<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0681/2017</Ref><Date>11.12.2017</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni fl-Afganistan</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2017/2932(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124766">Petras Auštrevičius</Author>, <Author id="188254">Patricia Lalonde</Author>, <Author id="124708">Dita Charanzová</Author>, <Author id="1473">Gérard Deprez</Author>, <Author id="124709">Martina Dlabajová</Author>, <Author id="124989">Fredrick Federley</Author>, <Author id="28116">Marian Harkin</Author>, <Author id="124754">Ivan Jakovčić</Author>, <Author id="124866">Ilhan Kyuchyuk</Author>, <Author id="124768">Valentinas Mazuronis</Author>, <Author id="96670">Louis Michel</Author>, <Author id="125005">Javier Nart</Author>, <Author id="129073">Urmas Paet</Author>, <Author id="125038">Maite Pagazaurtundúa Ruiz</Author>, <Author id="112753">Jozo Radoš</Author>, <Author id="4253">Frédérique Ries</Author>, <Author id="97022">Robert Rochefort</Author>, <Author id="96945">Marietje Schaake</Author>, <Author id="134243">Jasenko Selimovic</Author>, <Author id="97019">Ivo Vajgl</Author>, <Author id="130100">Hilde Vautmans</Author>, <Author id="96677">Cecilia Wikström</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4279"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE614.304v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0681/2017</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fl-Afganistan</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2017-2932" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2017-2932">2017/2932(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew,</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-komunikat tal-Konferenza ta' Brussell dwar l-Afganistan tal-4 u l-5 ta' Ottubru 2016,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Afganistan, b'mod partikolari dawk tas-26 ta' Novembru 2015 dwar l-Afganistan, b'mod partikolari l-każijiet ta' qtil fil-provinċja ta' Zabul<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0412" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0412/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2015)0412</ANCHOR>.</p>
</footnote> u tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar in-negozjati għal ftehim ta' kooperazzjoni bejn l-UE u l-Afganistan dwar sħubija u żvilupp<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2013-0282" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2013-0282/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2013)0282</ANCHOR>.</p>
</footnote>, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Afganistan tas-16 ta' Ottubru 2017,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-President tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-14 ta' Settembru 2016 dwar is-sitwazzjoni fl-Afganistan,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2210 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar l-Afganistan,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta mill-Kummissjoni u s-SEAE lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar "Elementi għal strateġija tal-UE dwar l-Afganistan" tal-24 ta' Lulju 2017 (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/JOIN-2017-0031" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/JOIN-2017-0031">JOIN(2017)0031</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Human Rights Watch tat-13 ta' Frar 2017 bit-titolu "Pakistan Coercion, UN Complicity: The Mass Forced Return of Afghan Refugees" (Il-Koerċizzjoni tal-Pakistan, il-Kompliċità tan-NU: Ir-Ritorn Furzat tal-Massa tar-Rifuġjati Afgani"),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Rapport Dinji tal-Human Rights Watch għall-2017,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapport ta' kull tliet xhur tal-Ispettur Ġenerali Speċjali tal-Istati Uniti għar-Rikostruzzjoni tal-Afganistan (SIGAR) lill-Kungress tal-Istati Uniti tat-30 ta' Jannar 2017,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dokument intitolat "Triq Konġunta 