<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0144/2018</Ref><Date>12.3.2018</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2018/2626(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96945">Marietje Schaake</Author>, <Author id="125040">Beatriz Becerra Basterrechea</Author>, <Author id="96922">Izaskun Bilbao Barandica</Author>, <Author id="1473">Gérard Deprez</Author>, <Author id="28116">Marian Harkin</Author>, <Author id="124754">Ivan Jakovčić</Author>, <Author id="124866">Ilhan Kyuchyuk</Author>, <Author id="96670">Louis Michel</Author>, <Author id="129073">Urmas Paet</Author>, <Author id="125038">Maite Pagazaurtundúa Ruiz</Author>, <Author id="112753">Jozo Radoš</Author>, <Author id="4253">Frédérique Ries</Author>, <Author id="124706">Pavel Telička</Author>, <Author id="97019">Ivo Vajgl</Author>, <Author id="130100">Hilde Vautmans</Author>, <Author id="96677">Cecilia Wikström</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4279"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE616.090v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0144/2018</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2018-2626" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2018-2626">2018/2626(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sirja, b'mod partikolari dik tat-18 ta' Mejju 2017 dwar l-istrateġija tal-UE rigward is-Sirja<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2017-0227" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2017-0227/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2017)0227</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra tal-1949,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), b'mod partikolari dik tat-23 ta' Frar 2018 dwar il-massakru fil-Lvant ta' Ghouta, kif ukoll il-kummenti tagħha mal-wasla fil-laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Barranin tas-26 ta' Frar 2018,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet konġunti tal-20 ta' Frar 2018 tal-VP/RGħ, Federica Mogherini, u tal-Kummissarju, Christos Stylianides, dwar is-sitwazzjoni umanitarja fil-Lvant ta' Ghouta u Idlib, is-Sirja, u tas-6 ta' Marzu 2018 dwar is-sitwazzjoni fil-Lvant ta' Ghouta u f'inħawi oħra fis-Sirja, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK tad-9 ta' Mejju 2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 121, 10.5.2011, p. 11.</p>
</footnote>, u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2018 dwar iż-żieda ta' żewġ ministri fil-lista tas-sanzjonijiet, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2017 intitolata "Elementi għal Strateġija tal-UE għas-Sirja" (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/JOIN-2017-0011" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/JOIN-2017-0011">JOIN(2017)0011</ANCHOR>) u l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Sirja tat-3 ta' April 2017, li flimkien jikkostitwixxu l-istrateġija l-ġdida tal-UE rigward is-Sirja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Kopresidenti tal-5 ta' April 2017 dwar il-Konferenza dwar "Appoġġ għall-Ġejjieni tas-Sirja u tar-Reġjun",</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Zeid Ra'ad Al Hussein, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem f'Ġinevra dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja, b'mod partikolari dawk tas-26 ta' Frar 2018 u tat-2 ta' Marzu 2018, kif ukoll l-aġġornament orali tiegħu tas-7 ta' Marzu 2018 dwar l-attivitajiet tal-Uffiċċju tiegħu u dwar żviluppi reċenti rigward id-drittijiet tal-bniedem,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, b'mod partikolari r-Riżoluzzjoni 2401 (2018) dwar