<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0384/2018</Ref><Date>11.9.2018</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar it-theddida ta' demolizzjoni ta' Khan al-Ahmar u ta' villaġġi Bedwini oħra</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2018/2849(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="28161">Margrete Auken</Author>, <Author id="4751">Bart Staes</Author>, <Author id="124942">Molly Scott Cato</Author>, <Author id="24942">Ana Miranda</Author>, <Author id="102931">Keith Taylor</Author>, <Author id="124993">Bodil Valero</Author></span></p>
</Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"> </span></p>
<Body type="POL-GROUP" id="4281"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp Verts/ALE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124812">Fabio Massimo Castaldo</Author>, <Author id="124856">Ignazio Corrao</Author>, Rosa D’Amato, <Author id="124811">Laura Agea</Author></span></p>
</Blk-Author></Blk-Title-Cover><Num-PE>PE624.093v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0384/2018</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-theddida ta' demolizzjoni ta' Khan al-Ahmar u ta' villaġġi Bedwini oħra</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2018-2849" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2018-2849">2018/2849(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-kunflitt bejn Iżrael u l-Palestina,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-linji gwida tal-UE dwar id-Dritt Umanitarju Internazzjonali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Federica Mogherini, b'mod partikolari tas-7 ta' Settembru 2018 dwar l-aħħar żviluppi rigward id-demolizzjoni ppjanata ta' Khan al-Ahmar,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Rapport ta' Sitt Xhur dwar id-Demolizzjonijiet u l-Konfiski ta' strutturi ffinanzjati mill-UE fix-Xatt tal-Punent inkluż Ġerusalemm tal-Lvant, Jannar-Ġunju 2018, ippubblikat mis-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna (SEAE) fl-24 ta' Awwissu 2018,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar il-kunflitt bejn Iżrael u l-Palestina, b'mod partikolari r-Riżoluzzjoni 2334 adottata fit-23 ta' Diċembru 2016,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet tan-NU fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u t-trattati tad-dritt umanitarju internazzjonali li tagħhom Iżrael, il-Palestina u l-Istati Membri tal-UE huma Partijiet,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-istudju tiegħu tal-25 ta' Ġunju 2015 bit-titolu "Occupation/Annexation of a Territory: Respect for International Humanitarian Law and Human Rights and Consistent EU Policy" (Okkupazzjoni/Annessjoni ta' Territorju: Rispett għad-Dritt Umanitarju Internazzjonali u d-Drittijiet tal-Bniedem u Politika tal-UE Konsistenti),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi fil-5 ta' Settembru 2018, il-Qorti Superjuri Iżraeljana rrifjutat il-petizzjonijiet tal-aħħar istanza tar-residenti tal-komunità Bedwina ta' Kahn al-Ahmar fix-Xatt tal-Punent, u l-villaġġ issa jaffaċċja riskju imminenti ta' demolizzjoni u t-trasferiment furzat mill-awtoritajiet Iżraeljani tal-180 resident tiegħu, inkluż aktar minn 90 tifel u tifla;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi wara disa' snin ta' litigazzjoni dwar dan il-każ, il-Qorti Iżraeljana kkonkludiet li l-villaġġ ta' Khan al-Ahmar kien mibni illegalment u li ma kienx hemm raġuni għal intervent fl-eżekuzzjoni, jew is-sospensjoni tagħha, tal-ordnijiet tad-demolizzjoni; billi l-Istat Iżraeljan għandu pjanijiet biex jirreloka erba' komunitajiet fiż-żona, inkluż Khan al-Ahmar, għal sit li jinsab fil-Lbiċ ta' Ġeriko fil-viċinità immedjata ta' faċilità għat-trattament tad-dranaġġ; billi l-komunitajiet ikkonċernati rrifjutaw li jkunu spostjati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi r-residenti ta' Khan al-Ahmar huma dixxendenti mill-Bedwini li tkeċċew mid-deżert Negev minn Iżrael fil-ħamsinijiet u ġew rilokati fix-Xatt tal-Punent fil-periferiji ta' Ġerusalemm, minn fejn ġew ripetutament imkeċċija; billi l-villaġġ jinsab bejn żewġ insedjamenti Iżraeljani