal-espressjoni, tal-għaqda, tal-assoċjazzjoni u tal-mezzi tax-xandir, iwaqfu l-arresti u d-detenzjonijiet arbitrarji u jieqfu jimponu kundanni sproporzjonati lil dawk li jeżerċitaw dawn id-drittijiet, b'mod partikolari l-atturi tas-soċjetà ċivili, il-personaġġi politiċi u l-ġurnalisti li qed jippruvaw jipproteġu d-drittijiet tal-minoranzi u li huma regolarment vittmi ta' atti ta' intimidazzjoni u fastidju;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21.3pt">16.  Jitlob lill-Myanmar/Burma jirratifika ħamsa mit-tmien konvenzjonijiet ewlenin diġà ffirmati, b'mod partikolari l-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali u l-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21.3pt">17.  Jistieden lill-pajjiżi kollha fir-reġjun, b'mod partikolari l-Awstralja, l-Indoneżja, il-Malasja u t-Tajlandja, biex jirrispettaw l-obbligi internazzjonali tagħhom fil-qasam tad-drittijiet tar-rifuġjati, b'mod partikolari billi jiffirmaw il-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Rifuġjati, imsejħa Konvenzjoni ta' Ġinevra u l-Protokoll tagħha tal-1967, u l-Konvenzjoni ta' New York dwar l-Istatus ta' Persuni Apolidi, biex jiftħu l-fruntieri għall-persuni li qed ifittxu l-asil, b'mod partikolari ir-Rohingya, u biex tal-inqas jipprovdulhom protezzjoni temporanja;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21.3pt">18.  Jilqa' b'sodisfazzjoni l-attenzjoni u l-appoġġ dejjem jikber tal-Unjoni Ewropea għall-kriżi; jirrakkomanda li l-għajnuna tal-Unjoni tingħata biss għal programmi strettament mhux diskriminatorji u mhux segregati; jinnota li Christos Stylianides, il-Kummissarju Ewropew għall-Għajnuna Umanitarja, waqt iż-żjara tiegħu fil-Bangladexx ix-xahar li għadda, ikkwota lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, li tkellem dwar "tindif etniku";</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21.3pt">19.  Jilqa' b'sodisfazzjon is-sospensjoni tal-kooperazzjoni militari ta' Franza u tar-Renju Unit mal-Myanmar/Burma kif ukoll is-sospensjoni ta' stediniet tal-Unjoni Ewropea lill-Kap Kmandant u uffiċjali oħra tal-forzi armati ta' dan il-pajjiż; jenfasizza l-importanza tal-embargo tal-Unjoni fuq l-armi, li għandha tkopri wkoll il-provvista ta' tagħmir, il-manutenzjoni, l-assistenza, it-taħriġ u l-kooperazzjoni mal-armata tal-Myanmar/Burma, u jappella lill-komunità internazzjonali biex tagħmel l-istess;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21.3pt">20.  Jitlob li n-negozjati dwar ftehim ta' protezzjoni tal-investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Myanmar/Burma jibqgħu sospiżi sakemm is-sitwazzjoni ma tmurx għall-aħjar b'mod sostenibbli; jilqa' b'sodisfazzjon, f'dan ir-rigward, il-posponiment għal data indeterminata taż-żjara li delegazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali tal-Parlament Ewropew kellha twettaq fil-Myanmar/Burma f'Settembru li għadda; ifakkar li l-aċċess għas-sistema ta' preferenzi ġeneralizzati (SPĠ) huwa suġġett għar-rispett tal-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem, u li f'każ ta' ksur mifrux u sistematiku tal-istandards bażiċi fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem jew tad-drittijiet tax-xogħol, l-aċċess jista' jiġi rtirat; jistieden bil-qawwa lill-Kunsill biex jikkunsidra din is-soluzzjoni;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21.3pt">21.  jenfasizza, b'mod iktar globali, li l-kwistjonijiet marbuta mal-artijiet u approprjazzjonijiet illeċiti tal-art, b'mod partikolari minn impriżi privati, għadhom sfida sinifikanti għall-ġejjieni tal-Myanmar/Burma, għall-ġustizzja soċjali u għar-risistemazzjoni tar-Rohingya;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21.3pt">22.  Ifakkar li r-rapport tiegħu tal-2010 dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet dwar l-istandards soċjali u ambjentali, id-drittijiet tal-bniedem u r-responsabilità korporattiva, ikkonstata li l-kwalsoli li attwalment hemm fil-ftehimiet kummerċjali kellhom "impatt limitat fuq ir-rispett tal-obbligi u l-impenji fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem2, u kien stieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex, b'mod partikolari, "jikkunsidraw l-inklużjoni ta' kumitat għad-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet kummerċjali kollha tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat segwitu serju u sistematiku ta' kwistjonijiet relatati mad-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest tal-ftehim";</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21.3pt">23.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-gvern tal-Myanmar/Burma kif ukoll lill-membri tal-ASEAN, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="21.3pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-21.3pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
</Section></Motion>