<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0321/2018</Ref><Date>2.7.2018</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni tal-Viċi-President tal-Kummissjoni / tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-kriżi tal-migrazzjoni u s-sitwazzjoni umanitarja fil-Venezwela u fil-fruntieri tagħha</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2018/2770(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="125997">Javier Couso Permuy</Author>, <Author id="125047">Paloma López Bermejo</Author>, <Author id="125050">Ángela Vallina</Author>, <Author id="26851">Nikolaos Chountis</Author>, <Author id="125049">Maria Lidia Senra Rodríguez</Author>, <Author id="125193">Eleonora Forenza</Author>, <Author id="96706">João Ferreira</Author>, <Author id="136236">João Pimenta Lopes</Author>, <Author id="125100">Miguel Viegas</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4277"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE621.749v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0321/2018</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kriżi tal-migrazzjoni u s-sitwazzjoni umanitarja fil-Venezwela u fil-fruntieri tagħha</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2018-2770" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2018-2770">2018/2770(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew,</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Kapitolu 1, Artikolu 1(2), tal-Karta tan-NU tal-1945, u l-għan iddikjarat tiegħu ta' "l-iżvilupp bejn in-nazzjonijiet ta' relazzjonijiet ta' ħbiberija bbażati fuq l-osservanza tal-prinċipju ta' ugwaljanza ta' drittijiet tal-popli u tad-dritt tagħhom li jiddeċiedu għalihom infushom, u jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex tiġi kkonsolidata l-paċi fid-dinja",</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 1 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Artikolu 1 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, li t-tnejn li huma jiddikjaraw li "l-popli kollha għandhom id-dritt għall-awtodeterminazzjoni" u li "bis-saħħa ta' dak id-dritt, huma jiddeterminaw b'mod ħieles l-istatus politiku tagħhom u jaħdmu b'mod ħieles għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u kulturali tagħhom",</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-27 ta' Jannar 2013 tas-Summit tal-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern tal-Komunità ta' Stati tal-Amerka Latina u l-Karibew (CELAC) u l-UE, li fiha l-firmatarji tennew l-impenn tagħhom lejn il-finijiet u l-prinċipji kollha minquxa fil-Karta tan-NU u l-appoġġ tagħhom għall-isforzi kollha biex titħares l-ugwaljanza sovrana tal-Istati kollha u biex jiġu rrispettati l-integrità territorjali u l-indipendenza politika tagħhom,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-proklamazzjoni tal-Amerka Latina u tal-Karibew bħala żona ta' paċi, li ntlaħaq qbil dwarha fis-Summits tas-CELAC preċedenti,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-prinċipju ta' nonintervent stabbilit fil-Karta tan-NU,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi tal-1961,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-mexxejja tal-G7 tat-23 ta' Mejju 2018,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet preċedenti tal-Kunsill Affarijiet Barranin dwar il-Venezwela,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet preċedenti tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-Venezwela,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tal-Parlament Ewropew dwar il-Venezwela,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tas-7 ta' Ġunju 2018 li tintbagħat delegazzjoni <span font-style="italic">ad hoc</span> biex iżżur il-bliet ta' Cúcuta (il-Kolombja) u Boa Vista (il-Brażil),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-Gvern tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela f'diversi okkażjonijiet iddenunzja l-interferenza esterna, id-destabbilizzazzjoni, il-kampanji ta' diżinformazzjoni, il-manipulazzjoni tal-opinjoni pubblika u l-vjolenza promossi minn xi setturi tal-oppożizzjoni kontra s-sovranità, l-indipendenza, il-paċi u l-istabbiltà demokratika tal-pajjiż u kontra l-poplu Venezwelan;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi r-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela qiegħda tħabbat wiċċha ma' theddid estern u intern għas-sovranità u għall-paċi tagħha fi żmien meta l-pajjiż qiegħed ukoll iħabbat wiċċu ma' gwerra ekonomika straordinarja, li dan l-aħħar ġiet aggravata minn żidiet fil-prezzijiet, il-kuntrabandu tal-oġġetti u l-attivitajiet ta' kumulazzjoni; billi din is-sitwazzjoni straordinarja kkawżat problemi soċjali, ekonomiċi, politiċi, naturali u ambjentali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi f'Diċembru 2014 l-ex President tal-Istati Uniti, Barack Obama, ħabbar abbozz ta' liġi, adottat mis-Senat tal-Istati Uniti, li jimponi sanzjonijiet unilaterali u extraterritorjali fuq il-poplu u l-Gvern Bolivarjana tal-Venezwela sal-2019; billi t-33 nazzjon tal-Amerka Latina u tal-Karibew ikkundannaw u rrifjutaw dawn is-sanzjonijiet unilaterali imposti mill-Istati Uniti fuq il-Venezwela, u billi fid-Dikjarazzjoni ta' Brussell tat-tieni Summit UE-CELAC tal-10 u l-11 ta' Ġunju 2015, il-Kapijiet ta' Stat uta' Gvern tal-UE ħadu nota tar-rifjut min-naħa tas-CELAC tas-sanzjonijiet imposti mill-Istati Uniti kontra r-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela; billi l-Gvern tal-Venezwela rreaġixxa billi ħabbar sett ta' miżuri għall-implimentazzjoni tal-Artikoli tal-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi fit-8 ta' Marzu 2015 l-ex President tal-Istati Uniti, Barack Obama, ħareġ id-Digriet Eżekuttiv 13692, li fih ir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela ġiet ikkunsidrata bħala "theddida insolita u straordinarja għas-sigurtà nazzjonali u għall-politika estera tal-Istati Uniti"; billi dan id-digriet eżekuttiv jippermetti lill-Istati Uniti jużaw riżorsi ta' emerġenza nazzjonali biex jiġġieldu t-theddida, bħall-infurzar ta' sanzjonijiet kontra l-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-President tal-Istati Uniti Donald Trump żamm l-istess strateġija bħall-predeċessur tiegħu, li tista' tiġi osservata b'mod ċar fid-diversi digrieti eżekuttivi maħruġa minnu, jiġifieri dawk tal-24 ta' Awwissu 2017, id-19 ta' Marzu 2018 u l-21 ta' Mejju 2018;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi dawk id-digrieti eżekuttivi imponew sanzjonijiet addizzjonali kontra l-Venezwela u jipprojbixxu ċerti tranżazzjonijiet addizzjonali b'rabta mal-Venezwela, fejn kollox sar bil-għan li tingħata risposta għall-hekk imsejħa "emerġenza nazzjonali" ddikjarata fid-Digriet Eżekuttiv 13692 tat-8 ta' Marzu 2015;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.   billi d-dikjarazzjonijiet tas-6 ta' April 2017 u l-15 ta' Frar 2018 tal-Ammirall Kurt Tidd, Kap tal-Kmand tan-Nofsinhar tal-Istati Uniti, huma indikattivi ta' aggressjoni kontra l-Venezwela taħt it-teorija tas-sigurtà kollettiva tar-reġjun; billi tali dikjarazzjonijiet għandhom l-għan li joħolqu inċertezza u instabbiltà fil-pajjiż u huma parti mill-istrateġija ta' intervent fir-reġjun kontra l-gvernijiet progressivi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi wieħed mill-komponenti tad-destabbilizzazzjoni li għaddejja bħalissa fil-Venezwela kien, u għadu, il-finanzjament ta' miljuni kbar ta' dollari ta' organizzazzjonijiet u l-partiti politiċi kontra l-gvern li ilu għaddej għal aktar minn 12-il sena min-naħa tal-aġenziji tal-Istati Uniti bħall-USAID u