Dokument ta' sessjoni
26.3.2010
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/71/KE dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat
( COM(2009)0491 – C7–0170/2009 – 2009/0132(COD) )
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Wolf Klinz
PR_COD_1am
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta' konsultazzjoni maġġoranza tal-voti mitfugħa **I Proċedura ta' koperazzjoni (l-ewwel qari) maġġoranza tal-voti mitfugħa **II Proċedura ta' koperazzjoni (it-tieni qari) maġġoranza tal-voti mitfugħa, sabiex tiġi approvata l-pożizzjoni komuni maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament, sabiex tiġi miċħuda jew emendata l-pożizzjoni komuni *** Proċedura ta' kunsens maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament, apparti fil-każi msemmija fl-Artikoli 105, 107, 161 u 300 tat-Trattat KE u fl-Artikolu 7 tat-Trattat UE ***I Proċedura ta' kodeċiżjoni (l-ewwel qari) maġġoranza tal-voti mitfugħa ***II Proċedura ta' kodeċiżjoni (it-tieni qari) maġġoranza tal-voti mitfugħa, sabiex tiġi approvata l-pożizzjoni komuni maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament, sabiex tiġi miċħuda jew emendata l-pożizzjoni komuni ***III Proċedura ta' kodeċiżjoni (it-tielet qari) maġġoranza tal-voti mitfugħa, sabiex jiġi approvat it-test konġunt
(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-Kummissjoni.) |
Emendi għal test leġiżlattiv |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b' tipa qawwija u korsiva. Fil-każ ta' atti li jemendaw, il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-Kummissjoni ma tkunx emendat, huma indikati b'tipa qawwija. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...]. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tat-test leġiżlattiv li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f'verżjoni lingwistika minnhom). Il-korrezzjonijiet proposti huma suġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
|
WERREJ
Paġna
ABBOŻŻ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 59
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI 62
PROĊEDURA 67
ABBOŻŻ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/71/KE dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat
( COM(2009)0491 – C7–0170/2009 – 2009/0132(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2009)0044 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikoli 44 u 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0170/2009),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” ( COM(2009)0665 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikoli 50 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew[1],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[2],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji ( A7–0102/2010 ),
1. Jaddotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif tinstab hawnhekk;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Premessa 4 a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4a) Wara l-konklużjonijiet tar-rapport tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar is-Sorveljanza Finanzjarja tal-UE (il-grupp de Larosière), fit-23 ta’ Settembru 2009 l-Kummissjoni ressqet proposti leġiżlattivi konkreti sabiex tistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Superviżuri Finanzjarji (SESF) magħmula minn netwerk ta’ superviżuri finanzjarji nazzjonali li jaħdmu id f’id mal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej ġodda. Barra minn hekk, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) li għadha kif twaqqfet għandha tissostitwixxi lill-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli (CESR). |
Emenda 2
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Premessa 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) Għall-finijiet tal-assenjazzjonijiet privati ta' titoli, id-ditti ta' investiment u l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandu jkollhom id-dritt li jittrattaw ta' investituri kwalifikati lil dawk il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jqisuhom bħala tali jew li jittrattaw bħala klijenti professjonali, jew li jkunu rikonoxxuti bħala kontropartijiet eliġibbli skont id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE. Allinjament tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttivi 2003/71/KE u 2004/39/KE f’dan ir-rigward inaqqas il-kumplessità u l-kostijiet għad-ditti ta’ investiment fis-sitwazzjonijiet ta’ assenjazzjonijiet privati għaliex id-ditti jkunu f’pożizzjoni li jiddefinixxu l-persuni li lilhom tkun trid tiġi indirizzata l-assenjazzjoni filwaqt li joqogħdu fuq il-listi tagħhom stess ta’ klijenti professjonali u kontropartijiet eliġibbli. Għalhekk, id-definizzjoni ta’ investitur kwalifikat fid-Direttiva 2003/71/KE għandha titwessa’ biex tinkludi dawk il-persuni. | (6) Għall-finijiet tal-assenjazzjonijiet privati ta’ titoli, id-ditti ta’ investiment u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom id-dritt li jittrattaw ta’ investituri kwalifikati lil dawk il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jqisuhom bħala tali jew li jittrattaw bħala klijenti professjonali, jew li jkunu rikonoxxuti bħala kontropartijiet eliġibbli skont id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE. Allinjament tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttivi 2003/71/KE u 2004/39/KE f’dan ir-rigward inaqqas il-kumplessità u l-kostijiet għad-ditti ta’ investiment fis-sitwazzjonijiet ta’ assenjazzjonijiet privati għaliex id-ditti jkunu f’pożizzjoni li jiddefinixxu l-persuni li lilhom tkun trid tiġi indirizzata l-assenjazzjoni filwaqt li joqogħdu fuq il-listi tagħhom stess ta’ klijenti professjonali u kontropartijiet eliġibbli. L-emittent għandu jkun jista’ joqgħod fuq il-lista ta’ klijenti professjonali u kontropartijiet eliġibbli li tfasslet skont l-Anness II tad-Direttiva 2004/39/KE. Għalhekk, id-definizzjoni ta' investitur kwalifikat fid-Direttiva 2003/71/KE għandha titwessa' biex tinkludi dawk il-persuni u m’għandu jinżamm ebda reġistru separat. |
Ġustifikazzjoni
Għandu jkun ċar li l-emittent mhux f’pożizzjoni li jiċċekkja l-korrettezza ta’ klassifikazzjoni bħala klijent professjonali jew kontroparti eliġibbli. Għalhekk, ma jistax iwassal għar-responsabilità ta’ xi klassifkazzjoni ħażina.
