<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0149/2018</Ref><Date></Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara l-mistoqsija għal tweġiba orali B8/2018</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar l-attakk mill-Istati Uniti fuq l-appoġġ tal-UE għall-farms fil-qafas tal-PAK (fil-kuntest taż-żebbuġ Spanjol)</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2018/2566(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="125049">Maria Lidia Senra Rodríguez</Author>, <Author id="125035">Lola Sánchez Caldentey</Author>, <Author id="124736">Merja Kyllönen</Author>, <Author id="96735">Patrick Le Hyaric</Author>, <Author id="135490">Xabier Benito Ziluaga</Author>, <Author id="127330">Tania González Peñas</Author>, <Author id="131507">Miguel Urbán Crespo</Author>, <Author id="131749">Estefanía Torres Martínez</Author>, <Author id="30482">Younous Omarjee</Author>, <Author id="125997">Javier Couso Permuy</Author>, <Author id="125047">Paloma López Bermejo</Author>, <Author id="125050">Ángela Vallina</Author>, <Author id="28586">Dimitrios Papadimoulis</Author>, <Author id="130833">Stelios Kouloglou</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4277"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE616.095v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0149/2018</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-attakk mill-Istati Uniti fuq l-appoġġ tal-UE għall-farms fil-qafas tal-PAK (fil-kuntest taż-żebbuġ Spanjol)</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2018-2566" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2018-2566">2018/2566(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew,</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni interim meħuda mid-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti, li impona tariffa fuq iż-żebbuġ Spanjol wara li kkonkluda li s-sussidji li l-produtturi taż-żebbuġ irċevew fl-UE fissru li l-prodotti taż-żebbuġ jistgħu jiġu importati fl-Istati Uniti taħt il-prezz tas-suq,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar l-attakk tal-Istati Uniti kontra l-appoġġ agrikolu tal-Unjoni Ewropea fil-qafas tal-PAK (fil-kuntest taż-żebbuġ Spanjol) (<ANCHOR href="#reds:iMaQp/O-8-2018-000006" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iMaQp/O-8-2018-000006">O-000006/2018</ANCHOR> – B8 0007/2018),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi fit-22 ta' Ġunju 2017, il-Koalizzjoni għall-Kummerċ Ġust fiż-Żebbuġ Misjur, li tikkonsisti mill-akbar żewġ proċessuri ta' żebbuġ misjur tal-Istati Uniti, ressqet petizzjoni lill-Kummissjoni għall-Kummerċ Internazzjonali u d-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti, fejn allegat li industrija fl-Istati Uniti hija materjalment danneġġata jew mhedda minħabba "valur inqas milli hu ġust" u importazzjonijiet issussidjati ta' żebbuġ misjur minn Spanja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi tal-Kummissjoni għall-Kummerċ Internazzjonali tal-Istati Uniti kienet iddeterminat, skont l-Att dwar it-Tariffi tal-1930, li hemm indikazzjoni raġonevoli li industrija fl-Istati Uniti ġarrbet dannu materjali minħabba importazzjonijiet ta' żebbuġ misjur minn Spanja li huwa allegatament mibjugħ fl-Istati Uniti b'valur inqas milli hu ġust, u imponiet restrizzjonijiet provviżorji fuq dan il-prodott;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi l-miżuri tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) taħt investigazzjoni mhumiex speċifiċi għall-prodott u għalhekk mhumiex kumpensabbli skont l-Artikolu 2 tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi l-analiżi kontra s-sussidji u l-antidumping biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-kompetizzjoni ġusta trid tikkunsidra kemm il-fatturi soċjali kif ukoll ambjentali, bħalma huma d-drittijiet tax-xogħol, il-protezzjoni soċjali u l-istandards ambjentali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi s-settur taż-żebbuġ Spanjol huwa kruċjali għall-impjiegi u l-ekonomija Spanjola, speċjalment għar-reġjuni ta' Andalusija u Extremadura; billi l-potenzjal ta' dan is-settur u ż-żoni rurali f'dawn ir-reġjuni jista' jissaħħaħ permezz ta' mudell agrikolu li jkun ibbażat aktar fuq id-diversifikazzjoni u s-sostenibilità soċjali, ekonomika u ambjentali, aktar milli