<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0480/2018</Ref><Date>16.10.2018</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar l-użu tad-data tal-utenti ta' Facebook minn Cambridge Analytica u l-impatt fuq il-protezzjoni tad-data</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2018/2855(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="4519">Claude Moraes</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="COMMITEE" id="2875"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE624.169v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0480/2018</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-użu tad-data tal-utenti ta' Facebook minn Cambridge Analytica u l-impatt fuq il-protezzjoni tad-data</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2018-2855" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2018-2855">2018/2855(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, b'mod partikolari l-Artikoli 7, 8, 11, 12, 39, 40, 47 u 52 tagħha, il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, b'mod partikolari l-Artikoli 8, 9, 10, 11, 13, 16 u 17 tagħha, u l-Protokoll tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, b'mod partikolari l-Artikoli 2, 17, 19, 20 u 25 tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span vertical-align="super"> </span>ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.</p>
</footnote>, kif ukoll id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span vertical-align="super"> </span>ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-mal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali flimkien mal-Protokoll addizzjonali tagħha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-inkjesta tal-House of Commons dwar l-aħbarijiet foloz ("fake news") u l-Ħames Rapport Interim tal-Kumitat għall-Kultura, il-Midja u l-Isport tagħha dwar id-diżinformazzjoni u l-aħbarijiet foloz,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra s-seduti ta' smigħ organizzati mill-Kumitat għall-Enerġija u l-Kummerċ tal-House of Representatives tal-Istati Uniti,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1250 tat-12 ta' Lulju 2016 skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-adegwatezza tal-protezzjoni pprovduta mill-Ħarsien tal-Privatezza UE-U.S.<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span vertical-align="super"> </span>ĠU L 207, 1.8.2016, p. 1.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2018 dwar l-adegwatezza tal-protezzjoni mogħtija mit-Tarka tal-Privatezza UE-US<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2018-0315" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2018-0315/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2018)0315</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) tas-6 ta' Ottubru 2015 fil-Kawża C-362/14 Maximillian Schrems v Data Protection Commissioner<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span vertical-align="super"> </span>ECLI:EU:C:2015:650.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-QĠUE tal-25 ta' Jannar 2018 fil-Kawża C-498/16 Maximilian Schrems v Facebook Ireland Limited<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span vertical-align="super"> </span>ECLI:EU:C:2018:37.</p>
</footnote><span font-style="italic">,</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-25 ta' Jannar 2018 fil-Kawża C-210/16 Unabhängiges Landeszentrum für Datenschutz Schleswig-Holstein v Wirtschaftsakademie Schleswig-Holstein GmbH<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ECLI:EU:C:2018:388.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra t-talba formali ppreżentata minn David Caroll, li fiha talab lil Cambridge Analytica tirkupra l-informazzjoni personali tiegħu u tiżvela s-sors tagħha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Opinjoni 3/2018  tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) tad-19 ta' Marzu 2018 dwar il-manipulazzjoni online u d-data personali<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span vertical-align="super"> </span><a text-decoration="none" href="https://edps.europa.eu/sites/edp/files/publication/18-03-19_online_manipulation_en.pdf" shape="rect"><span text-decoration="underline">https://edps.europa.eu/sites/edp/files/publication/18-03-19_online_manipulation_en.pdf</span></a> </p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 tat-3 ta' Ottubru 2017 dwar Teħid awtomatizzat ta' deċiżjonijiet individwali u t-tfassil ta' profili għall-finijiet tar-Regolament 2016/679<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span vertical-align="super"> </span><span text-decoration="underline">http://ec.europa.eu/newsroom/article29/item-detail.cfm?item_id=612053</span> </p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra żewġ settijiet ta' tweġibiet bil-miktub għal mistoqsijiet li baqgħu mingħajr tweġiba fil-laqgħa bejn il-mexxejja tal-gruppi politiċi fil-PE u l-Kap Eżekuttiv ta' Facebook, Zuckerberg, ippubblikati minn Facebook fit-23 ta' Mejju<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span vertical-align="super"> </span><a text-decoration="none" href="http://www.europarl.europa.eu/the-president/en/newsroom/answers-from-facebook-to-questions-asked-during-mark-zuckerberg-meeting" shape="rect"><span text-decoration="underline">http://www.europarl.europa.eu/the-president/en/newsroom/answers-from-facebook-to-questions-asked-during-mark-zuckerberg-meeting</span></a> </p>