Emenda 3
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Premessa 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) Sabiex tiżdied l-effiċjenza u l-flessibbiltà tal-ħruġ tad-dejn fil-Komunità, il-limitazzjoni dwar id-determinazzjoni tal-Istat Membru ta' domiċilju għall-ħruġ ta' titoli mhux azzjonarji b'denominazzjoni taħt EUR 1 000 għandha titneħħa. Il-mekkaniżmu għad-determinazzjoni tal-Istat Membru ta’ domiċilju u l-Istat Membru ospitanti fid-Direttiva 2004/109/KE għandu jiġi emendat skont dan. | imħassar |
Ġustifikazzjoni
It-tneħħija tal-limitu ta’ €1000 minn fejn l-emittenti ta’ titoli bla ekwità jistgħu jagħżlu l-awtorità kompetenti tagħhom probabbli ddgħajjef il-protezzjoni tal-investitur, b’mod partikolari l-protezzjoni ta’ investituri bl-imnut, billi tittejjeb il-possibilità għall-emittent biex jibda arbitraġġ regolatorju għad-detriment tal-eqreb awtorità.
Emenda 4
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) Prospett validu, imfassal minn emittent jew offerent u disponibbli għall-pubbliku meta tkun saret l-aħħar assenjazzjoni ta’ titoli permezz ta’ intermedjarji finanzjarji jew fi kwalunkwe bejgħ mill-ġdid sussegwenti ta’ titoli, jipprovdi biżżejjed tagħrif lill-investituri biex jaslu għal deċiżjoni informata dwar l-investiment. Għalhekk, l-intermedjarji finanzjarji li jassenjaw jew sussegwentement itennu l-bejgħ tat-titoli għandu jkollhom id-dritt joqogħdu fuq il-prospett inizjali ppubblikat mill-emittent jew offerent sakemm dan ikun validu u ssupplimentat kif xieraq skont l-Artikolu 9 u l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2003/71/KE u l-emittent jew l-offerent responsabbli mit-tfassil ta' tali prospett jaqbel mal-użu tiegħu. F'dan il-każ ma jkun meħtieġ l-ebda prospett ieħor. Madankollu, f'każ li l-emittent jew l-offerent responsabbli mit-tfassil ta' tali prospett inizzjali ma jaqbilx mal-użu tiegħu, l-intermedjarju finanzjarju għandu jkun meħtieġ jippubblika prospett ġdid. | (8) Prospett validu, imfassal minn emittent jew offerent u disponibbli għall-pubbliku meta tkun saret l-aħħar assenjazzjoni ta’ titoli permezz ta’ intermedjarji finanzjarji jew fi kwalunkwe bejgħ mill-ġdid sussegwenti ta’ titoli, jipprovdi biżżejjed tagħrif lill-investituri biex jaslu għal deċiżjoni informata dwar l-investiment. Għalhekk, l-intermedjarji finanzjarji li jassenjaw jew sussegwentement itennu l-bejgħ tat-titoli għandu jkollhom id-dritt joqogħdu fuq il-prospett inizjali ppubblikat mill-emittent jew offerent sakemm dan ikun validu u ssupplimentat kif xieraq skont l-Artikolu 9 u l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2003/71/KE u l-emittent jew l-offerent responsabbli mit-tfassil ta’ tali prospett u kull entità oħra li, skont il-liġi nazzjonali, hija responsabbli għall-preċiżjoni ta' parti speċifika tal-kontenut ta’ tali prospett jaqbel mal-użu tiegħu. L-emittent jew l-offerent għandu jkun jista’ jorbot xi kundizzjonijiet għall-kunsens tiegħu. Fil-każ li jingħata l-kunsens biex jintuża l-prospett, l-emittent jew l-offerent responsabbli għat-tfassil tal-prospett inizjali għandu jkun responsabbli għall-informazzjoni murija fih u ma għandu jkun meħtieġ l-ebda prospett ieħor. Fejn, minkejja tali kunsens, it-termini finali tal-prospett għandhom ikunu aġġornati b'informazzjoni speċifika relatata mal-bejgħ mill-ġdid, l-intermedjarju finanzjarju li jagħmel użu mill-prospett għandu jkun responsabbli għal din l-informazzjoni addizzjonali. Madankollu, f’każ li l-emittent jew l-offerent responsabbli mit-tfassil ta’ tali prospett inizzjali ma jaqbilx mal-użu tiegħu, l-intermedjarju finanzjarju għandu jkun meħtieġ jippubblika prospett ġdid. Jekk l-intermedjarju finanzjarju jagħżel li juża l-prospett inizjali mingħajr kunsens, l-intermedjarju għandu jkun responsabbli wkoll għall-informazzjoni mogħtija fil-prospett inizjali. |
Ġustifikazzjoni
Għandu jkun espliċitu li l-intermedjarju jagħmel lilu nnifsu responsabbli fil-każ li ma jirrispettax il-kundizzjonijiet marbuta mal-kunsens tal-emittent jew l-offerent.