waqfien tal-ostilitajiet ta' 30 jum fis-Sirja biex tkun tista' tingħata l-għajnuna umanitarja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tal-5 ta' Marzu 2018 dwar id-deterjorament tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Lvant ta' Ghouta,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni A-71/248 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-21 ta' Diċembru 2016 dwar Mekkaniżmu Internazzjonali, Imparzjali u Indipendenti biex Jassisti fl-Investigazzjoni u l-Prosekuzzjoni tal-Persuni Responsabbli għad-Delitti l-Aktar Serji skont id-Dritt Internazzjonali li Twettqu fir-Repubblika Għarbija Sirjana sa minn Marzu 2011,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Istatut ta' Ruma u d-dokumenti fundaturi tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja, kif ukoll it-tribunali ad hoc, inkluż it-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja, it-Tribunal Kriminali Internazzjonali għar-Rwanda u t-Tribunal Speċjali għal-Libanu,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi s-sitwazzjoni fis-Sirja hija diżastru umanitarju straordinarju, u qed tkompli tmur għall-agħar hekk kif il-vjolenza u l-attakki jkomplu għaddejjin; billi 13-il miljun ruħ huma rreġistrati bħala li jeħtieġu xi forma ta' għajnuna umanitarja, li minnhom 6 miljuni huma tfal; billi 6,1 miljun ruħ huma spostati internament u aktar minn 5 miljun ruħ huma rreġistrati bħala rifuġjati Sirjani li jirrisjedu fir-reġjuni tal-viċinat; billi total ta' 400 000 Sirjan tilfu ħajjithom matul il-kunflitt; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi 3 miljun ruħ qed jgħixu f'żoni taħt assedju (fosthom Raqqa u Deir-ez-Zor li, fl-2017, kellhom l-akbar numru ta' vittmi ċivili); billi fil-Grigal tas-Sirja qed jiġu attakkati l-infrastrutturi mediċi u ċivili, u dan wassal biex 300 000 ruħ kellhom ifittxu rifuġju f'Idlib; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi mindu faqqgħet il-gwerra, l-UE u l-Istati Membri tagħha mmobilizzaw aktar minn EUR 10,4 biljun f'għajnuna għall-kriżi Sirjana, kemm internament kif ukoll esternament fir-reġjun tal-viċinat, u b'hekk l-UE hija l-akbar donatur; billi l-UE appoġġjat ukoll b'mod sostanzjali u faħħret lill-pajjiżi tal-viċinat li jospitaw ir-rifuġjati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi l-ġlied fis-Sirja għadu għaddej, kif għadhom għaddejjin l-attakki u l-bombardamenti militari tar-reġim Sirjan kontra l-poplu tiegħu stess, bl-appoġġ tar-Russja u tal-Iran, fil-Lvant ta' Ghouta u Idlib, li qed iwasslu għal għexieren ta' vittmi ċivili; billi s-sitwazzjoni umanitarja fis-Sirja ġiet iddikjarata ripetutament bħala estremament preokkupanti, u b'mod partikolari fil-Lvant ta' Ghouta, peress li l-kundizzjonijiet ddeterjoraw b'mod sinifikanti matul dawn l-aħħar ġimgħat, b'konvojs tal-għajnuna jiġu attakkati u mwaqqfa milli jaslu għand dawk li għandhom bżonn l-għajnuna; billi l-preżenza ta' gruppi terroristiċi bħal Jabhat Al Nusra (affiljat ma' Al-Qaeda) u ta' organizzazzjonijiet terroristiċi oħra fil-Lvant ta' Ghouta hija magħrufa u dokumentata sew; billi dawn l-attakki u t-tattika tal-gwerra li biha ċ-ċivili jitħallew imutu bil-ġuħ permezz ta' assedju kontra żoni popolati, jikkostitwixxu ksur ċar tad-dritt umanitarju internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi ħafna żoni assedjati preċedentement kienu ġew iddikjarati żoni sikuri għal nies li kienu ġew spostati bil-forza u li kienu ħarbu minn żoni oħra tas-Sirja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-vjolazzjonijiet imwettqa matul il-kunflitt Sirjan mir-reġim ta' Assad u l-alleati tiegħu, kif ukoll minn gruppi