Dokument ta' sessjoni

 

A7-0077/2009

23.11.2009

*

RAPPORT

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea ta’ Volontarjat (2011)

( COM(2009)0254 – C7‑0054/2009 – 2009/0072(CNS) )

Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

Rapporteur: Marco Scurria

 

PR_CNS_art55am

 

 

Tifsira tas-simboli użati

       *     Proċedura ta' konsultazzjoni

              maġġoranza tal-voti mitfugħa

    **I     Proċedura ta' koperazzjoni (l-ewwel qari)

              maġġoranza tal-voti mitfugħa

  **II     Proċedura ta' koperazzjoni (it-tieni qari)

              maġġoranza tal-voti mitfugħa, sabiex tiġi approvata l-pożizzjoni komuni

              maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament, sabiex tiġi miċħuda jew emendata l-pożizzjoni komuni

   ***     Proċedura ta' kunsens

              maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament, apparti fil-każi msemmija fl-Artikoli 105, 107, 161 u 300 tat-Trattat KE u fl-Artikolu 7 tat-Trattat UE

  ***I     Proċedura ta' kodeċiżjoni (l-ewwel qari)

              maġġoranza tal-voti mitfugħa

 ***II     Proċedura ta' kodeċiżjoni (it-tieni qari)

              maġġoranza tal-voti mitfugħa, sabiex tiġi approvata l-pożizzjoni komuni

              maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament, sabiex tiġi miċħuda jew emendata l-pożizzjoni komuni

  ***III     Proċedura ta' kodeċiżjoni (it-tielet qari)

              maġġoranza tal-voti mitfugħa, sabiex jiġi approvat it-test konġunt

 

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-Kummissjoni.)

 

 

 

Emendi għal test leġiżlattiv

Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b' tipa grassa u korsiva. Fil-każ ta' atti li jemendaw, il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-Kummissjoni ma tkunx emendat, huma indikati b'tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...]. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tat-test leġiżlattiv li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f'verżjoni lingwistika minnhom). Il-korrezzjonijiet proposti huma suġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.

 

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  Error! Bookmark not defined.

NOTA SPJEGATTIVA................................................................Error! Bookmark not defined.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits..........................Error! Bookmark not defined.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali  Error! Bookmark not defined.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali.Error! Bookmark not defined.

PROĊEDURA.............................................................................Error! Bookmark not defined.

 

 

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea ta’ Volontarjat (2011)

( COM(2009)0254 – C7‑0054/2009 – 2009/0072(CNS) )

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill ( COM(2009)0254 ),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Parlament (C7-0054/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali ( A7-0077/2009 ),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Iqis li l-ammont indikattiv li jinsab fil-proposta leġiżlattiva għandu jkun kompatibbli mal-limiti tal-intestatura 3b tal-qafas finanzjarju pluriennali (MFF) 2007-2013 u jinnota li l-ammont annwali se jiġi deċiż mill-Awtorità Baġitarja fi ħdan il-proċedura baġitarja annwali;

3.  Jenfasizza li l-finanzjament ta' attivitajiet ġodda ma għandux jipperikola l-programmi eżistenti jew kwalunkwe inizjattiva oħra;

4.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

5.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa -1 (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1) It-Trattat jistabbilixxi ċittadinanza tal-Unjoni, li tikkomplementa ċ-ċittadinanza nazzjonali tal-Istati Membri u hija element importanti fit-tisħiħ u s-salvagwardjar tal-proċess tal-integrazzjoni Ewropea.

 

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa -1 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1a) L-inkoraġġiment ta' ċittadinanza attiva huwa element ta’ qofol fit-tisħiħ tal-koeżjoni u fl-iżvilupp tad-demokrazija u tal-irwol tal-Ewropa fid-dinja.

 

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa -1 b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1b) Is-“Sena Ewropea tal-Attivitajiet ta' Volontarjat li jippromwovu ċittadinanza attiva” ser tenfasizza li l-volontarjat huwa espressjoni ta’ qofol taċ-ċittadinanza attiva u tad-demokrazija, li tpoġġi fil-prattika valuri Ewropej bħas-solidarjetà u n-nondiskriminazzjoni u bħala tali jikkontribwixxi għall-iżvilupp armonjuż tas-soċjetajiet Ewropej.

 

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Il-Komunità u l-Istati Membri jimmiraw li jippromwovu l-iżvilupp tar-riżorsi umani bil-ħsieb ta' livell għoli ta' impjieg u billi jiġġieldu kontra l-esklużjoni soċjali.

(1) Il-Komunità u l-Istati Membri jimmiraw li jippromwovu l-iżvilupp tar-riżorsi umani bil-ħsieb ta' livell għoli ta' impjieg u billi jiġġieldu kontra l-esklużjoni soċjali billi jadottaw miżuri bil-għan li jtejbu l-għarfien, jiżviluppaw skambji ta' informazzjoni u l-aħjar prattiki, jippromwovu approċċi innovattivi u jevalwaw l-esperjenzi.

 

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-volontarjat jikkostitwixxi esperjenza mhux formali ta' tagħlim li tippermetti kemm l-iżvilupp tal-ħiliet u l-kompetenzi professjonali kif ukoll għamla ewlenija ta' parteċipazzjoni ċivika attiva. L-azzjonijiet imwettqa mill-volontiera ta' kull età huma kruċjali għall-iżvilupp ta' demokrazija, wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u jikkontribwixxu għall-iżvilupp tar-riżorsi umani u għal koeżjoni soċjali.

(3) L-attivitajiet tal-volontarjat jikkostitwixxu esperjenza mhux formali u rikka ta' tagħlim li tippermetti l-iżvilupp tal-ħiliet u l-kompetenzi professjonali u soċjali, tikkontribwixxi għas-solidarjetà u tikkostitwixxi għamla ewlenija ta' parteċipazzjoni ċivika attiva. Il-volontarjat jippromwovi u jinkuraġġixxi l-isħubija u ċ-ċittadinanza attiva, li tpoġġi fil-prattika l-valuri ewropej bħas-solidarjetà u n-non-diskriminazzjoni. L-azzjonijiet imwettqa mill-volontiera ta' kull età huma kruċjali għall-iżvilupp tad-demokrazija u b’mod partikulari tad-demokrazija parteċipattiva, wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Unjoni Ewropea u ’l barra minnha. L-attivitajiet tal-volontarjat għandhom il-potenzjal li jikkontribwixxu għat-tkabbir u għall-benesseri personali tal-individwi u għall-iżvilupp tas-soċjetajiet Ewropej f’dik li hija solidarjetà, inklużjoni soċjali u prosperità. Il-volontarjat u l-attivitajiet volontarji ma għandhomx, madankollu, jissostitwixxu x-xogħol imħallas, għalkemm l-ispejjeż tal-voluntiera għandhom jiġu rrimborsati b'mod adegwat.

 

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) It-terminu "attivitajiet ta' volontarjat" jirreferi għal kull xorta ta' attività ta' volontarjat, sew jekk formali, nonformali jew informali, u taħriġ professjonali, li persuna twettaq minn rajha, b'għażla u motivazzjoni tagħha stess, u mingħajr il-ħsieb ta' gwadann finanzjarju. Minnhom jibbenefikaw il-voluntier individwali, il-komunitajiet u s-soċjetà inġenerali. Huma wkoll mezz biex individwi u assoċjazzjonijiet jindirizzaw il-ħtiġijiet u l-preokkupazzjonijiet umani, soċjali u ambjentali, speċjalment meta huma mitluba jiffaċċjaw sitwazzjonijiet ta’ emerġenza li jistgħu jinvolvu lis-soċjetà inġenerali. Dawn l-attivitajiet spiss jitwettqu b'appoġġ għal xi organizzazzjoni li ma jkollhiex skop ta' qligħ jew għal xi inizjattiva bbażata fuq il-komunità. L-attivitajiet ta' volontarjat ma jissostitwixxux opportunitajiet ta' impjieg professjonali bi ħlas, iżda jżidu l-valur għas-soċjetà bis-saħħa tal-għanijiet soċjali u kulturali tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Tenfasizza l-irwol importanti tat-taħriġ professjonali fl-attivitajiet ta’ volontarjat. It-taħriġ professjonali għandu rwol importanti fit-tkabbir u l-benessri personali tal-individwi, u jagħti valur miżjud lis-soċjetà.

 

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) F'soċjetajiet li jinbidlu b'rata mgħaġġla teżisti l-ħtieġa li tiġi żgurata l-effettività ta' infrastruttura li tappoġġja l-volontarjat biex tippermetti lil aktar nies jimpenjaw ruħhom f'attivitajiet volontarji. Għalhekk importanti li jiġi appoġġjat it-tagħlim inter pares u l-iskambju tal-aqwa prassi fil-livell ta' Komunità.

(4) F'soċjetajiet li jinbidlu b'rata mgħaġġla teżisti l-ħtieġa li jiġi żgurat appoġġ effettiv u li jiġu implimentati miżuri għal attivitajiet ta' volontarjat biex jippermettu lil aktar nies jimpenjaw ruħhom fihom. Għalhekk importanti li jiġi appoġġjat it-tagħlim inter pares u l-iskambju u l-iżvilupp tal-aqwa prassi fil-livell Komunitarju, nazzjonali, reġjonali u lokali, inter alia billi jiġu stabbiliti sistemi effiċjenti ta' koperazzjoni u netwerking bejn l-organizzazzjonijiet tal-voluntiera, u speċjalment permezz tal-ħolqien ta’ portal tal-internet.

 

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Il-Konferenza Intergovernattiva tal-1997 adottat id-Dikjarazzjoni 38 dwar il-volontarjat, li kienet marbuta mal-att finali tat-Trattat ta' Amsterdam u għarfet il-kontribut magħmul mill-attivitajiet ta' servizz tal-volontarjat għall-iżvilupp ta' solidarjetà soċjali.

(5) Il-Konferenza Intergovernattiva tal-1997 adottat id-Dikjarazzjoni 38 dwar il-volontarjat, li kienet marbuta mal-att finali tat-Trattat ta' Amsterdam u għarfet il-kontribut magħmul mill-attivitajiet ta' servizz tal-volontarjat għall-iżvilupp tas-solidarjetà soċjali u għall-promozzjoni tal-volontarjat bejn il-ġenerazzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Il-persuni ta' età avvanzata qed jgħixu aktar u huma disposti jagħmlu l-volontarjat u jistgħu jaqsmu l-esperjenzi u l-kompetenzi tagħhom. Fil-kuntest tal-isfidi demografiċi li qed taffaċja l-UE, il-volontarjat bejn il-ġenerazzjonijiet se jkun kruċjali għall-promozzjoni tas-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet.

 

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-volontarjat huwa fil-mira ta' bosta programmi komunitarji li jiffukaw fuq il-mobilità tal-voluntiera, bħalma huwa l-programm ta' Iż-Żgħażagħ jieħdu Azzjoni, il-programm ta' Tagħlim li Jissokta matul il-Ħajja u l-programm L-Ewropa għaċ-Ċittadini.

(12) L-attivitajiet tal-volontarjat huma fil-mira ta' bosta programmi u netwerks komunitarji li jiffukaw fuq il-mobilità fl-attivitajiet volontarji għall-persuni ta’ kull età, bħalma huwa s-Servizz Ewropew tal-Volontarjat tal-programm ‘Iż-Żgħażagħ jieħdu Azzjoni’, il-programm ta' Tagħlim li Jissokta matul il-Ħajja u l-programm ‘L-Ewropa għaċ-Ċittadini’. Minħabba n-natura orizzontali tal-volontarjat, dan se joħloq sinerġiji bejn dawn il-programmi.

 

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Il-volontarjat huwa element essenzjali fil-promozzjoni taċ-ċittadinanza attiva, l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili u t-tisħiħ tas-solidarjetà.

 

Emenda  11

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Teżisti firxa kbira ta' attivitajiet ta' volontarjat madwar l-Ewropa kollha li għandha tiġi ppreservata u żviluppata b'mod ulterjuri.

(13) Teżisti firxa kbira u tradizzjoni twila ta' attivitajiet ta' volontarjat fl-Ewropa kollha li għandha tiġi mħarsa u żviluppata aktar, fost mezzi oħra permezz tal-ħolqien ta’ netwerk transkonfinali fost l-assoċjazzjonijiet tal-volontarjat fl-Istati Membri differenti biex tkun ipprovduta pjattaforma permanenti għall-iskambju tal-esperjenza u tal-aħjar prattiki.

 

 

Emenda  12

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Is-Sena Ewropea tal-Volontarjat għandha toffri opportunità li tinkuraġġixxi lill-Istati Membri biex joħolqu ċertezza legali għall-volontiera fir-rigward tal-istejtus legali tagħhom.

 

Emenda  13

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13 b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b) L-UE għandha rwol sinifikanti fil-promozzjoni, l-iżvilupp u l-appoġġ ta' attivitajiet volontarji madwar l-UE. Madankollu, huwa importanti li tiġi rrikonoxxuta u rrispettata d-diversità tal-volontarjat fi ħdan Stati Membri individwali.

 

 

Emenda  14

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Il-volontarjat għandu l-potenzjal li jikkontribwixxi għall-iżvilupp armonjuż tas-soċjetajiet Ewropej. Attivitajiet volontarji jikkostitwixxu esperjenza għanja ta’ tagħlim mhux formali li ssaħħaħ il-ħiliet u l-kompetenzi professjonali taż-żgħażagħ, tikkontribwixxi għall-kapaċità ta' dak li jkun biex jimpjega ruħu u għas-sens ta' solidarjetà, tiżviluppa kapaċitajiet soċjali, twitti t-triq għall-integrazzjoni fis-soċjetà, u trawwem il-parteċipazzjoni ċivika.

 

(14) Il-volontarjat għandu l-potenzjal li jikkontribwixxi għall-iżvilupp armonjuż tas-soċjetajiet Ewropej, jippromwovi l-inklużjoni soċjali, il-benessri soċjali, jiġġieled ir-razziżmu u l-preġudizzju u jikkontribwixxi għad-djalogu interkulturali u interreliġjuż.

Ġustifikazzjoni

Il-volontarjat jista’ jkollu wkoll rwol importanti fil-kontribut favur il-benessri soċjali, jgħin lill-persuni sabiex jibnu rabtiet u sens ta’ appartenenza fil-komunitajiet tagħhom.

Emenda  15

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Kull individwu għandu jitħalla jkun voluntier. Bil-ħsieb li jittejjeb l-iżvilupp u l-parteċipazzjoni individwali, ir-rifuġjati, l-immigranti residenti legalment u dawk li jitolbu ażil għandhom jingħataw dejjem aktar iċ-ċans li jkollhom irwol fl-attivitajiet ta’ volontarjat, l-aktar meta ma jistgħux jimpjegaw ruħhom.

 

Ġustifikazzjoni

Meta dawk li jitolbu ażil, filwaqt li jistennew ir-riżultat tal-proċess tat-talba għall-ażil tagħhom, jitħallew jagħmlu xogħol volontarju, ikun qed jinħoloq l-ispazju għall-iżvilupp individwali u għall-parteċipazzjoni fis-soċjetajiet Ewropej b’mod kostruttiv, li minnu jibbenefikaw kemm is-soċjetajiet Ewropej u r-rabtiet mal-pajjiżi tal-oriġini.

