<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0484/2018</Ref><Date>17.10.2018</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara l-mistoqsija għal tweġiba orali <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2018-0410" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2018-0410">B8&#8209;0410/2018</ANCHOR></p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar it-trattament xieraq tal-annimali, l-użu tal-antimikrobiċi u l-impatt ambjentali tat-trobbija industrijali tat-tiġieġa tas-simna</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2018/2858(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="125023">Anja Hazekamp</Author>, <Author id="124863">Stefan Eck</Author>, <Author id="23699">Kateřina Konečná</Author>, <Author id="96735">Patrick Le Hyaric</Author>, <Author id="28586">Dimitrios Papadimoulis</Author>, <Author id="124736">Merja Kyllönen</Author>, <Author id="130833">Stelios Kouloglou</Author>, <Author id="96820">Marisa Matias</Author>, <Author id="125049">Maria Lidia Senra Rodríguez</Author>, <Author id="125047">Paloma López Bermejo</Author> </span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4277"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="102931">Keith Taylor</Author>, <Author id="190464">Thomas Waitz</Author>, <Author id="124848">Maria Heubuch</Author>, <Author id="96752">Martin Häusling</Author>, <Author id="96740">Yannick Jadot</Author>, <Author id="124797">Marco Affronte</Author>, <Author id="96743">Michèle Rivasi</Author>, <Author id="124693">Pascal Durand</Author>, <Author id="96648">Philippe Lamberts</Author>, <Author id="96868">Karima Delli</Author>, <Author id="96883">Eva Joly</Author>, <Author id="128588">Linnéa Engström</Author>, <Author id="183338">Jakop Dalunde</Author>, <Author id="28161">Margrete Auken</Author>, <Author id="96730">Sven Giegold</Author>, <Author id="96734">Ska Keller</Author>, <Author id="125003">Igor Šoltes</Author>, <Author id="26146">Florent Marcellesi</Author>, <Author id="4751">Bart Staes</Author>, <Author id="193292">Tilly Metz</Author>, <Author id="125214">Bronis Ropė</Author>, <Author id="24942">Ana Miranda</Author>, <Author id="185974">Jordi Solé</Author>, <Author id="2054">Heidi Hautala</Author>, <Author id="124993">Bodil Valero</Author>, <Author id="124816">Julia Reda</Author>, <Author id="96815">Judith Sargentini</Author>, <Author id="124942">Molly Scott Cato</Author>, <Author id="124935">Michel Reimon</Author>, <Author id="124818">Klaus Buchner</Author>, <Author id="96725">Bas Eickhout</Author> </span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4281"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp Verts/ALE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="97014">Karin Kadenbach</Author>, <Author id="96715">Pavel Poc</Author>, <Author id="124991">Jytte Guteland</Author>, <Author id="124836">Maria Noichl</Author>, <Author id="124970">Miriam Dalli</Author>, <Author id="124870">Jeppe Kofod</Author>, <Author id="1403">David Martin</Author>, <Author id="124963">Julie Ward</Author>, <Author id="5729">Kathleen Van Brempt</Author>, <Author id="125113">Miltiadis Kyrkos</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4280"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124779">Eleonora Evi</Author>, <Author id="125237">Marco Zullo</Author>, <Author id="124844">Piernicola Pedicini</Author>, Rosa D’Amato, <Author id="124831">Isabella Adinolfi</Author>, <Author id="124811">Laura Agea</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4276"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp EFDD</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE624.175v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0484/2018</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-trattament xieraq tal-annimali, l-użu tal-antimikrobiċi u l-impatt ambjentali tat-trobbija industrijali tat-tiġieġa tas-simna</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2018-2858" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2018-2858">2018/2858(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta' annimali miżmuma għal skopijiet ta' biedja<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2007/43/KE tat-28 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi regoli minimi għall-protezzjoni tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam ('Direttiva dwar il-Brojlers')<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 182, 12.7.2007, p. 19.