terroristiċi, jinkludu attakki mmirati, indiskriminati u b'armi kimiċi fuq ċivili, qtil extraġudizzjarju, tortura u trattament ħażin, għajbien furzat, arresti tal-massa u arbitrarji, kastigi kollettivi, attakki kontra persunal mediku u t-tiċħid ta' ikel u ilma u għajnuna medika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi mindu t-Turkija varat l-operazzjoni "Olive Branch" fl-20 ta' Jannar 2018 kontra l-forzi Kurdi tal-YPG l-YPJ fid-distrett Kurd ta' Afrin fil-Majjistral tal-provinċja ta' Aleppo, għexieren ta' eluf ta' nies ġew spostati u s-sitwazzjoni umanitarja ddeterjorat malajr; billi gruppi tad-drittijiet tal-bniedem iddokumentaw delitti tal-gwerra mwettqa mill-militar Torok u l-forza tal-ajru Torka, kif ukoll ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali u tal-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra; billi eluf ta' ċivili qed jiġu attakkati permezz ta' bumbardamenti indiskriminati, u rapporti jiżvelaw l-użu ta' armi mhux konvenzjonali mit-truppi Torok u minn gruppi armati Iżlamisti Sirjani alleati magħhom; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi l-ISIS/Da'esh u movimenti ġiħadisti oħra wettqu atroċitajiet u vjolazzjonijiet gravi tad-dritt internazzjonali, fosthom eżekuzzjonijiet brutali u vjolenza sesswali, ħtif, tortura, konverżjonijiet furzati u tjassir tan-nisa u l-bniet; billi tfal qed jiġu rreklutati u użati f'attivitajiet terroristiċi; billi hemm tħassib serju dwar l-użu ta' ċivili bħala tarki umani fiż-żoni li jinsabu taħt il-kontroll tal-estremisti; billi dawn id-delitti jikkostitwixxu delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità u ġenoċidju; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fl-aħħar irnexxielu jadotta riżoluzzjoni dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja, jiġifieri r-Riżoluzzjoni 2401, li tappella għall-waqfien "mingħajr dewmien" tal-ostilitajiet għal xahar, sabiex tkun tista' tingħata l-għajnuna umanitarja kif ukoll biex isiru evakwazzjonijiet mediċi; billi, f'dawn l-aħħar snin, ir-Russja użat il-veto tagħha għal 11-il riżoluzzjoni tal-KSNU u kellha rwol attiv fil-limitazzjoni tal-kontenut tar-riżoluzzjonijiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi l-waqfien mill-ġlied fil-Lvant ta' Ghouta, iddikjarat fir-Riżoluzzjoni 2401 tal-KSNU, ma ġiex implimentat mir-reġim Sirjan u mill-forzi Iranjani, minkejja appelli ripetuti mill-President tal-Kunsill tas-Sigurtà, minn membri oħra tal-KSNU, mis-Segretarju Ġenerali tan-NU u minn atturi internazzjonali oħra, inkluża l-UE; billi l-armata avvanzat fuq diversi fronti, u ħadet il-kontroll ta' rħula u azjendi agrikoli filwaqt li attakkat min-naħa tal-Lvant tal-enklav; billi l-militar qed juża l-"liberazzjoni" tar-reġjun bħala skuża biex jattakka ċ-ċivili; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi l-Lvant ta' Ghouta ilu taħt assedju mir-reġim Sirjan u l-alleati tiegħu għal 5 snin, u ċ-ċivili huma soġġetti għal bumbardamenti mill-arja, attakki mill-artillerija u l-użu ta' armi kimiċi, filwaqt li hemm rapporti li gass tossiku kien il-kawża ta' mijiet ta' mwiet fiż-żona; billi, minħabbba mblokk, in-nies li jgħixu fil-Lvant ta' Ghouta ilhom maqtugħin minn kwalunkwe forma ta' għajnuna mill-14 ta' Frar 2018, meta konvoj wieħed irnexxielu jilħaq lil 7 200 ruħ mill-400 000 ruħ li jgħixu fiż-żona; billi, illum minn qatt qabel, l-appoġġ għall-għajnuna umanitarja huwa preokkupazzjoni ewlenija, u dan wassal għal eżitu pożittiv żgħir wieħed meta konvoj tal-għajnuna tan-NU fl-aħħar irnexxielu jidħol Douma fil-5 ta' Marzu, u ta l-għajnuna lil 27 500 ruħ fil-bżonn ta' provvisti alimentari u mediċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi din l-għajnuna għadha 'l bogħod ħafna milli tilħaq lil dawk kollha fil-bżonn f'Ghouta, peress li l-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni qed tistkenn taħt l-art, b'aċċess limitat jew b'ebda aċċess għall-komoditajiet bażiċi, għall-ilma u għas-sistema sanitarja; billi r-reġim ta' Assad u l-alleati tiegħu għadhom jimblukkaw attivament l-konsenja u l-amministrazzjoni ta' provvisti mediċi, alimentari u umanitarji vitali min-NU, mill-UE, minn NGOs u minn atturi lokali fis-Sirja kollha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.  billi aktar rapporti dwar is-sitwazzjoni fil-Lvant ta' Ghouta jindikaw li, f'dawn l-aħħar ġimgħat, attakki mill-ajru kontinwi kienu qed jolqtu apposta l-isptarijiet, l-iskejjel u s-swieq, fi kliem ieħor postijiet frekwentati primarjament minn ċivili innoċenti; billi t-tim tal-Mibgħut Speċjali ddikjara li total ta' 14-il sptar, 3 ċentri tas-saħħa u 2 ambulanzi ġew attakkati bejn it-18 u t-22 ta' Frar 2018; billi ftit jiem biss wara, fil-25 ta' Frar, ġie rrappurtat li f'Shifouniya diversi ċivili, inklużi tfal, kien qed ikollhom problemi respiratorji minħabba li ġew esposti għal sustanzi velenużi; billi djalogu interattiv fil-KSNU mad-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi u s-Sotto Segretarju Ġenerali tan-NU, Izumi Nakamitsu, huwa skedat għall-20 ta' Marzu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.  billi r-reġim ta' Assad juża tattiki ta' spostament furzat sabiex jibdel il-kompożizzjoni settarja ta' bliet, irħula u reġjuni u jwettaq bidla demografika; billi tali tattiki ntużaw fi bliet bħal Darayya u Muadamiyat al-Sham barra Damasku, u fil-kwartier ta' Al-Waer fil-belt ta' Homs;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">O.  billi, fis-26 ta' Frar 2018, l-UE żiedet żewġ ministri ġodda fil-lista tas-sanzjonijiet – il-Ministru tal-Informazzjoni u l-Ministru tal-Industrija – minħabba n-numru jiżdied ta' vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sirja; billi ġie rrappurtat li l-kap tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali tas-Sirja, Ali Mamlouk, li huwa inkluż fil-lista tas-sanzjonijiet tal-UE, iltaqa' mal-Ministru tal-Intern Taljan u mad-Direttur tal-Aġenzija Taljana għall-Informazzjoni u s-Sigurtà Esterna f'Ruma, bi ksur flagranti tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">P.  billi, f'April 2017, ir-Renju Unit ippropona, fil-kuntest tal-G7, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet addizzjonali kontra r-Russja wara l-attakk kimiku li qatel lil ħafna nies f'Khan Sheikhoun; billi l-Italja użat il-veto tagħha kontra din il-proposta; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">Q.  billi huwa l-obbligu tal-komunità internazzjonali u tal-istati individwali li jtellgħu l-qorti lil dawk responsabbli għal vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali mwettqa matul il-kunflitt Sirjan, anke permezz tal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-ġurisdizzjoni universali kif ukoll tad-dritt nazzjonali; billi dan jista' jsir jew abbażi ta' rimedji nazzjonali u internazzjonali eżistenti, inklużi l-qrati nazzjonali u t-tribunali internazzjonali, jew ta' tribunali kriminali internazzjonali ad hoc li għad iridu jiġu stabbiliti; billi, minbarra din ir-responsabbiltà kriminali personali, anki stati jistgħu jiġu prosegwiti, taħt ċerti kundizzjonijiet, għall-ksur ta' obbligi skont it-trattati u l-konvenzjonijiet internazzjonali li fuqhom għandha ġurisdizzjoni l-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja, inkluża l-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti