<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0678/2017</Ref><Date>11.12.2017</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni fl-Afganistan</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2017/2932(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96838">Cristian Dan Preda</Author>, <Author id="96747">Arnaud Danjean</Author>, <Author id="2002">José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra</Author>, <Author id="96934">Sandra Kalniete</Author>, <Author id="124806">David McAllister</Author>, <Author id="119434">Dubravka Šuica</Author>, <Author id="28276">Laima Liucija Andrikienė</Author>, <Author id="1263">Elmar Brok</Author>, <Author id="28219">Daniel Caspary</Author>, <Author id="28451">Lorenzo Cesa</Author>, <Author id="2341">Michael Gahler</Author>, <Author id="125068">Manolis Kefalogiannis</Author>, <Author id="28424">Tunne Kelam</Author>, <Author id="97968">Andrey Kovatchev</Author>, <Author id="96651">Eduard Kukan</Author>, <Author id="23693">Alojz Peterle</Author>, <Author id="124898">Julia Pitera</Author>, <Author id="4345">Tokia Saïfi</Author>, <Author id="124702">Jaromír Štětina</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4269"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp PPE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE614.301v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0678/2017</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fl-Afganistan</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2017-2932" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2017-2932">2017/2932(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Komunikat tal-4 u tal-5 ta' Ottubru 2016 maħruġ mill-Konferenza ta' Brussell dwar l-Afganistan,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Afganistan, b'mod partikolari dawk tas-26 ta' Novembru 2015 dwar l-Afganistan, b'mod partikolari l-każijiet ta' qtil fil-provinċja ta' Zabul<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0412" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0412/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2015)0412</ANCHOR>.</p>
</footnote> u tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar in-negozjati għal ftehim ta' kooperazzjoni bejn l-UE u l-Afganistan dwar sħubija u żvilupp<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2013-0282" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2013-0282/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2013)0282</ANCHOR>.</p>
</footnote>, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Afganistan tat-18 ta' Lulju 2016,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-President tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-14 ta' Settembru 2016 dwar is-sitwazzjoni fl-Afganistan,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2210 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar l-Afganistan,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni u tal-EEAS lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-"Elementi għal strateġija tal-UE dwar l-Afganistan" tal-24 ta' Lulju 2016 (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/JOIN-2017-0031" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/JOIN-2017-0031">JOIN(2017)0031</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżultati tal-Konferenza Internazzjonali ta' Brussell dwar l-Afganistan tal-5 ta' Ottubru 2016 kopreseduta mill-Unjoni Ewropea,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Human Rights Watch tat-13 ta' Frar 2017 bit-titolu "Pakistan Coercion, UN Complicity: The Mass Forced Return of Afghan Refugees', (Il-Koerċizzjoni tal-Pakistan, il-Kompliċità tan-NU: Ir-Ritorn Furzat tal-Massa tar-Rifuġjati Afgani")</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-iffirmar tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Afganistan dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp (CAPD) tat-18 ta' Frar 2017 u r-ratifika sussegwenti tiegħu mill-Afganistan,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Rapport Dinji tal-Human Rights Watch għall-2017,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin dwar l-Afganistan  tas-16 ta' Ottubru 2017,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi, sa mill-2002, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom li jiġġieldu t-terroriżmu u l-estremiżmu u li jiksbu paċi sostenibbli, l-istabbiltà u l-iżvilupp fl-Afganistan; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-UE kkontribwixxiet biljuni ta' euro f'għajnuna u assistenza umanitarja u għall-iżvilupp tal-Afganistan; billi l-UE u l-Istati Membri tagħha flimkien huma l-akbar donaturi tal-Afganistan, u huwa mistenni li jipprovdu sa EUR 5 biljun matul il-perjodu 2017-2020 kif imwiegħed fil-Konferenza Internazzjonali ta' Brussell dwar l-Afganistan;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi bil-għan li jiġi stabbilit stat stabbli u prosperu huwa essenzjali li jiġu żgurati d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba matul il-perjodu ta' tranżizzjoni fl-Afganistan u matul id-"Deċennju ta' trasformazzjoni" (2015-2024) tiegħu; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi l-korruzzjoni endemika, is-sistemi ta' klijenteliżmu stabbiliti sew u n-nuqqas ta' kapaċità min-naħa tal-Gvern Afgan politikament imkisser biex jimxi 'l quddiem fir-rigward tar-riformi, jheddu li jnaqqsu l-progress u jreġġgħu lura l-kisbiet tal-passat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-erba' oqsma ta' prijorità għall-UE, li huma ta' importanza kritika biex jinkiseb il-progress fl-Afganistan, jikkonċernaw: a) il-promozzjoni tal-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà reġjonali; b) it-tisħiħ tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem u l-promozzjoni ta' governanza tajba u l-emanċipazzjoni tan-nisa; c) l-appoġġ għall-iżvilupp ekonomiku u uman; d) l-indirizzar ta' sfidi relatati mal-migrazzjoni; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi, wara l-kriżi tal-elezzjoni presidenzjali tal-2014, il-Gvern ta' Unità Nazzjonali (GNU) esperjenza progress wieqaf fuq l-aġenda ta' riforma tiegħu, li jwassal għal sitwazzjoni ta' politika dejjem aktar instabbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-qawmien mill-ġdid tat-Talibani u tal-Al-Qaida, u l-qawmien ta' fergħa lokali ġdida tal-Istat Iżlamiku (IS) fl-Afganistan (L-Istat Iżlamiku tal-Provinċja ta' Khorasan (ISKP)), flimkien ma' għadd kbir ta' migranti Afgani li jirritornaw lejn pajjiżhom, prinċipalment mill-Pakistan, huma ta' theddida għall-instabbiltà diġà eżistenti, li tista' tinbidel f'kunflitt fuq skala akbar, u b'hekk tkun mhedda l-istabbiltà reġjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi skont l-Ispettur Ġenerali Speċjali tal-Istati Uniti għar-Rikostruzzjoni tal-Afganistan (SIGAR), bejn Jannar u Novembru 2016, inqatlu 6 785 membru tal-forzi Afgani u ndarbu 11 777 oħra, u billi l-Missjoni tan-NU fl-Afganistan (UNAMA) irrappurtat ukoll żieda ta' 3 % fil-vittmi ċivili (3 498 maqtula, 7 920 midruba) fl-2016 meta mqabbel mas-sena ta' qabel;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi f'dawn l-aħħar snin kien hemm żieda fil-produzzjoni tax-xaħxieħ fl-Afganistan, u żieda qawwija fl-użu tad-drogi fil-pajjiż ġarr tiegħu, l-Iran; billi t-Taliban juża dan il-kummerċ illeċitu tad-drogi biex jiffinanzja l-operazzjonijiet tiegħu; billi l-limitazzjoni jew l-eliminazzjoni ta' dan il-kummerċ ikunu ta' vantaġġ reċiproku għall-Iran u għall-Afganistan; billi l-oppju mill-Afganistan huwa s-sors ewlieni tal-eroina fl-UE; billi hija meħtieġa ħidma mal-Iran u ma' pajjiżi oħra fil-fruntieri, bħat-Taġikistan, it-Turkmenistan u l-Użbekistan, sabiex jiġi limitat aktar il-fluss ta' opjati lejn is-swieq Ewropej;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi rapporti jindikaw li l-Afganistan għandu bejn triljun u tliet triljun dollaru f'riżervi minerali mhux żviluppati; billi t-tħaffir fil-minjieri illeċitu huwa problema kbira li jhedded li jbiddel xprun potenzjali għall-iżvilupp Afgan f'sors ta' kunflitt u instabbiltà; billi t-tħaffir fil-minjieri huwa t-tieni l-akbar sors ta' dħul għat-Taliban; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi l-Missjoni ta' Appoġġ Determinat immexxija