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 543/2008 tas-16 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li jirrigwarda l-istandards għat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 157, 17.6.2008, p. 46.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tas-7 ta' April 2016 dwar l-impatt tas-selezzjoni ġenetika fuq il-benesseri tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2016-0182" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2016-0182">COM(2016)0182</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidrat l-istudju mill-Kummissjoni tal-21 ta' Novembru 2017 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2007/43/KE u l-iżvilupp ta' indikaturi tal-benesseri,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-13 ta' April 2018 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2007/43/KE  u l-effetti tagħha fuq il-benessri tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam, kif ukoll l-iżvilupp ta' indikaturi tal-benessri (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2018-0181" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2018-0181">COM(2018)0181</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 tal-24 ta' Settembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 303, 18.11.2009, p. 1.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2018 dwar Pjan ta' Azzjoni Ewropew Saħħa Waħda kontra r-Reżistenza għall-Antimikrobiċi (AMR)<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2018-0354" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2018-0354/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2018)0354</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, tad-19 ta' Diċembru 2013 dwar id-diversi metodi ta' sturdament għat-tjur (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2013-0915" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2013-0915">COM(2013)0915</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-istudju tal-Kummissjoni tad-9 ta' Novembru 2017 dwar it-tħejjija tal-aħjar prattiki rigward il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Istudju ta' fattibilità tal-Kummissjoni tas-26 ta' Jannar 2009 dwar l-ittikkettar tat-trattament xieraq tal-annimali u l-istabbiliment ta' Ċentru Komunitarju ta' Referenza għall-Ħarsien u t-Trattament Xieraq tal-Annimali (Parti 1: Ittikkettar tat-Trattament Xieraq tal-Annimali),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tat-28 ta' Ottubru 2009 dwar għażliet għall-ittikkettar tal-benessri tal-annimali u t-twaqqif ta' Netwerk ta' Ċentri ta' Referenza Ewropej għall-protezzjoni u l-benessri tal-annimali (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2009-0584" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2009-0584">COM(2009)0584</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ottubru 2009 bit-titlu "Rapport ta' valutazzjoni tal-impatt li jakkumpanja r-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar għażliet għall-ittikkettar tal-benessri tal-annimali u t-twaqqif ta' Netwerk ta' Ċentri ta' Referenza Ewropej għall-protezzjoni u l-benessri tal-annimali" (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/SEC-2009-1432" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/SEC-2009-1432">SEC(2009)1432</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali ('Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali')<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ('Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali ')<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Ewrobarometri Speċjali 270 u 450 dwar l-attitudnijiet taċ-ċittadini tal-UE lejn it-trattament xieraq tal-annimali u l-attitudnijiet tal-konsumaturi tal-UE lejn l-ittikkettar tal-prodotti tal-annimali skont il-metodu ta' produzzjoni,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet u r-rapporti xjentifiċi dwar l-implikazzjonijiet ta' saħħa u benesseri tas-selezzjoni ġenetika, it-trobbija, l-akkomodazzjoni ta' tiġieġ tas-simna u nissiela ta' tiġieġ tas-simna, kif ukoll l-indikaturi tat-trattament xieraq ibbażati fuq l-annimali u r-reżiljenza għall-istress tat-tiġieġ tas-simna ppubblikati mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) bi tweġiba għall-mistoqsijiet EFSA-Q-2012-01002<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> EFSA Journal 2013;11(7):3299.</p>
</footnote>, EFSA-Q-2012-00670<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> EFSA Supporting Publications 2012:EN-341.</p>
</footnote>, EFSA-Q-2011-00915<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> EFSA Supporting Publications 2012:EN-295.</p>
</footnote>, EFSA-Q-2009-00798<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> EFSA Journal 2010; 8(7):1670.</p>
</footnote>, EFSA-Q-2009-00504<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span vertical-align="super"> </span>EFSA Journal 2010; 8 (7):1666. </p>
</footnote>, EFSA-Q-2009-00505<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> EFSA Journal 2010; 8(7):1667.<span font-weight="bold"> </span></p>
</footnote>, EFSA-Q-2009-00796<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Rapport tekniku mressaq lill-EFSA mill-<span font-style="italic">Institut National de la Recherche Agronomique</span>, il-Grupp tax-Xjenzi tal-Annimali ta' Wageningen UR u l-<span font-style="italic">Agence Française de Sécurité Sanitaire</span> <span font-style="italic">des Aliments</span>, "Toward an Information System on Broiler Welfare: Genetic selection Aspects", 11 ta' Mejju 2010.</p>
</footnote>, EFSA-Q-2009-00797<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> EFSA Journal 2009; 7(12):1439.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet u r-rapporti xjentifiċi dwar ir-riskji għas-saħħa pubblika konnessi mal-preżenza ta' <span font-style="italic">Campylobacter spp</span> u s-<span font-style="italic">Salmonella spp.</span>. fil-produzzjoni tal-laħam tat-tiġieġ tas-simna ippubblikati mill-EFSA bi tweġiba għall-mistoqsijiet EFSA-Q-2008-293<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span vertical-align="super"> </span>EFSA Journal 2011; 9(7):2106.</p>
</footnote>, EFSA-Q-2009-00233<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span vertical-align="super"> </span>EFSA Journal 2011; 9(4):2105.</p>
</footnote>, EFSA-Q-2010-00687<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span vertical-align="super"> </span>EFSA Journal 2011; 9(2):2017.</p>
</footnote>, EFSA-Q-2008-416A<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span vertical-align="super"> </span>EFSA Journal 2010; 8(03):1503.</p>
</footnote>, EFSA-Q-2008-416B<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> EFSA Journal 2010; 8(8):1522.</p>
</footnote>, EFSA-Q-2008-469<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span vertical-align="super"> </span>EFSA Journal 2010; 8(1):1437.</p>
</footnote>, EFSA-Q-2006-040<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span vertical-align="super"> </span>Rapport tat-Task Force dwar il-Ġbir tad-Data fuq iż-Żoonosi dwar l-Analiżi tal-istħarriġ bażi dwar il-prevalenza ta' <span font-style="italic">Salmonella</span> f'qatgħat tal-brojlers tal-<span font-style="italic">Gallus gallus</span>, Parti A, <span font-style="italic">The EFSA Journal</span> (2007) 98, 1–85.</p>
