<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0145/2018</Ref><Date>12.3.2018</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara l-mistoqsija għal tweġiba orali B80007/2018</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar l-attakk mill-Istati Uniti fuq l-appoġġ tal-UE għall-farms fil-qafas tal-PAK (fil-kuntest taż-żebbuġ Spanjol)</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2018/2566(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="22418">Esther Herranz García</Author>, <Author id="28228">Albert Deß</Author>, <Author id="96806">Teresa Jiménez-Becerril Barrio</Author>, <Author id="97296">Michel Dantin</Author>, <Author id="96811">Rosa Estaràs Ferragut</Author>, <Author id="96729">Santiago Fisas Ayxelà</Author>, <Author id="28399">Antonio López-Istúriz White</Author>, <Author id="96936">Gabriel Mato</Author>, <Author id="2002">José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra</Author>, <Author id="125032">Ramón Luis Valcárcel Siso</Author>, <Author id="96765">Verónica Lope Fontagné</Author>, <Author id="28398">Carlos Iturgaiz</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4269"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp PPE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE616.091v01-00</Num-PE></Cover><Section><Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">B80145/2018</span></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-attakk mill-Istati Uniti fuq l-appoġġ tal-UE għall-farms fil-qafas tal-PAK (fil-kuntest taż-żebbuġ Spanjol)</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2018-2566" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2018-2566">2018/2566(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="normal" font-weight="normal">–</span>  wara li kkunsidra l-investigazzjoni mħabbra mid-Dipartiment tal-Kummerċ u mill-Kummissjoni tal-Kummerċ Internazzjonali tal-Istati Uniti fit-13 ta' Lulju 2017 biex jiġi determinat jekk l-esportazzjonijiet ta' żebbuġ Spanjol misjur huma oġġett ta' dumping fis-suq tal-Istati Uniti u jirċievu sussidji li jfixklu, wara petizzjoni mill-Koalizzjoni għall-Kummerċ Ġust fiż-Żebbuġ Misjur rigward l-allegata kompetizzjoni inġusta mill-esportazzjonijiet Spanjoli,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="normal" font-weight="normal">–</span>  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni Internazzjonali tal-Kummerċ tal-Istati Uniti tal-5 ta' Awwissu 2017 li tiddetermina li l-esportazzjonijiet Spanjoli ta' żebbuġ misjur jikkawżaw dannu u jistgħu jkunu ta' theddida għas-settur ta' California,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="normal" font-weight="normal">–</span>  wara li kkunsidra d-deċiżjoni preliminari tad-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti tal-21 ta' Novembru 2017 li tistabbilixxi dazji kompensatorji proviżorji kontra l-esportazzjonijiet Spanjoli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="normal" font-weight="normal">–</span>  wara li kkunsidra d-deċiżjoni preliminari tad-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti tat-18 ta' Jannar 2017 li tistabbilixxi dazji antidumping proviżorji kontra l-esportazzjonijiet Spanjoli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="normal" font-weight="normal">–</span>  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="normal" font-weight="normal">–</span>  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar l-attakk tal-Istati Uniti kontra l-appoġġ agrikolu tal-UE fil-qasam tal-PAK (fil-kuntest taż-żebbuġ Spanjol) (<ANCHOR href="#reds:iMaQp/O-8-2018-000006" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iMaQp/O-8-2018-000006">O-000006/2018</ANCHOR><span font-style="normal" font-weight="normal"> – </span>B8 0007/2018),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="normal" font-weight="normal">–</span>  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-antidumping tal-Istati Uniti u, b'mod partikolari, l-investigazzjonijiet ta' dazju kompensatorju kontra ż-żebbuġ misjur Spanjol joħolqu preċedent perikoluż ħafna għal prodotti agrikoli oħra li jibbenefikaw mis-sussidji agrikoli taħt il-qafas tal-PAK;  </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi hemm ir-riskju li investigazzjonijiet simili oħra jistgħu jitwettqu mill-amministrazzjoni tal-Istati Uniti, u b'hekk jipperikolaw relazzjonijiet ta' kummerċ agrikolu bilaterali u jqajmu dubju dwar il-mudell agrikolu Ewropew kollu; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi r-riżultat finali tal-investigazzjoni ta' dazju kompensatorju jista' jiskatta investigazzjonijiet simili minn pajjiżi terzi, inkluż għall-prodotti agroalimentari li mhumiex żebbuġ misjur, li jistgħu jikkawżaw dannu lill-isforzi magħmula mill-UE biex tagħmel lill-PAK sistema li ma tfixkilx il-kummerċ fuq livell internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi l-Unjoni Ewropea wettqet bosta riformi tal-PAK li kellhom l-għan, fost objettivi oħra, li jallinjaw il-politika agrikola tagħha f'konformità mar-regoli tad-WTO permezz tal-introduzzjoni ta' bidliet drastiċi, b'mod partikolari l-qlib minn sistema ta' appoġġ akkoppjata għal waħda diżakkoppjata;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi s-sussidji allokati mill-PAK lill-produtturi primarji taż-żebbuġ tal-mejda fi Spanja jikkwalifikaw bħala appoġġ tal-"kaxxa l-ħadra" ("green box") skont l-Anness II tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura, peress li huma diżakkoppjati mill-produzzjoni u ma jfixklux il-kummerċ; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi dawk is-sussidji agrikoli mhux se jikkwalifikaw bħala speċifiċi għall-prodott skont l-Artikolu 2 tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kompensatorji.