<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0318/2018</Ref><Date>2.7.2018</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-kriżi tal-migrazzjoni u s-sitwazzjoni umanitarja fil-Venezwela u fil-fruntieri tagħha</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2018/2770(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124942">Molly Scott Cato</Author>, <Author id="96815">Judith Sargentini</Author>, <Author id="124972">Ernest Urtasun</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4281"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp Verts/ALE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE621.746v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0318/2018</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kriżi tal-migrazzjoni u s-sitwazzjoni umanitarja fil-Venezwela u fil-fruntieri tagħha</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2018-2770" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2018-2770">2018/2770(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-missjoni li saret mill-25 sat-30 ta' Ġunju 2018 minn delegazzjoni tal-Parlament Ewropew fil-Kolombja u l-fruntieri tal-Brażil mal-Venezwela u s-sitwazzjoni tar-rifuġjati u l-migranti Venezwelani li jinsabu hemmhekk,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-aħħar rapport dwar il-Venezwela tat-22 ta' Ġunju 2018 mill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra n-Nota ta' Gwida tal-UNHCR ta' Marzu 2018 dwar l-eżodu tal-Venezwelani ,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapport dwar il-politika tar-rifuġjati ta' Ġunju 2018 mill-Ombudsman ta' Curaçao,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-25 ta' Ġunju 2018 li jżid 11-il uffiċjal Venezwelan mal-lista tas-sanzjonijiet,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' New York għar-Refuġjati u l-Migranti adottata unanimament mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fid-19 ta' Settembru 2016,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Venezwela,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-kriżi ekonomika u umanitarja attwali fil-Venezwela rriżultat f'għadd bla preċedent ta' migranti, kif ukoll fid-delokalizzazzjoni tal-kapital;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-għadd ta' Venezwelani li qed jgħixu bid-dokumenti u mingħajrhom f'pajjiżi ġirien ivarja b'mod sinifikanti minn pajjiż għal ieħor u jiddependi mis-sors, iżda jibqa' straordinament għoli, irrispettivament mis-sors jew mill-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi, skont il-"World Fact Book" tas-CIA, ir-rata ta' migrazzjoni netta fil-Venezwela kienet stmata għal -1.2 persuni għal kull 1 000 tal-popolazzjoni fl-2017;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi l-assorbiment tal-migranti Venezwelani jikkostitwixxi sfidi f'dak li jikkonċerna l-akkoljenza u l-aċċess għal permessi ta' residenza u għas-suq tax-xogħol għall-pajjiżi ġirien, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi Ewropej, bħat-territorji Netherlandiżi ta' Aruba, Bonaire u Curaçao, u saħansitra r-reġjuni Franċiżi ta' Guadeloupe, Martinique u Guyane; billi l-Ewropa kulma jmur qed issir destinazzjoni għaċ-ċittadini Venezwelani li qed jitilqu mill-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi, skont l-aħħar rapport tal-Ombudsman ta' Curaçao li ħareġ f'Ġunju 2018, il-politika attwali tad-deportazzjoni tal-Venezwelani li jaslu f'Curaçao bil-baħar jew bl-ajruplan tikser il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi politika adegwata f'dak li jikkonċerna l-asil, il-migrazzjoni u l-akkoljenza timplika miżuri li jippromwovu l-integrazzjoni, l-aċċess għall-permessi ta' residenza u l-aċċess għall-kundizzjonijiet ta' akkoljenza bħall-akkomodazzjoni għal żmien qasir u l-akkomodazzjoni fit-tul, l-ikel u s-servizzi għall-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni, kif ukoll l-aċċess għas-suq tax-xogħol, mhux biss qrib iż-żoni mal-fruntieri, iżda wkoll fiż-żoni urbani tal-pajjiżi riċeventi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi Spanja tikklassifika fit-tielet post fil-lista ta' pajjiżi li qed jilqgħu lill-Venezwelani; billi, skont l-aħħar data disponibbli, fl-2017 Spanja tat l-istatus ta' rifuġjat lil biss 15-il Venezwelan – 1 % ta' dawk li applikaw; billi Spanja rċeviet 10 350 talba għal protezzjoni internazzjonali minn persuni li ġejjin