</footnote>, EFSA-Q-2006-046<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span vertical-align="super"> </span>Rapport li jinkludi proposta għal skema ta' monitoraġġ armonizzata ta' reżistenza għall-antimikrobiċi fis-<span font-style="italic">Salmonella</span> fit-tjur (<span font-style="italic">Gallus gallus</span>), dundjani, u ħnieżer u <span font-style="italic">Campylobacter jejuni</span> u <span font-style="italic">C. coli</span> fit-tiġieġ tas-simna, <span font-style="italic">The EFSA Journal</span> (2007) 96, 1–46. 96, 1-46.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapport sommarju tal-Unjoni Ewropea dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi f'batterji żoonotiċi u batterji indikaturi mill-bniedem, l-annimali u l-ikel fl-2014 u l-2016, ippubblikat mill-EFSA u miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) bi tweġiba għall-mistoqsijiet EFSA-Q-2015-00088<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span vertical-align="super"> </span>EFSA Journal 2016; 14(2):4380.</p>
</footnote>, EFSA-Q-2016-00622<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span vertical-align="super"> </span>EFSA Journal 2018;16(2):5182.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar il-benesseri tal-annimali, l-użu tal-antimikrobiċi u l-impatt ambjentali tat-trobbija industrijali tat-tiġieġ tas-simna (<ANCHOR href="#reds:iMaQp/O-8-2018-000095" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iMaQp/O-8-2018-000095">O-000095/2018</ANCHOR> – <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2018-0410" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2018-0410">B8&#8209;0410/2018</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi kull sena jinqatlu madwar seba' biljun tiġieġa tas-simna għal għanijiet ta' ikel fl-Unjoni Ewropea<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span vertical-align="super"> </span>Eurostat, statistika dwar it-tbiċċir, l-ispeċijiet kollha, skont il-pajjiż, 2014.</p>
</footnote>;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-biċċa l-kbira tat-tiġieġ tas-simna jitrabbew f'sistemi ta' trobbija industrijali konvenzjonali, fejn jitrabbew għexieren ta' eluf<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span vertical-align="super"> </span>Germán Giner Santonja, Konstantinos Georgittzis, Bianca Maria Scalet, Paolo Montobijo, Serge Roudier, Luis Delgado Sancho, <span font-style="italic">Best Available Techniques (BAT) Reference Document for the Intensive Rearing of Poultry or Pigs</span>, 2017.</p>
</footnote> ta' tjur f'kundizzjonijiet ta' spazji ffullati, mingħajr aċċess għal arrikkimenti, spazju fil-beraħ jew dawl naturali, u b'konċentrazzjonijiet għoljin ta' gassijiet li jagħmlu l-ħsara; billi dawn il-kundizzjonijiet huma ta' ħsara għas-saħħa tal-annimali u tal-bniedem u jniġġsu l-ambjent;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi s-selezzjoni ġenetika tat-tiġieġ tas-simna għal tkabbir rapidu ġiet identifikata mill-EFSA bħala fattur ewlieni li jikkomprometti s-saħħa u t-trattament xieraq ta' dawn l-annimali, u hija responsabbli għal zappip, falliment kardjovaskolari u mortalità għolja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi inqas minn 5 % tat-tiġieġ tas-simna kollha fl-UE jappartjenu għal razez li jikbru bil-mod, li huma assoċjati ma' kwalità tal-ħajja aħjar u saħħa aħjar; billi 40 % tat-tiġieġ tas-simna jinżammu f'densitajiet ta' ħażna ta' bejn 34 u 39 kg/m², u 26 % oħra jinżammu f'densitajiet ta' ħażna ta' massimu ta' 42 kg/m², filwaqt li d-densità għandha tkun ta' anqas minn 33 kg/m² skont id-Direttiva 2007/43/KE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi, matul il-qatla, l-indikaturi tat-trattament xieraq tal-annimali previsti mid-Direttiva dwar il-Brojlers ta' spiss jintużaw b'mod insuffiċjenti u inkonsistenti madwar l-Istati Membri;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-miżuri robusti bbażati fuq l-annimali għat-trattament xieraq tat-tiġieġ tas-simna identifikati mill-EFSA<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> EFSA Journal 2012; 10(6):2767.</p>