Emenda  16

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14 b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14b) L-attivitajiet volontarji jikkostitwixxu esperjenza għanja ta’ tagħlim mhux formali li ssaħħaħ il-ħiliet u l-kompetenzi professjonali, tikkontribwixxi għall-kapaċità ta' dak li jkun biex jimpjega ruħu billi tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol, tiżviluppa l-kapaċitajiet soċjali u tikkontribwixxi għat-tkabbir u l-benessri personali tal-individwi.

 

Ġustifikazzjoni

Jenfasizza r-rilevanza tal-volontarjat. L-attivitajiet tal-volontarjat jista’ jkollhom irwol importanti fit-tkabbir u l-benessri personali tal-individwi u jikkontribwixxu għat-tkabbir tal-ambjent Ewropew f’termini ta’ solidarjetà.

Emenda  17

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14 c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14c) Il-volontarjat jista’ jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-faqar u għall-kisba tal-iżvilupp soċjali u ekonomiku, permezz ta’ azzjonijiet imwettqa fl-Unjoni Ewropea u fil-pajjiżi terzi.

Ġustifikazzjoni

Il-volontarjat jista’ jikkontribwixxi għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku barra mill-UE, peress li ħafna Ewropej iwettqu attivitajiet ta’ volontarjat fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Minn perspettiva internazzjonali, il-volontarjat huwa espressjoni ta' solidarjetà mad-dinja li qed tiżviluppa u apprezzament tal-interdipendenza tal-komunitajiet kollha f'dinja dejjem iżjed globalizzata u tal-irwol li l-Ewropa għandha fiha.

 

Emenda  18

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14 d (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14d) Bħala parti mill-istrateġija tagħhom għar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva, min iħaddem jista’ jappoġġja l-attivitajiet ta' volontarjat.

 

Emenda  19

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Minkejja dan, il-potenzjal tal-volontarjat għadu ma ntlaħaqx kompletament. Sena Ewropea ta' Volontarjat għandha tipprovdi l-opportunità biex jintwera fil-kuntest Ewropew li l-volontarjat iżid il-parteċipazzjoni ċivika. Hija tista' tgħin biex trawwem sens ta' appartenenza u ta' impenn taċ-ċittadini għas-soċjetà tagħhom fil-livelli kollha — lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej.

(15) Minkejja dan, il-potenzjal tal-volontarjat għadu ma ntlaħaqx kompletament. Barra minn hekk, fuq livell Ewropew, il-ħidma ta’ dawk li huma voluntiera fil-ħin liberu tagħhom s’issa ma ġiex rikonoxxuta formalment. Sena Ewropea ta' Volontarjat għandha għaldaqstant tipprovdi l-opportunità biex jintwera fil-kuntest Ewropew li l-volontarjat iżid il-parteċipazzjoni ċivika. Hija tista' tgħin biex trawwem fost iċ-ċittadini sens ta' appartenenza u ta' impenn għas-soċjetà tagħhom fil-livelli kollha –lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej - u biex tinkuraġġixxi lill-Istati Membri jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni, u tagħmilha possibbli għar-residenti barranin, inklużi dawk li jitolbu ażil, f’kull Stat Membru biex jaħdmu bħala voluntiera għall-organizzazzjonijiet mingħajr għan ta' profitt jew biex jagħmlu xogħol mingħajr ħlas.

 

Emenda  20

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) L-Istati Membri għandhom jitħeġġu sabiex inaqqsu kemm jista’ jkun ir-restrizzjonijiet burokratiċi li jxekklu lill-voluntiera fit-twettiq tal-attivitajiet ta’ volontarjat.

 

Emenda  21

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Is-Sena Ewropea ta' Volontarjat għandha tenfasizza l-irwol ewlieni li għandhom l-attivitajiet volontarji, filwaqt li fl-istess ħin tfakkar lill-Istati Membri li din m’għandha tintuża la bħala mezz li jissodisfa l-bżonnijiet bażiċi li normalment jiġu sodisfati mis-servizzi soċjali u lanqas biex jissostitwixxu l-azzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi.

Ġustifikazzjoni

L-awtoritajiet pubbliċi m’għandhomx ikunu jistgħu jagħmlu użu mix-xogħol volontarju bħala alternattiva rħisa għall-qadi ta’ dmirijiet li, bi prinċipju, għandu jsir mis-servizzi u l-amministrazzjonijiet tagħhom.

 

Emenda  22

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Is-Sena 2011 se tkun l-għaxar Anniversarju tas-Sena Internazzjonali tal-Volontarjat 2001 tan-Nazzjonijiet Uniti.

(16) Il-5 ta’ Diċembru huwa l-Jum Internazzjonali tal-Volontarjat u s-Sena 2011 se tkun l-għaxar Anniversarju tas-Sena Internazzjonali tal-Volontarjat 2001 tan-Nazzjonijiet Uniti.

 

Emenda  23

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Apparti r-rwol soċjali tiegħu, il-volontarjat għandu rwol ekonomiku u jagħti kontribut sinifikanti lill-ekonomija.

Ġustifikazzjoni

Aktar minn 31 pajjiż diġà juża l-Manwal tan-Nazzjonijiet Uniti - pereżempju l-Istati Uniti, il-Kanada, ir-Repubblika Ċeka, il-Belġju eċċ... . Il-Manwal huwa rrikonoxxut bħala għodda ta' statistika fil-kejl tal-kontribut li s-Settur Mingħajr Skop ta' Profitt jagħmel fil-Prodott Gross Domestiku (bejn 5 u 8% tal-GDP).

 

Emenda  24

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16 b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16b) Il-volontarjat għandu rwol ewlieni fl-ambjent u fil-protezzjoni ċivili u l-kontribut tiegħu jeħtieġ li jkun rikonoxxut u appoġġjat fl-oqsma kollha, speċjalment fi ħdan id-demokraziji l-ġodda tal-UE.

 

Emenda  25

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16 c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16c) Ir-rikonoxximent tal-volontarjat bħala attività xierqa li permezz tagħha jinkisbu kompetenzi u ħiliet, pereżempju permezz tal-YOUTHPASS, li huwa marbut mal-EUROPASS, jiżgura li l-volontarjat ma jitqiesx bħala alternattiva għat-taħriġ formali iżda jikkomplimentah u wkoll jiffaċilita l-mobilità tal-voluntiera.

 

Emenda          26

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16 d (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16d) Ir-rikonoxximent tal-kontribut tal-ħin volontarju bħala kompliment għall-finanzjament (kontribuzzjonijiet in natura) għall-proġetti Ewropej u nazzjonali jkun rikonoxximent tanġibbli tal-valur tal-isforz tal-voluntier u jiffaċilita l-organizzazzjonijiet volontarji fit-twettiq tal-attivitajiet tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Il-kwistjoni reali għal ħafna gruppi ta' volontarji hija l-bżonn ta' ġbir ta' fondi sabiex jiġu involuti f'attivitajiet volontarji. Din toħloq barriera għall-voluntiera nfushom u f'xi każijiet għall-organizzazzjonijiet li jkunu mistennija jikkontribwixxu. L-użu tal-ħin tal-voluntiera bħala mezz biex jitqabbel il-finanzjament fil-proġetti nazzjonali u tal-UE, jiffaċilita ħafna l-ħidma ta' ħafna voluntiera.

 

 

Emenda  27

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sena 2011 se tkun iddedikata bħala "Is-Sena Ewropea tal-Volontarjat" (minn hawn 'il quddiem "Is-Sena Ewropea").

Is-sena 2011 se tkun iddikjarata bħala "Is-Sena Ewropea tal-Attivitajiet tal-Volontarjat li jippromwovu ċittadinanza attiva" (minn hawn 'il quddiem "Is-Sena Ewropea").

 

(Din l-emenda tappilka għat-test leġiżlattiv kollu. Sabiex tiġi adottata huwa meħtieġ li jsiru bidliet korrispondenti f'kull parti.)

 

Emenda  28

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-iskop globali tas-Sena Ewropea se jkun li jitħeġġu u jiġu appoġġjati - notevolment permezz ta' skambju tal-esperjenza u l-prassi t-tajba - l-isforzi magħmula mill-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u s-soċjetà ċivili biex joħolqu l-kundizzjonijiet li jwasslu għall-volontarjat fl-Unjoni Ewropea.

L-iskop globali tas-Sena Ewropea se jkun li jitħeġġu u jiġu appoġġjati - notevolment permezz ta' skambju tal-esperjenza u l-prassi t-tajba u l-promozzjoni ta' approċċi innovattivi u tal-evalwazzjoni tal-esperjenzi – l-isforzi magħmula mill-Unjoni Ewropea, mill-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, biex joħolqu l-kundizzjonijiet għas-soċjetà ċivili li jwasslu għall-volontarjat fl-Unjoni Ewropea u sabiex tiżdied il-viżibilità u tiġi promossa l-importanza tal-attivitajiet tal-volontarjat fl-Unjoni Ewropea.

 

Emenda  29

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Issir ħidma għal ambjent li jiffaċilita l-volontarjat fl-UE - Li l-volontarjat jiġi stabbilit bħala parti mill-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ċivika u tal-attivitajiet min-nies għan-nies fil-kuntest tal-UE.

1. Issir ħidma għal ambjent li jiffaċilita l-volontarjat fl-UE - li l-volontarjat jiġi stabbilit bħala parti mill-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ċivika, tas-sħubija u tal-attivitajiet min-nies għan-nies fil-kuntest tal-UE.

Ġustifikazzjoni

 

Is-Sena Ewropea ta' Volontarjat għandha tafferma mill-ġdid il-kunċett essenzjali tas-sħubija, bil-ħsieb ta' koperazzjoni permanenti bejn l-amministrazzjonijiet fil-livelli kollha u l-organizzazzjonijiet tal-voluntiera.

 

Emenda  30

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jissawru bis-setgħa organizzazzjonijiet tal-volontiera u tittejjeb il-kwalità tal-volontarjat - Biex jiġi ffaċilitat il-volontarjat u biex jitħeġġu n-netwerking, il-mobilità, il-kooperazzjoni u s-sinerġiji bejn l-organizzazzjonijiet tal-volontarjat u setturi oħra fil-kuntest tal-UE.

2. L-organizzazzjonijiet tal-volontiera jingħataw is-setgħa fir-rigward tal-objettivi, prijoritajiet u l-awtonomija tagħhom, u tittejjeb il-kwalità tal-volontarjat - biex jiġi promoss il-volontarjat u l-aċċess tal-organizzazzjonijiet tal-volontarjat għal finanzjament adegwat u sostenibbli: billi jitħeġġu n-netwerking, il-mobilità, il-kooperazzjoni u s-sinerġiji bejn l-organizzazzjonijiet tal-volontarjat u setturi oħra mingħajr skop ta’ profitt fil-kuntest tal-UE; billi jitħeġġu inizjattivi f’istwazzjonijiet ta’ emerġenza umana jew ambjentali, kemm f’terminu tal-prevenzjoni tagħhom u tal-mod kif jiġu indirizzati, kif ukoll billi l-voluntiera jiġu mħarrġa jieħdu azzjoni effettiva meta jħabbtu wiċċhom ma’ każijiet urġenti; u billi tingħata l-possibilità li l-ħidma tal-volontarjat tiġi stabbilita f’sura permanenti. Id-dmir ta' diliġenza li l-organizzazzjonijiet tal-voluntiera għandhom lejn il-voluntiera tagħhom għandu jiġi stabbilit fil-liġi u għandu jinkludi protezzjoni adegwata permezz ta' assikurazzjoni, miżuri tas-saħħa u tas-sikurezza, u taħriġ.

 

Emenda  31

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Jiġu ppremjati u rikonoxxuti l-attivitajiet ta' volontarjat - Biex jitħeġġu inċentivi xierqa għall-individwi, il-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet tal-iżvilupp tal-volontarjat u biex jintrebaħ aktar għarfien sistematiku għall-volontarjat fil-livell tal-UE minn min ifassal il-politika, mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u minn min iħaddem għal ħiliet u kompetenzi żviluppati permezz tal-volontarjat.

3. Jiġu ppremjati u rrikonoxxuti l-attivitajiet ta' volontarjat - biex jitħeġġu inċentivi xierqa għall-individwi, il-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet tal-iżvilupp tal-volontarjat – inkluż li l-voluntiera jkunu koperti kif xieraq fir-rigward tas-saħħa u tas-sikurezza permezz ta' assikurazzjoni għall-inċidenti u għar-responsabilità personali waqt l-eżerċiżju tal-ħidma volontarja tagħhom, li jkun hemm għarfien effettiv tal-ħiliet li l-voluntiera jiksbu permezz tal-validazzjoni tal-esperjenza tagħhom, u għarfien tal-ekwivalenza għall-finijiet ta' taħriġ u tiftix ta’ impjieg - u biex jintrebaħ aktar għarfien sistematiku għall-volontarjat fil-livell tal-UE minn min ifassal il-politika, mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u minn min iħaddem għal ħiliet u kompetenzi żviluppati permezz tal-volontarjat.

 

Emenda  32

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 3 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Jinkoraġġixxu s-solidarjetà internazzjonali u Ewropea permezz tal-promozzjoni tal-paċi, tal-kollaborazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar, il-ħarsien tal-ambjent, kif ukoll l-għarfien tal-ekonomija soċjali bbażata fuq is-solidarjetà permezz tal-volontarjat;

Ġustifikazzjoni

Peress li l-promozzjoni tal-volontarjat tirrifletti volontà tat-tisħiħ fil-koeżjoni soċjali kemm fil-livell lokali kif ukoll Ewropew, u saħansitra internazzjonali, il-promozzjoni għandha tiffavorixxi s-solidarjetà bejn il-popli u l-individwi.

 

Emenda  33

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Jitqajjem għarfien tal-opinjoni pubblika dwar il-valur u l-importanza tal-volontarjat - Biex jitqajjem għarfien ġenerali tal-opinjoni pubblika dwar l-importanza tal-volontarjat bħala espressjoni tal-parteċipazzjoni ċivika u eżempju ta' attività min-nies għan-nies li tikkontribwixxi għal kwistjonijiet li huma ta' interess komuni tal-Istati Membri kollha, bħalma huma żvilupp armonjuż tas-sċjetà u koeżjoni ekonomika

4. Jitqajjem għarfien tal-opinjoni pubblika dwar il-valur u l-importanza tal-volontarjat - biex jitqajjem għarfien ġenerali tal-opinjoni pubblika dwar l-importanza tal-volontarjat bħala espressjoni tal-parteċipazzjoni ċivika u eżempju ta' attività min-nies għan-nies li tikkontribwixxi għal kwistjonijiet li huma ta' interess komuni għall-Istati Membri kollha, bħalma huma żvilupp armonjuż tas-soċjetà u l-koeżjoni ekonomika u soċjali, u biex jiġu promossi attivitajiet ta’ volontarjat bil-għan li jsiru aktar attraenti għaċ-ċittadini, u b’hekk ikunu jistgħu jinvolvu ruħhom f’attivitajiet ċiviċi.