'l Quddiem dwar Kwistjonijiet ta' Migrazzjoni bejn l-Afganistan u l-UE", iffirmat fit-3 ta' Ottubru 2016,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kooperazzjoni UE-Afganistan dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp, iffirmat fit-18 ta' Frar 2017,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha ilhom sa mill-2001 jaħdmu mal-Afganistan u mal-komunità internazzjonali usa' sabiex jiġġieldu kontra t-terroriżmu u l-estremiżmu, filwaqt li jistinkaw ukoll biex jiksbu l-paċi u l-iżvilupp sostenibbli; billi ż-żieda fil-pressjoni kawża tar-ribelljoni u tat-terroriżmu, is-sitwazzjoni ekonomika diffiċli u l-instabbiltà politika jpoġġu f'riskju l-għanijiet u l-progress sostanzjali li nkisbu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi, sa mill-2002, l-UE u l-Istati Membri tagħha kkontribwixxew biljuni ta' euro f'għajnuna u assistenza umanitarja u għall-iżvilupp lill-Afganistan ; billi l-UE u l-Istati Membri tagħha flimkien huma l-akbar donatur tal-Afganistan u huma mistennija jipprovdu sa EUR 5 biljun matul il-perjodu 2017-2020;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi bil-għan li jiġi stabbilit stat stabbli u prosperu huwa essenzjali li jiġu żgurati d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba matul il-perjodu ta' tranżizzjoni fl-Afganistan u matul id-deċennju ta' trasformazzjoni tiegħu; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi f'dawn l-aħħar 15-il sena, sa mis-sena 2001, kien hemm żidiet kbar fil-livell ta' għajxien peress li l-aċċess għall-kura tas-saħħa bażika u l-edukazzjoni u l-emanċipazzjoni tan-nisa żiedu l-PDG per capita b'ħames darbiet u l-istennija tal-għomor medja bi 15-il sena; billi skont l-Ispettur Ġenerali Speċjali tal-Istati Uniti għar-Rikostruzzjoni tal-Afganistan (SIGAR), minn mindu waqa' r-reġim tat-Taliban fis-sena 2001, l-attendenza fl-iskejjel ġenerali kienet żdiedet minn miljun student, li l-parti l-kbira minnhom kienu subien, għal kważi disa' miljuni sal-2015, u l-istudenti nisa ammontaw għal madwar 39 % tat-total; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi, wara l-kriżi tal-elezzjoni presidenzjali tal-2014, il-Gvern ta' Unità Nazzjonali esperjenza progress wieqaf fuq l-aġenda ta' riforma tiegħu, li jirriżulta f'sitwazzjoni ta' politika dejjem aktar instabbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-korruzzjoni mifruxa, is-sistemi ta' klijenteliżmu stabbiliti sew u n-nuqqas ta' kapaċità min-naħa tal-Gvern Afgan politikament imkisser biex jimxi 'l quddiem fir-rigward tar-riformi jheddu li jnaqqsu l-progress jew ireġġgħu lura l-kisbiet tal-passat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi, għalkemm f'dawn l-aħħar snin saru ċerti kisbiet soċjoekonomiċi u politiċi, il-qawmien mill-ġdid tar-reġim tat-Taliban, l-Al-Qaeda u l-Istat Iżlamiku (IS) emerġenti ġdid fl-Afganistan, flimkien ma' għadd kbir ta' migranti li jirritornaw lura lejn pajjiżhom, ilkoll jheddu li l-instabbiltà tinbidel f'kunflitt fuq skala akbar; billi dan wassal ukoll għal żieda fil-migrazzjoni lejn l-Ewropa; billi 40 % tal-popolazzjoni Afgana tgħix fil-faqar u r-rata tal-qgħad tinsab ukoll qrib l-40 %;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi, skont l-istrateġija l-ġdida tal-Istati Uniti għall-Afganistan u n-Nofsinhar tal-Asja, se jingħaqdu 4 000 suldat addizzjonali mal-kontinġent eżistenti tal-Istati Uniti magħmul minn 8 400 suldat; billi l-istrateġija l-ġdida tal-Istati Uniti se tiġi żviluppata b'mod li tiffavorixxi approċċ ibbażat fuq il-kundizzjonijiet u skont dan l-approċċ il-ftehimiet diplomatiċi u ekonomiċi se jiġu integrati fil-qafas tal-isforz militari; billi l-istrateġija l-ġdida tal-Istati Uniti titlob li l-Pakistan jieqaf jospita u jappoġġa lit-terroristi u jitlob li jkun hemm involviment akbar min-naħa tar-Repubblika tal-Indja fl-għajnuna għall-istabbilizzazzjoni tar-reġjun; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi l-Afganistan qed iħabbat wiċċu ma' żieda bla preċedent f'ċittadini Afgani b'dokumenti kif ukoll mingħajr li qed jirritornaw, prinċipalment mill-Pakistan; billi