tal-1984 u l-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta' Ġenoċidju tal-1948;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">R.  billi l-komunità internazzjonali ma appoġġjatx biżżejjed lill-oppożizzjoni demokratika u sekulari; billi, fis-sitwazzjoni attwali, l-oppożizzjoni demokratika u sekulari hija mdgħajfa u ċ-ċivili huma maqbuda bejn it-terroristi ġiħadisti u l-fundamentalisti Iżlamiċi, minn naħa waħda, u s-sostenituri tar-reġim ta' Assad, min-naħa l-oħra;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">S.  billi l-UE ddikjarat ripetutament li ma jista' jkun hemm l-ebda soluzzjoni militari għall-kunflitt Sirjan, u li hija biss tranżizzjoni inklużiva u mmexxija mis-Sirja taħt l-awspiċju tan-NU li tista' ttemm it-tbatija inaċċettabbli tal-poplu Sirjan; billi l-operazzjonijiet militari fil-prattika ddefinew il-gwerra fis-Sirja u wasslu biex atturi esterni, inklużi r-Russja, l-Iran u t-Turkija, jiddettaw it-termini fit-territorju; billi n-negozjati li saru f'Ġinevra s'issa ma wasslux għal progress konkret biex tinstab soluzzjoni paċifika għall-kriżi fis-Sirja, wara d-disa' ċiklu fi Vjenna fil-25 u s-26 ta' Jannar 2018; billi, fl-4 ta' Mejju 2017, ir-Russja, l-Iran u t-Turkija laħqu ftehim fil-Każakistan biex jistabbilixxu erba' żoni ta' diżintensifikazzjoni tal-kunflitt, li ma ġewx rispettati u protetti mill-garanti; billi l-Kungress tad-Djalogu Nazzjonali Sirjan li sar f'Sochi fit-30 ta' Jannar 2018 ħabbar il-ħolqien ta' Kumitat Kostituzzjonali, li ma ġiex aċċettat mill-partijiet kollha; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">T.  billi t-tieni konferenza ministerjali dwar "L-Appoġġ għall-Futur tas-Sirja u r-Reġjun" li se ssir fl-24 u l-25 ta' April 2018 se tkun kopreseduta mill-VP/RGħ u min-NU; billi, bħas-sena l-oħra, l-għan tal-Konferenza se jkun li żżomm l-attenzjoni tal-komunità internazzjonali fuq is-Sirja, billi tindirizza l-kwistjonijiet kritiċi kollha (umanitarji, finanzjarji u politiċi) relatati mal-kriżi fil-pajjiż u fir-reġjun (il-Libanu, il-Ġordan u t-Turkija); billi l-appoġġ u l-impenn tal-komunità internazzjonali għadhom essenzjali għal futur ta' paċi fis-Sirja u fir-reġjun;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">U.  billi l-isforzi tal-UE fl-għoti ta' appoġġ umanitarju u fl-ippjanar għall-ġejjieni tas-Sirja huma ta' min ifaħħarhom; billi l-UE qatt m'għandha tipprovdi assistenza mingħajr kundizzjonijiet għar-rikostruzzjoni ta' Sirja mmexxija u kkontrollata minn Assad u mill-alleati tiegħu, ir-Russja u l-Iran; billi Assad, ir-Russja ta' Putin u l-Iran ma jistgħux jitħallew jaħslu jdejhom mill-konsegwenzi ekonomiċi tal-interventi militari tagħhom; billi kwalunkwe impenn għar-rikostruzzjoni jrid jiffavorixxi l-paċi u l-obbligu li jingħata rendikont; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">V.  billi r-rikostruzzjoni tas-Sirja għandha tkun ibbażata fuq approċċ minn isfel għal fuq, u fuq l-abilitazzjoni b'suċċess ta' atturi lokali, u b'hekk teskludi gruppi terroristi magħrufa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jiddeplora b'mod qawwi d-deterjorament drammatiku tas-sitwazzjoni fis-Sirja, li huwa konsegwenza diretta tal-attakki u l-azzjonijiet li għaddejjin min-naħa tar-reġim Sirjan u l-alleati tiegħu, ir-Russja u l-Iran, u li diġà wassal għal aktar minn 400 000 ruħ mejta, 6,1 miljun persuna spostata fis-Sirja u 5 miljun rifuġjat; jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar iż-żieda drammatika fil-vjolenza f'ħafna partijiet tal-pajjiż, bħalma huwa l-każ fil-Lvant ta' Ghouta, f'Afrin u f'Idlib; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jikkundanna