 

Emenda  34

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 4 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Titfassal White Paper dwar il-Volontarjat – biex jitrawwem ambjent li jiffaċilita l-volontarjat fl-UE.

 

Emenda  35

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 4 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b. Jiġi promoss l-għarfien tas-suċċess tal-volontarjat kemm fi ħdan l-Istati Membri kif ukoll bejniethom, sabiex ikun żgurat li l-prassi t-tajba u l-istrateġiji ta’ volontarjat b’suċċess jistgħu faċilment jinxterdu madwar l-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Element importanti tas-Sena Ewropea għandu jkun li jiġi żgurat li s-suċċessi tal-volontarjat jistgħu jiġu replikati fir-reġjuni u l-pajjiżi differenti kollha tal-Unjoni Ewropea.

 

Emenda  36

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 2 għandhom jinkludu l-attivitajiet li ġejjin f'livell Komunitarju, nazzjonali, reġjonali jew lokali marbuta mal-għanijiet tas-Sena Ewropea:

1. Il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 2 għandhom jinkludu l-attivitajiet li ġejjin f'livell Komunitarju, nazzjonali, reġjonali jew lokali marbuta mal-għanijiet tas-Sena Ewropea:

• l-iskambju tal-esperjenza u tal-prassi t-tajba;

• l-iskambju tal-esperjenza u tal-prassi t-tajba, b'mod partikulari permezz ta' sistemi effiċjenti ta' koperazzjoni u ta' netwerking bejn l-organizzazzjonijiet tal-volontarjat;

• it-tixrid ta' riżultati ta' studji u riċerka relatata;

 

• il-konferenzi, l-okkażjonijiet u l-inizjattivi biex jippromwovu d-diskussjoni u jqajmu għarfien tal-opinjoni pubblika dwar l-importanza u l-valur tal-volontarjat u biex jonoraw l-isforzi tal-volontiera;

• il-konferenzi, l-okkażjonijiet u l-inizjattivi biex jippromwovu d-djalogu, approċċi innovattivi u l-evalwazzjoni tal-esperjenzi. It-tqajjim tal-kuxjenza dwar l-importanza u l-valur tal-volontarjat u l-promozzjoni ta’ netwerks transnazzjonali li għandhom l-għan li jkun hemm dibattitu attiv;

• kampanji ta' tagħrif u ta' promozzjoni biex jinxterdu l-messaġġi ewlenin.

• kampanji ta' tagħrif u ta' promozzjoni biex jinxterdu l-messaġġi ta’ qofol, fost l-oħrajn permezz tal-użu ta’ midja ġdida u l-internet u l-ħolqien ta’ portal Ewropew biex jinkiseb dan;

 

• it-twaqqif ta’ bażi ta’ data online Ewropea tal-atturi, organizzazzjonijiet u partijiet interessati involuti f’qasam partikulari tal-volontarjat, inklużi kemm il-proġetti tagħhom li huma lesti u dawk li għadhom għaddejjin, kif ukoll l-inizjattivi tagħhom tal-ġejjieni, bil-għan li jkun hemm netwerking u komunikazzjoni aħjar bejniethom.

 

• il-promozzjoni tal-użu tal-ħin iddedikat għall-attivitajiet tal-volontarjat bħala mezz biex jitqabbel il-finanzjament għall-proġetti Ewropej;

 

Emenda  37

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-korp imsemmi qabel jinvolvi kif xieraq firxa wiesgħa ta' partijiet interessati fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali.

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-korp imsemmi qabel jinvolvi kif xieraq firxa wiesgħa ta' partijiet interessati fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, b’mod partikulari meta jkun qed ifassal il-programm nazzjonali ta’ ħidma u l-miżura/miżuri nazzjonali matul is-Sena Ewropea kollha. Il-fondi maħsuba biex jintlaħqu l-objettivi tas-Sena għandhom jingħataw lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li huma involuti direttament f’attivitajiet u f’ħidma tal-volontarjat. Trid tingħata attenzjoni speċjali f’kull programm nazzjonali għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi, inter alia billi jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzjament għall-assoċjazzjonijiet żgħar b’riżorsi limitati.

Ġustifikazzjoni

Sabiex il-fondi jintużaw bl-aħjar mod huma għandhom jingħataw mill-entità ta’ koordinazzjoni nazzjonali direttament lill-organizzazzjonijiet li jaħdmu bil-voluntiera u jwettqu attivitajiet tal-volontarjat.

 

Emenda  38

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni għandhom jiġu assoċjati fl-attivitajiet.

L-Istati Membri, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni għandhom jiġu assoċjati mill-qrib fl-attivitajiet sabiex jintlaħaq il-valur miżjud li jippreżenta l-iskambju tal-aqwa prattiki fuq livell Komunitarju, inkluż bejn l-istituzzjonijiet tal-UE.

 

Emenda  39

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-baġit għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011 huwa EUR 6 000 000.

1. Il-baġit għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011 huwa ta’ EUR 10 000 000.

 

Emenda 40

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju.

2. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju, mingħajr ma jitnaqqas il-finanzjament ta' programmi jew attivitajiet oħra fl-intestatura 3b.

 

Emenda  41

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet tas-Sena Ewropea, il-Kummissjoni tista' tikkoopera mal-organizzazzjonijiet internazzjonali xierqa, b'mod partikolari n-Nazzjonijiet Uniti u l-Kunsill tal-Ewropa, filwaqt li tieħu ħsieb li tiżgura l-viżibilità tal-parteċipazzjoni tal-UE.

Għall-finijiet tas-Sena Ewropea, il-Kummissjoni tista' tikkoopera mal-organizzazzjonijiet internazzjonali xierqa, b'mod partikolari n-Nazzjonijiet Uniti u l-Kunsill tal-Ewropa, filwaqt li tieħu ħsieb li tiżgura l-viżibilità tal-parteċipazzjoni tal-UE, u tista’ wkoll tieħu azzjoni sabiex tistimula organizzazzjonijiet internazzjonali oħra sabiex isaħħu d-dimensjoni tal-volontarjat madwar id-dinja. B’kooperazzjoni ma’ dawn l-organizzazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tippromwovi programmi għall-volontarjat internazzjonali immirati sabiex jinkuraġġixxu l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-qasam tal-volontarjat f’pajjiżi terzi.

 

Emenda 42

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri għandha tiżgura li l-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jkunu konsistenti ma' skemi u inizjattivi Komunitarji, nazzjonali, u reġjonali li jgħinu l-kisba tal-għanijiet tas-Sena Ewropea.

Il-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri għandha tiżgura li l-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jkunu konsistenti ma' programmi u azzjonijiet Komunitarji u skemi u inizjattivi nazzjonali u reġjonali li jgħinu l-kisba tal-għanijiet tas-Sena Ewropea, u għandhom jikkumplimentawhom.

 

Emenda  43

Proposta għal deċiżjoni

Anness – punt A – punt 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kampanji ta’ tagħrif u ta’ promozzjoni jinkludu:

1. Il-kampanji ta’ tagħrif u ta’ promozzjoni jinkludu:

• okkażjonijiet u forums ta' viżibilità għolja għall-iskabju tal-esperjenza u l-prassi t-tajba;

• okkażjonijiet u forums ta' viżibilità għolja għall-iskabju tal-esperjenza u l-prassi t-tajba, bi prijorità għall-programmi ta' ġemellaġġ u ta' mobilità, bis-sehem tal-organizzazzjonijiet jew entitajiet Ewropej li huma attivi fil-qasam tal-volontarjat, ta’ rappreżentanti tal-għaqdiet ta’ min iħaddem u tal-junjins, tal-Parlament Ewropew, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni;

• kompetizzjoni bi premjijiet jew mingħajrhom;

 

• kooperazzjoni mas-settur privat, ix-xandara u mezzi tax-xandir oħra bħala msieħba għat-tixrid tal-informazzjoni dwar is-Sena Ewropea tal-Volontarjat;

• kooperazzjoni mas-settur privat, ix-xandara u mezzi tax-xandir oħra bħala msieħba għat-tixrid tal-informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-volontarjat u s-Sena Ewropea;

• il-produzzjoni ta’ materjal jew għodda għall-mezzi tax-xandir disponibbli madwar il-Komunità kollha maħsuba li jistimulaw l-interess tal-pubbliku;

• il-produzzjoni ta’ materjal jew għodda għall-mezzi tax-xandir disponibbli madwar il-Komunità kollha maħsuba li jistimulaw l-interess tal-pubbliku;

• miżuri xierqa li jħabbru r-riżultati u jagħtu spinta lill-programmi, l-iskemi u l-inizjattivi Komunitarji li jikkontribwixxu għall-għanijiet tas-Sena Ewropea tal-Volontarjat;

• miżuri xierqa li jħabbru r-riżultati u jagħtu spinta lill-programmi, l-iskemi u l-inizjattivi Komunitarji li jikkontribwixxu għall-għanijiet tas-Sena Ewropea;

• it-twaqqif ta' websajt informattiv dwar l-Ewropa, inkluż portal għal min jippromwovi l-proġetti dwar volontarjat, biex jiggwidahom fil-programmi u inizjattivi differenti tal-Komunità.

it-twaqqif ta' websajt informattiv fuq Europa, inkluż portal għal min jippromwovi l-proġetti dwar volontarjat, biex jiggwidahom fil-programmi u inizjattivi differenti tal-Komunità, li jkun pjattaforma permanenti għall-kooperazzjoni interattiva bejn id-diversi partijiet interessati.

 

• it-tisħiħ tal-viżibilità tal-kontribut tal-attivitajiet tal-volontarjat fid-dħul nazzjonali u l-impatt tagħhom fuq is-soċjetà, permezz tal-inklużjoni tal-volontarjat bħala kategorija speċifika fil-kontijiet statistiċi tal-Eurostat, permezz tal-produzzjoni ta' ‘kontijiet satelliti’ fuq l-istituzzjonijiet mingħajr għan ta' profitt u l-inklużjoni tal-ħidma volontarja f'dawn il-kontijiet, kif ukoll permezz taċ-ċelebrazzjoni, nhar il-5 ta' Diċembru ta' kull sena, tas-Sena Internazzjonali tal-Volontarjat, kif rikonoxxut min-Nazzjonijiet Uniti mill-1985.

 

Emenda  44

Proposta għal deċiżjoni

Anness – punt A – punt 2 – inċiż 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- stħarriġ u studji fil-livell ta' Komunità għall-istima u r-rappurtar dwar it-tħejjija, l-effettività, l-impatt u l-monitoraġġ fit-tul tas-Sena Ewropea tal-Volontarjat.

- stħarriġ u studji fil-livell ta' Komunità għall-istima u r-rappurtar dwar it-tħejjija, l-effettività u l-impatt tas-Sena Ewropea u biex titqiegħed il-bażi għall-monitoraġġ fit-tul u għas-segwitu tagħha.

 

Emenda  45

Proposta għal deċiżjoni

Anness – punt C – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull koordinatur Nazzjonali għandu jippreżenta applikazzjoni waħda għall-finanzjament Komunitarju. L-applikazzjoni għall-għotja għandha tiddeskrivi l-programm ta' ħidma tal-koordinatur jew l-azzjoni li għandha tiġi finanzjata u għandha tippromwovi s-Sena Ewropea. L-applikazzjoni għall-għotja għandha tkun akkumpanjata minn baġit dettaljat li jistipula l-ispejjeż totali tal-inizjattivi/il-programm ta' ħidma proposti u l-ammont u s-sors ta' kofinanzjament. L-għotja tal-Komunità tista' tkopri sa 80 % tal-ispejjeż totali.

Kull entità koordinatriċi nazzjonali għandha tippreżenta applikazzjoni waħda għall-finanzjament Komunitarju. L-applikazzjoni għall-għotja għandha tinkludi deskrizzjoni - ibbażata fuq il-konsultazzjoni kostanti mal-organizzazzjonijiet tal-volontarjat - tal-prijoritajiet u l-programm ta’ ħidma tal-entità koordinatriċi jew l-tal-azzjoni li għandha tiġi finanzjata (jew azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati) u għandha tippromwovi s-Sena Ewropea. L-applikazzjoni għall-għotja għandha tkun akkumpanjata minn baġit dettaljat li jistipula l-ispejjeż totali tal-azzjoni/azzjonijiet jew tal-programm ta' ħidma proposti u l-ammont u s-sors ta' kofinanzjament. L-għotja tal-Komunità tista' tkopri sa 80 % tal-ispejjeż totali. Għandha tiġi prevista l-possibilità ta’ kontribuzzjonijiet in natura f’dawk l-Istati Membri fejn il-qafas legali jippermettiha.

Ġustifikazzjoni

Il-possibilità tal-kalkolu in natura għandha tingħata lill-organizzazzjonijiet ta’ benefiċjenza fl-Istati Membri fejn il-qafas legali jippermettiha, sabiex tgħinhom jirċievu l-għajnuniet.

 

Emenda  46

Proposta għal deċiżjoni

Anness – punt C – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-ammonti indikattivi disponibbli għal għotjiet lil kull koordinatur Nazzjonali u l-iskadenza finali taż-żmien għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet. Il-kriterji għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-popolazzjoni, l-ispiża tal-għajxien u ammont fiss għal kull Stat Membru biex jiggarantixxu livell minimu ta' attivitajiet.

Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-ammonti indikattivi disponibbli għal għotjiet lil kull entità koordinatriċi nazzjonali u l-iskadenza finali taż-żmien għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet. Il-kriterji għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-popolazzjoni, l-ispiża tal-għajxien u ammont fiss għal kull Stat Membru biex jiggarantixxu livell minimu ta' attivitajiet.

 

Emenda  47

Proposta għal deċiżjoni

Anness – punt C – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-programmi ta' ħidma/l-azzjonijiet għandhom jinkludu:

Il-programmi ta' ħidma/l-azzjonijiet għandhom jinkludu:

(a) Laqgħat u okkażjonijiet marbuta mal-għanijiet tas-Sena Ewropea, inklużi okkażjonijiet nazzjonali għat-tnedija u l-promozzjoni tas-Sena Ewropea, joħolqu effett katalista u jipprovdu spazji miftuħa għal dibattitu dwar inizjattivi konkreti.

(a) Laqgħat u okkażjonijiet marbuta mal-għanijiet tas-Sena Ewropea, inklużi okkażjonijiet nazzjonali għat-tnedija u l-promozzjoni tas-Sena Ewropea, joħolqu effett katalista u jipprovdu spazji miftuħa għal dibattitu dwar inizjattivi konkreti.

(b) Seminars ta' tagħlim reċiproku fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali;

(b) Konferenzi u seminars tematiċi fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali li jippermettu t-tagħlim bejn il-pari u l-iskambju tal-prattiki t-tajba;

(c) Kampanji ta' informazzjoni, ta' edukazzjoni u ta' promozzjoni fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, inkluża l-organizzazzjoni tal-premjijiet u l-kompetizzjonijiet;

(c) Kampanji ta' informazzjoni, ta’ attivitajiet ta' riċerka u studji relatati, kampanji edukattivi u promozzjonali fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali;

(d) Kooperazzjoni mal-mezzi tal-massa;

(d) Kooperazzjoni mas-settur privat u non-governattiv u mal-midja fit-tixrid tat-tagħrif dwar is-Sena Ewropea u fit-twettiq ta’ azzjonijiet immirati lejn djalogu fit-tul dwar kwistjonijiet marbuta mal-volontarjat u ma’ attivitajiet ta’ taħriġ professjonali mmirati għall-voluntiera, bil-għan li l-attivitajiet ikunu sostenibbli anke wara t-tmiem tas-Sena Ewropea 2011.