</footnote> jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib tat-trattament xieraq tat-tiġieġ tas-simna fir-razzett, matul it-trasport u matul il-qatla;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-isturdament fl-ilma b'irbit ta' annimali meta jkunu għadhom ħajjin u inverżjoni tat-tiġieġ joħloq riskji serji u evitabbli għat-trattament xieraq tal-annimali, kif ukoll riskji għas-saħħa għall-ħaddiema; billi l-parametri elettriċi permessi attwalment jistgħu jikkawżaw lil numru sinifikanti ta' annimali li jkunu storduti b'mod inkorrett<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span vertical-align="super"> </span>Il-Kummissjoni Ewropea, Ħarsa ġenerali lejn ir-rapport tal-awditjar tal-FVO biex jiġu evalwati l-kontrolli uffiċjali tal-benesseri tal-annimali waqt il-qatla, imwettqa fl-Istati Membri fl-2016-2015.</p>
</footnote>;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi nirien fil-bini fejn jinżammu l-annimali qed isiru dejjem aktar komuni fl-Unjoni Ewropea;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi l-użu ta' sistemi ta' biedja u ta' razez tat-tiġieġ tas-simna li jippermettu livell ogħla ta’ trattament xieraq jista' jtejjeb ir-riżultati tas-saħħa u tat-trattament xieraq tal-annimali, u b'hekk jikkontribwixxi għal tnaqqis fil-ħtieġa ta' antimikrobiċi, filwaqt li jkompli jipprovdi prodotti ta' kwalità għolja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi livell baxx ta’ trattament xieraq ikkawżat mid-densitajiet tal-ħażna għoljin<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span vertical-align="super"> </span>Özcan Cengiz, Bekir Hakan Köksal, Onur Tatlı, Eren Kuter, Umair Ahsan, Gülşen Güven, Ömer Sevim, Sacit F Bilgili, Ahmet Gökhan Önol, "Supplemental boric acid does not prevent the development of footpad dermatitis in broilers subjected to high stocking density", <span font-style="italic">Poultry Science</span>, pey337, 14 ta' Awwissu 2018.</p>
</footnote> u mill-istress mis-sħana<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Lara, L.J., Rostagno, M.H., "Impact of Heat Stress on Poultry Production", <span font-style="italic">Animals</span>, 2013, 3, 356-369.</p>
</footnote> jista' jwassal għal żbilanċi ormonali, fiżjoloġiċi u immunoloġiċi u jagħmel lit-tiġieġ tas-simna aktar suxxettibbli għall-mard;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi r-relazzjoni bejn il-kundizzjonijiet ħżiena tat-trattament xieraq tal-annimali, is-sikurezza tal-ikel u l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali hija motivazzjoni sinifikanti għal tħassib dwar it-trattament xieraq tal-annimali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi l-preżenza ta' razez żoonotiċi ta' <span font-style="italic">Campylobacter spp.</span> u <span font-style="italic">Salmonella spp.</span> reżistenti għal diversi mediċini f'farms tat-tiġieġ tas-simna u fil-laħam tat-tiġieġ tas-simna tikkostitwixxi theddida dejjem ikbar għas-saħħa pubblika, kif irrappurtat mill-EFSA u mill-ECDC<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> EFSA Journal 2018;16(2):5182.<a text-decoration="none" href="file:///\\tradstudiopproj\PPROJ_WF$\WF_VE\Unit%20Projects\@REs\Project%205\en-GB\EFSA%20Journal%202018;16(2):5182." shape="rect"><span text-decoration="underline">\\tradstudiopproj\PPROJ_WF$\WF_VE\Unit Projects\@REs\Project 5\en-GB\EFSA Journal 2018;16(2):5182.</span></a></p>
</footnote>;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.  billi l-prattika tal-irmondar, li tikkonsisti fit-tneħħija ta' parti mill-qatgħa qabel tmiem il-perjodu tat-trobbija sabiex jiżdied il-piż tat-tiġieġ li jifdal, hija assoċjata ma' riskju ogħla b' 25 % ta' kontaminazzjoni tal-laħam tat-tiġieġ tas-simna mill-<span font-style="italic">Campylobacter spp.</span>, kif irrappurtat mill-EFSA<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> EFSA Journal 2010; 8(03):1503.</p>