Emenda 5
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Premessa 8 a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (8a) Sabiex tippermetti l-applikazzjoni effikaċi tad-Direttiva 2003/71/KE, tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat1 (id-Direttiva dwar it-Trasparenza) u tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq)2 (id-Direttiva dwar l-Abbuż tas-Suq) u sabiex jiġu ċċarati l-problemi bażiċi ta’ divrenzjar u duplikazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta definizzjoni għal ‘suq primarju’, ‘suq sekondarju’ u ‘offerta pubblika’. |
| ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38. 2 ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16. |
Emenda 6
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Premessa 8 b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (8b) Minħabba l-kompetenza nazzjonali fil-liġi ċivili l-iskemi ta’ responsabilità fl-Istati Membri huma differenti b'mod sinifikanti. Sabiex jiġu identifikati u mmoniterjati d-dispożizzjonijiet fl-Istati Membri, l-AETS għandha tistabbilixxi tabella komparattiva tal-iskemi tal-Istati Membri. |
Emenda 7
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Premessa 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) Is-sommarju tal-prospett huwa sors ewlieni ta' informazzjoni għall-investituri fil-livell ta' konsumaturi. Għandu jkun qasir, sempliċi u jinftiehem mill-investituri fil-mira. Għandu jiffoka fuq l-informazzjoni kruċjali li l-investituri jeħtieġu biex ikunu f'pożizzjoni jieħdu deċiżjonijiet informati ta' investiment. Il-kontenut tiegħu ma għandux ikun ristrett għal xi għadd ta' kliem prestabbilit. Il-format u l-kontenut tas-sommarju għandu jkun iddeterminat b'mod li jiżgura komparabbiltà ma' prodotti oħra ta' investiment li jkunu simili għall-proposta ta' investiment deskritta fil-prospett. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jattribwixxu responsabbiltà ċivili abbażi tas-sommarju mhux biss jekk ikun ta' żgwida, impreċiż jew inkonsistenti, meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-prospett, imma wkoll jekk ma jipprovdix l-informazzjoni kruċjali li tippermetti l-investituri jieħdu deċiżjonijiet informati ta' investiment u jikkumparaw it-titoli ma' prodotti ta' investiment oħra. | (10) Is-sommarju tal-prospett għandu jiġi ssostitwit minn dokument ta’ informazzjoni essenzjali li għandu jkun sors ewlieni ta' informazzjoni għall-investituri fil-livell ta' konsumaturi. Għandu jkun qasir, sempliċi, ċar u li faċilment jinftiehem mill-investituri fil-mira. Għandu jiffoka fuq l-elementi essenzjali li l-investituri jeħtieġu biex ikunu f’pożizzjoni li jieħdu deċiżjonijiet dwar liema offerti ta’ titoli għandhom ikomplu jitqiesu. Għandu jkun konċiż u għandu jippreżenta l-informazzjoni f’ordni speċifika sabiex jippermetti li jkun hemm l-akbar armonizzazzjoni possibbli u tiġi ffaċilitata l-komparabilità. L-AETS għandha tagħti pariri lill-Kummissjoni dwar il-potenzjal għall-inizjattiva tal-PRIPs biex tkompli tiżviluppa fil-kuntest tar-reviżjoni li se ssir tad-Direttiva 2004/39/KE u d-definizzjoni tal-format u l-kontenut tad-dokument ta’ informazzjoni essenzjali msemmi f'din id-direttiva. Il-Kummissjoni u l-AETS għandhom jiżguraw allinjament massimu fl-atti ddelegati mar-riżultati tal-inizjattiva tal-PRIPs mingħajr ma jinħoloq piż ta' duplikazzjoni fir-regolament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ebda responsabilità ċivilima ma għandha torbot ma’ persuna waħda abbażi ta’ dokument ta’ informazzjoni essenzjali, inkluża kull traduzzjoni tiegħu, sakemm ma jkunx ta’ żgwida, impreċiż jew inkonsistenti mal-partijiet l-oħra rilevanti tal-prospett. L-informazzjoni essenzjali tal-investitur għandu jkun fiha twissija ċara f’dan ir-rigward. |
Emenda 8
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Premessa 10 a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10a) L-inizjattiva PRIP għandha tiċċara kif jiġi żgurat li jkun hemm ħarsien adegwat tal-investitur u komparabilità ma’ prodotti oħra fi stadju prekuntrattwali. L-aspett tad-distribuzzjoni huwa ta’ importanza kbira meta jiġi żgurat il-ħarsien tal-investituri bl-imnut. Id-Direttivi 2003/71/KE u 2004/109/KE għandhom jiġu emendati b’miżura orizzontali f’dan ir-rigward fiż-żmien xieraq. |
Emenda 9
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Premessa 10 b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10b) Id-dokument ta’ informazzjoni essenzjali għandu jissostitwixxi s-sommarju tal-prospett għall-finijiet tal-proċess ta’ notifika. It-termini finali għandhom jissupplimentaw id-dokument ta’ informazzjoni essenzjali meta dawn it-termini ma jkunux magħrufa fil-mument meta jitfassal id-dokument ta’ informazzjoni essenzjali. L-informazzjoni li tinsab fit-termini finali għandha tiġi mogħtija fl-istess format bħad-dokument ta’ informazzjoni essenzjali tal-prospett ta’ bażi. |
Ġustifikazzjoni
Ladarba d-dokument ta’ informazzjoni essenzjali se jissostitwixxi s-sommarju anki fil-proċedura tan-notifika, l-informazzjoni li mhijiex disponibbli meta jitfassal il-KID għandha tingħata fit-termini finali. Għalhekk, it-termini finali għandu jkollhom l-istess struttura tal-KID sabiex jarmonizzaw d-dokumenti.