 

 

NOTA SPJEGATTIVA

 

Il-prinċipju bażiku

Il-volontarjat huwa pilastru importanti tas-soċjetajiet demokratiċi u pluralistiċi tagħna. Huwa espressjoni ta’ impenn u appoġġ attivi. Il-volontarjat ikopri kull tip ta’ attività formali u mhux formali li wieħed jidħol għaliha minn rajh, bir-rieda ħielsa, l-għażla u l-motivazzjoni tiegħu stess mingħajr il-ħsieb ta’ xi gwadann finanzjarju. L-impatt tiegħu fis-soċjetajiet tagħna huwa wieħed konsiderevoli. Il-voluntiera huma attivi fil-qasam soċjali u edukattiv, b’appoġġ għall-ambjent jew għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp, f’attivitajiet kulturali, fil-livell lokali kif ukoll fuq missjonijiet barra minn pajjiżhom. Biex niċċelebraw u nippromwovu l-impenn tal-voluntiera u tal-organizzazzjonijiet li jaħdmu bil-voluntiera kif ukoll biex ngħinu ħalli nirrimedjaw l-isfidi li jiffaċċja l-volontarjat - bħal m'huma bażi ta' voluntiera li qiegħda tonqos jew iċ-ċaqliqa minn impenji fit-tul għal proġetti speċifiċi li jieħdu żmien qasir - din l-inizjattiva għall-ħolqien ta’ Sena Ewropea tal-Volontarjat għandha tintlaqa’ b’sodisfazzjon.

 

L-idea prinċipali ta’ kwalunkwe Sena Ewropea hi li tinħoloq kuxjenza pubblika akbar dwar xi suġġett jew kawża u li jiġu involuti l-partijiet interessati kkonċernati f’varjetà ta’ okkażjonijiet organizzati fil-livell Ewropew u fl-Istati Membri. Bħala konsegwenza l-proposta ta’ din id-deċiżjoni leġiżlattiva essenzjalment tistabbilixxi qafas operazzjonali li permezz tiegħu l-attivitajiet marbuta mas-Sena Ewropea jkunu jistgħu jiġu implimentati, speċjalment fir-rigward tal-allokazzjoni tal-baġit. Għalhekk, din il-proposta ma hija bl-ebda mod maħsuba biex tagħmel xi dispożizzjonijiet legali fir-rigward tal- volontarjat, il-voluntiera jew l-organizzazzjonijiet li jaħdmu bil-voluntiera u l-anqas fir-rigward tal-irwol soċjali tagħhom jew tad-diversi kondizzjonijiet legali jew finanzjarji li jvarjaw ħafna minn Stat Membru għall-ieħor.

 

Il-Parlament, f’dikjarazzjoni li għamel fl-2008, kien talab li tintgħażel Sena Ewropea tal-Volontarjat[1]. Il-Kummissjoni ressqed proposta f’Ġunju 2009. Għall-baġit tal-2010 l-Kummissjoni qiegħda tippjana Azzjoni Preparatorja li għandha twitti t-triq għas-sena nnifisha.

 

Bażi legali u proċeduri

Il-Kummissjoni kienet għażlet li tibbaża din l-inizjattiva fuq l-Artikolu 308 TKE. Dan l-artikolu jinvolvi l-proċedura ta’ konsultazzjoni, skont liema proċedura l-Kunsill irid jistenna l-opinjoni tal-Parlament - kemm jekk din tkun pożittiva jew negattiva, b’emendi jew mingħajrhom – qabel ma jkun jista’ jadotta l-att b’unanimità. F’dan il-każ partikulari s-sitwazzjoni hija influwenzata b’mod qawwi mid-dħul fis-seħħ pendenti tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Liżbona, li permezz tagħhom il-proċedura tinbidel minn waħda ta’ konsultazzjoni għal waħda ta’ kunsens (l-Artikolu l-ġdid 352 tat-TF UE). Skont il-proċedura ta’ kunsens il-Parlament ikollu japprova l-proposta qabel ma l-Kunsill ikun jista’ jadotta l-att finali (b'unanimità). Jekk il-Parlament jiddeċiedi li jivvota kontra l-proposta, madankollu, l-att ma jistax jiġi adottat.

L-għażla tal-bażi legali ma kienet ċara xejn, speċjalment peress li fl-imgħoddi ħafna Snin Ewropej kienu ġew adottati skont Kodeċiżjoni. Wara li sema’ s-Servizz Legali tal-Parlament u wara diskussjonijiet fil-Kumitat kif ukoll wara l-ewwel laqgħa li saret mal-Presidenza Svediża, ir-rapporteur tiegħek iħoss li għalissa għandu jaċċetta l-Artikolu 308 bħala l-bażi legali għal dan l-att u li għandu jaċċetta l-proċedura ta’ konsultazzjoni. Dan huwa hekk b’mod partikulari minħabba li kwalunkwe Artikolu ieħor ta’ Trattat inevitabilment ikun idejjaq l-iskop ta’ din l-azzjoni. Ikun ifisser li l-volontarjat ma jkunx jista’ jiġi ttrattat fl-aspetti kollha tiegħu imma jkollu jkun ristrett, pereżempju, għall-volontarjat fil-qasam tal-edukazzjoni. Din il-ħaġa ma tistax tkun fl-interess tal-Parlament.

 

Objettivi, struttura tal-implimentazzjoni u baġit

Il-Baġit, f’dan l-istadju, huwa ta’ EUR 6 miljun. Jistgħu jintużaw programmi oħra tal-UE biex ikunu ffinanzjati attivitajiet addizzjonali. Il-baġit tal-Azzjoni Preparatorja 2010 huwa ta’ EUR 2 miljun, imma ma hemm l-ebda rabta formali bejn dawn it-tnejn.

 

Hemm spjegati erba’ objettivi li jridu jintlaħqu minn din il-proposta:

1.  Il-ħolqien ta’ ambjent li jagħti l-possibilità għall-attivitajiet volontarji

2.  It-titjib tal-kwalità tal-attivitajiet volontarji billi l-organizzaturi ta’ dawn l-attivitajiet jingħataw is-setgħa

3.  L-għarfien tal-attivitajiet volontarji

4.  Is-sensibilizzazzjoni dwar l-mportanza tal-attivitajiet volontarji.

Biex jintlaħqu dawn l-objettivi wieħed irid jidħol għal ċerti inizjattivi, jiġifieri:

§ l-iskambju tal-esperjenzi u tal-prattiki t-tajba

§ studji u riċerka

§ konferenzi, okkażjonijiet organizzati biex ikun promoss id-dibattitu u titqajjem kuxjenza

§ kampanji informattivi u promozzjonali

Dawn l-inizjattivi għandhom iseħħu fil-livell Ewropew kif ukoll fl-Istati Membri (fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali).

 

Bil-għan li jiġu involuti l-Istati Membri u bil-għan li l-attivitajiet tal-Istati Membri jiġu kkoordinati mal-attivitajiet fil-livell tal-UE, f’kull Stat Membru l-Istat Membri għandhom jaħtru korp ta’ koordinament li jkun jikkoordina l-attivitajiet fl-Istati Membri. Il-korp nazzjonali suppost li jħejji programm ta’ ħidma jew pjan ta’ azzjoni. Huwa jirċievi kofinanzjament mill-UE skont id-daqs tal-popolazzjoni tal-Istat Membru, skont l-għoli tal-ħajja u skont il-programm ta’ ħidma. Il-kofinanzjament tal-inizjattivi nazzjonali jista’ jilħaq sa 80% tal-ispiża totali. Din hija r-rata massima ta’ kofinanzjament li jippermetti r-Regolament Finanzjarju tal-UE.

 

 

Emendi ssuġġeriti mir-rapporteur tiegħek:

 

Il-Baġit (Artikolu 7)

Is-somma ta’ EUR 6 miljun mhijiex biżżejjed biex jintlaħqu l-objettivi (Is-Sena Ewropea 2010 dwar il-ġlieda kontra l-faqar u l-inklużjoni soċjali għandha baġit ta’ EUR 17-il miljun). Il-fatt li programmi oħra jista’ jkun li jintużaw għall-finanzjament tal-attivitajiet iwassal biex minn dawn il-programmi jittieħdu fondi li jistgħu jintużaw band’oħra. Tinħtieġ, għalhekk, żieda ta’ EUR 10 miljun fil-baġit sabiex l-impatt tas-Sena jiġi msaħħaħ.

 

L-objettivi (Artikolu 2)

Għandu jiġi enfasizzat il-fatt li s-Sena għandha tqajjem kuxjenza akbar tal-importanza li l-volontarjat għandu għas-soċjetajiet Ewropej. Bl-istess mod irid isir aktar espliċitu l-għan li l-attivitajiet volontarji jsiru aktar attraenti għan-nies.

 

 

L-Inizjattivi (Artikolu 3)

Ir-rapporteur tiegħek ma jqisx it-tixrid tal-istudji bħala prijorità, speċjalment meta jara li l-Kummissjoni diġà waslet biex tippubblika studju importanti dwar il-volontarjat għall-aħħar tas-sena 2009. Minflok hekk, il-fondi għandhom jintużaw biex tinħoloq bażi ta’ dejta għall-voluntiera u għall-organizzazzjonijiet volontarji, li tkun interattiva u aċċessibbli għall-partijiet kollha interessati, li tibqa’ wara li tkun għaddiet is-Sena u li ssir punt ta’ referenza għan-nies u l-organizzazzjonijiet li jkunu interessati fl-UE kollha.

 

L-irwol tal-korp nazzjonali ta’ koordinament u definizzjoni tal-inizjattivi nazzjonali (Artikolu 4, Anness)

L-UE se tagħti kofinanzjament lill-inizjattivi nazzjonali. Mill-banda l-oħra wieħed jista’ jistenna li l-Istati Membri jsegwu l-objettivi spjegati f’din id-Deċiżjoni. S’issa, id-definizzjoni tal-inizjattivi fl-Istati Membri x’aktarx li hija waħda vaga. Għalhekk l-Anness jeħtieġ li jittejjeb billi jiżdiedu regoli aktar ċari dwar l-attivitajiet fl-Istati Membri li suppost li jiġu kofinanzjati.

Il-korp nazzjonali ta’ koordinament se jkun responsabbli biex jiddirieġu l-fondi tal-UE lejn l-inizjattivi nazzjonali u biex jikkoordinaw l-inizjattivi nazzjonali. Huwa għandu jippreżenta programm ta’ ħidma lill-Kummissjoni. Dan il-programm ta’ ħidma għandu jiġi vvalutat kif suppost qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar l-ammont finali tal-għotja. Irid ikun aċċertat ukoll li l-korp nazzjonali jikkopera mal-partijiet interessati relevanti sa mill-istadju tal-ippjanar. Barra minn hekk, iridu jiġu msaħħa l-elementi tar-rappurtar, speċjalment peress li m’hemm prevista l-ebda komitoloġija f’dan l-istadju.

 

Ir-rata massima tal-kofinanzjament (Anness)

L-UE tista' tikkofinanzja l-attivitajiet nazzjonali sa 80%. Din hija r-rata massima permessa mir-regoli finanzjarji tal-UE. Ikun hemm aktar attivitajiet li wieħed jista' jidħol għalihom jekk jiżdied is-sehem tal-finanzjament li ma jkunx ġej mill-UE. Għalhekk ir-rapporteur tiegħek jipproponi li l-finanzjament tal-UE għall-inizjattivi nazzjonali jiġi limitat għal 65%.

 

It-titolu u l-premessi

Is-servizz legali tal-Parlament ġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-ġustifikazzjoni għall-użu tal-Artikolu 308 trid tiġi msaħħa; jinħtieġ ukoll li l-proposta tinġieb aktar konformi mal-kompetenzi li t-Trattati jagħtu lill-UE. Għalhekk qed jitressqu għadd ta’ emendi biex jimmodifikaw kemm it-titolu kif ukoll ċerti premessi.

 

17.11.2009

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar Sena Ewropea tal-Volontarjat (2011)

( COM(2009)0254 – C7‑0054/2009 – 2009/0072(CNS) )

Rapporteur għal opinjoni: Barbara Matera

 

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Proposta tal-Kummissjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni tirreferi għall-proklamazzjoni tas-sena 2011 bħala s-"Sena Ewropea tal-Volontarjat". L-għan tagħha huwa li tħeġġeġ u tappoġġa - permezz ta' skambju ta' esperjenza u prattiki tajba, miżuri ta' komunikazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni - l-isforzi tal-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali kif ukoll is-soċjetà ċivili biex joħolqu l-kundizzjonijiet li jwasslu għall-volontarjat fl-Ewropa.

 

Is-Sena Ewropea tal-Volontarjat għandha tiġi implimentata b'koperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, l-Istituzzjonijiet tal-UE u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livelli differenti. Il-koordinazzjoni fil-livell tal-UE għandha żżid dimensjoni Ewropea u tgħin biex iżżid l-impatt tas-Sena Ewropea tal-Volontarjat mil-lat ta' sensibilizzazzjoni, viżibilità u skambju transnazzjonali ta' ideat u prattiki tajba.

 

Din il-proposta hija f'konformità mad-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Lulju 2008, li titlob li s-sena 2011 tiġi ddikjarata bħala s-Sena Ewropea tal-Volontarjat (Dikjarazzjoni bil-miktub 30/2008) kif ukoll mar-riżoluzzjoni tal-PE tat-22 ta' April 2008 dwar ir-rwol tal-volontiera f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontribuzzjoni għall-koeżjoni ekonomika u soċjali.

 

Aspetti baġitarji

Il-Kummissjoni pproponiet li talloka EUR 6.000.000 f'impenji u ħlasijiet għas-Sena Ewropea tal-Volontarjat fil-qafas tal-baġit tal-2011.

 

Sabiex titwettaq il-ħidma preparatorja, il-Kummissjoni pproponiet azzjoni preparatorja fl-APB tal-2010. Is-Sena Ewropea tal-Volontarjat (2011). F'dan ir-rigward inħolqot linja baġitarja ġdida 15 06 11, b' EUR 2 miljun f'impenji u EUR 1.2 miljun fi ħlasijiet. Fl-ewwel qari l-Parlament Ewropew approva din l-azzjoni preparatorja u żied l-ammonti b' EUR 1 miljun, kemm f'impenji kif ukoll fi ħlasijiet. L-ammont finali ta' approprjazzjonijiet għall-baġit tal-2010 bħalissa huwa ta' EUR 3 miljun f'impenji u EUR 2.2 miljun fi ħlasijiet.