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-investigazzjoni mibdija fil-konfront tal-każ taż-żebbuġ Spanjol hija waħda minn aktar minn 50 proċedura kummerċjali diġà mibdija mill-Istati Uniti tal-Amerka fi ħdan il-qafas tal-politika protezzjonista ġdida tagħha mwettqa taħt l-islogan ta' "America first", li qed iwasslu għal restrizzjonijiet kummerċjali mhux ġustifikati u sproporzjonati li jxekklu r-relazzjoni transatlantika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi hemm dubji serji dwar il-kompatibbiltà mar-regoli tad-WTO tal-formula użata mill-investigaturi tal-Istati Uniti biex jikkalkulaw l-marġni antidumping preliminari;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi l-investigazzjoni tal-Istati Uniti hija ffukata fuq it-tliet manifatturi Spanjoli ewlenin, li ammontaw għal 70 % tal-esportazzjonijiet Spanjoli lejn l-Istati Uniti tal-Amerka, u d-dazji antidumping u kompensatorji jistgħu jaffettwaw l-esportazzjonijiet kollha taż-żebbuġ misjur minn Spanja, li hija l-produttur ewlieni tad-dinja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi l-Istati Uniti tal-Amerka imponiet dazji antidumping proviżorji b'medja ta' 17,13 % fuq it-tliet kumpaniji Spanjoli taħt investigazzjoni, u dazji kompensatorji b'medja ta' 4,47 % fuq kwalunkwe esportatur Spanjol; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi l-manifatturi Spanjoli jistgħu jitilfu s-suq tal-Istati Uniti li pprovdielhom fatturat ta' EUR 70 miljun fis-sena, filwaqt li kompetituri minn pajjiżi terzi, bħall-Eġittu, it-Tuneżija jew it-Turkija, jibbenefikaw mill-vakwu fl-esportazzjoni kkawżat mid-deċiżjoni tal-Istati Uniti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi riżultat finali negattiv mill-investigazzjonijiet tal-Istati Uniti tal-Amerka jwassal għal perjodu ta' implimentazzjoni ta' ħames snin, li jista' jittawwal b'ħames snin oħra u jtemm l-esportazzjonijiet Spanjoli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.  billi, minbarra t-telf fl-esportazzjoni, it-tliet kumpaniji qed jaffaċċjaw spejjeż tal-avukati għoljin ħafna, li diġà laħqu aktar minn EUR 5 miljun;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.  billi l-kompetittività tal-esportazzjonijiet Spanjoli, li s-sehem tagħhom mis-suq żdied b'mod progressiv fl-Istati Uniti fis-snin reċenti, hija r-riżultat tal-isforzi magħmula minn dawn il-kumpaniji biex inaqqsu l-ispejjeż permezz ta' investiment f'teknoloġija mill-aktar avvanzata u titjib fil-kwalità, u mhix konsegwenza tas-sussidji Ewropej; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">O.  billi ż-żieda fl-esportazzjonijiet Spanjoli lejn l-Istati Uniti tal-Amerka (+ 20 % mill-2013) ippermettiet il-ħolqien ta' eluf ta' impjiegi u pprovdiet solliev ekonomiku għal żoni tal-Andalusia li kienu fost l-aktar milquta mill-kriżi ekonomika; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">P.  billi medja ta' 83 % ta' żebbuġ misjur prodott fi Spanja huwa esportat, li jindika l-importanza vitali tas-swieq internazzjonali għal dan il-prodott;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">Q.  billi l-importazzjonijiet jammontaw għal 50 % tal-konsum taż-żebbuġ tal-Istati Uniti u ż-żebbuġ Spanjol jammonta għal 37 % ta' 100 miljun kilogramma kkonsmati fil-pajjiż, li ħafna drabi huma użati fil-produzzjoni ta' prodotti pproċessati, bħal pizez;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jitlob lill-Kummissjoni tagħti appoġġ konsultattiv qawwi lill-kumpaniji Spanjoli milquta mill-investigazzjonijiet tal-Istati Uniti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jistieden lill-Kummissjoni tiċċara l-kompatibbiltà mar-regoli tad-WTO tal-formula użata mill-investigaturi tal-Istati Uniti biex jikkalkulaw l-marġni antidumping;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jitlob lill-Kummissjoni tistudja l-possibbiltà li tikkontesta d-deċiżjonijiet tal-Istati Uniti quddiem il-korp għas-soluzzjoni tat-tilwim tad-WTO; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri kollha possibbli ta' azzjoni diplomatika biex tiddefendi n-natura li ma tfixkilx tas-sussidji agrikoli tal-Unjoni Ewropea;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jappoġġja l-instigazzjoni mill-Unjoni Ewropea ta' investigazzjonijiet simili tal-esportazzjonijiet agrikoli tal-Istati Uniti lejn l-UE, b'attenzjoni partikolari fuq dawk il-prodotti agroalimentari li jirċievu sussidji li jfixklu l-kummerċ mill-amministrazzjoni tal-Istati Uniti u huma importati mill-UE f'ammonti sinifikanti, bħall-etanol, il-lewż, il-qamħ durum u l-qamħirrum;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-konsegwenzi negattivi li l-proċedura kompensatorja tal-Istati Uniti jista' jkollha fuq il-mudell agrikolu Ewropew kollu; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jikkritika bil-qawwa dawn il-miżuri kummerċjali restrittivi u oħrajn tal-Istati Uniti adottati reċentement mill-amministrazzjoni tal-Istati Uniti kontra l-importazzjonijiet tal-UE, peress li dawn, b'mod ċar, jirrappreżentaw politika ġdida aktar protezzjonista li ma tikkonformax mar-regoli tad-WTO; iqis li dan se joħloq aktar instabbiltà ġenerali fil-kummerċ dinji u jirriskja li jxekkel serjament ir-relazzjonijiet kummerċjali mal-Unjoni Ewropea; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni Ewropea u lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti.</p>
</Section></Motion>