<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0682/2017</Ref><Date>11.12.2017</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni fl-Afganistan</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2017/2932(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96854">Sabine Lösing</Author>, <Author id="96907">Takis Hadjigeorgiou</Author>, <Author id="124689">Neoklis Sylikiotis</Author>, <Author id="130833">Stelios Kouloglou</Author>, <Author id="125092">Kostadinka Kuneva</Author>, <Author id="28586">Dimitrios Papadimoulis</Author>, <Author id="125193">Eleonora Forenza</Author>, <Author id="125091">Sofia Sakorafa</Author>, <Author id="125047">Paloma López Bermejo</Author>, <Author id="124736">Merja Kyllönen</Author>, <Author id="125035">Lola Sánchez Caldentey</Author>, <Author id="131749">Estefanía Torres Martínez</Author>, <Author id="127330">Tania González Peñas</Author>, <Author id="135490">Xabier Benito Ziluaga</Author>, <Author id="131507">Miguel Urbán Crespo</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4277"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE614.305v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0682/2017</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fl-Afganistan</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2017-2932" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2017-2932">2017/2932(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapporti u r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Afganistan,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-istrateġija l-ġdida tal-UE għall-Afganistan, adottata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fis-16 ta' Ottubru 2017, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2016, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-ħatra tal-Mibgħut Speċjali l-ġdid tal-UE għall-Afganistan, is-Sur Roland Kobia, fl-1 ta' Settembru 2017, u ż-żjara reċenti tiegħu fl-Afganistan tal-25 u s-26 ta' Ottubru 2017,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-laqgħat tad-Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem lokali bejn l-UE u l-Afganistan tal-1 ta' Ġunju u t-30 ta' Novembru 2016,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UE tas-27 ta' Mejju 2013 biex tiġi estiża l-Missjoni tal-Pulizija tal-UE fl-Afganistan (EUPOL) sal-31 ta' Diċembru 2014, u wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Ġunju 2014 li jaqbel fil-prinċipju dwar estensjoni tal-EUPOL sa tmiem l-2016,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-3 ta' Novembru 2017 mill-Prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, Fatou Bensouda, dwar id-deċiżjoni tagħha li titlob awtorizzazzjoni ġudizzjarja biex tibda investigazzjoni dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Afganistan, inkluża r-riżoluzzjoni 2189 tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni ċivili f'konflitt armat tal-Missjoni ta' Assistenza tan-Nazzjonijiet Uniti fl-Afganistan (UNAMA),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Missjoni ta' Appoġġ Determinat (RSM - Resolute Support Mission), il-missjoni ta' segwitu tan-NATO fl-Afganistan li saret operattiva fit-2 ta' Jannar 2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Ftehim Bilaterali dwar is-Sigurtà (BSA) bejn l-Istati Uniti u l-Afganistan u l-Ftehim dwar l-Istatus tal-Forzi u tal-Persunal bejn in-NATO u l-Afganistan (NATO SOFA), it-tnejn li huma ffirmati fit-30 ta' Settembru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-istrateġija