Emenda 10
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Premessa 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(11) Sabiex tittejjeb l-effiċjenza tal-ħruġ transkonfinali tad-drittijiet u biex jitqies kif xieraq id-daqs tal-emittenti, partikolarment istituzzjonijiet ta' kreditu li joħorġu t-titoli msemmija fl-Artikolu 1(2)(j) tad-Direttiva 2003/71/KE skont il-limitu stipulat f'dak l-Artikolu jew ogħla minnu u kumpaniji b'kapitalizzazzjoni kummerċjali ridotta, għandu jiddaħħal reġim propozjonat ta' żvelar għall-ħruġ ta' drittijiet u offerti ta' ishma minn emittenti b'kapitalizzazzjoni kummerċjali ridotta u offerti ta' titoli mhux azzjonarji msemmija fl-Artikolu 1(2)(j) tad-Direttiva 2003/71/KE maħruġa mill-istituzzjonijiet ta' kreditu skont il-limitu stipulat f'dak l-Artikolu jew ogħla minnu. | (11) Sabiex jitqies kif xieraq id-daqs tal-emittenti, partikolarment istituzzjonijiet ta’ kreditu li joħorġu t-titoli msemmija fl-Artikolu 1(2)(j) tad-Direttiva 2003/71/KE skont il-limitu stipulat f’dak l-Artikolu jew ogħla minnu u kumpaniji b’kapitalizzazzjoni kummerċjali ridotta, għandu jiddaħħal reġim propozjonat ta’ żvelar għal offerti ta’ ishma ta’ SMEs imsemmija fl-Artikolu 2(1)(f) tad-Direttiva 2003/71/KE, u minn emittenti b’kapitalizzazzjoni kummerċjali ridotta u offerti ta’ titoli mhux azzjonarji msemmija fl-Artikolu 1(2)(j) tad-Direttiva 2003/71/KE maħruġa mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu skont il-limitu stipulat f’dak l-Artikolu jew ogħla minnu. |
Ġustifikazzjoni
Azzjonijiet li jdgħajfu t-trasparenza u l-ħarsien tal-azzjonisti u ta’ min ifaddal għandhom jiġu evitati. Id-drittijiet preventivi tal-abbonament huma fil-fatt titoli li jistgħu jiġu nnegozjati. Għalhekk, iż-żidiet fil-kapital bi drittijiet preventivi tal-abbonament huma offerti pubbliċi sħaħ u għalhekk l-istess livell ta’ informazzjoni huwa meħtieġ biex jiżgura l-protezzjoni tal-investitur.
Emenda 11
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Premessa 11 a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (11a) Ir-reġim ta’ żvelar proporzjonat għandu jqis l-akbar possibilità tal-ħtiġijiet speċjali tal-SMEs. L-atti ddelegati li jelaboraw il-mudell għal reġim ħafif għall-SMEs għandhom jikkunsidraw ukoll ir-rwol tal-emittenti ta’ daqs żgħir u medju. |
Emenda 12
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Premessa 11 b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (11b) Filwaqt li jitqiesu s-swieq nazzjonali differenti, il-limitu li għandu jiġi stipulat skont l-Artikoli 24, 24a u 24b dwar it-tnaqqis fil-kapitalizzazzjoni tas-suq ma għandux iwassal għall-adozzjoni ta’ limiti differenti fl-Unjoni. |
Emenda 13
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Premessa 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) Billi l-prosptett jista’ jiġi aġġornat permezz ta’ supplimenti skont id-Direttiva 2003/71/KE, ma hemm ebda riskju li dan jiskadi. Għalhekk, fid-dawl taż-żmien u l-kostijiet tal-abbozzar u l-approvazzjoni ta' prospett, il-perjodu ta' validità ta' 12-il xahar ta' prospett, prospett ta' bażi u dokument ta' reġistrazzjoni għandu jiġi estiż għal 24 xahar sakemm dawn ikunu ssupplimentati kif xieraq. | (13) Billi l-prosptett jista’ jiġi aġġornat permezz ta’ supplimenti skont id-Direttiva 2003/71/KE, ma hemm ebda riskju li dan jiskadi. Il-perjodu ta' validità ta' 12-il xahar għall-prospett għandu jibqa' kif kien. Madankollu, fid-dawl taż-żmien u l-kostijiet tal-abbozzar u l-approvazzjoni ta’ prospett, il-perjodu ta’ validità ta’ 12-il xahar tal-prospett ta’ bażi u dokument ta’ reġistrazzjoni għandu jiġi estiż għal 24 xahar sakemm dawn ikunu ssupplimentati kif xieraq. |
Emenda 14
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Premessa 13 a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (13a) Sabiex tittejjeb iċ-ċertezza legali, il-validità ta’ prospett għandha tibda mal-approvazzjoni tiegħu, li tista’ faċilment tiġi vverifikata mill-awtorità kompetenti. |
Emenda 15
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Premessa 15
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(15) Sabiex jiġi ċċarat jekk ir-rekwiżit tal-pubblikazzjoni ta’ prospett jintemmx mal-bidu tan-negozjar tat-titoli f’suq regolat irrispettivament jekk il-perjodu tal-offerta jkunx għalaq, l-obbligu li prospett jiġi ssupplimentat għandu jintemm fl-għeluq finali tal-perjodu tal-offriment jew il-ħin meta jibda n-negozjar ta’ tali titoli f’suq regolat, skont liema wieħed iseħħ l-ewwel. | (15) Sabiex jiġi ċċarat jekk ir-rekwiżit tal-pubblikazzjoni ta’ prospett jintemmx mal-bidu tan-negozjar tat-titoli f’suq regolat irrispettivament jekk il-perjodu tal-offerta jkunx għalaq, l-obbligu li prospett jiġi ssupplimentat għandu jintemm fl-għeluq finali tal-perjodu tal-offriment jew il-ħin meta jibda n-negozjar ta’ tali titoli f’suq regolat, skont liema wieħed iseħħ l-ewwel. Ir-rekwiżit li l-prospett jiġi supplimentat għandu jintemm hekk kif japplikaw l-obbligi ta’ trasparenza stipulati fid-Direttivi 2004/109/KE u 2003/6/KE. |
