<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0253/2018</Ref><Date>28.5.2018</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni fin-Nikaragwa</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2018/2711(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="125997">Javier Couso Permuy</Author>, <Author id="125091">Sofia Sakorafa</Author>, <Author id="188721">Marie-Pierre Vieu</Author>, <Author id="124736">Merja Kyllönen</Author>, <Author id="125047">Paloma López Bermejo</Author>, <Author id="28586">Dimitrios Papadimoulis</Author>, <Author id="130833">Stelios Kouloglou</Author>, <Author id="131507">Miguel Urbán Crespo</Author>, <Author id="127330">Tania González Peñas</Author>, <Author id="135490">Xabier Benito Ziluaga</Author>, <Author id="125035">Lola Sánchez Caldentey</Author>, <Author id="131749">Estefanía Torres Martínez</Author>, <Author id="124689">Neoklis Sylikiotis</Author>, <Author id="96907">Takis Hadjigeorgiou</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4277"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE621.638v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0253/2018</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fin-Nikaragwa</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2018-2711" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2018-2711">2018/2711(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 1(2) tal-Kapitolu 1 tal-Karta tan-NU tal-1945, li l-għan iddikjarat tagħha huwa "li tiżviluppa relazzjonijiet ta' ħbiberija bejn in-nazzjonijiet fuq il-bażi tal-osservanza tal-prinċipju tal-ugwaljanza ta' drittijiet tal-popli u tad-dritt tagħhom għall-awtodeterminazzjoni, u li tieħu miżuri oħra xierqa sabiex issaħħaħ il-paċi universali",</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-prinċipju ta' nonintervenzjoni stabbilit fil-Karta tan-NU,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 1 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Artikolu 1 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, li t-tnejn li huma jiddikjaraw li "l-popli kollha għandhom id-dritt għall-awtodeterminazzjoni" u li "bis-saħħa ta' dak id-dritt, huma jiddeterminaw b'mod ħieles l-istatus politiku tagħhom u jaħdmu b'mod ħieles għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u kulturali tagħhom",</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi tal-1961,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Ftehim Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-Amerka Ċentrali u l-UE tal-2003,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Amerka Ċentrali tal-2012, li ilu fis-seħħ provviżorjament minn Awissu 2013 iżda li għad mhuwiex ratifikat kompletament,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar in-Nikaragwa,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-President kurrenti tar-Repubblika tan-Nikaragwa, José Daniel Ortega Saavedra, ġie elett demokratikament f'Novembru 2106 b'72,4 % tal-voti totali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-partit politiku "Frente Sandinista de Liberación Nacional" (FSLN), li jappoġġja lill-Gvern kurrenti tan-Nikaragwa, rebaħ l-elezzjonijiet muniċipali – l-aktar elezzjonijiet reċenti fil-pajjiż – f'Novembru 2017, bi 68,54 % tal-voti totali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi l-għan tar-riforma tal-Istitut tas-Sigurtà Soċjali tan-Nikaragwa (INSS) proposta mill-Gvern kien li tiggarantixxi s-sostenibbiltà tas-sistema tas-sigurtà soċjali tan-Nikaragwa, filwaqt li tevita li timplimenta r-rakkomandazzjonijiet neoliberali proposti mill-FMI;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi, fid-19 ta' April 2018, bdiet mewġa ta' protesti kontra r-riforma, u billi, minn dak iż-żmien 'l hawn, inqatlu aktar minn 76 ruħ u ndarbu aktar minn 800 ruħ, skont il-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (IACHR);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-Gvern tan-Nikaragwa rtira r-riforma proposta tiegħu wara l-protesti, u fil-preżent qed jaħdem flimkien mas-soċjetà ċivili u mas-settur privat fuq riforma li tiggarantixxi s-sostenibbiltà tal-INSS bla ma tipperikola l-protezzjoni soċjali u d-drittijiet tal-popolazzjoni tan-Nikaragwa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-protesti kontra r-riformi tal-INSS intużaw minn atturi interni u esterni biex ixerrdu d-destabilizzazzjoni politika, ekonomika u soċjali fil-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi r-Repubblika tan-Nikaragwa tirreġistra fost l-aktar livelli baxxi ta' vjolenza u omiċidji fir-reġjun – wisq anqas minn pajjiżi ġirien bħall-Honduras, il-Gwatemala jew El Salvador – kif ukoll wieħed mill-ogħla perċentwali ta' aċċess għall-kura tas-saħħa u għall-edukazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi r-rata medja ta' tkabbir tal-PDG għan-Nikaragwa ilha dik ta' 5,2 % f'dawn l-aħħar ħames snin;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi s-Segretarju Ġenerali tan-NU, António Guterres, laqa' l-bidu ta' djalogu nazzjonali fin-Nikaragwa bejn il-gruppi ċiviċi u l-Gvern;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jiddispjaċih profondament għat-telf ta' ħajjiet u jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-familji ta' dawk li sfaw vittmi tal-vjolenza fil-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jitlob li dawk responsabbli mit-twettiq ta' dawn id-delitti jew mill-inċitament għalihom jinżammu responsabbli għal għemilhom; jesprimi r-rispett tiegħu għas-sistema ġudizzjarja tar-Repubblika tan-Nikaragwa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jikkundanna l-atti ta' vjolenza kollha li għarrqu l-pajjiż fis-sitwazzjoni kurrenti, u jħeġġeġ lill-atturi kollha involuti biex joqogħdu lura milli jużaw il-vjolenza fl-eżerċizzju tad-dritt leġittimu tagħhom għall-għaqda u għall-protesta fil-paċi u/jew għaż-żamma tal-ordni pubbliku;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jistieden lill-awtoritajiet tan-Nikaragwa jirrifjutaw u jinvestigaw kwalunkwe użu sproporzjonat tal-forza fit-twettiq tal-impenn tagħhom favur il-libertajiet u d-drittijiet demokratiċi tal-popolazzjoni tan-Nikaragwa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jilqa' l-varar ta' djalogu nazzjonali u n-negozjati fi ħdan il-Kummissjoni ta' Medjazzjoni u Xhieda tad-djalogu nazzjonali, bil-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti tal-istudenti, tan-negozji, tas-soċjetà ċivili u tal-Gvern;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jiddispjaċih għas-sospensjoni tan-negozjati u jilqa' l-varar tal-kumitat imħallat bil-għan li d-djalogu nazzjonali jerġa' jissokta;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jieħu nota li, fil-qafas tad-djalogu nazzjonali, il-partijiet kollha approvaw ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (IACHR), b'mod partikolari l-varar ta' mekkaniżmu ta' investigazzjoni internazzjonali u l-ħolqien ta' kumitat speċjali għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet, li jikkostitwixxu passi importanti 'l quddiem lejn riżoluzzjoni paċifika tal-isfidi kurrenti fin-Nikaragwa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jikkundanna kwalunkwe ndħil barrani fl-affarijiet interni tan-Nikaragwa maħsub biex jiddestabilizza l-pajjiż, u jirrifjuta kwalunkwe tentattiv ta' twaqqigħ tal-gvern demokratikament elett kurrenti tan-Nikaragwa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jirrifjuta kwalunkwe utilizzazzjoni falza tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa min-naħa tal-Unjoni Ewropea għal finijiet politiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-awtoritajiet tar-Repubblika tan-Nikaragwa, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana u lill-korpi reġjonali tal-Amerka Latina, lill-Alleanza Bolivarjana għall-popli tal-Amerka Tagħna (ALBA) u lill-Komunità ta' Stati tal-Amerka Latina u tal-Karibew (CELAC).</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>