l-ġdida tal-Istati Uniti dwar l-Afganistan, ippreżentata mill-President Trump fil-21 ta' Awwissu 2017,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konferenza tad-donaturi tal-għajnuna internazzjonali organizzata mill-UE fi Brussell fil-5 ta' Ottubru 2016 (il-"Konferenza ta' Brussell dwar l-Afganistan") u d-dokument (imġedded u aġġornat) adottata f'dik il-laqgħa, "Qafas favur l-Awtonomija permezz ta' Responsabbiltà Reċiproka (SMAF)"),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tat-Triq Konġunta 'l Quddiem dwar kwistjonijiet ta' migrazzjoni bejn l-Afganistan u l-UE, maħruġa fil-5 ta' Ottubru 2016, u l-ewwel laqgħa tal-Grupp ta' Ħidma Konġunt, li saret f'Novembru 2016,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapport ta' Amnesty International bl-isem Afghanistan: Forced back to danger: Asylum seekers returned from Europe to Afghanistan" ("Afganistan: Imġiegħla jmorru lura fil-periklu: Persuni li jfittxu asil jintbagħtu lura mill-Ewropa lejn l-Afganistan", ippubblikat fil-5 ta' Ottubru 2017,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra tal-adeżjoni tal-Afganistan mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ f'Lulju 2016, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-klassifikazzjoni baxxa tal-Afganistan fir-Rapport tal-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tal-2015 tal-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti (UNDP), li fih l-Afganistan jinsab fil-171 post minn 187 pajjiż, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali għan-Nisa fl-Afganistan (NAPWA),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi s-sitwazzjoni ġenerali tas-sigurtà fl-Afganistan ħżienet ħafna; billi l-Afganistan ġie ikklassifikat it-tieni l-inqas pajjiż sikur fid-dinja fl-indiċi Globali tal-Paċi 2017; billi mewġiet ġodda ta' attakki mit-Taliban f'dawn l-aħħar xhur u l-penetrazzjoni tal-ISIL fl-Afganistan, li wasslu għal attakki bla preċedent f'Kabul u f'xi provinċji fit-Tramuntana u fil-Lvant, ħallew sa terz mit-territorju tal-Afganistan u 25 % tal-popolazzjoni maqtugħin mis-servizzi tal-gvern;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi r-Rapport Annwali 2016 tal-UNAMA dwar il-protezzjoni ta' persuni ċivili f'konflitt armat iddokumenta l-ogħla numru ta' vittmi mill-2009, bi 11 418-il vittma ċivili; billi b'kollox aktar minn 25 000 ċittadin Afgan ġew irrapportati li nqatlu, u b'ċifri saħansitra ikbar ta' persuni midruba; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi l-Prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, Fatou Bensouda, talbet awtorizzazzjoni ġudizzjarja biex tiftaħ investigazzjoni dwar delitti li huwa allegat li twettqu b'konnessjoni mal-konflitt armati fil-pajjiż mill-2003 'il quddiem; billi hija ġabret, matul is-snin, evidenza ta' delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità mwettqa mit-Taliban, mill-forzi tal-pulizija u tal-intelligence Afgani, u mill-armata tal-Istati Uniti u s-CIA, li jvarjaw minn attakki kontra suldati umanitarji, l-użu ta' suldati tfal, u t-tortura tad-detenuti, fosthom f'faċilitajiet ta' detenzjoni "siti suwed" ibbażati f'ċerti Stati Membri tal-UE, jiġifieri l-Polonja, il-Litwanja u r-Rumanija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi l-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti żiedet il-forzi militari tagħha fl-Afganistan għal total ta' aktar minn 14 000; billi l-istrateġija tal-President Trump għall-Afganistan hi impenn miftuħ li