bl-aktar mod qawwi l-vjolenza li għaddejja fil-Lvant ta' Ghouta, minkejja l-adozzjoni unanima tar-Riżoluzzjoni 2401 tal-KSNU, u jappella b'urġenza lill-partijiet kollha, u b'mod partikolari lir-reġim ta' Assad, lir-Russja u lill-Iran, biex jimplimentaw u jirrispettaw dik ir-riżoluzzjoni b'mod sħiħ u b'urġenza; ifakkar lir-reġimi tas-Sirja, tar-Russja u tal-Iran li huma responsabbli taħt id-dritt internazzjonali għad-delitti faħxija li qed ikomplu jwettqu fis-Sirja, u li dawk li jwettqu delitti bħal dawn, kemm jekk stati jew individwi, ikollhom iwieġbu għal għemilhom; jiddeplora l-fatt li r-Russja użat il-veto kontra r-riżoluzzjonijiet kollha tal-KSNU li kkundannaw l-attakki u talbu li jsiru investigazzjonijiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jilqa' l-fatt li fil-5 ta' Marzu 2018, għall-ewwel darba f'erba' xhur, konvoj bl-għajnuna tan-NU seta' jasal f'Douma fil-Lvant ta' Ghouta, iżda jenfasizza li tali aċċess sporadiku u limitat mhuwiex biżżejjed; jistieden lir-reġim Sirjan u lill-alleati tiegħu jwaqqfu minnufih il-vjolenza fil-Lvant ta' Ghouta u f'inħawi oħra fis-Sirja, u jwaqqfu l-assedji, il-bombardamenti deliberatament eċċessivi, sproporzjonati u indiskriminati u l-attakki kimiċi kontra l-popolazzjoni ċivili, inklużi t-tfal, il-konvojs b'nies evakwati, il-persunal li jagħti l-għajnuna u tal-kura tas-saħħa, u infrastrutturi ċivili bħal skejjel u sptarijiet; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jappoġġja bis-sħiħ l-appell li sar fir-Riżoluzzjoni 2401 tal-KSNU biex il-partijiet kollha fil-kunflitt iwaqqfu l-ostilitajiet mingħajr dewmien għal tal-anqas 30 jum konsekuttiv; itenni l-appell lill-partijiet kollha, b'mod partikolari lill-awtoritajiet Sirjani, biex jonoraw ir-responsabbiltà tagħhom li jipproteġu lill-popolazzjoni Sirjana u jwaqqfu minnufih l-attakki kollha kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja; jistieden lill-garanti kollha tal-waqfien mill-ġlied fiż-żoni ta' diżintensifikazzjoni tal-kunflitt biex iwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom bil-għan li jintemmu l-vjolenza u d-delitti mwettqa u li jiġi permess u ggarantit aċċess bla xkiel għal dawn iż-żoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jikkundanna, għal darb'oħra u bl-aktar mod qawwi, l-atroċitajiet u l-vjolazzjonijiet mifruxa tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali mwettqa matul il-kunflitt, u b'mod partikolari l-atti mwettqa mill-forzi tar-reġim ta' Assad, anke bl-appoġġ tal-alleati tiegħu, ir-Russja u l-Iran, kif ukoll mit-Turkija u minn gruppi armati mhux statali, b'mod partikolari l-ISIS/Da'esh u Jabhat Fateh al-Sham; jenfasizza l-pożizzjoni tiegħu li dawk kollha responsabbli għal ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali u tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jridu jagħtu kont ta' għemilhom; itenni li, skont il-prinċipju tal-ġurisdizzjoni universali, qorti nazzjonali tista' tipproċedi kontra individwi għal kwalunkwe delitt serju li jikser id-dritt internazzjonali; jilqa' l-passi meħuda minn għadd ta' Stati Membri skont dan il-prinċipju u jħeġġeġ lill-Istati Membri l-oħra kollha jagħmlu l-istess; jilqa' wkoll l-inizjattivi minn Stati Membri bil-għan li individwi jagħtu kont ta' għemilhom skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jagħmlu l-vjolazzjonijiet gravi tad-dritt internazzjonali reat skont id-dritt nazzjonali tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jressqu lill-Istat Sirjan quddiem il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja għal vjolazzjonijiet tal-Konvenzjoni kontra t-Tortura, li huwa firmatarju tagħha, sabiex