</footnote>;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.  billi l-imfaqas u l-istokk ġenitur m'humiex inklużi fid-Direttiva dwar il-Brojlers u għalhekk mhumiex immonitorjati għas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, għalkemm il-kundizzjonijiet fl-imfaqas u tal-istokk ġenitur jinfluwenzaw is-saħħa u r-rati ta' mortalità fil-farms tat-tiġieġ tas-simna;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">O.  billi l-iktar Ewrobarometru speċjali reċenti dwar it-trattament xieraq tal-annimali juri li 'l fuq minn 50 % taċ-ċittadini Ewropej ifittxu informazzjoni dwar il-metodu ta' produzzjoni meta jixtru prodotti tal-annimali u jkunu lesti jħallsu aktar għal trattament xieraq tal-annimali ogħla; billi 'l fuq minn 80 % taċ-ċittadini Ewropej iridu li jissaħħaħ it-trattament xieraq tal-annimali fil-farms fl-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">P.  billi, skont ir-rapport tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ottubru 2009 (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2009-0584" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2009-0584">COM(2009)0584</ANCHOR>), l-għoti ta' aktar informazzjoni lill-konsumaturi dwar kif jitrabbew l-annimali fl-irziezet iżid it-trasparenza u jista' jippromwovi livell ogħla ta’ trattament xieraq fil-prattiki tal-biedja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">Q.  billi t-terminoloġija għall-ittikkettar tal-laħam tat-tjur permessa mill-istandards attwali tal-kummerċjalizzazzjoni tat-tjur hija volontarja u ma toffrix trasparenza sħiħa lill-konsumaturi dwar il-metodu ta' produzzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">R.  billi l-bdiewa tal-UE, kif ukoll l-NGOs, esprimew tħassib dwar l-impatti soċjali u ambjentali tal-importazzjonijiet ta' laħam tat-tiġieġ prodott b'mod irħis u ta' ttikkettar qarrieqi ta' laħam tat-tiġieġ ipproċessat fl-Unjoni Ewropea, iżda li joriġina minn pajjiżi terzi bħall-Ukraina;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jinsab imħasseb dwar iż-żieda ta' aġenti żoonotiċi reżistenti għal diversi mediċini li jinsabu tipikament fit-trobbija tat-tiġieġ tas-simna, bħall-<span font-style="italic">Campylobacter spp.</span>, is-<span font-style="italic">Salmonella spp.</span> u l-<span font-style="italic">E. coli</span><footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> EFSA Journal 2018;16(2):5182.</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
</footnote>;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa politiki biex tinkoraġġixxi l-użu ta' sistemi ta' trobbija alternattivi għat-tiġieġ tas-simna, b'referenza partikolari għal dawk li jużaw razez tradizzjonali u/jew tat-tiġieġ tas-simna li jippermettu livell ogħla ta' trattament xieraq;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-impatt fuq it-trattament xieraq tal-annimali tad-Direttiva dwar il-Brojlers wera l-predominanza ta' densitajiet ta' ħażna għoljin, ogħla mir-regola ġenerali ta' 33 kg/m², u ma żvela l-ebda titjib fir-rigward tal-parametri mmonitorjati, inklużi l-indikaturi tat-trattament xieraq li ħafna drabi jiġu applikati b'mod insuffiċjenti u inkonsistenti madwar l-Istati Membri;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw u jinfurzaw aħjar ir-regoli eżistenti dwar it-trattament xieraq tat-tiġieġ tas-simna;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa indikaturi robusti u vvalidati għat-trattament xieraq tat-tiġieġ tas-simna u l-istokk ġenitur, inkluża gwida għall-aħjar prattiki disponibbli għall-imfaqas, abbażi ta' opinjonijiet tal-EFSA u evidenza xjentifika u teknika assoċjata;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jistieden lill-Kummissjoni telimina b'mod gradwali t-trobbija ta' razez tat-tiġieġ li jikbru malajr b'rati