Emenda 16
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Premessa 16
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(16) Meta prospett jiġi ssupplimentat, l-armonizzazzjoni fil-livell Komunitarju tal-iskeda ta' żmien għall-eżerċitar mill-investituri tad-dritt tal-irtirar tal-aċċettazzjonijiet preċedenti tagħhom tipprovdi ċertezza lill-emittenti li jagħmlu offerti transkonfinali ta' titoli. Biex ikun hemm flessibbiltà għall-emittenti minn Stati Membri tradizzjonalment bi skeda itwal ta’ żmien f’dan ir-rigward, l-emittent, l-offerent u l-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat għandu jkollhom id-dritt jestendu volontarjament it-terminu għall-eżerċitar ta’ dak id-dritt. | (16) Meta prospett jiġi ssupplimentat, l-armonizzazzjoni fil-livell Komunitarju tal-iskeda ta’ żmien għall-eżerċitar mill-investituri tad-dritt tal-irtirar tal-aċċettazzjonijiet preċedenti tagħhom tipprovdi ċertezza lill-emittenti li jagħmlu offerti transkonfinali ta’ titoli. Biex ikun hemm flessibbiltà għall-emittenti minn Stati Membri tradizzjonalment bi skeda itwal ta’ żmien f’dan ir-rigward, l-emittent, l-offerent u l-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat għandu jkollhom id-dritt jestendu volontarjament it-terminu għall-eżerċitar ta’ dak id-dritt. Sabiex tittejjeb iċ-ċertezza legali, is-suppliment għall-prospett għandu jispeċifika meta jintemm id-dritt ta’ rtirar. |
Emenda 17
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Premessa 18
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(18) Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċitar tas-setgħat ta' implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni. | (18) Skont l-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-regoli u l-prinċipji ġenerali biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkontrollaw il-mekkaniżmi li bihom il-Kummissjoni teżerċita l-implimentazzjoni tas-setgħat tagħha għandhom jiġu stabbiliti bil-quddiem permezz ta' Regolament adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Sakemm dan ir-regolament il-ġdid jiġi adottat, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċitar tas-setgħat ta' implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni jkomplu japplikaw, ħlief għall-proċedura regolatorja bi skrutinju. |
Emenda 18
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Premessa 19
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(19) B'mod partikolari, sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tad-Direttiva 2003/71/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri implimentattivi biex taġġorna l-limiti stipulati f'dik id-Direttiva. Billi dawn il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2003/71/KE billi tkun issupplimentata b'elementi ġodda mhux essenzjali, iridu jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. | (19) Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tad-Direttiva 2003/71/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jikkonċernaw l-aġġornar tal-limiti stipulati fid-Direttiva 2003/71/KE, u jispeċifikaw il-kontenut dettaljat u l-forma speċifika tad-dokument ta' informazzjoni essenzjali, wara r-riżultat tal-inizjattiva tal-PRIPs li jallinjaw sal-limitu massimu possibbli l-kontenut u l-forma tad-dokument ta' informazzjoni essenzjali għal titoli b'dak ir-riżultat, li jevita d-duplikazzjoni tad-dokumenti u l-konfużjoni potenzjali għall-investituri, kif ukoll inaqqas l-ispejjeż imġarrba. |
Emenda 19
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 1 – punt a – punt i
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt h
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(h) it-titoli inklużi f’offerta meta l-korrispettiv totali tal-offerta fil-Komunità jkun inqas min EUR 2 500 000, liema limitu għandu jiġi kkalkolat fuq perjodu ta’ 12-il xahar; | (h) it-titoli inklużi f’offerta meta l-korrispettiv totali tal-offerta fil-Komunità jkun inqas min EUR 5 000 000, liema limitu għandu jiġi kkalkolat fuq perjodu ta’ 12-il xahar; |
Ġustifikazzjoni
Il-limitu attwali għal eżenzjoni jibda mill-2003. Minħabba l-iżviluppi tas-suq u l-ħtieġa li titneħħa d-differenza fil-finanzjament għal impriżi ta’ daqs żgħir u medju, huwa sensibbli li jiżdied l-ammont.
