Dokument ta' sessjoni

 

B8-0071/2018

31.1.2018

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni

skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura

dwar arranġamenti għall-ħin tas-sajf

( 2017/2968(RSP) )

Ivo Belet, Werner Langen, Françoise Grossetête, Elisabetta Gardini, Pilar Ayuso, Reimer Böge, Franc Bogovič, David Casa, Lefteris Christoforou, Pilar del Castillo Vera, Michel Dantin, Angélique Delahaye, Albert Deß, Geoffroy Didier, Christian Ehler, Frank Engel, Rosa Estaràs Ferragut, Christofer Fjellner, Michael Gahler, Francesc Gambús, Luis de Grandes Pascual, Esteban González Pons, Ingeborg Gräßle, Brian Hayes, Esther Herranz García, Brice Hortefeux, Carlos Iturgaiz, Lívia Járóka, Jérôme Lavrilleux, Antonio López-Istúriz White, Ivana Maletić, Gabriel Mato, Cláudia Monteiro de Aguiar, Elisabeth Morin-Chartier, Siegfried Mureşan, Luděk Niedermayer, Franck Proust, Paulo Rangel, Anne Sander, Maria Spyraki, Dubravka Šuica, Jaromír Štětina, Ramón Luis Valcárcel Siso, Axel Voss, Rainer Wieland, Milan Zver, Alberto Cirio, Philippe Juvin, Maria Spyraki

B8-0071/2018

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar arranġamenti għall-ħin tas-sajf

( 2017/2968(RSP) )

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Jannar 2001 dwar arranġamenti għall-ħin tas-sajf[1],

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet[2],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, skont il-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, l-evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti għandha tipprovdi bażi għal valutazzjonijiet tal-impatt rigward l-għażliet għal azzjoni futura;

B.  billi għadd kbir ta' studji xjentifiċi, inkluż l-istudju tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew ta' Ottubru 2017 dwar arranġamenti għall-ħin tas-sajf skont id-Direttiva 2000/84/KE, ma nrexxielhom jaslu għal ebda konklużjoni definittiva, iżda minflok taw indikazzjoni tal-eżistenza ta' effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem;

C.  billi għadd ta' inizjattivi taċ-ċittadini enfasizzaw it-tħassib taċ-ċittadini dwar il-bidla fil-ħin li ssir darbtejn fis-sena;

D.  billi l-Parlament kien qajjem din il-kwistjoni preċedentement, pereżempju fil-Mistoqsija Orali O-000111/2015 lill-Kummissjoni tal-25 ta' Settembru 2015;

E.  billi huwa kruċjali li tinżamm sistema tal-ħin unifikata fl-UE;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq valutazzjoni bir-reqqa tad-Direttiva 2000/84/KE dwar arranġamenti għall-ħin tas-sajf u, jekk ikun meħtieġ, tressaq proposta għar-reviżjoni tagħha;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

[1] ĠU L 31, 2.2.2001, p. 21.
[2] ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.