</footnote> u fl-4 ta' Ġunju 2018 rispettivament<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><a text-decoration="none" href="http://www.europarl.europa.eu/resources/library/media/20180604RES04911/20180604RES04911.pdf" shape="rect"><span text-decoration="underline">http://www.europarl.europa.eu/resources/library/media/20180604RES04911/20180604RES04911.pdf</span></a> </p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/234 tal-14 ta' Frar 2018 rigward it-tisħiħ tan-natura Ewropea u t-tmexxija effiċjenti tal-elezzjonijiet 2019 lill-Parlament Ewropew<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span vertical-align="super"> </span>ĠU L 45, 17.2.2018, p. 40.</p>
</footnote>, u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Settembru 2018 dwar netwerks ta' kooperazzjoni elettorali, trasparenza online, protezzjoni kontra inċidenti taċ-ċibersigurtà u l-ġlieda kontra kampanji ta' diżinformazzjoni fil-kuntest ta' elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew(C(2018)5949), u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Settembru 2018 intitolata "Għall-kisba ta' elezzjonijiet Ewropej liberi u ġusti" (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2018-0637" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2018-0637">COM(2018)0637</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni tat-12 ta' Settembru 2018 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 rigward proċedura ta' verifika relatata mal-ksur ta' regoli dwar il-protezzjoni ta' data personali fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2018-0636" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2018-0636">COM(2018)0636</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-gwida tal-Kummissjoni tat-12 ta'Settembru 2018 dwar l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data fil-kuntest elettorali (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2018-0638" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2018-0638">COM(2018)0638</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra s-seduti ta' smigħ fil-fond organizzati mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, fuq mandat tal-Parlament Ewropew, dwar l-użu tad-data tal-utenti ta' Facebook minn Cambridge Analytica u l-impatt fuq il-protezzjoni tad-data,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapporti tal-Information Commissioner's Office tar-Renju Unit rigward l-investigazzjoni dwar l-użu tal-analitika tad-data fil-kampanji politiċi u r-rapport bit-titlu "Democracy disrupted"<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span vertical-align="super"> </span><a text-decoration="none" href="https://ico.org.uk/media/action-weve-taken/2259369/democracy-disrupted-110718.pdf" shape="rect"><span text-decoration="underline">https://ico.org.uk/media/action-weve-taken/2259369/democracy-disrupted-110718.pdf</span></a> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><a text-decoration="none" href="https://ico.org.uk/about-the-ico/news-and-events/news-and-blogs/2018/07/findings-recommendations-and-actions-from-ico-investigation-into-data-analytics-in-political-campaigns/" shape="rect"><span text-decoration="underline">https://ico.org.uk/about-the-ico/news-and-events/news-and-blogs/2018/07/findings-recommendations-and-actions-from-ico-investigation-into-data-analytics-in-political-campaigns/</span></a> </p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra t-testimonjanza tal-Uffiċċju Ewropew tal-Għaqdiet tal-Konsumaturi (BEUC), ippreżentata fil-25 ta' Ġunju 2018<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span vertical-align="super"> </span><a text-decoration="none" href="http://www.beuc.eu/publications/beuc-x-2018-067_ep_hearing_facebook-cambridge_analytica.pdf" shape="rect"><span text-decoration="underline">://www.beuc.eu/publications/beuc-x-2018-067_ep_hearing_facebook-cambridge_analytica.pdfhttp</span></a> </p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni tal-23 ta' Ottubru 2018,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-ġurnaliżmu investigattiv żvela u rrenda pubbliku ksur kbir tad-data tal-utenti ta' Facebook b'rabta mal-aċċess mogħti minn Facebook lil applikazzjonijiet ta' terzi, u l-abbuż sussegwenti minn din id-data għal finijiet ta' kampanja elettorali, kif ukoll ksur ieħor li nkixef aktar tard dwar data personali miżmuma u miġbura mill-kumpaniji l-kbar tal-midja soċjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi dan il-ksur ta' data personali affettwa ċittadini minn madwar id-dinja kollha, inklużi ċittadini Ewropej u ċittadini mhux Ewropej li huma residenti fit-territorju tal-Unjoni Ewropea; billi diversi parlamenti nazzjonali organizzaw seduti ta' smigħ, għamlu inkjesti u ppubblikaw is-sejbiet tagħhom dwar il-kwistjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi dan il-ksur ta' data personali seħħ fuq perjodu twil; billi, madankollu, il-kumpaniji kkonċernati kienu qed jiksru l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data applikabbli dak iż-żmien, b'mod partikolari d-Direttiva 95/46/KE u d-Direttiva 2002/58/KE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi l-abbuż tad-data żvelat fil-kuntest tal-iskandlu ta' Cambridge Analytica seħħ qabel l-applikazzjoni tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-kumpanija Facebook sostniet li l-ebda informazzjoni relatata mal-kontijiet bankarji, mal-karti ta' kreditu jew mal-informazzjoni nazzjonali tal-identità tal-persuni ma ngħaddiet lil Cambridge Analytica;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-kumpanija Cambridge Analytica sostniet li