ir-responsabbiltà tal-Istat tiġi stabbilita bħala mezz indirett għal determinazzjoni ġudizzjarja ta' responsabbiltà kriminali individwali fi stadju aktar tard; jiddeplora l-imblukkar kontinwu ta' tentattivi biex is-sitwazzjoni fis-Sirja titressaq quddiem il-Qorti Kriminali Internazzjonali; itenni l-appell tiegħu lill-UE u lill-Istati Membri biex jivvalutaw, f'koordinament mill-qrib ma' pajjiżi tal-istess fehma, il-ħolqien ta' tribunal għad-delitti tal-gwerra mwettqa fis-Sirja; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Għadu konvint li ma jista' jkun hemm ebda riżoluzzjoni effikaċi tal-kunflitt jew paċi sostenibbli fis-Sirja mingħajr responsabbiltà għad-delitti mwettqa; jappoġġja l-ħidma tal-Kummissjoni Internazzjonali Indipendenti ta' Inkjesta stabbilita min-NU fit-twettiq ta' inkjesti indipendenti komprensivi dwar il-vjolazzjonijiet imwettqa fis-Sirja, inkluż l-użu ta' armi kimiċi; jilqa' l-ħolqien ta' Mekkaniżmu Internazzjonali, Imparzjali u Indipendenti biex Jassisti fl-Investigazzjoni u l-Prosekuzzjoni tal-Persuni Responsabbli għad-Delitti l-Aktar Serji skont id-Dritt Internazzjonali li Twettqu fir-Repubblika Għarbija Sirjana sa minn Marzu 2011; jiddeplora l-fatt li dan il-mekkaniżmu għadu mhux iffinanzjat kompletament; jistieden lill-Istati Membri kollha jwettqu l-impenji tagħhom f'dan ir-rigward; iqis li l-UE għandha wkoll tagħti kontribut dirett akbar lill-mekkaniżmu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jenfasizza r-rwol kritiku tal-NGOs u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali u internazzjonali fid-dokumentazzjoni tal-evidenza ta' delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità u vjolazzjonijiet oħra, inkluża l-qerda tal-wirt kulturali, anke b'mezzi diġitali; jappella lill-UE tfittex attivament lil tali organizzazzjonijiet, u tiffinanzjahom kif xieraq;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Ifaħħar l-isforzi tal-ħaddiema tal-għajnuna umanitarja li jagħmlu ħilithom biex iwasslu l-għajnuna, l-ikel, l-ilma u l-mediċini tant meħtieġa lin-nies maqbuda fil-kunflitt, u jerġa' jħeġġeġ lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt biex jiżguraw aċċess bla xkiel tal-aġenziji umanitarji għaċ-ċivili affettwati mill-gwerra; jiddeplora d-diversi każijiet ta' abbuż sesswali u mġiba ħażina li nstab li twettqu fi ħdan organizzazzjonijiet tal-għajnuna internazzjonali, inkluż l-isfruttament sesswali tar-rifuġjati Sirjani minn dawk li kienu qed jagħtu l-għajnuna f'isem in-NU u f'isem organizzazzjonijiet internazzjonali magħrufa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jafferma mill-ġdid il-preminenza tal-proċess ta' Ġinevra mmexxi min-NU u jappoġġja l-isforzi tal-Mibgħut Speċjali għas-Sirja tan-NU, Staffan de Mistura, biex tinkiseb tranżizzjoni politika ġenwina u inklużiva, skont ir-Riżoluzzjoni 2254 tal-KSNU, innegozjata mill-partijiet Sirjani kollha u bl-appoġġ ta' atturi internazzjonali u reġjonali ewlenin; jissottolinja l-importanza li tinstab soluzzjoni politika għall-kunflitt;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jistieden lill-VP/RGħ tagħmel kull sforz biex tagħti spinta lit-taħditiet ta' paċi bil-medjazzjoni tan-NU, u teżiġi rwol aktar attiv f'dawn in-negozjati, billi tuża l-kapaċità finanzjarja u r-rieda tal-UE li talloka riżorsi sinifikanti għar-rikostruzzjoni tas-Sirja; iħeġġeġ lill-VP/RGħ tinvolvi aktar mill-qrib u tappoġġja attivament lis-soċjetà ċivili Sirjana u lil dawk li jridu Sirja demokratika, pluralistika u inklużiva, fl-isforzi tagħha għall-futur tal-poplu Sirjan, u dan għandu jsir mit-Tieni Konferenza ta' Brussell li għandha ssir fl-24 u fil-25 ta' April 