 

Fi ħdan il-qafas tal-baġit tal-UE, il-volontarjat huwa appoġġat ukoll permezz ta' bosta programmi tal-Komunità bħal "Żgħażagħ fl-Azzjoni" (Servizz Ewropew ta' Volontarjat), "Tagħlim tul il-ħajja" u "L-Ewropa għaċ-ċittadini", primarjament billi jippromwovu l-mobilità tal-volontiera. Organizzazzjonijiet attivi f'dan il-qasam jirċievu wkoll appoġġ mill-UE fl-oqsma tal-għajnuna umanitarja, il-politika tal-iżvilupp, id-drittijiet tal-bniedem, is-saħħa u l-ambjent kif ukoll il-protezzjoni tal-konsumatur. Madankollu, it-twettiq ta' dawn l-azzjonijiet issegwi approċċ pjuttost settorjali u/jew tematiku.

 

Is-Sena Ewropea tal-Volontarjat għandha tagħti l-opportunità biex l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet ta' volontarjat tiġi kkoordinata aħjar, bl-appoġġ ta' bosta programmi Komunitarji differenti. L-iskambju ta' esperjenzi u prattiki tajba fil-livell tal-UE għandhom għalhekk iżidu konsiderevolment il-viżibilità u l-impatt ġenerali tagħhom.

 

Filwaqt li tappoġġa l-proposta, ir-Rapporteur tixtieq tfakkar li l-marġini tal-intestatura 3b huwa marsus/strett ħafna u l-finanzjament għal attivitajiet ġodda ma għandux joħloq diffikultajiet għall-implimentazzjoni ta' programmi eżistenti fi ħdan l-intestatura 3b. Għalhekk, ir-Rapporteur tenfasizza li din ir-realtà għandha titqies sew meta l-qafas finanzjarju pluriennali 2007-2013 jiġi rivedut.

AMENDMENTS

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1a (ġdid)

 

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1a. Iqis li l-ammont indikattiv li jinsab fil-proposta leġiżlattiva għandu jkun kompatibbli mal-limiti tal-intestatura 3b tal-qafas finanzjarju pluriennali (MFF) 2007-2013 u jinnota li l-ammont annwali se jiġi deċiż mill-Awtorità Baġitarja fi ħdan il-proċedura baġitarja annwali.

 

Emenda  2

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1b (ġdid)

 

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1b. Jenfasizza li l-finanzjament ta' attivitajiet ġodda ma għandux jipperikola programmi eżistenti jew kwalunkwe inizjattiva oħra.

 

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 - paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-baġit għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011 huwa EUR 6 000 000.

1. Il-baġit għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011 huwa ta’ EUR 8,000,000.

Ġustifikazzjoni

Ir-riżorsi tal-baġit allokati mill-Kummissjoni biex jinkisbu l-objettivi stipulati fil-proposta li tipproklama s-sena 2011 bħala s-Sena Ewropea tal-Volontarjat mhumiex adegwati (EUR 17 miljun ġew allokati għas-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali). L-argument li programmi oħra jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw il-miżuri jista’ jitressaq f’kull qasam ieħor. Għaldaqstant dan mhuwiex biżżejjed biex jiġġustifika riżorsi limitati bħal dawn. Il-finanzjament minflok għandu jiżdied għal EUR 10 miljun sabiex jiżdied l-impatt u l-effettività ta’ din is-Sena.

 

 

Emenda          4

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju.

2. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju, mingħajr ma jitnaqqas il-finanzjament ta' programmi jew attivitajiet oħra fl-intestatura 3b.

 

Emenda 5

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri għandha tiżgura li l-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jkunu konsistenti ma' skemi u inizjattivi Komunitarji, nazzjonali, u reġjonali li jgħinu l-kisba tal-għanijiet tas-Sena Ewropea.

Il-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri għandha tiżgura li l-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jkunu konsistenti u komplimentari ma' programmi u azzjonijiet Komunitarji oħra, mal-iskemi nazzjonali u reġjonali, u ma’ inizjattivi li jgħinu l-kisba tal-għanijiet tas-Sena Ewropea.

 

 

 

PROĊEDURA

Titolu

Is-Sena Ewropea tal-Volontarjat (2011)

Referenzi

COM(2009)0254 – C7-0054/2009 – 2009/0072(CNS)

Kumitat responsabbli

CULT

Opinjoni mogħtija minn

               Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

14.7.2009

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

               Data tal-ħatra

Barbara Matera

21.10.2009

 

 

Eżami fil-kumitat

4.11.2009

16.11.2009

 

 

Data tal-adozzjoni

16.11.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Francesca Balzani, Reimer Böge, Lajos Bokros, Giovanni Collino, Isabelle Durant, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Ivars Godmanis, Ingeborg Gräßle, Estelle Grelier, Jutta Haug, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Ivailo Kalfin, Sergej Kozlík, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski, Barbara Matera, Claudio Morganti, Miguel Portas, Dominique Riquet, László Surján

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Maria Da Graça Carvalho, Frédéric Daerden, Roberto Gualtieri, Giovanni La Via, Derek Vaughan

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Cecilia Wikström

 

 

 

 

 

 

 

 

5.11.2009

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea ta' Volontarjat

( COM(2009)0254 – C7‑0054/2009 – 2009/0072/CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Marian Harkin

 

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

1. Bejn wieħed u ieħor 100 miljun ċittadin tal-UE jagħmlu attivitajiet ta' volontarjat. Is-Sena Ewropea ta' Volontarjat 2011 se tkun opportunità għall-UE u l-Istati Membri biex jirrikonoxxu, jiffaċilitaw, jappoġġjaw u jiċċelebraw il-volontarjat. Il-volontarjat isir bir-rieda u l-għażla libera u l-motivazzjoni tal-persuni u jsir mingħajr intenzjoni ta' gwadann finanzjarju. L-attivitajiet volontarji ma għandhomx jieħdu l-post tal-opportunitajiet professjonali bi ħlas, iżda minnhom għandhom jibbenefikaw il-komunitajiet ta' voluntiera individwali u s-soċjetà b'mod ġenerali.

 

2. Is-setturi u l-etajiet kollha jistgħu jgħażlu li jagħmlu l-volontarjat hekk kif indikat fir-Rapport Demografiku tal-2008 tal-Kummissjoni: "Nissodisfaw il-Ħtiġijiet Soċjali f'Soċjetà li qed Tixjieħ". Dan għandu jsir biex jiġi appoġġjat proġett speċifiku jew jista' jsir fuq bażi regolari. Il-volontarjat jista' jinvolvi parteċipazzjoni diretta, jew inkella jista' jkun trasferiment tal-għarfien jew tal-kompetenza permezz tal-Internet. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-potenzjal qawwi u d-diversità tal-attività volontarja, u jużaw l-opportunitajiet imressqa sal-2011 bħala opportunità ta' tagħlim għall-iskambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki, u biex dawn l-għodod jiġu użati għall-appoġġ ta' azzjoni volontarja u biex joħolqu infrastruttura faċilitattiva tal-volontarjat għaċ-ċittadini li jkunu jixtiequ jsiru voluntiera.

 

3. Huwa importanti li nagħmlu kull sforz biex din is-sena nimpenjaw b'mod sħiħ lill-voluntiera u biex niżguraw li jintlaħqu l-ogħla sinerġiji bejn il-programmi eżistenti tal-UE (pereżempju l-Ewropa għaċ-Ċittadini, iż-Żgħażagħ f'Azzjoni u l-Programm ta' Azzjoni fil-qasam tat-Tagħlim Tul il-Ħajja) u l-azzjonijiet imwettqa matul l-2011. Huwa importanti li jiġu promossi s-sinerġiji bejn is-"snin" preċedenti u sussegwenti (jiġifieri is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali fl-2010 u s-Sena Ewropea dwar Tixjiħ Attiv u Solidarjetà Interġenerazzjonali fl-2012 (proposta)). Ir-rabta akbar mal-Logħob Dinji tal-Olimpjadi Speċjali fil-Greċja fl-2011 ikomplu jkabbru l-viżibilità u r-rikonoxximent tal-volontarjat.

 

Madankollu, filwaqt li l-inizjattiva tal-Kummissjoni tirrestrinġilna l-azzjonijiet li nistgħu nagħmlu, hemm ftit passi prattiċi oħra li nistgħu nieħdu sabiex intejbu aktar ir-riżultati għas-sena 2011:

 

a. Inħeġġu kull Stat Membru sabiex jiġbor dejta dwar l-istituzzjonijiet volontarji/bla skop ta' profitt. Sitt Stati Membri diġà implimentaw il-Manwal tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Istituzzjonijiet Mingħajr Skop ta' Profitt u ntlaħaq ftehim għall-introduzzjoni ta' Manwal tal-ILO flimkien mal-Università Johns Hopkins dwar il-kejl tax-xogħol volontarju. Dawn huma żewġ għodod utli ħafna għall-kejl tal-valur ekonomiku tal-volontarjat u sabiex tiġi żgurata dejta komparattiva minn Stati Membri differenti dwar l-iskop, il-firxa u d-distribuzzjoni tal-attività volontarja.

 

b. Nippromwovu l-użu tal-ħin volontarju biex jikkomplimenta l-finanzjament fil-proġetti kollha tal-UE u nħeġġu lill-Istati Membri sabiex jagħmlu l-istess għall-proġetti nazzjonali.

 

c. Niżguraw il-parteċipazzjoni tas-settur volontarju/komunitarju tal-konsultazzjoni, it-teħid tad-deċiżjoni u l-implimentazzjoni sussegwenti tal-Fondi Strutturali, ta' Koeżjoni u tal-Iżvilupp Rurali. Il-prinċipju ta' sħubija mħaddan fil-Linji Gwida Strateġiċi tal-Komunità mhux dejjem qed jiġi segwit, u l-Kummissjoni Ewropea għandha r-responsabilità li tiżgura li l-politiki u l-proċeduri tagħha jiġu implimentati kif xieraq.

 

 

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Il-Komunità u l-Istati Membri jimmiraw li jippromwovu l-iżvilupp tar-riżorsi umani bil-ħsieb ta' livell għoli ta' impjieg u billi jiġġieldu kontra l-esklużjoni soċjali.

(1) Il-Komunità u l-Istati Membri jimmiraw li jippromwovu l-iżvilupp tar-riżorsi umani bil-ħsieb ta' livell għoli ta' impjieg u billi jiġġieldu kontra l-esklużjoni soċjali billi jadottaw miżuri bil-għan li jtejbu l-għarfien, jiżviluppaw skambji ta' informazzjoni u l-aħjar prattiki, jippromwovu approċċi innovattivi u jevalwaw l-esperjenzi.

 

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-volontarjat jikkostitwixxi esperjenza mhux formali ta' tagħlim li tippermetti kemm l-iżvilupp tal-ħiliet u l-kompetenzi professjonali kif ukoll għamla ewlenija ta' parteċipazzjoni ċivika attiva. L-azzjonijiet imwettqa mill-volontiera ta' kull età huma kruċjali għall-iżvilupp ta' demokrazija, wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u jikkontribwixxu għall-iżvilupp tar-riżorsi umani u għal koeżjoni soċjali.

(3) Il-volontarjat jippromwovi parteċipazzjoni ċivika attiva. L-azzjonijiet imwettqa mill-volontiera ta' kull età huma kruċjali għall-iżvilupp ta' demokrazija - b'mod partikulari d-demokrazija parteċipattiva, wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-Unjoni Ewropea

Ġustifikazzjoni

Id-demokrazija reali tinkludi d-demokrazija rappreżentattiva (il-politiċi) u d-demokrazija parteċipattiva (iċ-ċittadini li jinfluenzaw permezz tal-parteċipazzjoni u tal-azzjoni).

 

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) L-ingaġġ attiv f'attivitajiet volontarji, b'mod partikulari f'perjodu ta' kriżi ekonomika u żieda fil-qgħad, jipprovdi appoġġ konkret lill-persuni sabiex jevitaw l-emarġinazzjoni u jiffaċilita l-integrazzjoni soċjali u l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol.

 

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) F'soċjetajiet li jinbidlu b'rata mgħaġġla teżisti l-ħtieġa li tiġi żgurata l-effettività ta' infrastruttura li tappoġġja l-volontarjat biex tippermetti lil aktar nies jimpenjaw ruħhom f'attivitajiet volontarji. Għalhekk importanti li jiġi appoġġjat it-tagħlim inter pares u l-iskambju tal-aqwa prassi fil-livell ta' Komunità.

(4) F'soċjetajiet li jinbidlu b'rata mgħaġġla teżisti l-ħtieġa li tiġi żgurata l-effettività ta' infrastruttura li tappoġġja l-volontarjat biex tippermetti lil aktar nies jimpenjaw ruħhom f'attivitajiet volontarji. Huwa importanti ukoll li jiġi appoġġjat u ffaċilitat it-tagħlim inter pares u l-iskambju tal-aqwa prassi fil-livell ta' Komunità.

 

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Il-Konferenza Intergovernattiva tal-1997 adottat id-Dikjarazzjoni 38 dwar il-volontarjat, li kienet marbuta mal-att finali tat-Trattat ta' Amsterdam u għarfet il-kontribut magħmul mill-attivitajiet ta' servizz tal-volontarjat għall-iżvilupp ta' solidarjetà soċjali.

(5) Il-Konferenza Intergovernattiva tal-1997 adottat id-Dikjarazzjoni 38 dwar il-volontarjat, li kienet marbuta mal-att finali tat-Trattat ta' Amsterdam u għarfet il-kontribut magħmul mill-attivitajiet ta' servizz tal-volontarjat għall-iżvilupp ta' solidarjetà soċjali u l-promozzjoni tal-volontarjat bejn il-ġenerazzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Il-persuni ta' età avvanzata qed jgħixu aktar u huma disposti jagħmlu l-volontarjat u jistgħu jaqsmu l-esperjenzi u l-kompetenzi tagħhom. Fil-kuntest tal-isfidi demografiċi li qed taffaċja l-UE, il-volontarjat bejn il-ġenerazzjonijiet se jkun kruċjali għall-promozzjoni tas-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet.

 

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-volontarjat huwa fil-mira ta' bosta programmi komunitarji li jiffukaw fuq il-mobilità tal-voluntiera, bħalma huwa l-programm ta' Iż-Żgħażagħ jieħdu Azzjoni, il-programm ta' Tagħlim li Jissokta matul il-Ħajja u l-programm L-Ewropa għaċ-Ċittadini.

(12) Il-volontarjat huwa fil-mira ta' bosta programmi komunitarji li jiffukaw fuq il-mobilità tal-voluntiera, bħalma huwa l-programm ta' Iż-Żgħażagħ jieħdu Azzjoni, il-programm ta' Tagħlim li Jissokta matul il-Ħajja u l-programm L-Ewropa għaċ-Ċittadini u minħabba n-natura orizzontali tiegħu, il-volontarjat se joħloq sinerġiji bejn dawn il-programmi.

 

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Teżisti firxa kbira ta' attivitajiet ta' volontarjat madwar l-Ewropa kollha li għandha tiġi ppreservata u żviluppata b'mod ulterjuri.

imħassar

 

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) L-UE għandha rwol sinifikanti fil-promozzjoni, l-iżvilupp u l-appoġġ ta' attivitajiet volontarji madwar l-UE. Madankollu, huwa importanti li tiġi rrikonoxxuta u rrispettata d-diversità tal-volontarjat fi ħdan Stati Membri individwali.