wieħed li sempliċement ifittex profitti għal kumpaniji kbar esportaturi ta' prodotti agrikoli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi ż-żebbuġ jaqa' fi ħdan il-kompetenza tal-Politika Agrikola Komuni tal-UE (PAK); billi l-PAK għandha tiggarantixxi prezzijiet ġusti għall-produtturi u d-dinjità tal-bniedem u m'għandhiex tkun dipendenti fuq swieq internazzjonali u l-volatilità tal-prezzijiet, u lanqas ma għandha tfittex li tibbenefika kumpaniji multinazzjonali b'mod esklussiv; billi l-PAK għandha wkoll tippromwovi s-sovranità tal-ikel ta' territorji differenti u l-produzzjoni sostenibbli u lokali, u għandha tkun allinjata ma' xejriet kummerċjali internazzjonali ġusti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-produzzjoni agrikola fl-Ewropa tagħti prijorità lill-profitt privat għal kumpaniji kbar fuq dħul ġust għall-farms żgħar u ta' daqs medju, il-ħaddiema u s-sostenibilità rurali; billi l-għajnuna tal-PAK għall-imsaġar taż-żebbuġ hija stabbilita abbażi tan-numru ta' ettari, ma tikkunsidrax l-għadd tal-bdiewa attivi, u ma tagħtix kumpens għall-waqgħa fil-prezzijiet imħallsa lill-produtturi, li normalment ikunu inqas mill-ispejjeż tal-produzzjoni; billi s-settur taż-żebbuġ f'Andalusija prinċipalment jitmexxa minn kumpaniji transnazzjonali kbar u f'ħafna każijiet jinvolvi mhux biss kwistjonijiet ta' trasferiment tal-profitt u b'hekk evitar tat-taxxa, iżda wkoll tnaqqis fid-dritt demokratiku sovran ta' regolamentazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi s-sussidji għandhom rwol importanti kemm fi ħdan il-politika agrikola tal-Istati Uniti kif ukoll tal-UE; billi kemm il-politiki agrikoli huma orjentati lejn l-esportazzjoni, kif ukoll huma bbażati fuq produzzjoni agroindustrijali u l-profitti għall-kumpaniji kbar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi l-politiki kummerċjali ma għandhomx jirreagixxu għall-interessi ġeostrateġiċi iżda għandhom ikunu ċċentrati fuq il-persuni; billi l-każ taż-żebbuġ Spanjol mhuwiex l-uniku wieħed kurrenti, peress li l-amministrazzjoni Trump ħabbret ukoll dazji ta' importazzjoni fuq setturi oħra; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jiddeplora l-impatt li d-deċiżjoni interim meħuda mid-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti li jimponi tariffi fuq iż-żebbuġ Spanjol se jkollha fuq il-ħaddiema fis-settur taż-żebbuġ Spanjol;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jiddeplora l-fatt li l-Istati Uniti qed tikkontesta l-PAK tal-UE peress li s-sussidji għandhom rwol importanti fiż-żewġ territorji;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Huwa mħasseb li dan il-każ jista' joħloq preċedent li jiġi ntużat kontra prodotti agrikoli oħra Ewropej li jaqgħu fi ħdan il-PAK;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità lid-difiża ta' farms żgħar u ta' daqs medju Spanjoli u lill-ħaddiema fis-settur taż-żebbuġ fir-reazzjoni tagħha għall-miżuri tal-Istati Uniti; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tistabbilixxi miżuri li jiffavorixxu s-suq intern u l-konsum intern permezz ta' ktajjen qosra tal-provvista alimentari b'mod li jiżgura sostenibbiltà ekonomika, soċjali u ambjentali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jiddeplora t-tendenza dejjem tiżdied li miżuri ta' politika kummerċjali jiġu subordinati għall-interessi ġeostrateġiċi u l-profitti ta' kumpaniji kbar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Ifakkar fil-ħtieġa li tingħata spinta lill-fora demokratiċi dwar kwistjonijiet relatati mal-kummerċ internazzjonali, li fih l-Istati kollha huma rappreżentati b'mod ekwu, bħala l-pjattaforma biex tilwimiet kummerċjali internazzjonali jiġu solvuti u megħluba;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jistieden lill-UE tiżgura li l-PAK il-ġdida tagħti prijorità lill-appoġġ għall-farms żgħar u ta' daqs medju u lill-agrikoltura diversifikata li ma tkunx dipendenti fuq l-esportazzjoni jew il-monokulturi, u għas-sovranità tal-ikel, l-agroekoloġija u l-produzzjoni lokali u l-konsum ta' prodotti agrikoli, anki bil-għan li tiġi evitata l-inkonsistenza possibbli mal-politiki esterni, jiġifieri il-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni Ewropea, lill-SEAE u lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti.</p>
</Section></Motion>