l-ipproċessar tad-data sar uffiċjalment għal skopijiet ta' riċerka, iżda li mbagħad għaddiet id-data li kienet ġabret lil ħaddieħor għal finijiet politiċi u kummerċjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi r-reazzjoni inizjali tal-kumpaniji kkonċernati ma ssodisfatx l-istandards mistennija u ma ppermettietx investigazzjoni sħiħa u indipendenti mill-awtoritajiet ikkonċernati, la fil-livell nazzjonali u lanqas f'dak Ewropew;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi l-presidenti tal-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew organizzaw l-ewwel skambju ta' fehmiet mal-Kap Eżekuttiv u fundatur ta' Facebook, Mark Zuckerberg, fit-22 ta' Mejju 2018, u billi din il-laqgħa rriżultat fit-talba min-naħa tal-Konferenza tal-Presidenti lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern biex, f'assoċjazzjoni mal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali u mal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, jorganizza seduti ta' smigħ fil-fond ulterjuri;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi saru tliet seduti ta' smigħ dwar l-impatt tal-każ Facebook/Cambridge Analytica fuq kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tad-data, il-proċessi elettorali, l-aħbarijiet foloz u l-pożizzjoni tal-midja soċjali fis-suq, fl-4 ta' Ġunju, fil-25 ta' Ġunju u fit-2 ta' Lulju 2018, bil-parteċipazzjoni tal-Kummissarji Ewropej ikkonċernati, id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA), il-KEPD, il-President tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPB), l-Information Commissioner's Office tar-Renju Unit, il-Kap Eżekuttiv tal-Kummissjoni Elettorali tar-Renju Unit, iċ-ċittadini kkonċernati u Facebook;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi l-kumpanija Facebook irrifjutat li tiddelega membri tal-persunal bil-livell adatt ta' responsabbiltà u li għandhom il-kompetenza teknika u l-għarfien meħtieġa kif kienu talbu l-Presidenti tal-Kumitati kkonċernati, u minflok bagħtet membri tat-tim inkarigati mill-politika pubblika għal kull waħda mit-tliet seduti ta' smigħ; billi l-informazzjoni mogħtija mir-rappreżentanti ta' Facebook waqt is-seduti ta' smigħ kienet nieqsa mill-preċiżjoni rigward il-miżuri konkreti u speċifiċi li l-kumpanija ħadet biex tiżgura konformità sħiħa mad-dritt tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, u kienet ta' natura aktar ġenerali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi, fl-Opinjoni 3/2018 tiegħu, il-KEPD iqajjem tħassib dwar il-kwistjonijiet tal-manipulazzjoni online u d-data personali; billi l-KEPD jgħid ukoll li d-dritt dwar il-kompetizzjoni għandu rwol kruċjali biex jiżgura li l-operaturi dominanti fis-suq jinżammu responsabbli u fil-ħarsien tad-demokrazija minn poter eċċessiv fis-suq; billi l-interessi tal-individwi għandhom ikunu riflessi aħjar meta tiġi vvalutata l-possibbiltà ta' abbuż mill-pożizzjoni dominanti jew mill-fużjoni ta' kumpaniji li setgħu akkumulaw poter ta' informazzjoni sinifikanti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi, fl-Opinjoni tiegħu tat-3 ta' Ottubru 2017, il-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 sostna li t-tfassil ta' profili u t-teħid awtomatizzat ta' deċiżjonijiet jistgħu jirrappreżentaw riskji sinifikanti għad-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi, li jirrikjedu salvagwardji adatti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.  billi l-President tal-EDPB enfasizza li l-każ Facebook/Cambridge Analytica seħħ qabel ma l-GDPR daħal fis-seħħ, u għalhekk is-sistema tal-Awtorità Superviżorja Responsabbli taħt il-GDPR ma tapplikax; billi l-investigazzjonijiet tmexxew mill-Information Commissioner's Office tar-Renju Unit</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.  billi l-kumpanija Facebook ammettiet li daħlet f'kuntratt ma' żviluppatur tal-applikazzjonijiet bla ma wettqet verifika minn qabel dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu, li kienu jirriservaw lil dan tal-aħħar id-dritt li jiżvela data personali lil partijiet terzi; billi dan in-nuqqas kellu konsegwenzi gravi, u billi tali prattika diġà kienet illegali taħt il-leġiżlazzjoni applikabbli ta' dak iż-żmien dwar il-protezzjoni tad-data;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">O.  billi bħalissa għaddejjin negozjati rigward ir-Regolament dwar il-Privatezza Elettronika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">P.  billi l-EDPB indika li diġà hemm madwar 100 każ transfruntier li qed jiġu indirizzati fil-qafas tal-mekkaniżmu ta' konsistenza taħt il-GDPR; billi l-Bord jikkoordina l-azzjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data sabiex jiżgura approċċ komuni fl-infurzar tad-dritt tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">Q.  billi l-kumpanija Facebook, firmatarja tat-Tarka tal-Privatezza, ikkonfermat li d-data personali ta' sa 2,7 miljun ċittadin tal-UE kienet fost dik li ntużat b'mod abbużiv mill-kumpanija ta' konsulenza politika Cambridge Analytica;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">R.  billi, fit-28 ta' Settembru 2018, il-kumpanija Facebook stqarret pubblikament li attur estern attakka s-sistemi tagħha u sfrutta vulnerabbiltà li esponiet il-kodiċijiet ta' aċċess għal Facebook ta' 50 miljun kont, u billi l-Kummissjoni Irlandiża dwar il-Protezzjoni tad-Data u awtoritajiet oħra għall-protezzjoni tad-data bdew investigazzjonijiet ta' dawn il-fatti biex jivvalutaw il-konformità mad-dritt tal-UE dwar il-Protezzjoni tad-Data;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">S.  