mill-Venezwela, iżda rrifjutat 99 % minnhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi, fl-istess ħin, Madrid qed issir waħda mid-destinazzjonijiet ewlenin għall-Venezwelani sinjuri li jinvestu fil-proprjetà immobbli u n-negozji;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi d-deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea favur l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet fuq l-uffiċjali Venezwelani jridu jiġu kkomplementati minn proċeduri ta' viża u asil rapidi u mingħajr komplikazzjonijiet għall-persuni li jitilqu mill-pajjiż sabiex jilħqu post sikur fit-territorji Ewropej;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi l-attitudni u l-politika attwali jikkontradixxu n-Nota ta' Gwida tal-UNHCR ta' Marzu 2018 dwar l-eżodu tal-Venezwelani, li titlob lill-pajjiżi ta' destinazzjoni u tranżitu jagħtu lill-Venezwelani aċċess sikur u legali għat-territorju tagħhom, u jkomplu jadottaw reazzjonijiet orjentati lejn il-protezzjoni pragmatiċi u xierqa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi hemm biża' mifruxa li l-konfrontazzjoni miż-żewġ naħat qed timpedixxi l-adozzjoni ta' soluzzjoni stabilizzanti li hija leġitimizzata b'mod demokratiku mill-pajjiż, filwaqt li l-UE ma tipprovdix aċċess sikur u legali u protezzjoni fit-territorju tagħha lil dawk li qed jaħarbu mill-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Huwa konvint li l-futur tal-Venezwela jinsab f'idejn il-poplu Venezwelan, u li soluzzjoni għad-diversi kriżijiet attwali u l-ilħuq ta' stabilità politika jistgħu jinkisbu biss permezz ta' negozjati paċifiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jistieden lill-Unjoni Ewropea tappoġġa bil-qawwa lill-pajjiżi ġirien tal-Venezwela fl-isforzi tagħhom biex joffru akkoljenza adegwata lill-migranti u r-rifuġjati mill-Venezwela, jonoraw b'mod debitu kwalunkwe talba għal assistenza min-naħa tagħhom u, fl-istess ħin, jistabbilixxu mezzi ta' aċċess sikur u legali fl-UE għal dawk li qed ifittxu protezzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jiġbed l-attenzjoni lejn deċiżjoni meħuda mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea favur l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet fuq l-uffiċjali Venezwelani, filwaqt li jinnota li Spanja, l-Istat Membru tal-UE li attwalment qed jirċievi l-akbar numru ta' applikazzjonijiet għall-asil mill-Venezwelani, jirrifjuta 99 % minnhom; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri biex jallinjaw malajr il-politiki barranin tagħhom mal-politiki tagħhom dwar il-migrazzjoni u r-rifuġjati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jirrakkomanda bil-qawwa li l-Unjoni Ewropea tfittex modi u mezzi li jiżguraw li l-awtoritajiet tal-gżejjer tal-UE fil-viċinanza tal-Venezwela jkunu jistgħu joffru akkoljenza dinjituża lill-Venezwelani kollha li qed jemigraw lejn it-territorji tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  jistieden lill-atturi kollha, kemm fil-Venezwela kif ukoll 'il barra minnha, biex jieħdu kont tas-sitwazzjoni u jipproċedu bi prudenza u paċenzja billi jżommu lura minn kwalunkwe att ta' vjolenza jew appell għall-vjolenza, speċjalment mill-intervent militari, li kieku jkompli jiddestabbilizza u finalment jikkomprometti lill-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jappella għal darb'oħra għall-promozzjoni u l-istabbiliment ta' djalogu nazzjonali tassew dejjiemi bil-mezzi paċifiċi kollha, inkluż bl-involviment tal-forzi kollha rilevanti, bil-għan li tinstab soluzzjoni konsenswali għall-interessi konfliġġenti fil-Venezwela u jissolva kwalunkwe tilwim bejn id-diversi fergħat tas-setgħa pubblika fi spirtu ta' fiduċja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jirrakkomanda bil-qawwa li dan id-djalogu politiku jwassal għal ftehim nazzjonali dwar il-politika ekonomika biex tiġi stabbilizzata s-sitwazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jistieden lill-atturi politiċi barra l-Venezwela biex jevitaw li jużaw is-sitwazzjoni fil-pajjiż għal skopijiet politiċi nazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jinsab konvint li l-istabilità politika u soċjali tal-Venezwela hija fattur deċiżiv għas-salvagwardja tal-paċi fir-reġjun kollu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-awtoritajiet tal-Venezwela u lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana.</p>
</Section></Motion>