<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0502/2018</Ref><Date>22.10.2018</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2018/2891(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="4334">Elena Valenciano</Author>, <Author id="28307">Francisco Assis</Author>, <Author id="97078">Ramón Jáuregui Atondo</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4280"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE624.198v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0502/2018</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2018-2891" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2018-2891">2018/2891(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela, b'mod partikolari dawk tas-27 ta' Frar 2014 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 285, 29.8.2017, p. 145.</p>
</footnote>, tat-18 ta' Diċembru 2014 dwar il-persekuzzjoni tal-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 294, 12.8.2016, p. 21.</p>
</footnote>, tat-12 ta' Marzu 2015 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 316, 30.8.2016, p. 190.</p>
</footnote>, tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 86, 6.3.2018, p. 101.</p>
</footnote>, tas-27 ta' April 2017 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela,<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 298, 23.8.2018, p. 137.</p>
</footnote> tat-8 ta' Frar 2018 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2018-0041" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2018-0041/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2018)0041</ANCHOR>.</p>
</footnote>, tat-3 ta' Mejju 2018 dwar l-elezzjonijiet fil-Venezwela<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2018-0199" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2018-0199/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2018)0199</ANCHOR>.</p>
</footnote> u tal-5 ta' Lulju 2018 dwar il-kriżi tal-migrazzjoni u s-sitwazzjoni umanitarja fil-Venezwela u fuq il-fruntieri tal-art tagħha mal-Kolombja u mal-Brażil<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2018-0313" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2018-0313/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2018)0313</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Karta Demokratika Inter-Amerikana adottata fil-11 ta' Settembru 2001,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-1 ta' Ottubru 2018 tal-esperti tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-kriżi tas-sistema tas-saħħa fil-Venezwela,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2018 dwar il-Venezwela,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tad-9 ta' Awwissu 2018 tal-portavuċi tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) dwar l-avvenimenti l-aktar reċenti li ġraw fil-Venezwela,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tad-9 ta' Ottubru 2018 tal-portavuċi tal-VP/RGħ dwar il-mewt tal-kunsillier muniċipali Fernando Albán fil-Venezwela,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Komunikat Konġunt tal-15 ta' Settembru 2018 tal-Grupp ta' Lima dwar il-Venezwela,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tas-27 ta' Settembru 2018 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-10 ta' Ottubru 2018 tal-Presidenti tas-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tiegħu dwar il-mewt ta' Fernando Albán,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi fl-20 ta' Awwissu 2018 il-Gvern Venezwelan vara pjan ekonomiku li ppreveda l-introduzzjoni ta' valuta ġdida, żvalutazzjoni monetarja qawwija, żieda fil-prezzijiet tal-fjuwil sa livelli tal-prezzijiet internazzjonali u żieda ta' 5 900 % tal-paga minima; billi dawn il-miżuri ekonomiċi reċenti aggravaw it-triq tan-niżla li qabdet l-ekonomija u għandhom impatt devastanti fuq l-SMEs;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi s-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fil-Venezwela qiegħda tkompli tmur għall-agħar anki minħabba l-impatt tas-sanzjonijiet internazzjonali; billi, skont il-Gvern Venezwelan, Euroclear iffriża l-assi pubbliċi sa EUR 1,2 biljun wara l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet finanzjarji internazzjonali; billi dawn il-fondi kienu allokati għax-xiri ta' mediċini u prodotti tal-ikel għall-pajjiż, li qiegħed ibati minn nuqqas ta' 90 % tal-mediċini, blackouts tal-elettriku frekwenti u kollass tas-servizzi pubbliċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi fit-8 ta' Frar 2018 il-Prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) ħabbar il-bidu