billi l-Kummissjoni Federali tal-Kummerċ (FTC) tal-Istati Uniti bħalissa qed tinvestiga jekk il-kumpanija naqsitx milli tonora l-wegħdiet tagħha rigward il-privatezza, inkluż li tirrispetta t-Tarka tal-Privatezza, jew jekk kinitx involuta f'atti inġusti li kkawżaw ħsara sostanzjali lill-konsumaturi bi ksur tal-Att li jistabbilixxi l-FTC u l-ftehim preċedenti li ntlaħaq bejn il-Kummissjoni u Facebook fl-2011;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">T.  billi erba' għaqdiet tal-konsumaturi fil-Belġju, l-Italja, Spanja u l-Portugall istitwew azzjoni ta' rimedju kollettiv kontra Facebook, u talbu kumpens ekonomiku għall-utenti ta' Facebook affettwati fil-pajjiżi rispettivi tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">U.  billi l-BEUC, fit-testimonjanza li ppreżenta fil-25 ta' Ġunju 2018, sostna li hemm bżonn li tiġi żgurata r-responsabbiltà tal-pjattaformi għall-aċċess għad-data personali min-naħa ta' partijiet terzi; billi, fl-istess testimonjanza, il-BEUC isostni wkoll li l-kumpaniji għandhom jagħmlu aktar biex jiżguraw strutturi ta' responsabbiltà solidi għall-aċċess għad-data personali min-naħa ta' kumpaniji sħab u għall-isfruttament ulterjuri ta' din id-data;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">V.  billi l-investigazzjoni tal-Information Commissioner's Office tar-Renju Unit kopriet ukoll il-konnessjoni bejn Cambridge Analytica, il-kumpanija prinċipali tagħha SCL Elections Limited u Aggregate IQ, u tirrigwarda allegazzjonijiet li data personali, miksuba minn Facebook, setgħet intużat ħażin miż-żewġ naħat fir-referendum tar-Renju Unit dwar is-sħubija fl-UE u wkoll biex timmira fuq votanti fil-proċess tal-elezzjoni presidenzjali Amerikana tal-2016; billi l-investigazzjoni tal-Information Commissioner's Office tar-Renju Unit saret prinċipalment skont l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-1998 u r-Regolamenti dwar il-Privatezza u l-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (PECR) tal-2003, b'estrapolazzjoni wkoll għall-GDPR, fejn dan kien f'loku;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">W.  billi l-Kumitat Magħżul għall-Kultura, il-Midja u l-Isport tal-House of Commons tar-Renju Unit sema' <span font-weight="normal">evidenza li wriet li ndħil allegat min-naħa tar-Russja fil-proċessi elettorali fl-UE u ħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli jinvestigaw dawn l-allegazzjonijiet; billi, f'Mejju 2017, fl-Istati Uniti nħatar Konsulent Speċjali biex jinvestiga l-indħil Russu fl-elezzjoni presidenzjali tal-2016 u kwistjonijiet relatati, u billi din l-investigazzjoni għadha għaddejja;</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">X.  billi l-Information Commissioner's Office tar-Renju Unit bagħat notifika uffiċjali lil Facebook bl-intenzjoni tiegħu li jimponi penali monetarja ta' GBP 500 000 għal nuqqas ta' trasparenza u kwistjonijiet ta' sigurtà b'rabta mal-ġbir tad-data bi ksur tal-ewwel u s-seba' prinċipji tal-protezzjoni tad-data skont l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-1998;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">Y.  billi l-Information Commissioner's Office tar-Renju Unit diġà ħareġ 23 Avviż ta' Informazzjoni fil-konfront ta' 17-il organizzazzjoni u individwu differenti, inkluża l-kumpanija Facebook fit-23 ta' Frar 2018, li fihom talab li l-organizzazzjonijiet jagħtuh informazzjoni b'mod strutturat; billi, fit-18 ta' Mejju 2018, il-kumpanija Facebook ikkonfermat li Aggregate IQ ħolqot u, f'xi każijiet, għamlet reklami f'isem il-kampanja Vote to Leave tal-Partit tal-Unjonisti Demokratiċi (DUP), Vote Leave, BeLeave u Veterans for Britain;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">Z.  billi l-Information Commissioner's Office tar-Renju Unit esprima t-tħassib tiegħu dwar it-termini tal-informazzjoni disponibbli għall-utenti dwar is-sorsi tad-data, kif ukoll dwar id-disponibbiltà u t-trasparenza tal-kontrolli offruti lill-utenti; billi l-Information Commissioner's Office tar-Renju Unit sostna wkoll li l-informazzjoni u l-kontrolli ta' privatezza ġenerali mqiegħda għad-dispożizzjoni minn Facebook ma kinux jinfurmaw effettivament lill-utenti dwar l-użu li aktarx isir mill-informazzjoni personali tagħhom; billi l-Information Commissioner's Office tar-Renju Unit qajjem tħassib dwar każijiet fejn sar aċċess għad-data fil-pjattaforma ta' Facebook u din id-data ntużat għal skopijiet għajr dawk li kienet maħsuba għalihom, jew li s-suġġetti tagħha ma setgħux raġonevolment jipprevedu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">AA.  billi ċ-ċifri tal-Kummissjoni Elettorali tar-Renju Unit juru li l-partiti politiċi fir-Renju Unit nefqu GBP 3,2 miljun fuq reklamar dirett fuq Facebook matul l-elezzjoni ġenerali tal-2017;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">AB.  billi n-netwerks soċjali jikkostitwixxu pjattaforma importanti għall-partiti politiċi u għall-istituzzjonijiet pubbliċi, peress li jippermettulhom jirrelataw maċ-ċittadini;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">AC.  billi l-pjattaformi online globali jiffaċċjaw sfidi biex jikkumbattu l-aħbarijiet foloz b'mod effikaċi, għaliex it-theddidiet u x-xenarji medjatiċi huma differenti f'pajjiżi u f'reġjuni differenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">AD.  billi l-analiżi tad-data u l-algoritmi qed iħallu impatt dejjem akbar fuq l-informazzjoni li jkollhom aċċess għaliha ċ-ċittadini; billi dawn it-tekniki, jekk jintużaw ħażin, jistgħu