<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0089/2018</Ref><Date>5.2.2018</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni fl-UNRWA</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2018/2553(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="130100">Hilde Vautmans</Author>, <Author id="125040">Beatriz Becerra Basterrechea</Author>, <Author id="96922">Izaskun Bilbao Barandica</Author>, <Author id="1473">Gérard Deprez</Author>, <Author id="28116">Marian Harkin</Author>, <Author id="124754">Ivan Jakovčić</Author>, <Author id="188254">Patricia Lalonde</Author>, <Author id="96670">Louis Michel</Author>, <Author id="125005">Javier Nart</Author>, <Author id="129073">Urmas Paet</Author>, <Author id="125038">Maite Pagazaurtundúa Ruiz</Author>, <Author id="112753">Jozo Radoš</Author>, <Author id="96945">Marietje Schaake</Author>, <Author id="124706">Pavel Telička</Author>, <Author id="97203">Ramon Tremosa i Balcells</Author>, <Author id="97019">Ivo Vajgl</Author>, <Author id="96677">Cecilia Wikström</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4279"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE614.398v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0089/2018</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fl-UNRWA</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2018-2553" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2018-2553">2018/2553(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-proċess tal-paċi fil-Lvant Nofsani,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">‒  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet preċedenti tal-Kunsill dwar il-proċess tal-paċi fil-Lvant Nofsani,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">‒  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Assemblea Ġenerali tan-NU u tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, u b'mod partikolari r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU 71/91 tas-6 ta' Diċembru 2016,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">‒  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta bejn l-Unjoni Ewropea u l-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA) tas-7 ta' Ġunju 2017 dwar l-appoġġ Ewropew għall-UNRWA (2017–2020),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">‒  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2017 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2017-0408" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2017-0408/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2017)0408</ANCHOR></p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti stabbiliet l-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (minn hawn 'il quddiem "l-Aġenzija") kważi 70 sena ilu, u taha l-mandat li tipprovdi assistenza u protezzjoni lir-refuġjati Palestinjani rreġistrati sa ma tintlaħaq soluzzjoni ġusta u dejjiema;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-mandat tal-Aġenzija ġie mġedded ripetutement mill-Assemblea Ġenerali tan-NU, u billi l-mandat kurrenti jintemm fit-30 ta' Ġunju 2020;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi l-ħidma tal-Aġenzija tgħin biex jiġi żgurat li l-ħtiġijiet essenzjali għall-benesseri, il-protezzjoni u l-iżvilupp uman tar-refuġjati Palestinjani jiġu ssodisfati; billi l-Aġenzija wriet il-kapaċità tagħha li tipprovdi edukazzjoni, kura tas-saħħa, u servizzi soċjali u ta' assistenza;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi l-awtoritajiet ta' Iżrael iqisu li l-Aġenzija tagħmel użu ħażin mill-għajnuna umanitarja tal-komunità internazzjonali, inkluż mill-fondi tal-UE, issostni retorika anti-Iżraeljana u tittollera attivitajiet terroristiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-Istati Uniti ħabbru li mhumiex se jirrilaxxaw USD 65 miljun minn pagament skedat ta' USD 125 miljun; billi din id-deċiżjoni, skont id-Dipartiment tal-Istat, kienet maħsuba biex tinkoraġġixxi lil pajjiżi oħra jżidu l-għajnuna, kif ukoll biex tippromwovi riforma fi ħdan l-Aġenzija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi din id-deċiżjoni ttieħdet ftit wara li l-President tal-Istati Uniti Donald Trump rrikonoxxa Ġerusalemm formalment bħala l-belt kapitali ta' Iżrael u wara li l-President Palestinjan Mahmoud Abbas iddikjara li l-Istati Uniti ma kinux aktar denji li jagħmluha ta' medjaturi fin-negozjar ta' ftehim ta' paċi bejn Iżrael u l-Palestinjani;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-appoġġ kontinwu tal-UE lill-Aġenzija huwa element ewlieni fl-istrateġija tal-UE li tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-istabbiltà fil-Lvant Nofsani u għall-vijabbiltà tas-soluzzjoni ta' żewġ stati, kif imtenni fid-Dikjarazzjoni Konġunta bejn l-UE u l-UNRWA tas-7 ta' Ġunju 2017 u, aktar reċentement, mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25  ta' Ottubru 2017;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi, anke qabel id-deċiżjoni tal-Istati Uniti, fid-Dikjarazzjoni Konġunta bejn l-UE u l-UNRWA tat-7 ta' Ġunju 2017 l-UE kienet irrikonoxxiet il-ħtieġa li l-Aġenzija titqiegħed f'pożizzjoni finanzjarja aktar stabbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar il-kriżi serja fil-finanzjament tal-Aġenzija; f'dan il-kuntest partikolari, iħeġġeġ lid-donaturi kollha jonoraw l-impenji tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Ifakkar l-impenn tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà li tgħin lill-Aġenzija tikseb riżorsi finanzjarji biex tkun tista' timplimenta l-mandat mogħti lilha mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, topera fuq bażi sostenibbli u kosteffettiva u tiżgura l-kwalità u l-livell tas-servizzi pprovduti lir-refuġjati Palestinjani;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jilqa' d-deċiżjoni ta' diversi Stati Membri, fosthom in-Netherlands, il-Ġermanja, l-Iżvezja, l-Irlanda, il-Finlandja u l-Belġju, li jantiċipaw il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tagħhom lill-Aġenzija għall-2018;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Iħeġġeġ lill-Istati Uniti jerġgħu jikkunsidraw id-deċiżjoni tagħhom u jonoraw il-ħlas sħiħ tal-kontribuzzjoni skedata tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli ttejjeb l-istruttura maniġerjali u l-ippjanar strateġiku tagħha, tiżgura rappurtar f'waqtu u preċiż lill-UE dwar il-programmi u l-finanzi, tinvestiga allegazzjonijiet ta' ksur tan-newtralità minn membri tal-persunal tagħha u tieħu azzjoni dixxiplinarja xierqa fejn ikun meħtieġ;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Itenni li l-objettiv primarju tal-UE huwa t-twettiq tas-soluzzjoni ta' żewġ stati għall-kunflitt bejn Iżrael u l-Palestina abbażi tal-fruntieri tal-1967, b'Ġerusalemm bħala l-belt kapitali taż-żewġ stati, bi Stat ta' Iżrael sigur u Stat Palestinjan indipendenti, demokratiku, kontigwu u vijabbli, li jgħixu maġenb xulxin fil-paċi u s-sigurtà, abbażi tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni u tar-rispett sħiħ tal-liġi internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni  / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Proċess tal-Paċi fil-Lvant Nofsani, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Mibgħut tal-Kwartett għal-Lvant Nofsani, lill-Knesset u lill-Gvern ta' Iżrael, lill-President tal-Awtorità Palestinjana u lill-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan.</p>
</Section></Motion>