ta' investigazzjoni preliminari dwar l-allegati delitti kommessi fil-Venezwela minn April 2017 'il hawn; billi ġie allegat li l-forzi ta' sigurtà għamlu spiss użu eċċessiv tal-forza biex jisparpaljaw u joħonqu d-dimostrazzjonijiet, kif ukoll arrestaw u żammew f'detenzjoni eluf ta' membri preżunti jew effettivi tal-oppożizzjoni, uħud minnhom sfaw, allegatament, vittma ta' abbużi u maltrattament gravi matul id-detenzjoni; billi ġie wkoll irrapportat li ċerti gruppi ta' dimostranti rrikorrew għal metodi vjolenti, li kkaġunaw il-feriment jew il-mewt ta' xi membri tal-forzi tas-sigurtà;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi, fis-27 ta' Settembru 2018, grupp ta' Stati partijiet tal-QKI, jiġifieri r-Repubblika Arġentina, il-Kanada, ir-Repubblika tal-Kolombja, ir-Repubblika taċ-Ċilì, ir-Repubblika tal-Paragwaj u r-Repubblika tal-Perù rreferew il-każ tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela lill-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-QKI; billi, skont l-Artikolu 14 tal-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, dawn l-Istati talbu lill-Prosekutur jagħti bidu għal investigazzjoni tad-delitti kontra l-umanità li allegatament ġew kommessi fit-territorju tal-Venezwela mit-12 ta' Frar 2014, bil-għan li jiġi stabbilit jekk xi ħadd (jew xi wħud) għandux ikun mixli li kkommetta dawn id-delitti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi, fit-28 ta' Mejju 2018, il-Kunsill adotta il-konklużjonijiet dwar l-appell tal-Venezwela għall-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet presidenzjali ġodda f'konformità mal-istandards demokratiċi rikonoxxuti f'livell internazzjonali u mill-ordinament kostituzzjonali tal-Venezwela; billi, fil-25 ta' Ġunju 2018, il-Kunsill Ewropew estenda l-lista ta' miżuri restrittivi għal total ta' 18-il ċittadin Venezwelan li jokkupaw karigi uffiċjali u li huma responsabbli minn vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll li mminaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela; billi dawn il-miżuri jinkludu l-projbizzjoni ta' vvjaġġar u l-iffriżar tal-assi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi, fl-4 ta' Awwissu 2018, il-President Maduro safa vittma ta' attakk bi droni waqt li kien qiegħed jitkellem f'avveniment li jfakkar il-81°anniversarju tal-armata nazzjonali; billi l-UE u l-Istati Membri tagħha "[jirrifjutaw] kull forma ta' vjolenza u [jistennew] li ssir investigazzjoni komprensiva u trasparenti tal-attakk bi droni [...] biex taċċerta l-fatti, fir-rispett sħiħ tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet tal-bniedem";</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi, wara l-attakk bi droni, Juan Requesens, membru tal-Assemblea Nazzjonali, u Fernando Albán, esponent tal-oppożizzjoni fil-kunsill muniċipali, ġew detenuti mis-servizzi sigrieti Venezwelani (SEBIN); billi Fernando Albán miet fit-8 ta' Ottubru 2018 waqt li kien miżmum f'kustodja għand is-SEBIN; billi l-komunità internazzjonali, inklużi s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Parlament Ewropew, talbu investigazzjoni bir-reqqa u indipendenti biex tiċċara ċ-ċirkostanzi ta' mewtu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi, skont il-Foro Penal, fil-pajjiż bħalissa hemm 183 priġunier politiku; billi Lorent Saleh, mexxej tal-istudenti detenut mill-2014 u attivista tal-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela, kif ukoll wieħed mir-rebbieħa tal-Premju Sakharov fl-2017, ġie liberat mill-Gvern Venezwelan fit-12 ta' Ottubru 2018 u awtorizzat imur Spanja biex jingħata kuri mediċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi l-Kunsill Elettorali Nazzjonali ffissa d-9 ta' Diċembru 2018 bħala d-data għall-elezzjoni tal-kunsilli muniċipali tal-pajjiż; billi l-Kunsill Elettorali Nazzjonali ħabbar li 37 partit politiku se jkunu awtorizzati joħorġu għal din l-elezzjoni: 21 partit nazzjonali, li minnhom ħamsa huma ġodda; 11-il partit reġjonali; u ħames partiti indiġeni; billi l-partiti politiċi ewlenin, Acción Democrática (AD), Primero Justicia (PJ), Un Nuevo Tiempo (UNT) u Voluntad Popular, mhumiex se jkunu awtorizzati jieħdu sehem;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi, fl-okkażjoni tal-aħħar laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-15 ta' Ottubru 2018, l-UE u l-Istati Membri tagħha tennew il-pożizzjoni b'saħħitha tagħhom fir-rigward tal-kriżi politika fil-Venezwela, u affermaw fl-istess ħin li l-unika soluzzjoni possibbli għall-kriżi attwali tal-pajjiż hija soluzzjoni politika demokratika; billi ġie deċiż li tkun eżaminata