jipperikolaw id-drittijiet fundamentali għall-informazzjoni, kif ukoll il-libertà u l-pluraliżmu tal-midja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">AE.  billi r-responsabbiltà u t-trasparenza tal-algoritmi huma essenzjali biex jiġi żgurat li l-individwi jkunu infurmati sewwa dwar l-ipproċessar tad-data personali tagħhom u jifhmuh ċar; billi dan għandu jiġi tradott fl-implimentazzjoni ta' miżuri tekniċi u operazzjonali li jiżguraw it-trasparenza u nondiskriminazzjoni fit-teħid awtomatizzat tad-deċiżjonijiet, u li jipprojbixxu l-kalkolu tal-probabbiltà tal-imġiba individwali; billi t-trasparenza għandha tagħti lill-individwi informazzjoni sinifikanti dwar il-loġika involuta, is-sinifikat u l-konsegwenzi previsti; billi dan għandu jinkludi informazzjoni dwar id-data użata għat-taħriġ fl-analitika tal-Big Data, u jippermetti lill-individwi jifhmu d-deċiżjonijiet li jaffettwawhom u jżommu għajnejhom fuqhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">AF.  billi, fil-laqgħa li kellha mal-Kummissarji Ewropej fit-2 ta' Lulju 2018, il-kumpanija Facebook wiegħdet li tikkoopera u li kienet sejra tħalli lil akkademiċi indipendenti jeżaminaw id-data dwar l-allegata manipulazzjoni ta' voti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jistenna li l-pjattaformi online kollha jiżguraw konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, jiġifieri l-GDPR u d-Direttiva 2002/58/KE (dwar il-Privatezza Elettronika), u jgħinu lill-utenti jifhmu kif l-informazzjoni personali tagħhom tiġi pproċessata fil-mudell tar-reklamar personalizzat, u li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom kontrolli effettivi, li jinkludu l-garanzija li atti ta' kunsens separati jintużaw għal skopijiet differenti ta' pproċessar, u li jkun hemm aktar trasparenza rigward is-settings ta' privatezza, kif ukoll id-disinn u l-prominenza tal-avviżi relatati mal-privatezza;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jenfasizza li l-eżenzjoni għal finijiet ta' riċerka prevista fid-dritt tal-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni tad-data qatt ma tista' tintuża bħala lakuna għall-abbuż tad-data;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jieħu nota tal-istqarrija tal-kumpanija Facebook li d-data ta' dawk li ma jużawx Facebook tużaha esklussivament biex toħloq settijiet aggregati ta' data li minnhom tislet konklużjonijiet dwar kif jintuża s-servizz;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' aktar responsabbiltà u trasparenza tal-algoritmi f'dak li għandu x'jaqsam mal-ipproċessar u l-analitika tad-data mis-settur privat u minn dak pubbliku u min-naħa ta' atturi oħra li jużaw l-analitika tad-data, bħala għodda essenzjali biex jiġi ggarantit li l-individwi jkunu infurmati debitament dwar l-ipproċessar tad-data personali tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Huwa tal-fehma li l-era diġitali tirrikjedi li l-liġijiet elettorali jiġu adattati għal din ir-realtà diġitali ġdida, u jissuġġerixxi li s-salvagwardji elettorali konvenzjonali ("offline"), bħar-regoli applikabbli għal komunikazzjonijiet politiċi matul il-perjodi elettorali, it-trasparenza fl-infiq elettorali u l-limiti tiegħu, ir-rispett ta' perjodi ta' silenzju u t-trattament ugwali tal-kandidati, għandhom japplikaw ukoll online. isostni li l-Istati Membri għandhom jintroduċu sistema obbligatorja ta' impronti diġitali għal kampanji u r-reklamar elettroniċi u jimplimentaw ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, li għandha l-għan li ttejjeb it-trasparenza ta' reklami u komunikazzjonijiet politiċi online bi ħlas; jenfasizza li kwalunkwe forma ta' reklamar politiku għandha tinkludi informazzjoni li tkun faċilment aċċessibbli u li tinftiehem dwar il-pubblikatur u dwar min hu legalment responsabbli għall-infiq, hekk li jkun ċar min ikun iffinanzja l-kampanji, b'mod simili għar-rekwiżiti eżistenti għall-materjal stampat tal-kampanji f'diversi Stati Membri; jinsisti li ċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom ikunu jistgħu jagħrfu faċilment reklami u komunikazzjonijiet politiċi online bi ħlas, u l-partit, il-fondazzjoni jew l-organizzazzjoni warajhom; jinsisti, barra minn hekk, li t-trasparenza għandha tinkludi wkoll informazzjoni kompluta dwar il-kriterji għall-għażla tal-grupp fil-mira tar-reklamar politiku speċifiku u d-daqs previst tal-grupp fil-mira;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jieħu nota li s-settings ta' privatezza ta' Facebook ġew aġġornati biex l-utenti jkunu jistgħu jagħżlu li ma jiġux f'mira personalizzata fuqhom, inkluż li ma jintwerewx reklami bbażati fuq informazzjoni miksuba minn partijiet terzi, u li l-informazzjoni personali miġbura minn Facebook ma tintużax biex jintwerewlhom reklami fuq siti web jew pjattaformi oħra;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jirrakkomanda li l-pjattaformi online kollha jagħmlu distinzjoni bejn l-użu politiku u dak kummerċjali tal-prodotti tar-reklamar online tagħhom; ifakkar li l-ipproċessar tad-data personali għar-reklamar politiku jirrikjedi bażi ġuridika differenti minn dik għar-reklamar kummerċjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jemmen li r-rekwiżit introdott reċentement minn Facebook fl-Istati Uniti, jiġifieri li l-identità, il-lok u l-isponsor tar-reklami politiċi jiġu vverifikati, huwa inizjattiva tajba li se tqawwi t-trasparenza u tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-indħil elettorali minn operaturi barranin; iħeġġeġ lill-kumpanija Facebook tintroduċi l-istess obbligi