l-Fondazzjoni Nazzjonali għad-Demokrazija; billi l-ex President tal-Istati Uniti Obama awtorizza fond speċjali ta' USD 5,5 miljun biex jiffinanzja gruppi kontra l-gvern fil-Venezwela permezz tad-Dipartiment tal-Istat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi l-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (OAS) u b'mod partikolari s-Segretarju Ġenerali tagħha jkomplu jiffokaw l-azzjoni politika tagħhom biex jintervjenu fis-sitwazzjoni interna fil-Venezwela u jilleġittimaw b'kull mod possibbli l-attivazzjoni tal-Karta Demokratika sabiex ikun jista' jsir intervent estern fil-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi t-48 Assemblea Ġenerali tal-OAS tibqa' mfakkra għat-theddida ta' sospensjoni lill-Venezwela mill-OAS, kif talab il-Viċi President tal-Istati Uniti, Mike Pence, fiż-żmien ta' qabel l-avveniment; billi fl-aħħar mill-aħħar l-unika ħaġa li l-Istati Uniti rnexxielhom jiksbu kienet riżoluzzjoni appoġġjata minn 19 mill-24 pajjiż li kienu meħtieġa biex il-Venezwela tiġi sospiża mill-OAS, filwaqt li 11-il astensjoni u 4 voti kontra kkompletaw il-votazzjoni nominali dwar ir-riżoluzzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi l-Venezwela ddeċidiet li titlaq mill-OAS; billi għad fadal 11-il xahar sal-irtirar formali tal-Venezwela mill-OAS; billi l-intenzjoni tal-Istati Uniti hija li l-Venezwela tiġi sospiża, sabiex tkun tista' tkompli teskala l-miżuri unilaterali tagħha kontra l-Venezwela barra mid-dritt internazzjonali, filwaqt li l-Alleati tal-Istati Uniti tagħhom iħarrxu l-ġlieda tagħhom kontra l-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.  billi l-Venezwela ma tħallietx illegalment tassumi l-presidenza <span font-style="italic">pro tempore</span> tal-Mercosur, bil-għan li l-Venezwela tisfa iżolata u mkeċċija minn dik l-organizzazzjoni; billi għaddejjin negozjati bejn l-UE u l-Mercosur dwar il-konklużjoni ta' ftehim ta' kummerċ ħieles;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.  billi din l-istrateġija ta' destabbilizzazzjoni, iżolament u pressjoni kontra l-Venezwela qiegħda tiġi segwita minn xi gvernijiet fir-reġjun – l-hekk imsejjaħ "Grupp ta' Lima" – fi ksur skandaluż tad-dritt internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">O.  billi l-UE għamlet diversi dikjarazzjonijiet u ħadet diversi pożizzjonijiet f'konformità mal-pożizzjonijiet li ġew difiżi mis-setturi minoritarji tal-oppożizzjoni Venezwelana bil-ħsieb ċar li tinterferixxi fis-sitwazzjoni interna fil-Venezwela u tinfluwenzaha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">P.  billi fit-13 ta' Novembru 2017 il-Kunsill Affarijiet Barranin adotta konklużjonijiet dwar il-Venezwela u laħaq ftehim fuq sanzjonijiet immirati; billi fit-22 ta' Jannar 2018 il-Kunsill Affarijiet Barranin iddeċieda li jqiegħed 7 individwi li kellhom pożizzjonijiet uffiċjali taħt miżuri restrittivi; billi fit-28 ta' Mejju 2018 il-Kunsill Affarijiet Barranin qabel, fil-konklużjonijiet tiegħu, li jaġixxi malajr, bil-għan li jimponi miżuri restrittivi mmirati u riversibbli addizzjonali kontra l-Venezwela; billi fil-25 ta' Ġunju 2018 il-Kunsill Affarijiet Barranin qabel, fil-konklużjonijiet tiegħu, dwar sanzjonijiet addizzjonali ġodda kontra l-Venezwela, filwaqt li qiegħed 11-il individwu oħra li kellhom pożizzjonijiet uffiċjali taħt miżuri restrittivi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">Q.  billi l-korporazzjonijiet internazzjonali ewlenin tal-midja qed jippreżentaw is-sitwazzjoni fil-Venezwela minn naħa waħda biss; billi l-informazzjoni qed tiġi mmanipulata, bit-tixrid ta' xnigħat u aħbarijiet foloz dwar il-Venezwela sempliċement biex jiġi ġġustifikat intervent fil-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">R.  billi f'20 sena saru 24 elezzjoni