fl-ambitu tiegħu kwalunkwe rtirar ta' truppi se jiġi determinat mill-kondizzjonijiet fil-post, mingħajr data ta' skadenza għal tmiem l-intervent militari tal-Istati Uniti; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-Afganistan hu l-aktar pajjiż fid-dinja li jġarrab attakki ta' bombi bl-użi tad-droni, u r-regoli l-ġodda tal-Istati Uniti dwar id-droni jżidu r-riskji għan-nies ċivili; billi l-attakki u l-attakki ta' ritaljazzjoni kkawżaw telf kbir ta' ħajjiet; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi d-deċiżjoni reċenti tal-Istati Uniti li jiżdiedu l-attakki mill-ajru u l-operazzjonijiet tal-forzi speċjali tissogra li żżid l-għadd ta' vittmi ċivili midruba u maqtula; billi wara l-mewt ta' 13-il persuna ċivili f'operazzjoni mmexxija min-NATO fir-reġjun tat-Tramuntana ta' Kunduz, l-awtoritajiet militari tal-Istati Uniti u tal-Afganistan wiegħdu investigazzjoni iżda ma tawx aktar informazzjoni dwar dan; billi wara attakk mill-ajru mill-forzi tal-Istati Uniti f'Ottubru 2015 kontra sptar tal-Médecins Sans Frontières f'Kunduz, li ħalla mill-inqas 42 persuna - taħlita ta' persunal u pazjenti - mejta jew midruba, il-persuni responsabbli ma tressqux quddiem il-qrati; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-aħħar ċifri tan-NU rigward vittmi ċivili, li ħarġu x-xahar li għadda, indikaw żieda ta' 52 % - minħabba l-attakki mill-ajru - fl-ewwel disa' xhur tal-2017 meta mqabbel mal-perjodu korrispondenti tas-sena li għaddiet, għal 205 persuni maqtula u 261 persuna midruba; billi tat-Taliban u gruppi ribelli armati oħra huma responsabbli għall-maġġoranza tal-vittmi ċivili, jiġifieri, skont UNAMA, madwar 60 %; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi fl-2016 ġew spostati 600 000, u b'hekk l-għadd totali ta' persuni spustjati internament (IDPs) tela' għal 1.5 miljuni; billi 9.3 miljun Afgan għandhom ħtieġa qawwija ta' għajnuna umanitarja u 9 miljun ruħ għandhom aċċess limitat għas-servizzi essenzjali tas-saħħa, jew saħansitra l-ebda aċċess; billi 3 miljuni ħarbu lejn il-Pakistan jew l-Iran, filwaqt li miljun marru lura lejn darhom fl-2016;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi t-Triq Konġunta 'l Quddiem bejn l-UE u l-Afganistan ġiet introdotta bħala mezz biex l-għajnuna tkun magħmula kundizzjonali fuq ir-riammissjoni ta' ċittadini Afgani fl-UE, u ġiet adottata mingħajr il-kunsens tal-Parlament Ewropew minħabba n-nuqqas ta' ftehim formali tal-UE dwar ir-riammissjoni; billi l-Afgani għadhom it-tieni l-akbar grupp ta' persuni li jfittxu l-asil fl-UE; billi l-Istati Membri poġġew fil-periklu lil eluf ta' Afgani li kienu qed ifittxu asil, inklużi minorenni mhux akkumpanjati, billi ħaduhom lura bil-forza lejn pajjiż fejn dawn jinsabu f'riskju serju ta' mewt, ħtif, tortura u abbużi oħra tad-drittijiet tal-bniedem; billi skont rapport ta' Ottubru 2017 tal-Amnesty International, ir-ritorn tal-migranti Afgani hu illegali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi t-total tal-għajnuna mogħtija lill-Afganistan mill-Istati Uniti, l-UE u l-Istati Membri tagħha u donaturi internazzjonali oħrajn mill-1992 jammonta għal USD 130 biljun; billi din iċ-ċifra hija kumparabbli mal-Pjan Marshall għall-Ewropa; billi l-għajnuna umanitarja tal-UE għall-Afganistan fl-2017 kienet tammonta għal EUR 30.5 miljun, filwaqt li ċ-ċifra għal dawn l-aħħar għaxar snin hi ta' EUR 756 miljun; billi madankollu, l-ekonomija għadha mġarrfa ħafna u dipendenti fuq l-għajnuna barranija; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi jirriżulta li l-Forzi tas-Sigurtà Nazzjonali Afgani jiswew ħafna flus; billi hemm nuqqas ta' impenn fit-tul min-naħa tal-UE u tal-membri l-oħra tal-komunità internazzjonali rigward il-finanzjament tal-baġit tal-Forzi tas-Sigurtà Nazzjonali Afgani; billi anke b'dan it-tnaqqis ippjanat ta' persunal, se jkun impossibbli għall-Gvern Afgan li jipprovdi l-finanzjament meħtieġ; billi dan jista' jwassal għal sitwazzjoni perikoluża li fiha pulizija u armata militarizzati u mgħammra ħafna jistgħu jfittxu mezzi alternattivi biex jiġġeneraw dħul;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi 80% tat-tfal Afgani jattendu l-iskola; billi l-Afganistan għadu kklassifikat bħala wieħed mill-agħar postijiet biex il-bniet jiksbu edukazzjoni; billi r-rata ta' studenti li jiggradwaw mill-iskola u r-rata stmata tal-litteriżmu fost iċ-ċittadini li għandhom 15-il sena jew iktar għadhom baxxi ħafna;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.  billi l-kultivazzjoni tax-xaħxieħ u l-kummerċ tal-oppju żdiedu b'mod sinifikanti, bi 43 %, bejn l-2015 u l-2016;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.  billi wara r-rakkommandazzjonijiet tal-IMF u atturi oħra, il-Gvern Afgan introduċa sensiela ta' riformi neoliberali ħorox, inkluża taxxa b'rata fissa, u baxxa d-dazji fuq il-merkanzija importata minn 43 % għal 5.3 %; billi dawn ir-riformi naqsu milli jipproduċu żieda sinifikanti fid-dħul tal-Istat, u għaldaqstant il-pajjiż qed iħabbat wiċċu ma' defiċits fil-baġit u l-kummerċ; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">O.  billi l-"Approċċ Komprensiv" tan-NATO falla, u spiċċa biex l-għajnuna għall-iżvilupp ġiet subordinata għal objettivi politiċi u militari; billi din l-istrateġija tista' timplika ċerti atturi ċivili bħala parti mill-kunflitt f'għajnejn ir-ribelli; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">P.  billi wara n-negozjati, għaddejja l-implimentazzjoni tal-ftehim ta' paċi bejn il-Gvern Afgan u Hizb-e Islami; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">Q.  billi l-Gvern Afgan, fil-perspettiva tal-elezzjonijiet parlamentari u presidenzjali li se jsiru dalwaqt, mexxa 'l quddiem ir-riforma elettorali, adotta Liġi Elettorali ġdida u ħatar membri ġodda għall-Korpi tal-Ġestjoni Elettorali fi tmiem l-2016; billi l-frodi u l-korruzzjoni għadhom endemiċi; billi l-UE appoġġat il-Pjan ta' Implimentazzjoni tal-Proġett (PIP) tal-UNDP, li jipprovdi konsulenza; billi madankollu, proċess elettorali inklużiv, trasparenti u kredibbli se jkun kruċjali biex tiġi vvalutata d-demokratizzazzjoni tal-pajjiż; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jirrimarka li wara 16-il sena tal-intervent immexxi mill-Istati Uniti u min-NATO, b'għadd kbir ta' vittmi, l-awtosostenibbiltà u s-sovranità tal-istat Afgan għadhom mhumiex garantiti, u s-sigurtà tal-pajjiż kompliet tmur għall-agħar; jenfasizza li din il-preżenza militari, u speċjalment l-operazzjonijiet offensivi tagħha, komplew ikebbsu parti mill-kunflitt; għalhekk jitlob li jiġu rtiratati t-truppi kollha tal-UE, tan-NATO u tal-Istati Uniti, peress li m'hemmx soluzzjoni militari għal dan il-kunflitt; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jinnota li l-Prosekutur tal-QKI, Fatou Bensouda, ipproponiet investigazzjoni tal-QKI dwar delitti tal-gwerra u ksur tad-drittijiet tal-bniedem, u jemmen li għandu jkun hemm ukoll investigazzjoni indipendenti addizzjonali taħt il-patroċinju tan-NU, fosthom dwar qtil extraġudizzjarju