l-possibbiltà li jinħoloq grupp ta' kuntatt li l-objettiv tiegħu jkun dak li jippromwovi inizjattiva mmexxija b'mod konġunt mis-sħab reġjonali u internazzjonali prinċipali, bil-għan li jinħolqu kundizzjonijiet li jkunu jistgħu jwasslu għal proċess politiku;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li afferma l-pożizzjoni tiegħu dwar il-Venezwela, matul il-leġiżlatura attwali, fit-tmien riżoluzzjonijiet preċedenti, l-aħħar waħda minnhom tmur lura għall-5 ta' Lulju 2018 dwar il-kriżi tal-migrazzjoni u s-sitwazzjoni umanitarja fil-Venezwela u fuq il-fruntieri tal-art tagħha mal-Kolombja u mal-Brażil;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Itenni t-tħassib kbir tiegħu dwar il-vjolazzjonijiet ripetuti tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali fil-Venezwela u jesprimi solidarjetà maċ-ċittadini Venezwelani kollha; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Venezwelani jiżguraw li l-vjolazzjonijiet kollha tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk kontra ċ-ċivili, jintemmu minnufih u li d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kollha, inklużi l-libertà ta' espressjoni, il-libertà tal-istampa u l-libertà tal-għaqda, ikunu rispettati bis-sħiħ; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Venezwelani jirrispettaw l-istituzzjonijiet kollha eletti demokratikament, b'mod partikolari l-Assemblea Nazzjonali, jilliberaw lill-priġunieri politiċi kollha u jħarsu l-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jirrifjuta kull forma ta' vjolenza u jesprimi l-kondoljanzi tiegħu mal-familjari ta' Fernando Albán; ifakkar li huwa dmir tal-Istati jiggarantixxu s-sigurtà u l-integrità fiżika tal-persuni miżmuma f'kustodja u jsostni l-appelli favur investigazzjoni bir-reqqa u indipendenti biex tiċċara ċ-ċirkostanzi tal-mewt ta' Fernando Albán;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jinsab ferm inkwetat bil-fatt li s-sitwazzjoni umanitarja fil-Venezwela sejra għall-agħar, u kkawżat nuqqasijiet gravi ta' ikel u mediċini essenzjali kif ukoll fluss dejjem akbar u bla preċedenti ta' rifuġjati u migranti lejn il-pajjiżi ġirien u lil hinn; jitlob li jintlaħaq minnufih ftehim dwar pjan ta' aċċess umanitarju ta' emerġenza għall-pajjiż, u jistieden lill-awtoritajiet Venezwelani jippermettu b'urġenza l-għajnuna umanitarja mingħajr xkiel, u jagħtu aċċess lill-organizzazzjonijiet internazzjonali li jixtiequ jgħinu lill-pubbliku; jitlob li tkun implimentata malajr risposta fit-terminu qasir biex tkun miġġielda l-malnutrizzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jenfasizza r-rispett sħiħ għall-indipendenza tal-valutazzjoni tal-Prosekutur tal-QKI dwar jekk għandux japplika jew le l-Istatut ta' Ruma għall-bidu ta' investigazzjoni fil-każ tal-Venezwela; ifakkar fl-impenji tal-UE favur il-multilateraliżmu u r-rwol tal-QKI fil-ġlieda kontra l-impunità għal delitti gravi kontra l-umanità u biex dawk responsabbli jinġiebu quddiem il-ġustizzja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Isostni l-istrateġija dupliċi tal-UE fil-konfront tal-Venezwela, kif definita mill-VP/RGħ fil-15 ta' Ottubru 2018; jafferma mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu fir-rigward ta' dawk responsabbli mill-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u jsostni l-inizjattiva biex ikunu mnedija kuntatti esplorattivi mas-sħab reġjonali u internazzjonali, sabiex tkun eżaminata l-possibbiltà li jinħoloq grupp ta' kuntatt; ifakkar li l-unika soluzzjoni għall-kriżi tal-Venezwela hija soluzzjoni politika, demokratika u negozjata;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Itenni li l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet ġodda hija l-uniku mod biex tintradd il-leġittimità lill-istituzzjonijiet ewlenin tal-pajjiż; ifakkar li l-komunità internazzjonali mhijiex se taċċetta r-riżultati elettorali jekk il-mexxejja tal-oppożizzjoni jintbagħtu l-ħabs u lill-partiti politiċi jkunilhom projbit jieħdu sehem fl-elezzjonijiet; ifakkar fl-appell preċedenti tiegħu biex jiġu liberati l-priġunieri politiċi kollha u jitħarsu l-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Ifakkar li bagħat delegazzjoni mal-fruntieri tal-art Venezwelani mal-Kolombja u l-Brażil f'Mejju 2018 u jitlob li tintbagħat delegazzjoni <span font-style="italic">ad hoc</span> fil-Perù fl-2019 biex tivvaluta l-impatt tal-kriżi migratorja tal-Venezwela fuq il-post;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Gvern u lill-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana u lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>