 

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Il-volontarjat għandu l-potenzjal li jikkontribwixxi għall-iżvilupp armonjuż tas-soċjetajiet Ewropej. Attivitajiet volontarji jikkostitwixxu esperjenza għanja ta’ tagħlim mhux formali li ssaħħaħ il-ħiliet u l-kompetenzi professjonali taż-żgħażagħ, tikkontribwixxi għall-kapaċità ta' dak li jkun biex jimpjega ruħu u għas-sens ta' solidarjetà, tiżviluppa kapaċitajiet soċjali, twitti t-triq għall-integrazzjoni fis-soċjetà, u trawwem il-parteċipazzjoni ċivika.

(14) Il-volontarjat għandu l-potenzjal li jikkontribwixxi għall-iżvilupp armonjuż tas-soċjetajiet Ewropej, jippromwovi l-inklużjoni soċjali, jiġġieled kontra r-razziżmu u l-preġudizzju u jikkontribwixxi għad-djalogu bejn il-kulturi u r-reliġjonijiet.

 

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) L-attivitajiet volontarji jikkostitwixxu esperjenza għanja ta’ tagħlim mhux formali li jsaħħu l-ħiliet u l-kompetenzi professjonali, jikkontribwixxu għall-kapaċità ta' dak li jkun biex isib impjieg billi tiġi jiffaċilitaw l-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol, jiżviluppaw il-kapaċitajiet soċjali u jgħinu l-integrazzjoni fis-soċjetà.

 

Emenda  11

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14 b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14b) L-attivitajiet volontarji ma għandhomx jissostitwixxu l-impjieg professjonali bi ħlas, iżda għandhom iżidu l-valur u jtejbu l-kwalità tal-ħajja.

 

Emenda  12

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14 c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14c) Bħala parti mill-istrateġiji tagħhom għar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva, l-impjegati jistgħu jappoġġjaw l-attivitajiet ta' volontarjat tal-impjegati tagħhom.

 

Emenda  13

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Is-Sena 2011 se tkun l-għaxar Anniversarju tas-Sena Internazzjonali tal-Volontarjat 2001 tan-Nazzjonijiet Uniti.

(16) Is-Sena 2011 se tkun l-għaxar Anniversarju tas-Sena Internazzjonali tal-Volontarjat 2001 tan-Nazzjonijiet Uniti u se taħbat ukoll mal-Olimpjadi Speċjali Dinjija tal-Logħob tas-Sajf f'Ateni fl-2011. Minħabba r-rwol kruċjali tal-voluntiera fl-appoġġ tal-Olimpjadi Speċjali, hemm opportunità reali għall-ħolqien ta' sinerġiji f'dan ir-rigward.

 

Emenda  14

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Il-volontarjat għandu rwol ewlieni fil-ħarsien tal-ambjent u l-protezzjoni ċivili l-kontribut tiegħu għandu jiġi rrikonoxxut u appoġġjat.

 

Emenda  15

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16 b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16b) Ir-rikonoxximent tal-volontarjat bħala attività xierqa li permezz tagħha jinkisbu kompetenzi u ħiliet, pereżempju permezz tal-YOUTHPASS b'irbit mal-EUROPASS, jiżgura li l-volontarjat ma jidhirx bħala alternattiva għat-taħriġ formali iżda jikkomplimentah u wkoll jiffaċilita l-mobilità tal-voluntiera.

 

Emenda  16

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16 c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16c) Apparti r-rwol soċjali tiegħu, il-volontarjat għandu rwol ekonomiku u jagħti kontribut sinifikanti lill-ekonomija.

Ġustifikazzjoni

Aktar minn 31 pajjiż diġà juża l-Manwal tan-Nazzjonijiet Uniti - pereżempju l-Istati Uniti, il-Kanada, ir-Repubblika Ċeka, il-Belġju eċċ... . Il-Manwal huwa rrikonoxxut bħala għodda ta' statistika fil-kejl tal-kontribut li s-Settur Mingħajr Skop ta' Profitt jagħmel fil-Prodott Gross Domestiku (bejn 5 u 8% tal-GDP).

 

Emenda  17

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16 d (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16d) Ir-rikonoxximent tal-kontribut tal-ħin volontarju bħala kompliment għall-finanzjament (kontribuzzjonijiet in natura) għall-proġetti Ewropej u nazzjonali jkun rikonoxximent tanġibbli tal-valur tal-isforz tal-voluntier u jiffaċilita l-organizzazzjonijiet volontarji fil-qadi tal-attivitajiet tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Il-kwistjoni reali għal ħafna gruppi ta' volontarji hija l-bżonn ta' ġbir ta' fondi sabiex jiġu involuti f'attivitajiet volontarji. Din toħloq barriera għall-voluntiera nfushom u f'xi każijiet għall-kumpaniji li mistennija jikkontribwixxu. L-użu tal-ħin tal-voluntiera bħala kompliment tal-finanzjament fl-UE u fil-proġetti nazzjonali jiffaċilita ħafna l-ħidma ta' ħafna voluntiera.

 

Emenda  18

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-iskop globali tas-Sena Ewropea se jkun li jitħeġġu u jiġu appoġġjati - notevolment permezz ta' skambju tal-esperjenza u l-prassi t-tajba - l-isforzi magħmula mill-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u s-soċjetà ċivili biex joħolqu l-kundizzjonijiet li jwasslu għall-volontarjat fl-Unjoni Ewropea.

L-iskop globali tas-Sena Ewropea se jkun li jitħeġġu u jiġu appoġġjati - notevolment permezz ta' skambju tal-esperjenza u l-prassi t-tajba u l-promozzjoni ta' approċċi innovattivi u tal-evalwazzjoni tal-esperjenzi – l-isforzi tal-Unjoni Ewropea, magħmula mill-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u s-soċjetà ċivili biex joħolqu l-kundizzjonijiet li jwasslu għall-volontarjat fl-Unjoni Ewropea.

 

Emenda  19

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 - punt 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Jitqajjem għarfien tal-opinjoni pubblika dwar il-valur u l-importanza tal-volontarjat - Biex jitqajjem għarfien ġenerali tal-opinjoni pubblika dwar l-importanza tal-volontarjat bħala espressjoni tal-parteċipazzjoni ċivika u eżempju ta' attività min-nies għan-nies li tikkontribwixxi għal kwistjonijiet li huma ta' interess komuni tal-Istati Membri kollha, bħalma huma żvilupp armonjuż tas-sċjetà u koeżjoni ekonomika

4. Jitqajjem għarfien tal-opinjoni pubblika dwar il-valur u l-importanza tal-volontarjat - Biex jitqajjem għarfien ġenerali tal-opinjoni pubblika dwar l-importanza tal-volontarjat bħala espressjoni tal-parteċipazzjoni ċivika u eżempju ta' attività min-nies għan-nies li tikkontribwixxi għal kwistjonijiet li huma ta' interess komuni tal-Istati Membri kollha, bħalma huma żvilupp armonjuż tas-soċjetà, koeżjoni ekonomika u l-integrazzoni soċjali.

 

Emenda  20

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

· il-konferenzi, l-okkażjonijiet u l-inizjattivi biex jippromwovu d-diskussjoni u jqajmu għarfien tal-opinjoni pubblika dwar l-importanza u l-valur tal-volontarjat u biex jonoraw l-isforzi tal-volontiera;

· il-konferenzi, l-okkażjonijiet u l-inizjattivi biex jippromwovu d-diskussjoni, l-approċċi innovattivi, u l-evalwazzjoni tal-esperjenzi. Iqajmu għarfien tal-opinjoni pubblika dwar l-importanza u l-valur tal-volontarjat u biex jonoraw l-isforzi tal-volontiera;

 

Emenda  21

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

· Jiġi promoss l-użu tal-ħin iddedikat għall-attivitajiet tal-volontarjat bħala kofinanzjament fil-proġetti tal-Ewropa;

 

Emenda  22

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-baġit għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011 huwa EUR 6 000 000.

1. Il-baġit għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011 huwa EUR 12 000 000.

 

Emenda  23

Proposta għal deċiżjoni

Anness – parti C – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull koordinatur Nazzjonali għandu jippreżenta applikazzjoni waħda għall-finanzjament Komunitarju. L-applikazzjoni għall-għotja għandha tiddeskrivi l-programm ta' ħidma tal-koordinatur jew l-azzjoni li għandha tiġi finanzjata u għandha tippromwovi s-Sena Ewropea. L-applikazzjoni għall-għotja għandha tkun akkumpanjata minn baġit dettaljat li jistipula l-ispejjeż totali tal-inizjattivi/il-programm ta' ħidma proposti u l-ammont u s-sors ta' kofinanzjament. L-għotja tal-Komunità tista' tkopri sa 80% tal-ispejjeż totali.

Kull koordinatur Nazzjonali għandu jippreżenta applikazzjoni waħda għall-finanzjament Komunitarju. L-applikazzjoni għall-għotja għandha tiddeskrivi l-programm ta' ħidma tal-koordinatur jew l-azzjoni li għandha tiġi finanzjata u għandha tippromwovi s-Sena Ewropea. L-applikazzjoni għall-għotja għandha tkun akkumpanjata minn baġit dettaljat li jistipula l-ispejjeż totali tal-inizjattivi/il-programm ta' ħidma proposti u l-ammont u s-sors ta' kofinanzjament. L-għotja tal-Komunità tista' tkopri sa 75 % tal-ispejjeż totali.

Emenda  24

Proposta għal deċiżjoni

Anness - parti C - paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ammonti finali mogħtija għandhom jiġu determinati fuq il-bażi tal-appilkazzjonijiet individwali tal-għotjiet imressqa mill-korp nazzjonali ta' koordinazzjoni. Il-kofinanzjament Komunitarju massimu huwa stabbilit għal 80 % tal-ispiża totali eliġibbli.

L-ammonti finali mogħtija għandhom jiġu determinati fuq il-bażi tal-appilkazzjonijiet individwali tal-għotjiet imressqa mill-korp nazzjonali ta' koordinazzjoni. Il-kofinanzjament Komunitarju massimu huwa stabbilit għal 75 % tal-ispiża totali eliġibbli.

 

 

 

 

 

PROĊEDURA

Titolu

Sena Ewropea tal-Volontarjat (2011)

Referenzi

COM(2009)0254 – C7-0054/2009 – 2009/0072(CNS)

Kumitat responsabbli

CULT

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

17.9.2009

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Marian Harkin

21.7.2009

 

 

Eżami fil-kumitat

4.11.2009

 

 

 

Data tal-adozzjoni

5.11.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Bauer, Mara Bizzotto, David Casa, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Sergio Gaetano Cofferati, Tadeusz Cymański, Frédéric Daerden, Karima Delli, Frank Engel, Sari Essayah, Richard Falbr, Ilda Figueiredo, Pascale Gruny, Thomas Händel, Marian Harkin, Roger Helmer, Nadja Hirsch, Vincenzo Iovine, Danuta Jazłowiecka, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Rovana Plumb, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Elisabeth Schroedter, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Jutta Steinruck, Traian Ungureanu

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Udo Bullmann, Silvia Costa, Jürgen Creutzmann, Kinga Göncz, Joe Higgins, Gesine Meissner, Ria Oomen-Ruijten, Andres Perello Rodriguez, Csaba Sógor, Emilie Turunen, Tatjana Ždanoka, Gabriele Zimmer

 

 

5.11.2009

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea ta' Volontarjat (2011)

( COM(2009)0254 – C7‑0054/2009 – 2009/0072(CNS) )

Rapporteur għal opinjoni: Karima Delli

 

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħmel l-2011 is-Sena Ewropea ta' Volontarjat. Il-proposta attwali tagħha hija segwitu għad-Dikjarazzjoni tal-Parlament tat-2 ta' Settembru 2008 dwar it-tħabbir tal-2011 bħala s-Sena Ewropea ta' Volontarjat. L-iskop globali tas-Sena Ewropea ta' Volontarjat se jkun li jitħeġġu u jiġu appoġġjati l-iskambju tal-esperjenzi u l-prassi t-tajba u l-isforzi li jsiru mill-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u s-soċjetà ċivili biex jinħolqu l-kundizzjonijiet favorevoli għall-volontarjat fl-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni tqis il-volontarjat bħala espressjoni attiva ta' parteċipazzjoni ċivili li permezz tagħha jissaħħew il-valuri komuni Ewropej tagħna: il-volontarjat għandu jkun mezz li bih jiġu promossi l-valuri fundamentali bħalma huma ċ-ċittadinanza, is-solidarjetà, id-difiża tal-ġid komuni u anke n-nondiskriminazzjoni. Il-volontarjat għandu rwol importanti f'setturi differenti bħalma huma l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ, il-kultura, l-isport, l-ambjent, is-saħħa, l-għajnuna soċjali, il-protezzjoni tal-konsumatur, l-għajnuna umanitarja, il-politika tal-iżvilupp, ir-riċerka, l-opportunitajiet indaqs u r-relazzjonijiet esterni. Il-volontarjat jista' jikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp armonjuż tas-soċjetajiet tagħna.

L-Artikolu 2 tal-proposta għal deċiżjoni jistabbilixxi erba' objettivi. Il-miżuri prattiċi li għandhom jittieħdu sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi jinsabu fid-dettall fl-Artikolu 3 u jinkludu inizjattivi organizzati fil-livell Komunitarju, nazzjonali, reġjonali u lokali.

Il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll li tagħti baġit ta' 6 miljun Euro lis-Sena Ewropea ta' Volontarjat 2011 u li talloka 2 miljun Ewro mill-Abbozz Preliminari ta' Baġit 2010 għat-twettiq tal-ħidma preparatorja.

Din is-Sena Ewropea ta' Volontarjat għandha wkoll tkun l-opportunità biex jiġu ssostanzjati jew issostanzjati mill-ġdid ċerti prinċipji ewlenin li mhumiex imsemmija jew mhumiex spjegati biżżejjed fit-test tal-Kummissjoni.