Emenda 20
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 1 – punt a – punt ii
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt j – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(j) it-titoli mingħajr ekwità (titoli mhux azzjonarji) maħruġa b’mod kontinwu jew ripetut mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu fejn il-korrispettiv totali tal-offerta fil-Komunità jkun inqas min EUR 50 000 000, liema limitu għandu jiġi kkalkolat fuq perjodu ta’ 12-il xahar, sakemm dawn it-titoli: | (j) it-titoli mingħajr ekwità (titoli mhux azzjonarji) maħruġa b’mod kontinwu jew ripetut mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu fejn il-korrispettiv totali tal-offerta fil-Komunità jkun inqas min EUR 100 000 000, liema limitu għandu jiġi kkalkolat fuq perjodu ta’ 12-il xahar, sakemm dawn it-titoli: |
Emenda 21
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 1 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri implimentattivi dwar l-aġġustament tal-limiti msemmija fil-punti (h) u (j) tal-Artikolu 1(2). Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju stabbilita fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468KE. | 4. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikoli 24, 24a u 24b, miżuri implimentattivi dwar l-aġġustament tal-limiti msemmija fil-punti (h) u (j) tal-Artikolu 1(2). |
Emenda 22
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 2 – punt a – punt i
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e – punt i
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(i) Persuni jew entitajiet li jitqiesu jew jiġu trattati fuq talba bħala klijenti professjonali skont l-Anness II għad-Direttiva 2004/39/KE, jew rikonoxxuti bħala kontropartijiet eliġibbli skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2004/39/KE. | (i) persuni jew entitajiet li jitqiesu jew jiġu trattati fuq talba bħala klijenti professjonali skont l-Anness II għad-Direttiva 2004/39/KE, jew rikonoxxuti bħala kontropartijiet eliġibbli skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2004/39/KE sakemm ma jkunux talbu li jiġu trattati bħala klijenti mhux professjonali. Ditti tal-investiment u istituzzjonijiet tal-kreditu għandhom jinformaw il-klijenti tagħhom dwar il-klassifikazzjoni tagħhom u, fuq talba, lill-emittent. |
Ġustifikazzjoni
Din hija kjarifika tal-kliem u tallinja t-test mal-Anness II tal-MiFID u tagħti ċertezza legali lill-emittent.
Emenda 23
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 2 – punt a – subpunt ii
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e – punt ii u iii
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(ii) Il-punti (ii) u (iii) jitħassru. | (ii) Il-punti (ii) sa (v) jitħassru. |
Emenda 24
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 2 – punt a a (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt f a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (aa) Għandu jiddaħħal il-punt li ġej: |
| “(fa) ‘kumpanija b’kapitalizzazzjoni kummerċjali mnaqqsa’ tfisser kumpanija kwotata fuq suq regolat li jkollha kapitalizzazzjoni kummerċjali medja ta’ anqas minn EUR 100 000 000 fuq il-bażi ta’ kwoti ta’ tmiem is-sena matul it-tliet snin kalendarji preċedenti.” |
Emenda 25
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 2 a (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 2 – paragrafi 2 u 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Il-paragrafi 2 u 3 fl-Artikolu 2 huma mħassra. |
Ġustifikazzjoni
Emenda tal-Artikolu 2, parti 1(e) tad-direttiva tal-prospett, koerenti mal-konformità mal-MIFID.
Emenda 26
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 2 – punt b a (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 2 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ba) L-Artikolu 2(4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: |
| "4. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikoli 24, 24a u 24b, id-definizzjonijiet riferiti fil-paragrafu 1, inkluż l-aġġustament taċ-ċifri wżati fid-definizzjonijiet ta’ l-SMEs, filwaqt li jitqiesu l-leġislazzjoni Komunitarja u r-rakkommandazzjonijiet kif ukoll l-iżviluppi ekonomiċi [...]." |
(Il-kliem bit-tipa grassa huwa test mhux mibdul mill-att li qed jiġi emendat. (Is-simbolu [...] juri fejn tħassar it-test.)
Emenda 27
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3 – punt -a (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (-a) F’paragrafu 2, il-punt (b) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: |
| "(b) offerta ta’ titoli indirizzati lil inqas minn 250 persuna naturali jew legali għal kull Stat Membru, aktar milli investituri kkwalifikati; u/jew " |
Emenda 28
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3 – punt a a (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt e a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (aa) Fil-paragrafu 2 għandu jiddaħħal il-punt li ġej: |
| "(ea) offerta fuq titoli ta' emittent jew ta' intermedjarju li jaġixxi f'isem l-emittent wara l-pubblikazzjoni ta’ prospett li jirrigwarda t-titoli ta’ dan l-emittent, li jkunu diġà ammessi għall-kummerċ f’suq regolat." |
Ġustifikazzjoni
Biex jiġu evitati inċertezzi dwar ir-responsabiltajiet u biex jimpedixxu r-restrizzjonijiet lid-distribuzzjoni permezz ta’ kaskata bl-imnut, għandha tiġi introdotta eżenzjoni mill-obbligu biex tipproduċi prospett għal offerta pubblika ta’ titoli, sakemm prospett li jirrelata mat-titoli inkwistjoni huwa diġà ppubblikat. Il-prospett eżistenti mhux se ’jintuża’ minn xi ħaddieħor, iżda jipprovdi eżenzjoni bl-eżistenza tiegħu. L-investituri huma protetti b’mod suffiċjenti mid-Direttiva tal-Abbuż fuq is-Suq u t-Trasparenza.