l-migrazzjoni tal-massa u l-għadd kbir ta' persuni spustati huma riżultat ta' sforz Pakistani organizzat sabiex jitneħħew r-rifuġjati u l-persuni spostati Afgani ġol-Pakistan u jiġu rilokati fl-Afganistan; billi madwar żewġ miljun ċittadini Afgani mingħajr dokumenti u miljun Afgan bi status ta' rifuġjat qed jgħixu fl-Iran u qed jirritornaw lejn l-Afganistan;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi r-Repubblika tal-Indja hija l-akbar donatur reġjonali għall-Afganistan billi pprovdiet madwar USD 3 biljun f'assistenza minn mindu l-Gvern tat-Taliban tneħħa mill-poter fl-2001; billi din l-assistenza ffinanzjat, fost affarijiet oħra, il-bini ta' aktar minn 200 skola fl-Afganistan, aktar minn 1 000 borża ta' studju għal studenti Afgani, u l-possibbiltà għal madwar 16 000 Afgan li jistudjaw fl-Indja; billi l-Indja pprovdiet ukoll assistenza fil-bini ta' infrastruttura kritika, bħal pereżempju madwar 4 000 km ta' toroq fl-Afganistan, b'mod speċjali l-awtostrada Zaranj-Dilaram, id-diga Salma, il-linji tat-trażmissjoni tal-elettriku u l-bini tal-parlament Afgan;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi l-instabbiltà fl-Afganistan għandha riperkussjonijiet ekonomiċi u ta' sigurtà negattivi għall-Iran u r-reġjun usa' kollu kemm hu; billi l-ekonomija tal-Afganistan tiddependi ħafna mill-produzzjoni tax-xaħxieħ li f'dawn l-aħħar snin żdiedet b'mod sostanzjali, u dan irriżulta f'żieda qawwija fl-użu tad-drogi fil-pajjiż ġirien tal-Iran; billi t-Taliban juża dan il-kummerċ illeċitu tad-drogi biex jiffinanzja l-operazzjonijiet tiegħu; billi l-fatt li dan il-kummerċ jiġi limitat u li jinstabu alternattivi ekonomiċi jkun ta' vantaġġ reċiproku għall-Iran u l-Afganistan; billi l-oppju mill-Afganistan huwa s-sors ewlieni tal-eroina fl-UE; billi l-ħidma mal-Iran u pajjiżi oħra fil-fruntieri bħat-Taġikistan, it-Turkmenistan u l-Użbekistan hija meħtieġa sabiex ikompli jiġi limitat il-fluss ta' opjati lejn is-swieq Russi u Ewropej;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi dimensjoni ġdida ta' infrastruttura hija kruċjali għall-futur tal-Afganistan sabiex tippermetti realtà kompletament ġdida ta' opportunitajiet ekonomiċi u soċjali għal wieħed mill-ifqar pajjiżi fid-dinja; billi programm nazzjonali ġdid għall-iżvilupp tal-infrastruttura se jattira investiment pożittiv u reġjonali li qed jikber fi ħdan il-qafas tat-Triq tal-Ħarir il-ġdida; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.  billi rapporti jindikaw li l-Afganistan għandu bejn wieħed u tliet triljun dollaru f'riżervi minerali mhux żviluppati; billi t-tħaffir fil-minjieri illeċitu huwa problema kbira li jhedded li jbiddel xprun potenzjali għall-iżvilupp Afgan f'sors ta' kunflitt u instabbiltà; billi t-tħaffir fil-minjieri huwa t-tieni l-akbar sors ta' dħul għat-Taliban;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jilqa' l-impenn tal-Gvern Afgan biex isegwi strateġija nazzjonali li tiffoka fuq ambjent kwalitattiv politiku, soċjali, ekonomiku u sikur li se jippermetti li l-Afganistan jsir pajjiż paċifiku, sigur u sostenibbli, kif deskritt fil-konklużjonijiet tal-Konferenza Ministerjali dwar l-Afganistan fi Brussell fil-5 ta' Ottubru 2016; jitlob li l-kariga ta' Prim Ministru tiġi stabbilita fil-Kostituzzjoni Afgana sabiex ikun hemm iktar stabbiltà politika fl-Afganistan; jistieden lill-Gvern Afgan jiżgura proċess elettorali trasparenti fl-2018; iħeġġeġ lill-Gvern Afgan jastjeni jew joqgħod lura milli jaggrava t-tensjonijiet soċjali u politiċi eżistenti marbutin mat-trattament privileġġjat tal-komunità ta' Pashtun; jistieden lill-Gvern Afgan jimplimenta miżuri biex jagħmel rieżami tas-sitwazzjoni u jiżgura li jiġu riformati l-politiki b'impatt diskriminatorju fuq il-komunitajiet lokali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jesprimi tħassib serju li, minkejja l-ftehim politiku wara l-elezzjonijiet presidenzjali tal-2014, is-sitwazzjoni tas-sigurtà fl-Afganistan marret għall-agħar u l-għadd ta' attakki terroristiċi mmultiplika ruħu; jinsab allarmat minħabba l-espansjoni territorjali