Għaldaqstant l-emendi li qed nipproponu għandhom l-għan li:

· jiċċaraw l-istatus legali tal-volontarjat;

· jiżguraw li l-voluntiera huma protetti kif mistħoqq fir-rigward tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, li jkollhom kopertura soċjali u tas-saħħa;

· jiffaċilitaw il-validazzjoni tal-esperjenza miksuba u r-rikonoxximent tal-ekwivalenza għall-iskop ta' taħriġ jew tiftix ta' xogħol;

· jippermettu li l-organizzazzjonijiet tal-volontarji ma jkunux suġġetti għall-VAT sabiex il-massimu possibbli ta' organizzazzjonijiet li mhumiex kummerċjali jitħajru jirrikorru għall-volontarjat;

· jiffaċilitaw l-aċċess għal fondi suffiċjenti u sostenibbli għall-organizzazzjonijiet tal-volontarjat, mingħajr ma jkunu suġġetti għal ħafna burokrazija, filwaqt li jinżammu l-kontrolli neċessarji fuq in-nefqa tal-fondi pubbliċi kif ukoll billi jkun hemm ħinijiet limitati fuq ix-xogħol volontarju;

· jikkumbattu kontra kull forma ta' diskriminazzjoni;

· jinkoraġixxu l-volontarjat bħala strument ta' promozzjoni tal-paċi, tal-kollaborazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar, tal-ħarsien tal-ambjent kif ukoll l-iżvilupp u r-rikonoxxenza tal-ekonomija soċjali u ta' solidarjetà;

· jistabbilixxu b'mod permanenti fi sħubija mal-organizzazzjonijiet tal-voluntiera u joħolqu qafas istituzzjonali stabbli għall-parteċipazzjoni ta' dawn l-organizzazzjonijiet fil-konsultazzjoni pubblika. Il-Kummissjoni għandha tagħti bidu għall-passi amministrattivi u istituzzjonali meħtieġa sabiex jiġu żġurati r-rispett u l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-isħubija li jinstab fil-linji gwida strateġiċi tal-Komunità fir-rigward tal-koeżjoni u l-iżvilupp rurali;

· jiżguraw baġit suffiċjenti li jippermetti li jiġi żġurat s-suċċess ta' din is-Sena Ewropea ta' Volontarjat 2011;

· jinkludu l-volontarjat bħala kategorija speċifika fil-kontijiet statistiċi tal-kontijiet tal-Eurostat, jipproduċu b'mod regolari l-kontijiet satellita dwar l-istituzzjonijiet bla skop ta' profitt u biex jinkludu l-ħidma tal-volontarji f'dawn il-kontijiet.

Huwa importanti wkoll li ma nikkuntentawx irwieħna b'sena waħda biss. Għandhom jiġu segwiti objettivi komuni għall-attivitajiet tal-volontarjat lil hinn mis-Sena Ewropea ta' Volontarjat fl-2011. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' April 2008 dwar il-kontribuzzjoni tal-volontarjat lill-koeżjoni ekonomika u soċjali, il-Parlament Ewropew diġà rrakkomanda miżuri li għandhom jitħaddmu mill-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-volontarjat jikkostitwixxi esperjenza mhux formali ta' tagħlim li tippermetti kemm l-iżvilupp tal-ħiliet u l-kompetenzi professjonali kif ukoll għamla ewlenija ta' parteċipazzjoni ċivika attiva. L-azzjonijiet imwettqa mill-volontiera ta' kull età huma kruċjali għall-iżvilupp ta' demokrazija, wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u jikkontribwixxu għall-iżvilupp tar-riżorsi umani u għal koeżjoni soċjali.

(3) Il-volontarjat jikkostitwixxi esperjenza mhux formali ta' tagħlim li tippermetti kemm l-iżvilupp tal-ħiliet u l-kompetenzi professjonali kif ukoll għamla ewlenija ta' parteċipazzjoni ċivika attiva. L-azzjonijiet imwettqa mill-volontiera ta' kull età huma kruċjali għall-iżvilupp ta' demokrazija, wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u jikkontribwixxu għall-iżvilupp tar-riżorsi umani u għal koeżjoni soċjali. Il-volontarjat u l-attivitajiet volontarji ma għandhomx, madankollu, jissostitwixxu x-xogħol imħallas għalkemm l-ispejjeż tal-voluntiera għandhom jiġu rrimborsati b'mod adegwat.

Ġustifikazzjoni

Ix-xogħol volontarju li jsir fi ħdan organizzazzjoni bla skop ta' profitt ma għandux ikun jista' jiġi sostitwit b'mod faċli b'xogħol imħallas. Il-kumpaniji ma għandhomx ikunu jistgħu jagħmlu użu mix-xogħol volontarju biex jiġu sostitwiti b'anqas spejjeż il-qadi tad-dmirijiet li normalment għandu jsir mill-ħaddiema mħallsa. L-organizzazzjonijiet tal-volontarjat għandhom ukoll jimpenjaw irwieħhom biex ikopru l-ispejjeż tal-volontarji fil-qafas tal-missjoni tagħhom (ikel, possibilità ta' akkomodazzjoni, eċċ).

 

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) F'soċjetajiet li jinbidlu b'rata mgħaġġla teżisti l-ħtieġa li tiġi żgurata l-effettività ta' infrastruttura li tappoġġja l-volontarjat biex tippermetti lil aktar nies jimpenjaw ruħhom f'attivitajiet volontarji. Għalhekk importanti li jiġi appoġġjat it-tagħlim inter pares u l-iskambju tal-aqwa prassi fil-livell ta' Komunità.

(4) F'soċjetajiet li jinbidlu b'rata mgħaġġla teżisti l-ħtieġa li tiġi żgurata l-effettività ta' infrastruttura li tappoġġja l-volontarjat biex tippermetti lil aktar nies jimpenjaw ruħhom f'attivitajiet volontarji. Għalhekk importanti li jiġi appoġġjat it-tagħlim inter pares u l-iskambju tal-aqwa prassi fil-livell Komunitarju, nazzjonali, reġjonali u lokali, inter alia billi jiġu stabbiliti sistemi ta' koperazzjoni effiċjenti u netwerking bejn l-organizzazzjonijiet tal-voluntiera.

 

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Fil-White Paper tal-Kummissjoni dwar l-Isport tal-11 ta' Lulju 2007 ( COM(2007)0391 ), il-Kummissjoni enfasizzat li l-organizzazzjonijiet tal-voluntiera li huma involuti f'attivitajiet sportivi jipprovdu ħafna okkażjonijiet għal edukazzjoni mhux formali li għandha tiġi rrikonoxxuta u mtejba. L-isport jipprovdi wkoll possibilitajiet attraenti għaż-żgħażagħ biex jimpenjaw u jinvolvu ruħhom fis-soċjetà u jista' jkollu effett tajjeb li jgħin biex iżomm lin-nies okkupati.

Ġustifikazzjoni

L-isport, b'mod speċjali fil-livell bażiku, huwa wieħed mill-attivitajiet primarji tal-volontarjat fl-UE. Għaldaqstant, għandu jingħata r-rikonoxximent dovut lill-irwol tal-isport fil-promozzjoni tal-volontarjat, u lill-fatt li l-Kummissjoni tagħtih prijorità fil-White Paper dwar l-Isport.

 

 

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Il-volontarjat huwa element essenzjali fil-promozzjoni ta' ċittadinanza attiva, l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili u t-tisħiħ tas-solidarjetà.

 

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Teżisti firxa kbira ta' attivitajiet ta' volontarjat madwar l-Ewropa kollha li għandha tiġi ppreservata u żviluppata b'mod ulterjuri.

(13) (13) Teżisti firxa kbira ta' attivitajiet ta' volontarjat madwar l-Ewropa kollha li għandha tiġi ppreservata u żviluppata b'mod ulterjuri, inter alia permezz tal-ħolqien ta' netwerk transkonfinali tal-assoċjazzjonijiet tal-volontarjat fid-diversi Stati Membri sabiex tiġi pprovduta pjattaforma permanenti għall-iskambju tal-esperjenzi u tal-aħjar prattiki.

Ġustifikazzjoni

Il-ħolqien ta' netwerks permanenti transkonfinalii fil-qasam tal-volontarjat jista' jkun xi ħaġa li tħalli b'wirt is-Sena Ewropea.

 

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Minkejja dan, il-potenzjal tal-volontarjat għadu ma ntlaħaqx kompletament. Sena Ewropea ta' Volontarjat għandha tipprovdi l-opportunità biex jintwera fil-kuntest Ewropew li l-volontarjat iżid il-parteċipazzjoni ċivika. Hija tista' tgħin biex trawwem sens ta' appartenenza u ta' impenn taċ-ċittadini għas-soċjetà tagħhom fil-livelli kollha — lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej.

(15) Minkejja dan, il-potenzjal tal-volontarjat għadu ma ntlaħaqx kompletament. Sena Ewropea ta' Volontarjat għandha tipprovdi l-opportunità biex jintwera fil-kuntest Ewropew li l-volontarjat iżid il-parteċipazzjoni ċivika. Hija tista' tgħin biex trawwem sens ta' appartenenza u ta' impenn fost iċ-ċittadini għas-soċjetà tagħhom fil-livelli kollha — lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej – u biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni, filwaqt li jkun possibbli għar-residenti barranin f'kull Stat Membru, inklużi dawk li l-istatus tagħhom ma jippermettilhomx li jiġu impjegati f'ħidma mħallsa, sabiex jagħmlu xogħol imħallas għall-organizzazzjonijiet mingħajr għan ta' profitt jew biex jagħmlu xogħol mingħajr ħlas. Min-naħa tiegħu, dan se jiffaċilita interazzjoni bejn iċ-ċittadini Ewropej u r-residenti barranin li jgħixu fil-komunità tagħhom f'ambjent formali u kostruttiv, filwaqt li jgħin fil-prevenzjoni tat-tixrid tal-ksenofobija.

Ġustifikazzjoni

Jekk il-volontarjat huwa intenzjonat biex isaħħaħ il-koeżjoni soċjali fl-Ewropa, għandu jservi biex jiġġieled id-diskriminazzjoni u għalhekk għandu jkun aċċessibbli għar-residenzi kollha f'kull Stat Membru, inklużi ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi u pajjiżi li ma għandhomx sħubijiet mal-UE. L-iskambji pożittivi bejn iċ-ċittadini tal-UE u ċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi li jgħixu fl-Istati Membri tal-UE se jgħinu biex iġibu fit-tmiem it-tixrid tar-razziżmu f'dawn il-komunitajiet, u jwasslu għal aktar solidarjetà fost ir-residenti tagħhom kemm Ewropej, kif ukoll mhux Ewropej.

 

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Is-Sena Ewropea ta' Volontarjat għandha tenfasizza l-irwol ewlieni li għandhom l-attivitajiet volontarji, filwaqt li fl-istess ħin tfakkar lill-Istati Membri li ma għandhomx jintużaw bħala mezz biex jintlaħqu l-bżonnijiet bażiċi li normalment jintlaħqu mis-servizzi soċjali u anqas biex jissostitwixxu azzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi.

Ġustifikazzjoni

L-awtoritajiet pubbliċi ma għandhomx ikunu jistgħu jagħmlu użu mix-xogħol volontarju bħala alternattiva rħisa għall-qadi ta’ dmirijiet li, bi prinċipju, għandu jsir mis-servizzi u l-amministrazzjonijiet tagħhom.

 

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Issir ħidma għal ambjent li jiffaċilita l-volontarjat fl-UE - Li l-volontarjat jiġi stabbilit bħala parti mill-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ċivika u tal-attivitajiet min-nies għan-nies fil-kuntest tal-UE.

1. Issir ħidma għal ambjent li jiffaċilita l-volontarjat fl-UE - Li l-volontarjat jiġi stabbilit bħala parti mill-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ċivika, sħubija u tal-attivitajiet min-nies għan-nies fil-kuntest tal-UE.

Ġustifikazzjoni

 

Is-Sena Ewropea ta' Volontarjat għandha taffierma mill-ġdid il-kunċett essenzjali tas-isħubija, bil-għan ta' koperazzjoni permanenti bejn l-amministrazzjonijiet fil-livelli kollha u l-organizzazzjonijiet tal-voluntiera.

 

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jissawru bis-setgħa organizzazzjonijiet tal-volontiera u tittejjeb il-kwalità tal-volontarjat - Biex jiġi ffaċilitat il-volontarjat u biex jitħeġġu n-netwerking, il-mobilità, il-kooperazzjoni u s-sinerġiji bejn l-organizzazzjonijiet tal-volontarjat u setturi oħra fil-kuntest tal-UE.

2. Jissawru bis-setgħa organizzazzjonijiet tal-volontiera u tittejjeb il-kwalità tal-volontarjat - Biex jiġi promoss il-volontarjat u l-aċċess tiegħu għall-finanzi suffiċjenti u sostenibbli filwaqt li jitħeġġu n-netwerking, il-mobilità, il-kooperazzjoni u s-sinerġiji bejn l-organizzazzjonijiet tal-volontarjat u setturi oħra bla għan ta' profitt fil-kuntest tal-UE u filwaqt li jkun possibbli li x-xogħol volontarjat jsir b'mod li jista jsir permanenti. Id-dmir ta' diliġenza li hu r-responsabilità tal-organizzazzjonijiet tal-voluntiera lejn il-voluntiera tagħhom għandu jiġi stabbilit fil-liġi u għandu jinkludi protezzjoni adegwata permezz ta' assigurazzjoni, miżuri tas-saħħa u tas-sigurtà u taħriġ.

Ġustifikazzjoni

 

Sabiex l-organizzazzjonijiet tal-voluntiera jingħataw l-għodod biex ikunu jistgħu jiffunzjonaw għandu jingħatalhom aċċess għall-fondi li għandhom ikunu garantiti għal tul ta' żmien u jkunu ta' natura sostenibbli. Għandha wkoll tiġi affiermata mill-ġdid in-natura tal-attività volontarja bla skop ta' profitt, kif ukoll li jiġi enfasizzat li l-volontarjat għandu jsir fit-tul sabiex isir proġett professjonali reali u saħansitra proġett għall-ħajja.

 

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Jiġu ppremjati u rikonoxxuti l-attivitajiet ta' volontarjat - Biex jitħeġġu inċentivi xierqa għall-individwi, il-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet tal-iżvilupp tal-volontarjat u biex jintrebaħ aktar għarfien sistematiku għall-volontarjat fil-livell tal-UE minn min ifassal il-politika, mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u minn min iħaddem għal ħiliet u kompetenzi żviluppati permezz tal-volontarjat.

3. Jiġu ppremjati u rikonoxxuti l-attivitajiet ta' volontarjat - Biex tiġi ggwidata l-introduzzjoni ta' inċentivi xierqa għall-individwi, il-kumpaniji, l-assoċjazzjonijiet tal-isports u l-organizzazzjonijiet tal-iżvilupp tal-volontarjat. Għall-individwi, dan il-proċess jinkludi l-validazzjoni tal-esperjenza u r-rikonoxximent tal-ekwivalenzi għall-iskopijiet ta' taħriġ jew tiftix ta' xogħol permezz tal-introduzzoni ta' sistema ta' ċertifikazzjoni tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba permezz tal-attività volontarja. Dan jistabbilixxi aktar rikonoxximent sistematiku tal-volontarjat fil-livell tal-UE minn min ifassal il-politika, mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u minn min iħaddem.

Ġustifikazzjoni

Il-voluntiera għandhom jingħataw rikonoxximent ta' xogħolhom permezz tal-validazzjoni tal-ħiliet li jkunu kisbu. Jekk tkun teżisti dokumentazzjoni tal-mertu, li tkun irrikonoxxuta madwar l-Unjoni, b'sistema ta' klassifikazzjoni bbażata fuq il-perjodu tas-servizz, il-livell tar-responsabilità u l-ħiliet mitluba minnhom u l-ħiliet miksuba matul il-ħidma tagħhom, din tiffaċilita lil dawk li jagħtu ħinhom fis-settur volontarju permezz tat-trasformazzjoni ta' dan il-kontribut f'assi li aktar tard ikunu jistgħu jintużaw għal tiftix ta' xogħol bi ħlas. L-eżenzjoni mill-VAT għall-organizzazzjonijiet volontarji tinkoraġixxi ż-żieda fil-volontarjat.