2018; iħeġġeġ lill-VP/RGħ taħdem mal-poplu Sirjan favur l-iżvilupp ta' strateġiji lokalizzati għar-rikostruzzjoni tad-diversi reġjuni tas-Sirja; jissottolinja li l-UE għandha tikkunsidra l-opzjonijiet kollha disponibbli fil-ħidma mas-sħab internazzjonali tagħha, inklużi l-paraxutaġġ ta' konsenji tal-għajnuna u l-istabbiliment ta' żoni ta' divjet ta' titjiriet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jilqa' ż-żamma tat-Tieni Konferenza ta' Brussell ospitata mill-UE bil-għan li jiġi espress u implimentat l-appoġġ politiku u ekonomiku sħiħ tal-komunità internazzjonali għall-proċess ta' Ġinevra għas-Sirjani fil-bżonn u għall-pajjiżi li jospitaw rifuġjati Sirjani; iwissi kontra l-bidu ta' kwalunkwe sforz ta' rikostruzzjoni qabel ma jkun hemm fis-seħħ ftehim politiku nnegozjat min-NU li jinvolvi lill-partijiet kollha; jistieden lill-VP/RGħ tinkludi b'mod iktar sħiħ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili f'din il-konferenza;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jenfasizza l-importanza fundamentali li t-tfal jiġu protetti u li tingħata prijorità lill-aċċess tagħhom għall-edukazzjoni, inklużi t-tfal rifuġjati f'pajjiżi tal-viċinat, kif ukoll li tiġi appoġġjata r-riabilitazzjoni psikoloġika ta' dawn it-tfal trawmatizzati; jistieden lill-komunità internazzjonali tonora l-impenji pendenti tagħha ta' appoġġ umanitarju fis-Sirja u fil-pajjiżi tal-viċinat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Jistieden lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom ferm aktar favur il-kondiviżjoni tar-responsabbiltà, b'tali mod li jippermettu lir-rifuġjati li qed jaħarbu miż-żoni tal-gwerra fis-Sirja jsibu protezzjoni lil hinn mir-reġjun tal-viċinat dirett, anke permezz ta' skemi ta' risistemazzjoni u ta' akkoljenza umanitarja, u jwettqu dan l-impenn fil-prattika; huwa preokkupat dwar is-sentiment li qed jikber kontra r-rifuġjati fil-pajjiżi tal-viċinat tas-Sirja; itenni li ebda rifuġjat m'għandu jintbagħat lura s-Sirja kontra r-rieda tiegħu bħala parti minn ftehimiet ta' konvenjenza ma' partijiet involuti fil-kunflitt; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Jilqa' l-aħħar analiżi tal-miżuri ristrettivi tal-UE kontra s-Sirja, li wasslet biex jiżdiedu żewġ individwi li jikkondividu r-responsabbiltà għat-trażżin tal-popolazzjoni ċivili fil-pajjiż fil-lista ta' persuni fil-mira; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar iż-żjara riċenti li ġie rrappurtat li saret mill-kap tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali tas-Sirja f'Ruma sabiex jinżammu hekk imsejħa taħditiet dwar is-sigurtà mal-Ministru tal-Intern Taljan u mad-Direttur tal-Aġenzija Taljana għall-Informazzjoni u s-Sigurtà Esterna, bi ksur flagranti tal-lista tas-sanzjonijiet tal-UE; jistieden lill-awtoritajiet Taljani u lill-VP/RGħ jikkundannaw din iż-żjara bl-aktar mod qawwi possibbli; jistieden lill-VP/RGħ tagħti bidu minnufih għal investigazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi li fihom din is-sitwazzjoni setgħet tinħoloq; jistieden lill-Istati Membri kollha jirrispettaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK; jappella biex jiġu imposti sanzjonijiet addizzjonali fuq ir-Russja u l-Iran wara l-azzjonijiet immirati u deliberati tagħhom kontra l-popolazzjonijiet ċivili fil-Lvant ta' Ghouta kif ukoll fil-bqija tas-Sirja; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lin-Nazzjonijiet Uniti, lill-membri tal-Grupp Internazzjonali ta' Appoġġ għas-Sirja u lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt, filwaqt li tkun żgurata wkoll traduzzjoni Għarbija ta' dan it-test.</p>
</Section></Motion>