fil-Venezwela;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">S.  billi mill-aħħar elezzjoni għall-Assemblea Nazzjonali xi setturi tal-oppożizzjoni kellhom rwol fid-destabbilizzazzjoni tal-pajjiż, bl-użu ta' setgħa leġiżlattiva għal dak il-għan;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">T.  billi xi setturi tal-oppożizzjoni ddeċidew li ma jipparteċipawx fl-elezzjonijiet għall-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali Venezwelana u fl-elezzjonijiet presidenzjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">U.  billi l-elezzjonijiet presidenzjali fil-Venezwela saru fl-20 ta' Mejju 2018, u fihom ivvotaw aktar minn 8 miljun ċittadin Venezwelan; billi aktar minn 200 osservatur internazzjonali kienu preżenti fl-elezzjonijiet; billi kandidati differenti tal-oppożizzjoni pparteċipaw fil-proċess elettorali; billi Nicolás Maduro reġa' ġie elett President;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">V.  billi l-Istati Uniti, l-UE u xi gvernijiet mir-reġjun ikkontestaw il-proċess elettorali qabel l-elezzjonijiet presidenzjali u għadhom jirrifjutaw li jirrikonoxxu r-riżultat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">W.  billi l-Gvern Venezwelan u l-President tiegħu talbu diversi drabi lis-setturi kollha tal-oppożizzjoni biex jidħlu fi djalogu u komplew jagħmlu dan bil-ħsieb li jkun hemm paċi fil-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">X.  billi xi setturi tal-oppożizzjoni appoġġjati minn setgħat esterni, bħall-Istati Uniti, l-UE, l-OAS, il-G7 u l-Grupp ta' Lima, qed ikomplu jippromwovu approċċ ta' destabbilizzazzjoni fil-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">Z.  billi l-Istati Uniti, l-UE, l-OAS u l-Grupp ta' Lima huma responsabbli għall-assedju ekonomiku kontra l-Venezwela, li qed jaffettwa b'mod drammatiku l-poplu Venezwelan;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">AA.  billi l-hekk imsejħa "għajnuna umanitarja", difiża mill-Istati Uniti, l-UE, l-OAS u l-Grupp ta' Lima, hija biss pretest u skuża biex jiġi leġittimizzat intervent estern fil-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jikkundanna bil-qawwa l-interferenza esterna kostanti u d-destabbilizzazzjoni politika, ekonomika u soċjali fil-konfront tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jikkundanna l-"istrumentalizzazzjoni" artifiċjali tad-drittijiet tal-bniedem għal skopijiet politiċi mill-UE, b'mod partikolari fil-każ tal-Venezwela;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jinsisti li strateġija intervenzjonista persistenti kontra s-sovranità tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela hija ferm 'il bogħod milli toħloq spazji għad-djalogu u l-paċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Itenni d-dritt tal-poplu Venezwelan li jiddeċiedi l-ġejjieni tiegħu b'mod sovran u paċifiku, kif ukoll ħieles minn interferenza jew pressjoni esterna;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Itenni l-ħtieġa għall-prinċipju ta' nonintervent fl-affarijiet interni tal-Istati li għandhom jiġu rrispettati f'konformità mad-dritt internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jikkundanna l-pretensjonijiet ta' allegata "kriżi umanitarja" fil-Venezwela, li saru bl-intenzjoni li tiżdied l-interferenza esterna u li tiġi difiża kampanja ta' intervent fil-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jiddeplora bis-sħiħ id-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tas-7 ta' Ġunju 2018 li tintbagħat delegazzjoni <span font-style="italic">ad hoc</span> biex iżżur il-bliet ta' Cúcuta (il-Kolombja) u Boa Vista (il-Brażil);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jiddeplora bis-sħiħ kwalunkwe interferenza esterna mill-OAS, mill-UE u mill-Istati Uniti jew minn kwalunkwe pajjiż ieħor fl-affarijiet interni ta' pajjiżi