Għandu jingħata r-rikonoxximent dovut lill-irwol ċentrali tal-organizzazzjonijiet tal-isports fl-aktar livelli bażiċi madwar l-UE bħala muturi tal-attività volontarja.

 

 

Emenda  11

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 3 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Titħeġġeġ is-solidarjetà internazzjonali u Ewropea permezz tal-promozzjoni tal-paċi, il-koperazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar u l-ħarsien tal-ambjent permezz tal-volontarjat.

Ġustifikazzjoni

Peress li l-promozzjoni tal-volontarjat tirrifletti volontà tat-tisħiħ fil-koeżjoni soċjali kemm fil-livell lokali kif ukoll Ewropew u, saħansitra internazzjonali, il-promozzjoni għandha tiffavorixxi s-solidarjetà bejn il-popli u l-individwi.

 

Emenda  12

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Jitqajjem għarfien tal-opinjoni pubblika dwar il-valur u l-importanza tal-volontarjat - Biex jitqajjem għarfien ġenerali tal-opinjoni pubblika dwar l-importanza tal-volontarjat bħala espressjoni tal-parteċipazzjoni ċivika u eżempju ta' attività min-nies għan-nies li tikkontribwixxi għal kwistjonijiet li huma ta' interess komuni tal-Istati Membri kollha, bħalma huma żvilupp armonjuż tas-sċjetà u koeżjoni ekonomika

4. 4. Jitqajjem għarfien tal-valur soċjali u ekonomiku u l-importanza tal-volontarjat - Biex jitqajjem għarfien ġenerali tal-importanza soċjali u ekonomika tal-volontarjat bħala espressjoni tal-parteċipazzjoni ċivika u eżempju ta' attività min-nies għan-nies li tikkontribwixxi għal kwistjonijiet li huma ta' interess komuni tal-Istati Membri kollha, bħalma huma żvilupp armonjuż tas-soċjetà u koeżjoni soċjali u ekonomika, u biex jiġu promossi l-attivitajiet volontarji sabiex isiru aktar attraenti għaċ-ċittadini, li jkunu qed jingħataw l-opportunità li jibdew jinvolvu rwieħhom f'impenji ċivili.

Ġustifikazzjoni

Wara r-Rapport tal-Parlament Ewropew ta' Marzu 2008 dwar "L-Irwol tal-Volontarjat fil-kontribut lejn il-koeżjoni soċjali u ekonomika', għandu jingħata r-rikonoxximent dovut għall-importanza soċjali kif ukoll ekonomika ta' din l-attività.

 

Emenda  13

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 4 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Iċ-ċelebrazzjoni u l-promozzjoni tad-diversità fost iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jieħdu sehem f'attivitajiet volontarji - Jiġu miġġielda stereotipi komuni dwar 'il-voluntiera' sabiex jitqajjem aktar għarfien dwar id-diversità tal-parteċipanti li jieħdu sehem f'attivitajiet volontarji madwar l-Ewropa u biex ċittadini minn kull livell soċjali, ta' kull razza, ta' kull ħila u abilità, u ta' kull età jitħeġġu biex jinvolvu rwieħhom f'attivitajiet volontarji fil-komunità tagħhom, u biex il-volontarjat jiġi promoss bħala attività li hija miftuħa għal kulħadd.

Ġustifikazzjoni

L-istereotipi perċepiti ta' 'voluntier' - ta' spiss ikkaratterizzat bħala persuna ta' ċerta età u sess, jipprojbixxu lil ħafna nies milli jimmaġinaw irwieħhom bħala volontarji potenzjali, u milli joħorgu u jfittxu opportunitajiet ta' volontarjat fil-komunitajiet tagħhom. Wieħed mill-għanijiet prinċipali tas-Sena Ewropea ta' Volontarjat għandu jkun li jiġu miġġielda dawn l-istereotipi u li tiġi estiża l-opinjoni tal-poplu dwar dak li jinvolvi x-xogħol volontarjat u l-voluntiera - parzjalment permezz ta' paraguni internazzjonali.

 

Emenda  14

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 2 għandhom jinkludu l-attivitajiet li ġejjin f'livell Komunitarju, nazzjonali, reġjonali jew lokali marbuta mal-għanijiet tas-Sena Ewropea:

1. Il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 2 għandhom jinkludu l-attivitajiet li ġejjin f'livell Komunitarju, nazzjonali, reġjonali jew lokali marbuta mal-għanijiet tas-Sena Ewropea:

l-iskambju tal-esperjenza u tal-prassi t-tajba;

• l-iskambju tal-esperjenza u tal-prassi t-tajba b'mod partikulari permezz ta' sistemi effiċjenti ta' koperazzjoni u ta' networking bejn l-organizzazzjonijiet tal-voluntiera;

it-tixrid ta' riżultati ta' studji u riċerka relatata;

 

il-konferenzi, l-okkażjonijiet u l-inizjattivi biex jippromwovu d-diskussjoni u jqajmu għarfien tal-opinjoni pubblika dwar l-importanza u l-valur tal-volontarjat u biex jonoraw l-isforzi tal-volontiera;

il-konferenzi, l-okkażjonijiet u l-inizjattivi biex jippromwovu d-djalogu u jqajmu għarfien tal-opinjoni pubblika dwar l-importanza u l-valur tal-volontarjat u biex irawmu netwerks transkonfinali għall-iskop ta' dibattitu attiv;

kampanji ta' tagħrif u ta' promozzjoni biex jinxterdu l-messaġġi ewlenin.

kampanji ta' tagħrif u ta' promozzjoni biex jinxterdu l-messaġġi ewlenin.

 

it-twaqqif ta' bażi tad-data ta' dawk kollha li għandhom sehem fil-qasam u l-organizzazzjonijiet involuti f'attivitajiet volontarji;

 

l-isfruttar ta' sinerġiji ma' oqsma oħra ta' azzjoni tal-UE, bħalma huma l-oqsma taż-Żgħażagħ f'Azzjoni, il-Fond Soċjali Ewropej u l-Isports, sabiex tiġi promossa ċ-ċittadinanza attiva.

Ġustifikazzjoni

It-tixrid tal-istudji ma għandux ikun ta' prijorità, b'mod speċjali fid-dawl tal-fatt li l-Kummissjoni dalwaqt se tippubblika studju importanti dwar il-volontarjat fl-aħħar tal-2009. Minflok, il-fondi għandhom jintużaw għall-istabbiliment ta' bażi tad-data għall-voluntiera u l-organizzazzjonijiet volontarji. Fejn ikun possibbli, għandhom jinstabu sinerġiji mal-inċentivi u l-programmi l- oħra tal-UE u programmi sabiex is-Sena Ewropea jkollha l-aktr impatt qawwi possibbli.

 

Emenda  15

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-baġit għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011 huwa EUR 6 000 000.

1. Il-baġit għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2011 huwa EUR 10 000 000.

Ġustifikazzjoni

EUR 6 miljuni mhumiex biżżejjed biex jintlaħqu l-objettivi (Is-Sena Ewropea 2010 dwar il-ġlieda kontra l-faqar u l-inklużjoni soċjali għandha baġit ta' EUR 17-il miljun). Il-possibilità li jintgħażlu programmi oħra biex jiġu ffinanzjati ċerta azzjonijiet tista' twassal li dawn jiċċaħdu minn mezzi li jistgħu ikunu ta' utlità xi mkien ieħor. Għaldaqstant hemm bżonn ta' żieda ta' EUR 10 miljuni fil-baġit sabiex l-effett ikun aktar b'saħħtu.

 

 

Emenda  16

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Sezzjoni A, punt 1 – inċiż 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

okkażjonijiet u forums ta' viżibilità għolja għall-iskabju tal-esperjenza u l-prassi t-tajba;

• okkażjonijiet u forums ta' viżibilità għolja għall-iskambju ta' esperjenzi u l-prassi t-tajba waqt li tingħata prijorità lill-programmi ta' ġemellaġġ u ta' mobilità;

Ġustifikazzjoni

Il-programmi ta' ġemellaġġ u ta' mobilità jistgħu jservu bħala punt ċentrali għas-Sena Ewropea, kif ukoll sabiex jinkoraġġixxu l-bini ta' relazzjonijiet li fuqhom wieħed jista' jibni fil-ġejjieni sabiex jiġi żgurat il-wirt li tħalli warajha s-Sena.

 

 

Emenda  17

Proposta għal deċiżjoni

Anness - Sezzjoni A - punt 1 - inċiż 6a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

· tisħiħ fil-viżibilità tal-kontribut tal-attivitajiet volontarji fid-dħul nazzjonali u l-impatt tagħhom fuq is-soċjetà, permezz tal-inklużjoni tal-volontarjat f'kategorija speċifika fil-kontijiet statistiċi tal-Eurostat, permezz tal-produzzjoni ta' kontijiet satelliti fuq l-istituzzjonijiet mingħajr għan ta' profitt u l-inklużjoni tal-ħidma tal-benevolat f'dawn il-kontijiet u billi l-ġurnata tal-5 ta' Diċembru ta' kull sena tiġi stabbilit bħala s-Sena Internazzjonali tal-Volontarjat li hija rikonoxxuta min-Nazzjonijiet Uniti sa mill-1985.

Ġustifikazzjoni

Fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-irwol tal-volontarjat bħala kontribut fil-koeżjoni ekonomika u soċjali, il-Parlament diġà rrakomanda li l-volontarjat ġħandu jiġi inkluż bħala kategorija spċifika fil-kontijiet statistiċi tal-Eurostat u li "kontijiet satelliti" regolari fuq l-istituzzjonijiet li ma jagħmlux profitt jiġu prodotti filwaqt li jinkludu l-ġidma volontarja mingħajr ħlas. L-istituzzjonijiet Ewoprej għandha twassal il-messaġġ tagħha tal-Ġurnata Internazzjonali ta' Voluntiera tan-Nazzjonijiet Uniti.

 

Emenda  18

Proposta għal deċiżjoni

Anness – Sezzjoni C – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull koordinatur Nazzjonali għandu jippreżenta applikazzjoni waħda għall-finanzjament Komunitarju. L-applikazzjoni għall-għotja għandha tiddeskrivi l-programm ta' ħidma tal-koordinatur jew l-azzjoni li għandha tiġi finanzjata u għandha tippromwovi s-Sena Ewropea. L-applikazzjoni għall-għotja għandha tkun akkumpanjata minn baġit dettaljat li jistipula l-ispejjeż totali tal-inizjattivi/il-programm ta' ħidma proposti u l-ammont u s-sors ta' kofinanzjament. L-għotja tal-Komunità tista' tkopri sa 80 % tal-ispejjeż totali.

Kull koordinatur Nazzjonali għandu jippreżenta applikazzjoni waħda għall-finanzjament Komunitarju. L-applikazzjoni għall-għotja għandha tinkludi deskrizzjoni - ibbażata fuq il-konsultazzjoni kostanti mal-organizzazzjonijiet tal-volontarjat - tal-programm ta' ħidma tal-koordinatur jew l-azzjoni li għandha tiġi finanzjata u għandha tippromwovi s-Sena Ewropea L-applikazzjoni għall-għotja għandha tkun akkumpanjata minn baġit dettaljat li jistipula l-ispejjeż totali tal-inizjattivi/il-programm ta' ħidma proposti u l-ammont u s-sors ta' kofinanzjament. L-għotja tal-Komunità tista' tkopri sa 80 % tal-ispejjeż totali.

Ġustifikazzjoni

L-organizzazzjonijiet tal-voluntiera għandhom ikunu involuti bis-sħiħ fi spirtu ta' sħubija fit-tfassil ta' kull programm .

PROĊEDURA

Titolu

Sena Ewropea tal-Volontarjat (2011)

Referenzi

COM(2009)0254 – C7-0054/2009 – 2009/0072(CNS)

Kumitat responsabbli

CULT

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

14.7.2009

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Karima Delli

2.9.2009

 

 

Eżami fil-kumitat

6.10.2009

 

 

 

Data tal-adozzjoni

4.11.2009

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Luís Paulo Alves, Catherine Bearder, Victor Boştinaru, Philip Bradbourn, Sophie Briard Auconie, Zuzana Brzobohatá, John Bufton, Salvatore Caronna, Ricardo Cortés Lastra, Tamás Deutsch, Rosa Estaràs Ferragut, Elie Hoarau, Seán Kelly, Constanze Angela Krehl, Petru Constantin Luhan, Ramona Nicole Mănescu, Erminia Mazzoni, Franz Obermayr, Wojciech Michał Olejniczak, Markus Pieper, Monika Smolková, Georgios Stavrakakis, Csanád Szegedi, Nuno Teixeira, Michael Theurer, Michail Tremopoulos, Lambert van Nistelrooij, Oldřich Vlasák, Kerstin Westphal, Hermann Winkler, Joachim Zeller, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Karima Delli, Ivars Godmanis, Andrey Kovatchev, Veronica Lope Fontagné, Marek Henryk Migalski, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, Vilja Savisaar, Elisabeth Schroedter, Sabine Verheyen

 

 

 

 

 

 

 

 

PROĊEDURA

Titolu

Is-Sena Ewropea tal-Volontarjat (2011).

Referenzi

COM(2009)0254 – C7-0054/2009 – 2009/0072(CNS)

Date of consulting Parliament

6.7.2009

Committee responsible

       Date announced in plenary

CULT

14.7.2009

Committee(s) asked for opinion(s)

       Date announced in plenary

BUDG

14.7.2009

EMPL

17.9.2009

REGI

14.7.2009

LIBE

14.7.2009

Not delivering opinions

       Date of decision

LIBE

3.9.2009

 

 

 

Rapporteur(s)

       Date appointed

Marco Scurria

5.10.2009

 

 

Discussed in committee

10.11.2009

23.11.2009

 

 

Date adopted

23.11.2009

 

 

 

Result of final vote

+:

–:

0:

32

0

0

Members present for the final vote

Maria Badia i Cutchet, Malika Benarab-Attou, Piotr Borys, Silvia Costa, Santiago Fisas Ayxela, Mary Honeyball, Petra Kammerevert, Emma Mcclarkin, Marek Henryk Migalski, Katarína Neveďalová, Doris Pack, Chrysoula Paliadeli, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, Marietje Schaake, Pál Schmitt, Marco Scurria, Joanna Senyszyn, Timo Soini, Hannu Takkula, László Tőkés, Helga Trüpel, Marie-Christine Vergiat, Sabine Verheyen, Milan Zver

Substitute(s) present for the final vote

Ivo Belet, Knut Fleckenstein, Seán Kelly, Ramona Nicole Mănescu, Hans-Peter Martin, Iosif Matula, Jean-Luc Mélenchon, Georgios Papanikolaou, Monika Smolková, Róża, Gräfin von Thun Und Hohenstein, Iva Zanicchi

Substitute(s) under Rule 187(2) present for the final vote

Marian Harkin

 

[1] Dikjarazzjoni bil-Mitkub 0030/2008 tal-15 ta' Lulju 2008.