<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0148/2018</Ref><Date>12.3.2018</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo>
imressqa wara l-mistoqsija għal tweġiba orali <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2018-0007" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2018-0007">B8-0007/2018</ANCHOR>
</Title-NextTo><Title-Recueil>
skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura
dwar il-miżuri mill-Istati Uniti dwar l-appoġġ tal-UE għall-farms fil-qafas tal-PAK (fil-kuntest taż-żebbuġ Spanjol)
(2018/2566(RSP))
</Doc-Ref>
Ivan Jakovčić, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Izaskun Bilbao Barandica
f'isem il-Grupp ALDE
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE616.094v01-00</Num-PE></Cover>
<Ref>B8-0148/2018</Ref><Title-Section>
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-miżuri mill-Istati Uniti dwar l-appoġġ tal-UE għall-farms fil-qafas tal-PAK (fil-kuntest taż-żebbuġ Spanjol)
(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2018-2566" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2018-2566">2018/2566(RSP)</ANCHOR>)
</Title-Section>
Il-Parlament Ewropew,
–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni interim meħuda mid-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti, li imponiet tariffa fuq iż-żebbuġ Spanjol wara li kkonkluda li s-sussidji li l-produtturi taż-żebbuġ irċevew fl-UE fissru li l-prodotti taż-żebbuġ jistgħu jiġu importati fl-Istati Uniti taħt il-prezz tas-suq,
–  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni bit-titolu "L-attakk tal-Istati Uniti kontra l-appoġġ agrikolu tal-Unjoni Ewropea fil-qafas tal-PAK (fil-kuntest taż-żebbuġ Spanjol)" (<ANCHOR href="#reds:iMaQp/O-8-2018-000006" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iMaQp/O-8-2018-000006">O-000006/2018</ANCHOR> – <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2018-0007" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2018-0007">B8-0007/2018</ANCHOR>),
–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A.  billi d-deċiżjoni li jiġu imponuti tariffi ta' persentaġġi li jvarjaw fuq il-prodotti taż-żebbuġ esportati minn kumpaniji Spanjoli hija bbażata fuq il-kunsiderazzjoni li l-appoġġ mogħti lis-settur taż-żebbuġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni (PAK) jista' jikkostitwixxi kompetizzjoni inġusta fir-rigward tal-produtturi tal-Istati Uniti;
B.  billi din id-deċiżjoni tqajjem dubji, b'mod inġust u arbitrarju, dwar il-programmi kollha ta' appoġġ għall-agrikoltura, u dan jista' potenzjalment jaffettwa lill-benefiċjarji kollha tal-PAK;
C.  billi l-Kummissjoni kkonfermat f'diversi okkażjonijiet li l-miżuri ta' appoġġ fil-mira tal-investigazzjonijiet dwar id-dazju kompensatorju (CVD) (l-iskema ta' pagamenti ta' bażi, il-miżuri ta' promozzjoni, il-pagamenti għall-bdiewa żgħażagħ) ma jfixklux il-livelli ta' prezzijiet fi swieq agrikoli speċifiċi jew fil-kummerċ internazzjonali;
D.  billi l-miżuri tal-PAK taħt investigazzjoni mhumiex speċifiċi għall-prodott u għalhekk mhumiex kumpensabbli skont l-Artikolu 2 tal-Ftehim dwar is-Sussidji u l-Miżuri ta' Kumpens tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO);
E.  billi l-PAK ġiet ittrasformata permezz ta' bosta riformi sabiex il-biċċa l-kbira tal-miżuri ta' appoġġ jiġu adattati għar-rekwiżiti tal-kaxxa l-ħadra tad-WTO u issa hija mfassla biex tiżgura konformità sħiħa mal-ftehimiet tad-WTO;
F.  billi l-impatt ekonomiku fuq il-produtturi taż-żebbuġ Spanjoli, jekk dawn it-tariffi jsiru permanenti, huwa stmat mis-settur li huwa bejn EUR 350 u 700 miljun matul il-ħames sa għaxar snin li ġejjin;
G.  billi l-Istati Uniti wkoll tagħmel użu sinifikanti tas-sussidji tal-kaxxa l-ħadra fl-agrikoltura;
H.  billi l-miżuri mħabbra jirriskjaw li jiskattaw spiral ta' investigazzjonijiet tad-difiża mill-Istati Uniti u pajjiżi oħra dwar is-sussidji tal-kaxxa l-ħadra għal prodotti agrikoli; billi dan fl-aħħar mill-aħħar ikun ta' ħsara għall-produtturi tal-UE u tal-Istati Uniti; billi din l-eskalazzjoni tpoġġi fir-riskju ftehimiet tad-WTO stabbiliti żmien ilu u nnegozjati b'attenzjoni kbira;
1.  Jistieden lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti jirtiraw id-deċiżjoni interim tagħhom u jistabbilixxu mill-ġdid approċċ kostruttiv b'mod reċiproku f'dan il-qasam għall-benefiċċju reċiproku tal-produtturi u tal-konsumaturi fiż-żewġ kontinenti;
2.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-passi kollha neċessarji, kemm fil-livell bilaterali kif ukoll fi ħdan id-WTO, biex tiddefendi s-sistema ta' appoġġ tal-PAK, li ġiet approvata fil-qafas tal-proċedura tal-kaxxa ħadra tad-WTO.
3.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tassisti lis-settur agrikolu Spanjol u lill-Gvern ta' Spanja biex tiżgura li r-regoli tad-WTO huma rrispettati bis-sħiħ mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti matul dawn l-investigazzjonijiet;
4.  Jistieden lill-Kummissjoni tingħaqad mal-awtoritajiet Spanjoli u tkompli taqsam l-informazzjoni kollha rilevanti mal-awtoritajiet tal-Istati Uniti sabiex tipprevjeni l-impożizzjoni ta' kwalunkwe miżura protezzjonista jew mhux ġustifikata;
5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill Ewropew u lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti.
</Motion>