oħra; ifakkar li l-persuni kollha għandhom id-dritt għall-awtodeterminazzjoni, biex jiddeterminaw b'mod ħieles l-istatus politiku tagħhom u jsegwu b'mod ħieles l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u kulturali tagħhom u jappella biex dan id-dritt jiġi rrispettat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jiddeplora l-għanijiet mhux demokratiċi u ribellużi tal-kampanja ta' destabbilizzazzjoni; jiġbed l-attenzjoni għall-interessi imperjalisti tal-Istati Uniti fl-iżgurar tal-aċċess tagħhom għar-riżorsi taż-żejt tal-Venezwela u l-għan politiku tagħhom li jdgħajfu l-pajjiżi tal-Alleanza Bolivarjana għall-Popli tal-Amerka Tagħna (ALBA);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jikkundanna d-deċiżjoni tal-Istati Uniti u tal-UE li jibqgħu jimponu sanzjonijiet kontra l-Venezwela; jesiġi li dawn is-sanzjonijiet jitneħħew minnufih;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jirrifjuta bil-qawwa kwalunkwe tentattiv mill-UE li tapplika sanzjonijiet addizzjonali u miżuri oħra kontra l-Venezwela u l-poplu tagħha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jenfasizza li djalogu ma' pajjiżi terzi taħt l-ebda ċirkostanza ma għandu jirriżulta f'restrizzjonijiet li jiġu imposti fuq id-dritt tal-popli għall-awtodeterminazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Jikkritika l-avvenimenti reċenti fl-OAS, li juru n-nuqqas kontinwu ta' demokrazija ta' din l-organizzazzjoni u r-rwol intervenzjonist tagħha, li huwa dejjem kontra r-rieda sovrana tal-popli fl-Amerka Latina;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Jiddeplora r-rwol li żvolġiet il-parti l-kbira tal-midja internazzjonali biex ixxerred xnigħat u tuża informazzjoni falza bil-għan li ddgħajjef il-leġittimità tal-Gvern Venezwelan u tiġġenera atmosfera ta' vjolenza; ifakkar li l-libertà tal-informazzjoni hija dritt fundamentali tal-bniedem, u jappella biex il-midja internazzjonali taġixxi b'mod responsabbli u tkopri l-avvenimenti b'mod ġust, preċiż u bbilanċjat, billi dan bħalissa mhuwiex il-każ;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.  Jirrikonoxxi l-kriżi ekonomika serja li l-Venezwela qiegħda tiffaċċja; jirrikonoxxi, madankollu, li fil-parti l-kbira tagħha, din il-kriżi ekonomika hija kkawżata minn interferenza esterna, kemm permezz tas-sanzjonijiet imposti fuq il-pajjiż u t-tnaqqis fil-prezz taż-żejt, kif ukoll permezz ta' strateġija ta' destabbilizzazzjoni ekonomika interna organizzata, immexxija minn xi setturi tal-oppożizzjoni u atturi ekonomiċi prinċipali fil-pajjiż, li jikkontrollaw il-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-oġġetti, b'mod partikolari fl-oqsma tal-ikel u tal-mediċini; jirrimarka li din l-istrateġija interna wasslet għal nuqqas ta' oġġetti, li ġew aggravati minn azzjonijiet ta' gruppi kkoordinati minn <span font-style="italic">bachaqueros</span> bl-iskop li jitnaqqsu l-istokkijiet fil-ħwienet fil-mument li jimtlew mill-ġdid, sabiex jiżdiedu l-prezzijiet tal-prodotti, imbagħad jinbiegħu fis-suq illeċtu jew jintbagħtu biex jiġu ffalsifikati, sitwazzjoni li kkontribwiet għal-livelli għolja ta' inflazzjoni fil-pajjiż; ifakkar li dawn l-istrateġiji ġraw flimkien mat-tneħħija sistemika mis-suq tal-karta tal-flus ta' 100 bolivar, l-ogħla denominazzjoni fil-pajjiż, filwaqt li litteralment tunnellati minn dawn il-karti tal-flus jinstabu f'pajjiżi bħall-Kolombja jew il-Paragwaj; ifakkar li, minkejja dan l-attakk serju fuq l-ekonomija, il-Venezwela żammet l-impenji internazzjonali tagħha rigward id-dejn estern u kompliet talloka ammont sinifikanti tal-baġit għall-iżvilupp soċjali, li jaqbeż is-70 % tal-baġit annwali tagħha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.  