ta' tkabbir estremi, li tikkomprometti t-trattament xieraq tat-tiġieġ tas-simna;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jeżaminaw il-possibbiltajiet li jkabbru l-proporzjon ta' tjur imrobbija fil-beraħ bil-għan li kull annimal ikollu mill-inqas aċċess regolari għad-dawl naturali u li jippermettulhom juru mġiba speċifika għall-ispeċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw il-problema ta' nirien fil-bini fejn jinżammu l-annimali billi jippromwovu l-aħjar prattiki u billi jintroduċu rekwiżiti ta' sikurezza kontra n-nirien li jiggarantixxu li l-annimali jistgħu jaħarbu mill-binjiet tagħhom f'każ ta' nirien;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi regoli sabiex telimina b'mod gradwali l-irbit ta' annimali meta jkunu għadhom ħajjin u l-inverżjoni ta' tiġieġ tas-simna kif ukoll l-isturdamenti fl-ilma, u minflok tippromwovi l-użu ta' metodi ta' sturdament umani u sanitarji effettivi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jistieden lill-EFSA tfassal opinjoni dwar il-prevalenza u l-fatturi ta' riskju għall-<span font-style="italic">Campylobacter spp.</span>, is-<span font-style="italic">Salmonella spp.</span> u l-<span font-style="italic">E. coli</span> b' potenzjal żoonotiku reżistenti għall-antimikrobiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jistieden lill-Kummissjoni tfassal pjan direzzjonali lejn sistemi ta' trobbija tat-tiġieġ tas-simna alternattivi u fuq skala żgħira li jiggarantixxu livell ogħla ta' trattament xieraq u/jew li jużaw razez tat-tiġieġ tas-simna tradizzjonali, filwaqt li tagħti attenzjoni partikolari lit-tnaqqis tal-prevalenza u tat-tixrid tal-aġenti żoonotiċi infettivi reżistenti għall-antimikrobiċi u t-tnaqqis fl-użu tal-antimikrobiċi li huma importanti għas-saħħa tal-bniedem, bi qbil mal-Pjan ta' Azzjoni Saħħa Waħda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi u r-regolamentazzjoni dwar il-prodotti mediċinali veterinarji;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-istandards ta' kummerċjalizzazzjoni tat-tjur u, sabiex tiżgura t-trasparenza għall-konsumaturi, tintroduċi, f'perjodu ta' żmien xieraq, ittikkettar obbligatorju tal-laħam tat-tiġieġ, il-prodotti u l-preparazzjonijiet tal-laħam skont il-metodu ta' produzzjoni (simili għas-sistema ta' ttikkettar tal-bajd), il-pajjiż ta' oriġini, it-trattament xieraq tal-annimali, l-effetti fuq is-saħħa u l-impatt ekoloġiku;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Jenfasizza li żdiedu l-importazzjonijiet ta' laħam tat-tiġieġ minn pajjiżi li għandhom standards ambjentali, soċjali, ta' sikurezza tal-ikel u ta' trattament xieraq tal-annimali iktar baxxi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-laħam tat-tiġieġ, il-prodotti u l-preparazzjonijiet tal-laħam importat ikunu ġew prodotti bi qbil mal-istandards ambjentali, soċjali, ta' sikurezza tal-ikel u tat-trattament xieraq tal-annimali tal-Unjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi d-Direttiva tal-Kunsill 2007/43/KE f'perjodu ta' żmien xieraq, tintroduċi indikaturi speċifiċi dwar it-trattament xieraq tal-annimali applikabbli għall-imfaqas u għall-protezzjoni ta' min irabbi t-tiġieġ tas-simna, tispeċifika firxa sħiħa ta' indikaturi tat-trattament xieraq obbligatorji u vvalidati għall-monitoraġġ tat-trattament xieraq tat-tiġieġ individwali fil-farms (inkluż l-istokk ġenitur) u matul il-qatla, skont l-Artikolu 21(8)(e) u l-Artikolu 96(b) tar-Regolament (UE) 2017/625, u tadotta standards imtejba ambjentali u ta' trobbija (inkluż l-użu ta' razez li jippermettu livell ogħla ta’ trattament xieraq, densitajiet ta' ħażna iktar baxxi mingħajr derogi, projbizzjoni fuq l-irmondar lil hinn minn avveniment wieħed għal kull qatgħa, l-għoti ta' arrikkimenti adegwati, aċċess għal biżżejjed dawl naturali u spazju fuq il-passiġġiera, u parametri ta' kwalità tal-arja aktar stretti);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>