min-NATO ser iżżid il-livell attwali tat-truppi tagħha minn 13 000 għal 16 000; billi, f'Awwissu 2017, l-Istati Uniti ddeċidew li jżidu l-impatt militari tagħhom bħala parti mill-Istrateġija l-ġdida tal-Istati Uniti dwar l-Asja t'Isfel;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Ifakkar li l-Afganistan tfarrak minħabba kważi 40 sena ta' kunflitt u gwerra, li wasslu għall-qerda tal-pajjiż, għal aktar minn miljun vittma u l-eżilju furzat ta' parti sinifikanti tal-popolazzjoni, u għal dak li llum huwa fil-fatt stat fallut;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jenfasizza li taħt ir-reġim tat-Taliban, l-Afganistan spiċċa sar wieħed mill-iktar postijiet fertili għall-firxa tat-terroriżmu, li wassal għall-avvenimenti traġiċi ta' 9/11; jirrimarka, madankollu, li, minħabba l-intervent tal-komunità internazzjonali, l-Afganistan inbidel ħafna;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Ifakkar li l-Afganistan fl-aħħar deċennju u nofs kiseb progress fl-oqsma politiċi, ta' sigurtà, ekonomiċi u ta' żvilupp; jenfasizza li l-PDG per capita żdied b'ħames darbiet, il-medja tal-għomor żdiedet bi kważi 15-il sena, u kien hemm żieda sinifikanti fin-numru ta' bniet li jmorru l-iskola meta mqabbla mal-2001, iċ-ċifra llum hija madwar 40 % tat-total ta' 8 sa 9 miljun tifel u tifla; jenfasizza li xejn minn dan ma kien ikun possibbli kieku mhux għad-dedikazzjoni tal-popolazzjoni Afgana u l-impenn tal-komunità internazzjonali, u l-għoti ta' fondi, l-għarfien espert u tal-persunal fuq il-post; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jenfasizza li l-progress miksub huwa ferm fraġli u riversibbli; jenfasizza li aktar progress ser jeħtieġ aktar riformi, relazzjonijiet stabbli mal-ġirien, u l-forniment kontinwu ta' livell neċessarju ta' sigurtà u stabbiltà; jiddispjaċih li f'dawn l-aħħar snin, is-sitwazzjoni tas-sigurtà fl-Afganistan iddeterjorat u l-pajjiż qed jiffaċċja aktar pressjoni mir-ribelli u mit-terroristi, permezz ta' attakki bil-bombi u attakki terroristiċi li qed iseħħu kważi ta' kuljum; jenfasizza li l-istituzzjonijiet demokratiċi għadhom dgħajfa u l-qafas elettorali huwa fraġli; jiddeplora l-fatt li d-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari dawk tan-nisa u tat-tfal, huma mhedda ta' kuljum; jirrimarka li n-nuqqas ta' infrastruttura u ż-żieda fin-numru ta' persuni li jirritornaw lejn l-Afganistan minn pajjiżi ġirien jipperikolaw il-progress ekonomiku u soċjali miksub s'issa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Ifaħħar l-isforzi u s-sagrifiċċju tal-komunità internazzjonali li pprovdiet is-sigurtà fl-Afganistan għal aktar minn deċennju permezz tal-Operazzjoni Libertà Dejjiema u l-missjoni tal-ISAF fl-Afganistan, li fihom kważi 3 500 persuna tas-servizz mietu; jilqa' l-Missjoni ta' Appoġġ Determinat immexxija min-NATO li jikkontribwixxu għaliha 39 nazzjon, li ilha topera mill-1 ta' Jannar 2015, li għandha mandat biex tħarreġ, tagħti pariri u assistenza lill-forzi tas-sigurtà u lill-istituzzjonijiet Afgani; ifakkar li l-Forzi tas-Sigurtà Nazzjonali Afgani (ANSF) huma kompletament responsabbli għal operazzjonijiet ta' ġlied, li kienu ġew ittrasferiti mill-ISAF fl-1 ta' Jannar 2015;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jemmen bis-sħiħ li proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni mmexxi mill-Afgani u bi sjieda Afgana huwa l-unika triq vijabbli ta' riżoluzzjoni sostenibbli tal-kunflitt; jilqa' l-inizjattivi Afgani favur il-paċi bħall-Proċess ta' Kabul dwar il-Kooperazzjoni favur il-Paċi u s-Sigurtà; jikkonferma mill-ġdid l-impenn qawwi tal-UE biex tappoġġa kwalunkwe inizjattiva li twassal għall-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà fl-Afganistan; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jenfasizza l-importanza tal-Afganistan għall-istabbiltà reġjonali; jenfasizza li Afganistan sigur, stabbli, u prosperu huwa ta' importanza vitali għall-paċi u l-istabbiltà fir-reġjun kollu; itenni, f'dan il-kuntest, l-importanza ta' sħab reġjonali, bħalma huma l-pajjiżi tal-Asja Ċentrali, l-Iran, iċ-Ċina, l-Indja u l-Pakistan; iħeġġiġhom