permezz ta' droni, bil-għan li tintemm il-kultura ta' impunità bħala element ewlieni għal proċess ta' stabilizzazzjoni fl-Afganistan, u biex tinħoloq fiduċja pubblika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jinsab imħasseb serjament dwar l-attitudni tal-amministrazzjoni tal-Istati Uniti u r-rifjut tagħha li tikkoordina man-Nazzjonijiet Uniti bil-ħsieb li taħdem biex fil-mument adegwat tirtira t-truppi kollha; jirrifjuta kwalunkwe skjerament ulterjuri; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jistieden lill-UE tappoġġja lill-Gvern Afgan fit-tfittxija tiegħu għal proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni komprensiv u inklużiv, immexxi mill-Afgani u li jappartjeni lilhom, li jinkludi b'mod attiv il-firxa sħiħa tas-soċjetà ċivili u l-partijiet kollha fil-kunflitt, inklużi – wara waqfien mill-ġlied – gruppi kombattenti, ribelli u tal-milizzji, peress li ma tistax tinkiseb soluzzjoni dejjiema għall-kunflitt b'xi mod ieħor; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jappella għat-trasformazzjoni ta' EUPOL Afghanistan f'missjoni ta' appoġġ għal proċess ta' diżarm, demobilizzazzjoni u reintegrazzjoni (DDR) immexxija mill-Afgani, inter alia bl-għanijiet li jiġu demobilizzati d-diversi milizzji u li jitnaqqas kemm jista' jkun l-għadd tal-persunal tal-ANSF, mill-aktar fis possibbli; jitlob lill-UE tappoġġja b'mod attiv proċess ta' diżarm, demobilizzazzjoni u reintegrazzjoni mmexxi mill-Afgani għal dawk li qabel kienu ribelli; jistieden lill-UE u lin-NATO jappoġġjaw u jiffinanzjaw b'mod adegwat l-isforzi biex jitneħħew il-mini fl-Afganistan;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jenfasizza l-ħtieġa għal kooperazzjoni reġjonali inklużiva bl-għan tal-promozzjoni ta' paċi dejjiema, stabbiltà u sigurtà fir-reġjun usa'; jiffavorixxi approċċ ġdid lejn il-qagħda tas-sigurtà fl-Afganistan u l-ġirien tiegħu fil-forma ta' forum multilaterali għal djalogu u negozjar bejn il-pajjiżi u r-reġjuni kkonċernati, li jkopru impenji relatati ma' kwistjonijiet politiċi, soċjali, ekonomiċi, ambjentali, tas-sigurtà u tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li dan il-forum jaf jindika approċċ ġdid u kostruttiv ibbażat fuq is-sjieda, l-awtodeterminazzjoni u r-responsabbiltajiet tal-istati lejn iċ-ċittadini tagħhom u lejn xulxin; jenfasizza li dan il-forum għandu jinbeda b'kooperazzjoni mal-Organizzazzjoni tal-Konferenza Iżlamika u n-NU;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jemmen li d-drittijiet tan-nisa huma parti mis-soluzzjoni għas-sigurtà, u jilqa' l-inizjattivi bl-għan li jiżguraw li n-nisa jiżvolġu rwol prominenti fl-istadji kollha tal-proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni, peress li huwa impossibbli li jkun hemm stabbiltà fl-Afganistan jekk in-nisa ma jgawdux id-drittijiet sħaħ tagħhom fil-ħajja politika, soċjali u ekonomika; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jinnota n-nuqqas ta' progress sostanzjali fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u fundamentali, b'mod partikolari rigward in-nisa u l-bniet fl-Afganistan; jinsab ferm imħasseb li n-nisa Afgani għadhom vittmi ta' diskriminazzjoni, vjolenza, abbuż sesswali u stupru taħt il-liġi tax-xarija; jistieden lill-gvern biex ikompli jimplimenta Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali għan-Nisa fl-Afganistan b'mezzi finanzjarji adegwati, kif ukoll il-liġi dwar l-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa (EVAW) u