għar-reklamar politiku fl-Ewropa; jistieden lill-Istati Membri jaġġustaw il-liġijiet elettorali tagħhom b'dan l-effett;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jemmen li t-tfassil ta' profili għal finijiet politiċi u elettorali u t-tfassil ta' profili abbażi ta' mġiba online li jistgħu jiżvelaw preferenzi politiċi, bħal interazzjonijiet ma' kontenut politiku, safejn, skont id-dritt tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, jirreferu għal opinjonijiet politiċi jew filosofiċi, għandhom ikunu pprojbiti, u hu tal-fehma li l-pjattaformi tal-midja soċjali għandhom jagħmlu monitoraġġ u jinfurmaw attivament lill-awtoritajiet f'każ ta' okkorrenzi ta' tali mġiba; jemmen ukoll li t-tfassil tal-profili għal skopijiet politiċi u elettorali bbażat fuq data oħra, bħal fatturi soċjoekonomiċi jew demografiċi, għandu jiġi pprojbit; jistieden lill-partiti politiċi u lil atturi oħra involuti fl-elezzjonijiet biex joqogħdu lura milli jużaw it-tfassil ta' profili għall-finijiet politiċi u elettorali; jistieden lill-partiti politiċi jkunu trasparenti rigward l-użu li jagħmlu minn pjattaformi u data online;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Ifakkar fil-miżuri proposti mill-Kummissjoni Ewropea biex tiżgura elezzjonijiet Ewropej ħielsa u ġusti, b'mod partikolari l-emenda leġiżlattiva maħsuba biex tissikka r-regoli dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej, bil-previżjoni tal-possibbiltà li timponi sanzjonijiet finanzjarji għall-ksur tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data bil-għan li dak li jkun intenzjonalment jinfluwenza l-eżitu tal-elezzjonijiet Ewropej; ifakkar li l-ipproċessar ta' data personali mill-partiti politiċi fl-UE huwa soġġett għall-GDPR, u li l-ksur tal-prinċipji, id-drittijiet u l-obbligi koperti minn din il-liġi jirriżultaw f'multi u sanzjonijiet addizzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Iqis li l-indħil elettorali huwa riskju enormi għad-demokrazija, li l-indirizzar tiegħu jirrikjedi sforz konġunt li jinvolvi lill-fornituri tas-servizzi, lir-regolaturi, kif ukoll lil atturi u partiti politiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jilqa' l-pakkett ippreżentat mill-Kummissjoni fit-12 ta' Settembru 2018 dwar it-tħejjijiet għall-elezzjonijiet Ewropej;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Ifakkar fil-wegħda tal-kumpanija Facebook li tagħti lil akkademiċi u esperti indipendenti aċċess għad-data dwar l-allegata manipulazzjoni ta' voti, u jistenna li qabel tmiem l-2018 jiġi infurmat bil-konstatazzjonijiet ewlenin u bir-rimedji proposti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Jieħu nota tal-azzjonijiet meħuda minn Facebook fil-ġlieda kontra l-abbuż tad-data, inklużi d-diżattivazzjoni jew il-projbizzjoni ta' applikazzjonijiet li jkun hemm suspett li jkunu abbużaw mid-data tal-utenti; jistenna li Facebook taġixxi bil-ħeffa fuq rapporti ta' applikazzjonijiet suspettużi jew abbużivi, u li tipprevjeni minn qabel li tali applikazzjonijiet jitħallew jidħlu fuq il-pjattaforma;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.  Jenfasizza li l-pjattaformi tal-midja soċjali mhumiex sempliċement pjattaformi passivi li biss jiġbru flimkien kontenut iġġenerat mill-utenti, iżda li l-iżviluppi teknoloġiċi wessgħu l-ambitu u r-rwol ta' dawn il-kumpaniji bl-introduzzjoni ta' reklamar ibbażat fuq l-algoritmi u l-pubblikazzjoni tal-kontenuti; jikkonkludi li dan ir-rwol il-ġdid għandu jkun rifless fil-qasam regolatorju;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.  Jieħu nota, b'dispjaċir, li l-kumpanija Facebook ma kenitx lesta tibgħat membri tal-persunal li kellhom il-livell tekniku u r-responsabbiltà korporattiva xierqa biex jattendu s-seduti ta' smigħ, u jirrimarka li dan l-atteġġjament huwa ta' detriment għall-fiduċja taċ-ċittadini Ewropej fil-pjattaformi soċjali; jiddispjaċih li Mark Zuckerberg ma riedx jattendi seduta ta' smigħ pubbliku mal-Membri;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.  Jieħu nota li l-kumpanija Facebook mhux biss kisret il-fiduċja taċ-ċittadini tal-UE, iżda kisret ukoll id-dritt tal-UE, u jfakkar li matul is-seduti ta' smigħ, rappreżentant ta' Facebook ikkonferma li l-kumpanija kienet konxju li t-termini u l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni "This is your digital life" iddikjaraw li d-data miġbura mill-applikazzjoni setgħet tintbagħat lil partijiet terzi; jikkonkludi li Facebook konxjament daħlet f'kuntratt ma' żviluppatur tal-applikazzjonijiet li ħabbar apertament li jirriżerva d-dritt li jiżvela data personali lil partijiet terzi; jikkonkludi, barra minn hekk, li Facebook hija l-kontrollur tad-data personali, u għalhekk hija legalment responsabbli meta tidħol f'kuntratt ma' proċessur li jikser id-dritt tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">18.  Jieħu nota tat-titjib magħmul minn Facebook f'dak li għandu x'jaqsam mal-privatezza wara l-iskandlu ta' Facebook/Cambridge Analytica, iżda jfakkar li l-kumpanija wiegħdet awditu intern sħiħ li l-Parlament Ewropew għadu ma ġiex infurmat bih, u jirrakkomanda li Facebook jagħmel bidliet sostanzjali fil-pjattaforma tiegħu biex jiżgura l-konformità tiegħu mal-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">  Iħeġġeġ lill-kumpanija Facebook tippermetti u tabilita lill-ENISA u lill-EDPB, fil-limiti tal-mandati rispettivi tagħhom, iwettqu awditu sħiħ u indipendenti tal-pjattaforma tagħha u jippreżentaw il-konstatazzjonijiet ta' dan l-awditu lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Parlament Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali; jemmen li tali awditu għandu jsir anke għal pjattaformi kbar oħrajn;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">20.  