Jieħu nota tar-rispett tal-Kostituzzjoni li ntwera mill-istituzzjonijiet Venezwelani, meta mqabbel man-nuqqas ta' rispett permanenti u l-attitudni aggressiva murija mill-Assemblea Nazzjonali u xi setturi tal-oppożizzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.  Japprova l-prinċipji inklużi l-proklamazzjoni tal-Amerka Latina u l-Karibew bħala żona ta' paċi u jħeġġeġ lill-komunità internazzjonali kollha tirrispetta bis-sħiħ din il-proklamazzjoni fir-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi tas-CELAC, inkluż impenn biex ma tintervjenix direttament jew indirettament fl-affarijiet interni ta' kwalunkwe stat ieħor u biex tosserva l-prinċipji ta' sovranità nazzjonali, ugwaljanza tad-drittijiet u awtodeterminazzjoni tal-popli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">18.  Jilqa' l-implimentazzjoni tal-politiki tal-inklużjoni soċjali fil-Venezwela bbażati fuq ir-responsabbiltà u l-ġustizzja soċjali, l-ugwaljanza, is-solidarjetà u d-drittijiet tal-bniedem, li għenu sabiex titnaqqas l-inugwaljanza fil-pajjiż, b'mod partikolari f'termini ta' miżuri ta' żvilupp soċjali u l-progress sinifikanti li sar fit-tnaqqis tal-faqar jew fil-qasam tal-edukazzjoni, inklużi l-qerda tal-illitteriżmu fl-2005 u ż-żieda fl-għadd ta' studenti fl-edukazzjoni għolja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">19.  Ifakkar fl-importanza tar-rwol tal-Venezwela fil-ħolqien u t-tisħiħ ta' proċess ta' kooperazzjoni u ta' integrazzjoni għall-benefiċċju tal-popli tal-Amerka Latina; jissottolinja l-progress sinifikanti li sar fl-integrazzjoni reġjonali u l-kooperazzjoni favur il-popli tal-Amerka Latina; jilqa' l-kisbiet sinifikanti tal-ALBA fl-oqsma tas-saħħa, l-edukazzjoni, il-kultura u l-kooperazzjoni vataġġjuża b'mod reċiproku;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">20.  Jirrikonoxxi li l-pajjiżi membri tal-ALBA jafu bil-ħidma kbira tal-Gvern Venezwelan favur il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġustizzja u l-paċi, bil-għan li jliġġem il-pjan ta' intervent internazzjonali kontra l-Venezwela, li qed jhedded mhux biss l-istabbiltà tan-nazzjon affiljat iżda wkoll l-istabbiltà tar-reġjun;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">21.  Jilqa' l-elezzjonijiet presidenzjali Venezwelani li saru dan l-aħħar u jirrispetta r-riżultati tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">22.  Jikkundanna l-azzjonijiet kollha maħsuba biex iqajmu dubji dwar il-leġittimità indiskutibbli tal-elezzjonijiet Venezwelani u jistieden lill-Istati Membri tal-UE jieħdu pożizzjoni responsabbli biex, f'konformità mal-prinċpji ta' noninterferenza, juru rispett għall-indipendenza u għas-sovranità tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela u għar-rieda tal-poplu tal-Venezwela kif espressa fl-elezzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">23.  Jappoġġja l-inizjattivi tad-djalogu promossi mill-President Nicolás Maduro u l-gvern tiegħu, appoġġjati minn organizzazzjonijiet u atturi internazzjonali differenti, u l-fatt li l-prijoritajiet ta' dan id-djalogu huma l-benessri taċ-ċittadini kollha u r-relazzjoni istituzzjonali, il-paċi, il-ġustizzja, il-verità, it-tisħiħ tal-ekonomija, id-difiża tal-istat tad-dritt, id-demokrazija u r-rispett għas-sovranità nazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">24.  Jafferma mill-ġdid is-solidarjetà tiegħu mal-poplu Venezwelan u l-ġlieda tiegħu biex jiddefendi l-proċess Bolivarjan u l-kisbiet soċjali li nkisbu fis-snin reċenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">25.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvern tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela, lill-Parlament tal-Mercosur, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana, kif ukoll lill-korpi reġjonali Latino-Amerikani, inklużi l-Unasur, l-ALBA u s-CELAC.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>