Emenda 29
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3 – punt b
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 3 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri ma għadhomx jeħtieġu prospett ieħor fi kwalunkwe tali bejgħ mill-ġdid sussegwenti ta’ titoli jew assenjazzjoni finali ta’ titoli permezz ta’ intermedjarji finanzjarji sakemm prospett validu jkun disponibbli skont l-Artikolu 9 u min joħroġ it-titoli jew il-persuna responsabbli mit-tfassil ta’ tali prospett jaqblu mal-użu tiegħu. | L-Istati Membri ma għadhomx jeħtieġu prospett ieħor fi kwalunkwe tali bejgħ mill-ġdid sussegwenti ta’ titoli jew assenjazzjoni finali ta’ titoli permezz ta’ intermedjarji finanzjarji sakemm prospett validu jkun disponibbli skont l-Artikolu 9 u min joħroġ it-titoli jew il-persuna responsabbli mit- tfassil ta’ tali prospett jew, jekk ikun applikabbli, kwalunkwe entità oħra li, b’riżultat tal-liġi nazzjonali, hija responsabbli għall-eżattezza ta' parti speċifika tal-kontenut ta’ dan il-prospett, jaqblu mal-użu tiegħu. Fejn, minkejja tali kunsens, ikun meħtieġ li t-termini finali tal-prospett jiġu aġġornati b'informazzjoni speċifika relatata mal-bejgħ mill-ġdid, l-intermedjarju finanzjarju li jagħmel użu mill-prospett għandu jkun responsabbli għal din l-informazzjoni addizzjonali. |
Ġustifikazzjoni
It-test miżjud jirrifletti l-fatt li f’kull bejgħ mill-ġdid, xi kundizzjonijiet addizzjonali japplikaw, bħal pereżempju prezz ġdid jew perjodu ta’ aċċettazzjoni ġdid. Għalhekk, it-test jikkjarifika li l-intermedjarju finanzjarju huwa responsabbli biex jipprovdi tali informazzjoni addizzjonali.
Emenda 30
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3 – punt b a (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 3 – paragrafu 3 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ba) Għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: |
| "3a. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fuq is-swieq finanzjarji, inkluża l-inflazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikoli 24a, 24b u 24c, miżuri li jikkonċernaw il-limiti fl-Artikolu 3(2)(c) sa (e)." |
Ġustifikazzjoni
Il-limitu ta’ EUR 50 000 ma jirriflettix b’mod adegwat l-ammont li jiddistingwi konsumatur bl-imnut minn investitur professjonali. Fil-fatt, l-obbligu biex jiġi pprovdut prospett jidher b’mod deliberat li qed jiġi evitat minn ċerti emittenti, li jirriżulta f’għadd kbir ta’ inċidenti serji li ġraw f’bosta Stati Membri. Sabiex tiġi pprevenuta d-dilwizzjoni ta’ dan il-limitu biż-żmien, għandha tiġi inkluża reviżjoni perjodika.
Emenda 31
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3 a (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3a. Fl-Artikolu 4(1), il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: |
| "(a) ishma, jew ishma f’kumpaniji jew titoli oħra ekwivalenti għal ishma f’kumpaniji, sħubijiet jew entitajiet oħra, u rċevuti depożitarji fir-rigward ta’ ishma, maħruġa bħala sostituzzjoni għal ishma tal-istess klassi li diġà ħarġet, jekk il-ħruġ ta’ tali ishma ġodda ma jinvolvix xi żieda fil-kapital maħruġ;" |
Ġustifikazzjoni
Id-definizzjoni ta’ ishma użata fl-Artikolu 4 għandha tkun konformi mad-definizzjoni misjuba fl-Artikolu 4.1.18 tad-Direttiva MiFID (2004/39/KE). Hemm ħtieġa għal kjarifika dwar l-eżenzjonijiet skont l-Artikolu (4) sabiex jimpedixxi d-diskriminazzjoni fost l-emittenti billi tingħata preferenza lil ċerti strutturi korporattivi minflok oħrajn.
Emenda 32
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3 b (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3b. Fl-Artikolu 4(1), il-punt (b) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: |
| "(c) titoli offruti, allokati jew li jridu jiġu allokati b’konnessjoni ma’ għaqda jew diviżjoni, bil-kundizzjoni li dokument li fih informazzjoni huwa disponibbli li huwa meqjus mill-awtorità kompetenti bħala ekwivalenti għal dak tal-prospett, waqt li jitqiesu r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;" |
Ġustifikazzjoni
L-istess raġunament li japplika għall-fużjonijiet.
Emenda 33
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3 c (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3c. Fl-Artikolu 4(1), il-punt (d) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: |
| "(d) ishma, jew ishma f’kumpaniji jew titoli oħra ekwivalenti għal ishma f’kumpaniji, sħubijiet jew entitajiet oħra, u rċevuti depożitarji fir-rigward ta’ ishma, offruti, allokati jew li jridu jiġu allokati b’xejn lil azzjonisti eżistenti, u dividendi mħallsa fil-forma ta’ ishma tal-istess klassi bħala l-ishma li fir-rigward tagħhom tali dividendi huma mħallsa, bil-kundizzjoni li dokument li fih informazzjoni jkun disponibbli dwar l-għadd u n-natura tal-ishma u r-raġunijiet għall-offerta u d-dettalji tagħha;" |
Ġustifikazzjoni
Id-definizzjoni ta’ ishma użata fl-Artikolu 4 għandha tkun konformi mad-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 4.1.18 tad-Direttiva MiFID (2004/39/KE). Hemm ħtieġa għal kjarifika dwar l-eżenzjonijiet skont l-Artikolu (4) sabiex jimpedixxi d-diskriminazzjoni fost l-emittenti billi tingħata preferenza lil ċerti strutturi korporattivi minflok oħrajn.