Iħeġġeġ lill-pjattaformi tal-midja soċjali jimmarkaw il-kontenut kondiviż mill-bots u, jsegwu regoli trasparenti f'dan ir-rigward; iħeġġiġhom, barra minn hekk, iħaffu l-pass tal-proċess tat-tneħħija ta' kontijiet foloz u jottemperaw ruħhom mal-ordnijiet tal-qrati biex jagħtu d-dettalji ta' dawk responsabbli għall-ħolqien ta' kontenuti foloz jew diffamatorji;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">21.  Jistieden lill-pjattaformi online kollha li jipprovdu servizzi ta' reklamar lill-partiti u lill-kampanji politiċi biex, fi ħdan t-timijiet ta' appoġġ għall-bejgħ tagħhom, jinkludu membri tal-persunal speċjalizzati li jkunu kapaċi jagħtu pariri speċifiċi lill-partiti u lill-kampanji politiċi rigward it-trasparenza u r-responsabbiltà bi rbit ma' kif ma jħallux li d-data personali tintuża biex l-utenti jinġiebu fil-mira; jistieden lill-pjattaformi online kollha li jippermettu lix-xerrejja tar-reklamar jagħmlu ċerti għażliet biex jipprovdu parir legali dwar ir-responsabbiltajiet ta' dawk ix-xerrejja bħala kontrolluri konġunti tad-data, wara s-sentenza tal-QĠUE fil-kawża C-210/16;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">22.  Jistieden lill-pjattaformi online kollha biex jintroduċu b'urġenza l-miżuri ta' trasparenza previsti fir-rigward tar-reklamar politiku, li għandhom jinkludu l-konsultazzjoni dwar dawn l-għodod u l-evalwazzjoni tagħhom min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali inkarigati mill-osservazzjoni u mill-kontroll tal-elezzjonijiet; jinsisti li tali reklamar politiku u elettorali ma għandux isir fuq il-bażi ta' profili ta' utenti individwali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">23.  Jistieden lill-Istati Membri jadattaw ir-regoli elettorali dwar il-kampanji online, inklużi dawk dwar it-trasparenza rigward il-finanzjament, il-perjodi ta' silenzju, ir-rwol tal-midja u d-diżinformazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">24.  Jirrakkomanda li għandu jkun rekwiżit li jsiru awditi minn partijiet terzi wara l-konklużjoni ta' kampanji referendarji, biex jiżguraw li d-data personali fil-pussess tal-kampanja titħassar jew, jekk tkun inqasmet ma' ħaddieħor, li jkun inkiseb il-kunsens adegwat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">25.  Jistieden lill-kumpanija Facebook ittejjeb it-trasparenza tagħha b'tali mod li l-utenti jkunu jistgħu jifhmu kif u għaliex jistgħu jinġiebu fil-mira ta' partit politiku jew ta' kampanja politika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">26.  Huwa tal-fehma li l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data għandhom jingħataw finanzjament adegwat biex jiġmgħu l-istess għarfien tekniku espert li għandhom l-organizzazzjonijiet taħt l-iskrutinju tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data jingħataw ir-riżorsi umani, tekniċi u finanzjarji meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom b'mod effikaċi u biex jeżerċitaw is-setgħat tagħhom, kif jirrikjedi l-Artikolu 52 tal-GDPR. iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiskrutinizza l-Istati Membri bir-reqqa rigward l-obbligu tagħhom li jagħmlu dawn ir-riżorsi disponibbli, u jekk ikun meħtieġ, tagħti bidu għal proċeduri ta' ksur;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">27.  Ifakkar li l-kumpanija Facebook hija organizzazzjoni awtoċertifikata fil-qafas tat-Tarka tal-Privatezza UE-US, u li, bħala tali, ibbenefikat mid-deċiżjoni dwar l-adegwatezza bħala bażi legali għat-trasferiment ta' data personali mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti u għall-ipproċessar ulterjuri ta' dik id-data;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">28.  Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2018 dwar l-adegwatezza tal-protezzjoni mogħtija mit-Tarka tal-Privatezza UE-US u, fid-dawl tar-rikonoxximent min-naħa tal-kumpanija Facebook li seħħew vjolazzjonijiet maġġuri tal-privatezza, jistieden lill-awtoritajiet Amerikani inkarigati mill-infurzar tat-Tarka tal-Privatezza jaġixxu bla dewmien fuq dawn ir-rivelazzjonijiet, b'konformità sħiħa mal-assigurazzjonijiet u mal-impenji mogħtija rigward ir-rispett tal-arranġament tat-Tarka tal-Privatezza kurrenti u, jekk ikun hemm bżonn, ineħħu lil dawn il-kumpaniji mil-lista tat-Tarka tal-Privatezza; jilqa', f'dan ir-rigward, it-tneħħija ta' Cambridge Analytica mit-Tarka tal-Privatezza f'Ġunju 2018; jistieden ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-protezzjoni tad-data tal-UE jinvestigaw dawn ir-rivelazzjonijiet u, jekk ikun il-każ, jissospendu jew jipprojbixxu t-trasferimenti ta' data fil-qafas tat-Tarka tal-Privatezza; jistenna li l-FTC, bħala l-awtorità Amerikana responsabbli, tagħti sommarju dettaljat tal-konstatazzjonijiet tagħha lill-Kummissjoni ladarba tkun ikkonkludiet l-investigazzjoni tagħha dwar il-ksur tad-data li jinvolvi lil Facebook u lil Cambridge Analytica, u tieħu azzjoni ta' infurzar xierqa kontra l-kumpaniji involuti biex tipprovdi deterrent effikaċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">29.  