<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0185/2018</Ref><Date>14.4.2018</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-progress rigward il-Patti Globali tan-NU għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari u dwar ir-Rifuġjati</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2018/2642(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="103246">Auke Zijlstra</Author>, <Author id="124760">Nicolas Bay</Author>, <Author id="125001">Harald Vilimsky</Author>, <Author id="125025">Marcel de Graaff</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4907"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ENF</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE618.432v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0185/2018</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-progress rigward il-Patti Globali tan-NU għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari u dwar ir-Rifuġjati </span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2018-2642" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2018-2642">2018/2642(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Abbozz Preliminari tal-Patt Globali tan-NU għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari tal-5 ta' Frar 2018,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tal-11 ta' Jannar 2018 dwar "Making migration work for all", li serviet ta' input għall-Abbozz Preliminari,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, tas-17 ta' April 2018, dwar il-progress rigward il-Patti Globali tan-NU għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari u dwar ir-Rifuġjati,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi n-NU jiddeskrivu l-migrazzjoni bħala fenomenu mixtieq u li ma jistax jitwaqqaf mingħajr ma jirrikonoxxu l-konsegwenzi dannużi u perikolużi tagħha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-flussi tal-migrazzjoni kurrenti joħolqu soċjetajiet kulturali paralleli, ikkaratterizzati minn iżolament u inugwaljanza li għandhom riperkussjonijiet soċjoekonomiċi u kulturali fit-tul fl-istat ospitanti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi s-Segretarju Ġenerali tan-NU qed jipproponi d-dekriminalizzazzjoni tal-qsim illegali tal-fruntieri u, b'hekk, li jinkiser id-dritt sovran tal-istati nazzjon li jiddeterminaw id-dritt kriminali nazzjonali tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi, skont il-Eurostat u l-UNHCR, bejn l-2014 u l-2017 l-UE laqgħet 3,6 miljun migrant<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> http://appsso.eurostat.ec.europa.eu/nui/show.do?dataset=migr_asyappctza&amp;lang=en</p>
</footnote>;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-attakki terroristiċi, id-delitti vjolenti, l-aggressjonijiet, l-abbużi sesswali u l-istupri mmultiplikaw wara l-influss massiv ta' migranti illegali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Kunsill li l-Artikolu 2(1) tal-Karta tan-NU jistabbilixxi l-ugwaljanza sovrana tal-istati nazzjon u li għalhekk l-involviment tal-UE f'dan il-qasam għandu jiġi rrifjutat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Ifakkar li l-politika tal-migrazzjoni hija kompetenza ewlenija tal-Istati Membri;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jenfasizza li l-kontroll tal-fruntieri nazzjonali huwa element fundamentali tas-sovranità u għandu jibqa' r-responsabbiltà tal-istati nazzjon stess;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Ifakkar li r-rwol prinċipali tal-istati nazzjon huwa li jipproteġu, jassistu u jirrappreżentaw liċ-ċittadini tagħhom stess;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jenfasizza l-importanza li tingħata assistenza lill-persuni li jfittxu asil in bona fede, u li dawk li ma jikkwalifikawx għal status ta' rifuġjat jintbagħtu lura fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jiddeplora l-fatt li d-dritt għall-asil issa sar rotta migratorja oħra minflok għodda ta' protezzjoni internazzjonali, u, għaldaqstant, jistieden lill-Istati Membri jirrevedu l-politika kurrenti dwar l-asil, sabiex jirrispettaw l-ispirtu oriġinali tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1951;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Kunsill li hija l-prerogattiva ta' kull stat sovran li jiddeċiedi dwar l-istatus tal-migranti ekonomiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jenfasizza l-ħtieġa li fit-test tal-Patt Globali tan-NU jiġi inkluż b'mod espliċitu l-fatt li din hija proċedura mhux vinkolanti mmexxija mill-istati, li ma tistax tipprovdi bażi għall-ħolqien tad-dritt internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jistieden lill-komunità internazzjonali tieħu passi effikaċi biex telimina l-mudell kummerċjali tal-kuntrabandisti billi ma tintroduċix id-distribuzzjoni obbligatorja u billi tiġġieled kontra r-radikalizzazzjoni u l-kriminalità organizzata;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President/lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.</p>
</Section></Motion>