li għaddejja tat-Taliban u t-tisħiħ riċenti tal-gruppi terroristiċi, l-IS u l-Al-Qaeda; jirrimarka li, skont l-Ispettur Ġenerali Speċjali tal-Istati Uniti għar-Rikostruzzjoni tal-Afganistan, minn Jannar sa Novembru 2016, inqatlu 6 785 membru tal-forzi Afgani u ndarbu 11 777 oħra, u li l-Missjoni ta' Assistenza tan-NU fl-Afganistan (UNAMA) rrappurtat ukoll żieda ta' 3 % fil-vittmi ċivili (3 498 maqtula, 7 920 midruba) fl-2016 meta mqabbel mas-sena ta' qabel;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Ifakkar lill-Gvern Afgan li sabiex ikun possibbli l-iżvilupp u jiġu promossi l-paċi u l-istabbiltà, irid jieqaf il-ġlied politiku intern; jisħaq li proċess ta' paċi taħt tmexxija u responsabbiltà tal-Afganistan huwa l-unika triq 'il quddiem, billi jintegra bla riżervi lis-soċjetà ċivili kollha kemm hi u l-partijiet kollha fil-kunflitt; jistieden lill-UE biex b'mod attiv tappoġġa programm ta' diżarm, ta' demobilizzazzjoni u ta' riintegrazzjoni, immexxi mill-Afgani, għal dawk li qabel kienu ribelli; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Iwissi li l-kapaċitajiet dgħajfa tal-Forzi Afgani għad-Difiża u s-Sigurtà Nazzjonali jibqgħu waħda mill-aktar kwistjonijiet kritiċi li jikkompromettu s-sigurtà u r-rikostruzzjoni tal-Afganistan;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jemmen li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fi ħdan l-istituzzjonijiet governattivi Afgani trid tkun prijorità ċentrali permanenti minħabba l-impatti diretti negattivi kollha ta' korruzzjoni fuq il-kwalità tal-governanza fil-pajjiż; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura trasparenza sħiħa mill-Gvern Afgan fir-rigward tal-assistenza finanzjarja pprovduta;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jesprimi solidarjetà mal-poplu tal-Afganistan u jinsisti li l-partijiet kollha involuti fil-kunflitt jaderixxu mad-dritt umanitarju internazzjonali u jirrispettaw id-drittijiet tal-membri kollha tas-soċjetà, b'mod partikolari tal-minoranzi, in-nisa u t-tfal, li huma affettwati b'mod sproporzjonat minn din is-sitwazzjoni; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Afgani jinfurzaw bis-sħiħ il-pjan ta' azzjoni bejn l-UE u l-Afganistan iffirmat f'Kabul fit-30 ta' Jannar 2011 rigward il-prattika ta' 'bacha bazi' u jippermettu r-riabilitazzjoni tat-tfal vittmi ta' abbuż sesswali; jikkundanna bl-aktar mod qawwi li komplew jiġu skartati d-drittijiet tal-bniedem u l-vjolenza barbarika mwettqa mit-Taliban, l-IS u l-Al-Qaeda kontra l-poplu tal-Afganistan; jiġbed l-attenzjoni għar-riskji assoċjati mar-ritorn ta' persuni li qabel kienu kriminali tal-gwerra, notevolment Gulbuddin Hekmatyar, il-fundatur ta' Hizb-e-Islami, li kien rikonoxxut bħala terrorista mill-Istati Uniti fl-2003 u ġie assoċjat mal-preżenza akbar tal-IS fl-Afganistan;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li qed terġa' tiżdied il-vjolenza kontra n-nisa u dwar il-qerda tad-drittijiet tan-nisa u l-kundizzjonijiet tal-għajxien f'żoni kkontrollati mit-Taliban fl-Afganistan; itenni t-talba tiegħu lill-Parlament Afgan u lill-Gvern Afgan biex jirrevokaw il-liġijiet kollha li jinkludu elementi ta' diskriminazzjoni kontra n-nisa, li jiksru t-trattati internazzjonali ffirmati mill-Afganistan;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jilqa' l-impenn tar-Repubblika tal-Indja biex tassisti lill-Afganistan bl-għoti ta' erba' ħelikopters tal-attakk lill-forzi militari Afgani f'Diċembru 2015 u t-taħriġ militari ta' eluf ta' persunal tas-sigurtà Afgan, li għen biex itejjeb b'mod sinifikanti l-kapaċità militari tiegħu, f'konformità mal-objettiv tal-missjoni mmexxija min-NATO magħrufa bħala "Missjoni ta' Appoġġ Determinat", li ġiet imnedija f'Jannar 2015, biex tħarreġ, tagħti pariri u assistenza lill-forzi tas-sigurtà u lill-istituzzjonijiet Afgani; huwa mħeġġeġ mix-xogħol imwettaq u l-kooperazzjoni mir-Repubblika tal-Indja u l-Afganistan dwar proġetti ta' infrastruttura u appoġġ umanitarju;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jitlob lill-Gvern tal-Afganistan u lis-sħab