Jiddispjaċih li l-iskadenza tal-1 ta' Settembru 2018 biex l-Istati Uniti jkunu konformi bis-sħiħ mat-Tarka tal-Privatezza ma ġietx irrispettata; iqis, għalhekk, li l-Kummissjoni naqset milli taġixxi f'konformità mal-Artikolu 45(5) tal-GDPR; għaldaqstant iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, fi qbil mar-Riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2018 dwar l-adegwatezza tal-protezzjoni mogħtija mit-Tarka tal-Privatezza UE-US, tissospendi t-Tarka tal-Privatezza sakemm l-awtoritajiet tal-Istati Uniti jikkonformaw mat-termini tagħha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">30.  Jieħu nota li l-abbuż ta' data personali jaffettwa d-drittijiet fundamentali ta' biljuni ta' nies madwar id-dinja; iqis li l-GDPR u d-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika jipprovdu l-ogħla standards ta' protezzjoni; jiddeplora d-deċiżjoni tal-kumpanija Facebook li twarrab lil 1,5 biljun utent f'pajjiżi terzi mill-protezzjoni mogħtija mill-GDPR u mid-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika; jikkontesta l-legalità ta' pass bħal dan; iħeġġeġ lill-pjattaformi online kollha japplikaw l-istandards tal-GDPR (u dawk tal-Privatezza Elettronika) fis-servizzi kollha tagħhom, irrispettivament minn fejn jiġu offruti, peress li standard għoli ta' protezzjoni tad-data personali qed jitqies dejjem aktar bħala vantaġġ kompetittiv kbir;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">31.  Jitlob li l-Kummissjoni Ewropea taġġorna u tqawwi r-regoli tal-kompetizzjoni biex jirriflettu r-realtà diġitali, u teżamina l-mudell kummerċjali tal-pjattaformi tal-midja soċjali u s-sitwazzjoni possibbilment monopolistika tagħhom, b'kunsiderazzjoni debita tal-fatt li tali sitwazzjoni tista' tkun preżenti minħabba l-ispeċifiċità tal-marka u l-ammont ta' data personali li tinżamm, aktar mill-preżenza ta' sitwazzjoni ta' monopolju tradizzjonali, u tieħu l-miżuri meħtieġa bħala rimedju; jitlob li l-Kummissjoni tipproponi emendi għall-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi li jirrikjedu wkoll li fornituri ta' komunikazzjonijiet over-the-top jagħmlu interkonnessjoni ma' oħrajn, biex jingħeleb l-effett ta' intrappolament tal-utenti tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">32.  Jitlob li l-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi l-oħra kollha tal-Unjoni Ewropea jivverifikaw li l-paġni tal-midja soċjali u l-għodod ta' analiżi u marketing li jużaw fis-siti web rispettivi tagħhom bl-ebda mod ma jqiegħdu f'riskju d-data personali taċ-ċittadini; jissuġġerilhom jevalwaw il-politiki tal-komunikazzjoni kurrenti tagħhom minn dik il-perspettiva, liema evalwazzjoni tista' twassal biex iqisu jekk għandhomx jagħlqu l-kontijiet Facebook tagħhom bħala kundizzjoni neċessarja għall-protezzjoni tad-data personali ta' kull individwu li jikkuntattjahom; jagħti istruzzjonijiet lid-dipartiment ta' komunikazzjoni tiegħu stess biex iżommu strettament mal-Linji Gwida tal-KEPD dwar il-protezzjoni tad-data personali pproċessata mis-servizzi web ipprovduti mill-istituzzjonijiet tal-UE<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span vertical-align="super"> </span><a text-decoration="none" href="https://edps.europa.eu/sites/edp/files/publication/16-11-07_guidelines_web_services_en.pdf" shape="rect"><span text-decoration="underline">https://edps.europa.eu/sites/edp/files/publication/16-11-07_guidelines_web_services_en.pdf</span></a></p>
</footnote>;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">33.  Iħeġġeġ lill-Kunsill itemm l-impass dwar ir-Regolament dwar il-Privatezza Elettronika, u fl-aħħar jilħaq qbil mal-Parlament Ewropew mingħajr ma jbaxxi l-livell ta' protezzjoni li tagħti llum id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika, sabiex jiġi żgurat li d-drittijiet taċ-ċittadini, b'mod partikolari dawk li jirrigwardaw il-protezzjoni tal-utenti kontra l-mira personalizzata fuqhom, jiġu mħarsa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">34.  Jitlob li l-Kummissjoni tagħmel awditu tal-attivitajiet tal-industrija tar-reklamar fuq il-midja soċjali u tipproponi leġiżlazzjoni f'każ li s-settur u l-partijiet ikkonċernati ma jirnexxilhomx jilħqu ftehim dwar Kodiċijiet ta' Mġiba volontarji li jkollhom miżuri dissważivi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">35.  Jistieden lill-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data fil-livell nazzjonali u f'dak Ewropew iwettqu investigazzjoni bir-reqqa dwar il-kumpanija Facebook u l-prattiki kurrenti tagħha, sabiex il-mekkaniżmu ta' konsistenza l-ġdid tal-GDPR ikun jista' jintuża b'mod affidabbli biex jistabbilixxi risposta xierqa u effiċjenti ta' infurzar Ewropew;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">36.  Jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri biex jindirizzaw ir-riskji għas-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni li jintużaw għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">37.  Huwa tal-fehma li l-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom ma' partijiet terzi, inklużi l-midja, il-pjattaformi online u l-fornituri tat-teknoloġija tal-informazzjoni, f'attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni maħsuba biex iqawwu t-trasparenza tal-elezzjonijiet u jibnu l-fiduċja fil-proċessi elettorali.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">38  Huwa tal-fehma li l-Istati Membri għandhom jinvestigaw b'urġenza, b'appoġġ mill-Eurojust jekk ikun hemm bżonn, dwar l-allegat abbuż tal-ispazju politiku online minn poteri barranin;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">39.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Istati Uniti tal-Amerka, lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-Kap Eżekuttiv ta' Facebook.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>