l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Iħeġġeġ lill-Gvern Afgan jinvolvi ruħu fit-twaqqif ta' ġudikatura indipendenti u biex jiggarantixxi l-libertà tal-istampa; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jistieden lill-awtoritajiet Afgani jikkommutaw is-sentenzi kollha tal-mewt u jerġgħu jintroduċu moratorju fuq l-eżekuzzjonijiet bil-ħsieb li tinkiseb it-tneħħija permanenti tal-piena tal-mewt; jistieden ukoll lill-Gvern Afgan itemm kull tip ta' tortura u abbuż, b'mod partikolari fil-ħabsijiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jinsab imħasseb dwar ir-rata għolja tal-qgħad, speċjalment fost iż-żgħażagħ Afgani, in-nuqqas ta' aċċess għall-kura medika, l-istat ħażin tas-sistema tas-saħħa u l-fatt li aktar minn nofs il-popolazzjoni qed tgħix fil-faqar; jenfasizza l-ħtieġa li l-istrateġija tal-UE għall-Afganistan tiffoka b'mod ewlieni fuq il-politika għall-iżvilupp, b'mod partikolari fiż-żoni rurali fejn tgħix il-maġġoranza tal-popolazzjoni, u fuq it-tnaqqis tal-faqar, u li torbot l-għajnuna għall-iżvilupp mal-iżvilupp tal-infrastruttura pubblika fl-Afganistan, sabiex jinħolqu l-impjiegi li huma meħtieġa b'mod urġenti u b'hekk il-pajjiż jinfatam mid-dipendenza fuq donaturi barranin; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jemmen li l-Kuntratt għall-Bini tal-Istat għall-Afganistan u l-Karta taċ-Ċittadin, wieħed minn ħames Programmi ta' Prijorità Nazzjonali, qed jgħinu biex jitkomplew l-isforzi li saru għal infrastrutturi u servizzi pubbliċi għal kulħadd, iżda dawn għadhom mhumiex biżżejjed mill-perspettiva ta' awtosostenibbiltà, peress li min-naħa l-oħra, elementi ewlenin ta' dik li għandha tkun politika tal-gvern qed jingħataw lis-settur privat, jew inkella tali miżuri huma rakkomandati mill-Pjan Direzzjonali tal-Ġestjoni Finanzjarja Pubblika (PFMR II) u l-Pjan ta' Titjib tar-Rendiment Fiskali ta' Ħames Snin (FPIP) riżultanti; jirrakkomanda li jiġu introdotti dazji ogħla sabiex titħares l-ekonomija tal-pajjiż u b'hekk jitrawmu l-prospetti għal żieda fl-esportazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Jilqa' l-liġi li tipprojbixxi r-reklutaġġ tat-tfal fl-ANSF u l-abbozz ta' Att dwar it-Tfal, u jinkoraġġixxi l-implimentazzjoni rapida tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Għadu mħasseb dwar il-fatt li l-miżuri biex tintemm il-kultivazzjoni tal-oppju fl-Afganistan s'issa ma rnexxewx; jitlob li jinħolqu mezzi tal-għajxien vijabbli alternattivi u miżuri li jgħinu biex itejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-popolazzjonijiet f'żoni rurali b'mod ġenerali; jilqa', f'dan ir-rigward, l-appoġġ tal-UE għall-Programm Reġjonali tal-UNODC għall-Afganistan u l-pajjiżi ġirien; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Afgani u lill-partijiet l-oħra kollha kkonċernati biex jiġġieldu kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali u t-traffikar tad-droga;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.  Jistieden lill-Istati Membri biex minnufih iwaqqaf id-deportazzjonijiet lura lejn l-Afganistan u jirregolarizzaw lill-Afgani li qed ifittxu asil, peress li s-sitwazzjoni turi b'mod ċar li l-Afganistan mhuwiex pajjiż sikur; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri biex ma jibqgħux jagħtu l-għajnuna bil-kundizzjoni ta' ritorni u ta' esternalizzazzjoni tal-kontrolli tal-fruntieri tal-UE; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Afganistan, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, in-NU u n-NATO.</p>
</Section></Motion>