reġjonali tiegħu, b'mod partikolari l-Iran, biex jiġġieldu kontra t-traffikar illeċitu tad-droga u t-tħaffir fil-minjieri illeċitu u jikkoordinaw ma' xulxin biex jeliminaw dawn il-prattiki illegal, li huma ta' detriment għall-istabbiltà tar-reġjun; ifakkar lill-partijiet kollha li dawn huma s-sorsi prinċipali ta' finanzjament għall-organizzazzjonijiet terroristiċi fir-reġjun; jirrikonoxxi li t-tħaffir fil-minjieri b'mod partikolari għandu l-potenzjal li jkun xprun pożittiv għall-iżvilupp u l-prosperità għall-poplu tal-Afganistan kif ukoll fir-reġjun kollu kemm hu; jikkundanna r-ripressjoni, it-traffikar illeċitu tad-droga, il-ħtif tal-art, il-konfiska illegali u l-estorsjoni mwettqa mill-kmandanti militari;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Iħeġġeġ lill-atturi reġjonali Afgani kollha jimpenjaw ruħhom bla riżervi biex ikomplu b'mod trasparenti l-ġlieda kontra t-terroriżmu; jistieden lill-Pakistan iwaqqaf l-attivitajiet kollha mwettqa jew sponsorjati mill-Inter-Services Intelligence tal-Pakistan fit-territorju Afgan;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jistieden lill-Gvernijiet tal-Afganistan u tal-Pakistan, u lil atturi reġjonali oħrajn, jaħdmu flimkien biex jilħqu ftehim ta' paċi fl-Afganistan, żvilupp soċjoekonomiku kontinwu u aktar stabbiltà domestika, kif ukoll kooperazzjoni dwar kwistjonijiet tas-sigurtà u kontra t-terroriżmu, u jinkoraġġixxi l-kondiviżjoni tal-intelligence u l-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroristi u l-estremisti fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jirrikonoxxi r-responsabbiltajiet tal-UE u l-Istati Membri tagħha biex jirrispettaw id-dritt li wieħed ifittex protezzjoni internazzjonali u li jipparteċipa fi programmi ta' risistemazzjoni tal-UNHCR; jisħaq li d-dritt u l-abbiltà li wieħed ifittex rifuġju b'modi sikuri u legali bħala fatturi ta' importanza kritika għall-prevenzjoni tal-imwiet fost dawk li jfittxu ażil;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Jistieden lill-Gvern tal-Pakistan iwaqqaf immedjatament l-intimidazzjoni u t-tkeċċija furzata jew ir-ripatrijazzjoni tar-rifuġjati Afgani lura fl-Afganistan; jirrimarka li dawn l-atti huma ksur dirett tad-dritt umanitarju internazzjonali u li n-numru dejjem jikber ta' rifuġjati li qed jiġu ttrattati b'dan il-mod jagħti biss saħħa lill-gruppi terroristiċi u joħloq iżjed instabbiltà fir-reġjun; iħeġġeġ ir-ritorni volontarji mill-UE għall-Afganistan; jappella lill-UE u lill-komunità internazzjonali jimpenjaw ruħhom sabiex jipprovdu assistenza ekonomika robusta u għal tul ta' żmien lis-sitwazzjoni ta' emerġenza li għaddejja bħalissa rigward il-persuni rimpatrijati kollha sabiex jappoġġaw ir-riintegrazzjoni tagħhom; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar iż-żieda kbira ħafna fl-għadd ta' persuni spostati internament fl-2016, b'aktar minn 653 000 spustament ġdid, li jista' jwassal għal kriżi umanitarja enormi; jinkoraġġixxi lill-partijiet kollha involuti biex jipprovdu għal dawn l-Afgani vulnerabbli, u jistieden lill-Gvern Afgan jgħin ir-riintegrazzjoni tagħhom fis-soċjetà Afgana; jisħaq li, skont stimi mill-awtoritajiet Afgani, l-aġenziji tan-NU u l-aġenziji umanitarji oħrajn, aktar minn 9.3 miljun ruħ se jkunu jeħtieġu għajnuna umanitarja sal-aħħar tal-2017;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.  Jirrikonoxxi li, minkejja l-isforzi internazzjonali sostanzjali fuq perjodu twil ta' żmien, l-Afganistan għadu qed iħabbat wiċċu ma' kunflitt serju li qed ixekkel b'mod sostanzjali l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tiegħu; itenni l-għanijiet tal-Unjoni Ewropea għall-promozzjoni tal-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà reġjonali, it-tisħiħ tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, il-promozzjoni ta' governanza tajba u l-emanċipazzjoni tan-nisa, l-appoġġ għall-iżvilupp ekonomiku u tal-bniedem, u l-indirizzar tal-isfidi relatati mal-migrazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri, u lill-Gvern u lill-Parlament tal-Afganistan.</p>
</Section></Motion>