kbar; billi r-residenti ġew soġġetti għal pressjoni kostanti mill-awtoritajiet Iżraeljani u minn abitanti ta' insedjamenti fil-viċinat u jsofru minn kundizzjonijiet ta' għajxien ħorox, inkluż nuqqas ta' servizzi ta' saħħa, edukazzjoni u benessri kif ukoll nuqqas ta' infrastruttura;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi d-demolizzjoni ta' Khan al-Ahmar tirriskja li tistabbilixxi preċedent negattiv għal għexieren ta' komunitajiet Bedwini oħra madwar ix-Xatt tal-Punent; billi skont l-NGO Iżraeljana bl-isem ta' B'Tselem, l-awtoritajiet Iżraeljani b'mod deliberat irrifjutaw li joħorġu permessi ta' bini u l-espulsjoni hija parti minn pjan biex jitkeċċew il-komunitajiet Palestinjani kollha miż-żona fil-Lvant ta' Ġerusalem u nofs triq lejn ix-Xmara Ġordan, b'tali mod li nħoloq feles ta' insedjamenti Iżraeljani li ser jaqsmu x-Xatt tal-Punent fi tnejn;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-VP/RGħ talbet lill-awtoritajiet Iżraeljani biex jikksunidraw mill-ġdid id-deċiżjoni tagħhom li jiġi demolit Khan al-Ahmar, u wissiet li d-demolizzjoni tal-komunitajiet Palestinjani u t-trasferimenti tal-popolazzjoni possibilment furzati huma illegali taħt id-dritt internazzjonali, u jkun żvilupp serju ħafna li jhedded b'mod sever il-vijabbiltà tas-soluzzjoni ta' żewġ stati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili wissew li għadd ta' komunitajiet Palestinjani oħra huma f'riskju imminenti ta' trasferiment furzat, bħala riżultat tal-ftuħ ta' mezzi legali ġodda li jippermettu lill-forzi armati Iżraeljani jwettqu demolizzjonijiet b'mod rapidu, l-avvanz ta' diversi abbozzi ta' liġi mmirati li jespandu l-kontroll tal-Iżrael fuq Ġerusalemm tal-Lvant, żieda qawwija fl-attività ta' insedjament u bidla notevoli favur l-insedjament fil-pożizzjoni tal-amministrazzjoni tal-Istati Uniti; billi dan l-aħħar żvilupp huwa stabbilit fuq sfond ta' tensjoni kbira, bl-adozzjoni reċenti tal-abbozz dwar l-Istat-Nazzjon mill-Knesset Iżraeljan;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi t-trasferiment furzat tal-persuni li huma protetti fi ħdan territorju okkupat huwa ksur gravi tar-Raba' Konvenzjoni ta' Ġinevra u jammonta għal delitt tal-gwerra taħt l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi d-diplomatiċi tal-UE u tal-Istati Membri u l-Membri tal-Parlament Ewropew wissew b'mod ripetut kontra d-demolizzjoni ta' Khan al-Ahmar bħala simoblu tal-politika ta' Iżrael ta' demolizzjoni tal-infrastruttura Palestinjana u l-espansjoni tal-insedjament fix-Xatt tal-Punent;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi 10 Stati Membri tal-UE qed jappoġġjaw programmi umanitarji f'Khan al-Ahmar, inkluż il-kostruzzjoni ta' skola primarja, u valur stmat ta' EUR 315 000 ta' assistenza umanitarja ffinanzjata mill-UE issa jinsab f'riskju;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi skont l-Uffiċċju tar-Rappreżentant tal-UE fil-Palestina, il-qerda u l-ħtif tal-proprjetà Palestinjana fix-Xatt tal-Punent okkupat, inkluż Ġerusalemm tal-Lvant, komplew fl-ewwel nofs tal-2018, li affettwaw 197 struttura Palestinjana u rriżultaw fl-ispostament ta' 176 Palestinjan, inkluż 70 tifel u tifla, filwaqt li affettwaw ukoll b'mod negattiv 5 000 persuna oħra; billi, f'dak il-perjodu, l-Uffiċċju tal-UE rrapporta d-demolizzjoni ta' 26 struttura ffinanzjata mill-UE jew minn Stati Membri tal-UE, b'valur ta' EUR 60 963; billi bejn l-2009 u l-2018, aktar minn 450 struttura ffinanzjati mill-UE u minn Stati Membri tal-UE b'valur ta' aktar minn EUR 1,3 miljun ġew demolizzati jew maħtufa; billi ma ntalab l-ebda kumpens għal din il-ħerba; billi 36 skola fiż-Żona C u tmien skejjel fil-Ġerusalemm tal-Lvant, fejn nofshom irċevew fondi mill-UE jew minn Stati Membri, huma soġġetti għal demolizzjoni pendenti jew ordnijiet biex jieqaf ix-xogħol ("stop work"); billi għadd stmat ta' aktar minn 130 000 struttura Palestinjana fiż-Żona C huma attwalment is-soġġett ta' ordnijiet pendenti ta' demolizzjoni minħabba n-nuqqas ta' permessi ta' bini meħtieġa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi skont id-dritt internazzjonali, il-partijiet terzi, fosthom l-Istati Membri tal-UE, għandhom