jikkooperaw b'mod kostruttiv biex jippromwovu proċess ta' negozjati ġenwin u orjentat lejn ir-riżultati, mingħajr prekundizzjonijiet; jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-proċess magħruf bħala "il-Qalba tal-Asja" mniedi f'Istanbul fl-2012 bil-għan li jinbnew l-istabbiltà u l-prosperità fir-reġjun;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Itenni l-ħtieġa li l-komunità internazzjonali tkompli bl-impenn tagħha fl-Afganistan u li tikkontribwixxi għall-bini mill-ġdid tal-pajjiż, l-iżvilupp tal-ekonomija u l-ġlieda kontra t-terroriżmu; huwa mħeġġeġ, f'dan il-kuntest, mill-impenji magħmula mill-komunità internazzjonali waqt il-Konferenza Internazzjonali ta' Brussell dwar l-Afganistan, li wegħdet madwar EUR 13.6 biljun f'appoġġ sal-2020;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Iqis li n-nuqqas ta' sigurtà, u korruzzjoni endemika huma l-ikbar żewġ sfidi li jxekklu l-funzjonament normali u l-iżvilupp tal-Afganistan; itenni li s-sitwazzjoni tas-sigurtà fl-Afganistan iddeterjorat u żdiedu l-attakki terroristiċi; huwa allarmat bl-espansjoni territorjali tat-Taliban li qed isseħħ, u mill-ħolqien tal-ISKP u mit-tisħiħ ta' gruppi terroristiċi tal-Al-Qaida; jirrikonoxxi li l-ISKP għandu l-potenzjal li jsir l-akbar theddida għas-sigurtà fl-Afganistan fil-futur qrib;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jesprimi tħassib kbir dwar il-ħolqien tal-ISKP bħala l-aħħar element li jikkontribwixxi għall-fraġilità akbar tal-kuntest tas-sigurtà fl-Afganistan; jenfasizza li minbarra l-fortizza tiegħu fil-Lvant tal-pajjiż (Nangarhar) qed jipprova jasserixxi l-preżenza tiegħu fit-Tramuntana tal-pajjiż bl-għajnuna l-Moviment Iżlamiku tal-Użbekistan (IMU); jenfasizza li, jekk dan iseħħ b'suċċess, jinħoloq ambjent li jwassal għall-għoti ta' kenn lill-ġellieda barranin u lill-militanti, meta dawn jiġu furzat 'il barra mill-Iraq u mis-Sirja, minħabba telf militari tal-IS f'dawk iż-żewġ pajjiżi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jenfasizza l-importanza ta' proċess ġenwin ta' rikonċiljazzjoni interna; jistieden lill-UE biex b'mod attiv tappoġġja programm ta' diżarm, ta' demobilizzazzjoni u ta' riintegrazzjoni, immexxi mill-Afgani, għal dawk li qabel kienu ribelli; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu miġġielda r-radikalizzazzjoni, l-estremiżmu u r-reklutaġġ għall-organizzazzjonijiet terroristiċi; ifakkar li l-indirizzar tal-kawżi tal-problemi msemmija hawn fuq, huwa marbut mal-ħolqien ta' inċentivi għal iżvilupp ekonomiku u t-tkabbir għall-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jenfasizza li l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-finanzjament tiegħu hija fattur ewlieni fil-ħolqien ta' ambjent li jwassal għas-sigurtà fl-Afganistan; jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-kapaċitajiet tal-Forzi Afgani għad-Difiża u s-Sigurtà Nazzjonali (ANSF), li għalihom tikkontribwixxi b'mod sinifikanti l-missjoni ta' Appoġġ Determinat tan-NATO li tiffoka fuq it-taħriġ, fuq il-konsulenza u fuq l-assistenza; ifaħħar is-sagrifiċċju kbir tal-ANSF, li jġarrbu telf kbir kull sena fil-ġlieda tagħhom kontra r-ribelli; ifakkar il-kontribuzzjoni annwali tal-komunità internazzjonali ta' madwar USD 1 biljun biex issostni l-finanzjament tal-ANSF sal-2020;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Jikkundanna l-attakki terroristiċi reċenti fl-Afganistan, b'mod partikolari l-attentat suwiċida tal-moskea Xita Imam Zaman f'Kabul fl-20 ta' Ottubru 2017 u l-attakk fuq l-istazzjon televiżiv privat Shamshad f'Kabul fis-7 ta' Novembru 2017; jirrimarka li l-ISIS/Daesh sostnew ir-responsabbiltà għaż-żewġ attakki; jesprimi tħassib dwar is-sitwazzjoni umanitarja li qed tiddeterjora, u l-għadd għoli ta' persuni ċivili li huma vittmi, minħabba attakki terroristiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Jenfasizza l-importanza tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni UE-Afganistan dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp, li huwa l-ewwel relazzjoni kuntrattwali bejn iż-żewġ partijiet; jemmen li l-applikazzjoni tal-ftehim issaħħaħ ir-relazzjoni bilaterali u l-kooperazzjoni fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari d-drittijiet tan-nisa u tat-tfal, l-istat tad-dritt, is-saħħa, l-iżvilupp rurali, l-edukazzjoni, ix-xjenza u t-teknoloġija, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, il-kriminalità organizzata u n-narkotiċi, kif ukoll il-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.  