<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0551/2018</Ref><Date>27.11.2018</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar l-Iskandlu Cum Ex: il-kriminalità finanzjarja u l-lakuni fil-qafas legali attwali</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2018/2900(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="1917">Markus Ferber</Author>, <Author id="28394">Dariusz Rosati</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4269"><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><span font-weight="normal">f'isem il-Grupp PPE</span></span></p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="114268">Nils Torvalds</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4279"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE631.544v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0551/2018</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-Iskandlu Cum Ex: il-kriminalità finanzjarja u l-lakuni fil-qafas legali attwali</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2018-2900" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2018-2900">2018/2900(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE tad-9 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">ĠU L 359, 16.12.2014, p. 1.</p>
</footnote> (DAC2),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/822 tal-25 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar l-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni fir-rigward ta' arranġamenti transkonfinali rapportabbli<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">ĠU L 139, 5.6.2018, p. 1.</p>
</footnote> (DAC6),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi t-terminu "cum ex" jirreferi għall-prattika tan-negozjar ta' ishma b'tali mod li tinħeba l-identità tas-sid reali u li ż-żewġ partijiet involuti jkunu jistgħu jitolbu ribassi fit-taxxa fuq il-gwadanji kapitali li tkun tħallset darba biss;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-Iskandlu tal-Cum Ex kien żvelat lill-pubbliku permezz ta' investigazzjoni kollaborattiva bejn għadd ta' kumpaniji tal-midja tal-aħbarijiet Ewropej li kienu jinvolvu 12-il pajjiż u 38 korrispondent;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi huwa rrappurtat li 11-il Stat Membru tilfu sa EUR 55,2 biljun fi dħul mit-taxxa bħala riżultat tal-iskema;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi l-iskemi cum ex għandhom uħud mill-karatteristiċi tal-frodi tat-taxxa, iżda ma jippreżentaw l-ebda evidenza ċara ta' ksur la tal-liġi nazzjonali u lanqas tal-liġi tal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi minn Settembru 2017, it-tieni Direttiva dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva (DAC2) tirrikjedi li l-Istati Membri tal-UE jiksbu informazzjoni mingħand l-istituzzjonijiet finanzjarji tagħhom u jiskambjawha mal-Istat Membru ta' residenza tal-kontribwenti fuq bażi annwali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi s-sitt Direttiva dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva (DAC6) tirrikjedi li kwalunkwe persuna li tfassal, tikkummerċjalizza, torganizza, tagħmel disponibbli għall-implimentazzjoni jew timmaniġġja l-implimentazzjoni ta' arranġament transfruntier rapportabbli, li jissodisfa karatteristiċi definiti minn qabel, tirrapporta dawk l-arranġamenti lill-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-mandat tal-Kumitat Speċjali dwar il-Kriminalità Finanzjarja, l-Evażjoni tat-Taxxa u l-Evitar tat-Taxxa (TAX3) espliċitament ikopri kwalunkwe żvilupp rilevanti fi ħdan il-kompiti tal-Kumitat li jitfaċċa matul il-mandat tiegħu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Huwa mħasseb serjament dwar it-telf irrappurtat pubblikament mid-dħul mit-taxxa tal-Istati Membri, li jammonta għal EUR 55,2 biljun skont stimi tal-midja , li huma daqqa ta' ħarta kbira għall-ekonomija tas-suq soċjali Ewropew;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jistieden lill-istituzzjonijiet rilevanti nazzjonali u tal-UE biex jinvestigaw jekk jistax jiġi stabbilit ksur tal-liġi nazzjonali jew tal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jissottolinja l-fatt li dawn ir-rivelazzjonijiet ma jaffettwawx l-istabilità tas-sistema finanzjarja tal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw b'mod effettiv l-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jistieden lill-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tad-DAC6 fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni b'relazzjoni ma' arranġamenti transfruntiera rapportabbli</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jistieden lill-Kumitat Speċjali TAX3 iwettaq il-valutazzjoni tiegħu stess dwar ir-rivelazzjonijiet Cum Ex u jinkludi r-riżultati u kwalunkwe rakkomandazzjoni rilevanti fir-rapport finali tiegħu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>