id-dmir li la jħeġġu, la jgħinu u la jassistu l-ħolqien ta' insedjamenti u jagħmlu dak kollu li hu raġonevolment fis-setgħa tagħhom biex jipprevjenu l-ħolqien ta' kwalunkwe insedjament ieħor kif ukoll iġibu fi tmiemhom tali prattiki illeġittimi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jinsab imħasseb ħafna minħabba r-riskju ta' demolizzjoni imminenti tal-villaġġ Bedwin ta' Khan al-Ahmar, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet ma jipproċedux bil-pjanijiet ta' demolizzjoni u l-espulsjoni tar-residenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Iwissi lill-awtoritajiet Iżraeljani, bħala s-setgħa li tokkupa, li d-demolizzjoni ta' Khan al-Ahmar u t-trasferiment furzat tar-residenti tiegħu jikkostitwixxu ksur gravi tad-dritt umanitarju internazzjonali li jammonta għal delitt tal-gwerra; jinsisti li dawk responsabbli għal tali kriminalità internazzjonali jinżammu responsabbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jinsisti li r-risposta tal-UE trid tkun proporzjonata mas-serjetà ta' dan l-iżvilupp u konsistenti mal-appoġġ li dejjem tat lill-komunità ta' Khan al-Ahmar;  jistieden lill-VP/RGħ tagħti spinta b'mod drastiku lill-involviment tal-UE mal-awtoritajiet Iżraeljani fir-rigward tar-rispett sħiħ għad-drittijiet tal-popolazzjoni Palestinjana fiż-Żona C, u biex tagħmel pressjoni għall-kanċellazzjoni immedjata tal-pjanijiet kollha għar-rilokazzjoni furzata u d-demolizzjonijiet kollha kif ukoll l-ordnijiet ta' żgumbrament kontrihom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jilqa' l-appoġġ tal-UE għall-komunitajiet f'riskju ta' trasferiment furzat, u jappella għal aktar investiment fiż-Żona C, b'mod partikolari b'appoġġ għall-popolazzjoni Bedwina; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li tali għajnuna tingħata b'mod li jreġġa' lura l-frammentazzjoni, tintegra bis-sħiħ id-dimensjoni politika tal-okkupazzjoni u ssostni b'effikaċja lill-awtodeterminazzjoni Palestinjana;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jesprimi allarm għaż-żieda kontinwa tal-qerda u tal-konfiska tal-assistenza umanitarja fiż-Żona C; jiddeplora n-nuqqas ta' determinazzjoni tas-SEAE u tal-Kummissjoni biex jiksbu kumpens min-naħa tal-awtoritajiet Iżraeljani u garanziji li dawn l-atti ma jerġgħux isiru aktar, kif enfasizzat il-Qorti Ewropea tal-Awdituri; jistenna li l-Kummissjoni tnaqqas l-ekwivalenti ta' dan it-telf mill-assistenza bilaterali tal-UE lil Iżrael;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jibqa' konvint b'mod sod li l-unika soluzzjoni dejjiema għall-kunflitt fil-Lvant Nofsani hija dik ta' żewġ stati demokratiċi, Iżrael u l-Palestina, f'koeżistenza paċifika fi ħdan konfini sikuri u rikonoxxuti, abbażi tal-"linja l-ħadra" tal-1967 u b'Ġerusalemm bħala l-kapitali taż-żewġ stati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jikkundanna l-espansjoni kontinwa tal-insedjamenti Iżraeljani, li tikkostitwixxi ksur sfaċċat tad-dritt umanitarju internazzjonali, tkebbes ir-riżentiment u d-disperazzjoni tal-Palestinjani, u tirrappreżenta l-uniku ostaklu l-aktar importanti għall-vijabbiltà u l-prospettivi tas-soluzzjoni taż-żewġ stati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jissottolinja r-rieda tal-komunità internazzjonali, kif esprima għal darb'oħra l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU f'Diċembru 2016, li ma tirrikonoxxi l-ebda tibdil fil-konfini tal-1967, anki għal dak li għandu x'jaqsam ma' Ġerusalemm, ħlief dawk maqbula mill-partijiet permezz ta' negozjati; jistieden lill-awtoritajiet Iżraeljani biex b'mod immedjat itemmu u jreġġgħu lura l-politika ta' insedjament tagħhom; jitlob li l-UE tibqa' soda dwar din il-kwistjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jiddeċiedi li jibgħat delegazzjoni ad hoc biex tivvaluta s-sitwazzjoni fuq il-post b'rabta mal-qerda ta' proġetti ffinanzjati mill-UE fiż-Żona C;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Kwartett, lill-Gvern Iżraeljan, lill-Knesset, lill-President tal-Awtorità Palestinjana, lill-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan u lill-korpi tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>