Jappoġġja l-istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Afganistan kif ippreżentata fl-24 ta' Lulju 2017, li hija tentattiv biex tindirizza b'mod komprensiv l-isfidi tal-Afganistan, li tiffoka fuq il-promozzjoni tal-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà reġjonali, it-tisħiħ tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem u l-promozzjoni ta' governanza tajba u l-emanċipazzjoni tan-nisa, kif ukoll l-appoġġ tal-iżvilupp ekonomiku u uman u jiġu indirizzati l-isfidi relatati mal-migrazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn tal-GNU biex isegwi l-prijoritajiet stabbiliti fil-"Qafas Nazzjonali għall-Paċi u l-Iżvilupp fl-Afganistan", bil-għan li tinkiseb l-awtonomija, b'mod partikolari billi titnaqqas id-dipendenza fuq l-għajnuna esterna u jingħataw possibbiltajiet ekonomiċi lill-popolazzjoni; jistieden bil-qawwa lill-GNU biex jindirizza l-kwistjonijiet urġenti ta' korruzzjoni, ġestjoni ħażina, skart, it-traffikar tad-drogi u s-sigurtà tal-persuni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.  Jesprimi tħassib dwar iż-żieda fil-qawmien mill-ġdid ta' vjolenza kontra n-nisa u t-tneħħija ta' dispożizzjonijiet għan-nisa u għad-drittijiet tagħhom fl-Afganistan; jistieden lill-Parlament Afgan u lill-GNU biex jirrevokaw il-liġijiet kollha li fihom elementi ta' diskriminazzjoni kontra n-nisa, li jiksru t-Trattati Internazzjonali ffirmati mill-Afganistan;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">18.  Jappella lill-gvernijiet tal-Afganistan u tal-Pakistan biex jaħdmu flimkien dwar kwistjonijiet ta' sigurtà u kontra t-terroriżmu, u jinkoraġġixxi l-iskambju ta' intelligence u kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroristi u l-estremisti fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera; jenfasizza l-problema ta' santwarji għal gruppi ta' ribelli fil-Pakistan, li jeħtieġ li tiġi indirizzata mill-awtoritajiet f'Islamabad; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">19.  Jieħu nota tal-attivitajiet tal-Grupp ta' Koordinazzjoni Kwadrilaterali (QCG) dwar l-Afganistan li jinkludu l-Istati Uniti, iċ-Ċina, l-Afganistan u l-Pakistan, kif stabbilit f'Diċembru 2015; japprezza l-isforzi li saru s'issa f'forma ta' pjan direzzjonali mmirat biex jiffaċilita t-taħditiet diretti bejn il-GNU u t-Taliban; jiddispjaċih, madankollu, li ma sar l-ebda progress tanġibbli f'dan ir-rigward, li wassal għal proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni mmexxi mill-Afgani, u bi sjieda Afgana;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">20.  Itenni l-importanza ta' djalogu u ta' kooperazzjoni mal-Afganistan dwar kwistjonijiet ta' migrazzjoni, inklużi r-ritorn u r-riammissjonijiet, il-ġlieda kontra d-dħul klandestin tal-migranti u t-traffikar tal-bnedmin; jenfasizza l-importanza ta' implimentazzjoni sħiħa tat-Triq Konġunta 'l Quddiem UE-Afganistan u ta' arranġamenti bilaterali ma' Stati Membri; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">21.  Jesprimi tħassib serju dwar iż-żieda enormi fl-għadd ta' persuni spostati internament fl-2016, b'aktar minn 653 000 spostamenti ġodda, li tista' twassal għal kriżi umanitarja kbira; jinkoraġġixxi lill-partijiet kollha involuti biex jipprovdu għal dawn l-Afgani vulnerabbli, u jistieden lill-GNU biex jgħin r-riintegrazzjoni tagħhom fis-soċjetà Afgana; jenfasizza li, skont stimi mill-awtoritajiet Afgani, minn aġenziji tan-NU u minn aġenziji umanitarji oħrajn, iktar minn 9.3 miljun persuna ser ikunu jeħtieġu għajnuna umanitarja sal-aħħar tal-2017;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">22.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri, u lill-Gvern u lill-Parlament tal-Afganistan.</p>
</Section></Motion>