Emenda 34
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4 a (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4a. Fl-Artikolu 4(2), il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: |
| "(a) ishma, jew ishma f’kumpaniji jew titoli oħra ekwivalenti għal ishma f’kumpaniji, sħubijiet jew entitajiet oħra, u rċevuti depożitarji fir-rigward ta’ ishma, li jirrappreżentaw f’perjodu ta’ 12-il xhar, inqas minn 10 fil-mija tal-għadd tal-ishma tal-istess klassi diġà ammessi għall-kummerċ fuq l-istess suq regolat;" |
Ġustifikazzjoni
Id-definizzjoni ta’ ishma użata fl-Artikolu 4 għandha tkun konformi mad-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 4.1.18 tad-Direttiva MiFID (2004/39/KE). Hemm ħtieġa għal kjarifika dwar l-eżenzjonijiet skont l-Artikolu (4) sabiex jimpedixxi d-diskriminazzjoni fost l-emittenti billi tingħata preferenza lil ċerti strutturi korporattivi minflok oħrajn.
Emenda 35
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4 b (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4b. Fl-Artikolu 4(2), il-punt (b) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: |
| "(b) ishma, jew ishma f’kumpaniji jew titoli oħra ekwivalenti għal ishma f’kumpaniji, sħubijiet jew entitajiet oħra, u rċevuti depożitarji fir-rigward ta’ ishma, maħruġa bħala sostituzzjoni għal ishma tal-istess klassi diġà ammessa għall-kummerċ fuq l-istess suq regolat, jekk il-ħruġ ta’ tali ishma ma jinvolvix xi żieda fil-kapital maħruġ;" |
Ġustifikazzjoni
Id-definizzjoni ta’ ishma użata fl-Artikolu 4 għandha tkun konformi mad-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 4.1.18 tad-Direttiva MiFID (2004/39/KE). Hemm ħtieġa għal kjarifika dwar l-eżenzjonijiet skont l-Artikolu (4) sabiex jimpedixxi d-diskriminazzjoni fost l-emittenti billi tingħata preferenza lil ċerti strutturi korporattivi minflok oħrajn.
Emenda 36
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4 c (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt e
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4c. Fl-Artikolu 4(2), il-punt (e) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: |
| "(e) ishma, jew ishma f’kumpaniji jew titoli oħra ekwivalenti għal ishma f’kumpaniji, sħubijiet jew entitajiet oħra, u rċevuti depożitarji fir-rigward ta’ ishma, offruti, allokati jew li jridu jiġu allokati b’xejn lil azzjonisti eżistenti, u dividendi mħallsa fil-forma ta’ ishma tal-istess klassi bħala l-ishma li fir-rigward tagħhom tali dividendi huma mħallsa, bil-kundizzjoni li l-ishma partikolari huma tal-istess klassi bħall-ishma diġà ammessi għall-kummerċ fuq l-istess suq regolat u li dokument li fih informazzjoni jkun disponibbli dwar l-għadd u n-natura tal-ishma u r-raġunijiet għall-offerta u d-dettalji tagħha;" |
Ġustifikazzjoni
Id-definizzjoni ta’ ishma użata fl-Artikolu 4 għandha tkun konformi mad-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 4.1.18 tad-Direttiva MiFID (2004/39/KE). Hemm ħtieġa għal kjarifika dwar l-eżenzjonijiet skont l-Artikolu (4) sabiex jimpedixxi d-diskriminazzjoni fost l-emittenti billi tingħata preferenza lil ċerti strutturi korporattivi minflok oħrajn.
Emenda 37
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4 d (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt g
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4d. Fl-Artikolu 4(2), il-punt (g) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: |
| "(g) ishma, jew ishma f’kumpaniji jew titoli oħra ekwivalenti għal ishma f’kumpaniji, sħubijiet jew entitajiet oħra, u rċevuti depożitarji fir-rigward ta’ ishma li jirriżultaw mill-konverżjoni jew skambju ta’ titoli oħra jew mill-eżerċiżżju tad-drittijiet mogħtija mit-titoli l-oħra, bil-kundizzjoni li l-ishma partikolari huma tal-istess klassi bħall-ishma diġà ammessi għall-kummerċ fuq l-istess suq regolat;" |
Ġustifikazzjoni
Id-definizzjoni ta’ ishma użata fl-Artikolu 4 għandha tkun konformi mad-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 4.1.18 tad-Direttiva MiFID (2004/39/KE). Hemm ħtieġa għal kjarifika dwar l-eżenzjonijiet skont l-Artikolu (4) sabiex jimpedixxi d-diskriminazzjoni fost l-emittenti billi tingħata preferenza lil ċerti strutturi korporattivi minflok oħrajn.
Emenda 38
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4 e (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt h – punt v
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Is-sostituzzjoni ta’ ‘sommarju b''dokument ta' informazzjoni essenzjali' tapplika fit-test kollu | |
| 4e. Fl-Artikolu 4(2), il-punt (h)(v) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: |
| "(v) illi l-persuna li tkun tfittex l-ammissjoni ta’ titolu għall-kummerċ f’suq regolat skont din l-eżenzjoni tagħmel disponibbli għall-pubbliku dokument ta’ informazzjoni essenzjali f’ilsien aċċettat mill-awrorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta-ssuq regolat fejn titfittex l-ammissjoni;” |
Emenda 39
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4 f (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 4 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4f. L-Artikolu 4(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: |
| "3. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikoli 24, 24a u 24b, miżuri li jirrigwardaw il-paragrafi 1(b), 1(ċ), 2(ċ) u 2(d), notabbilment fejn tidħol it-tifsira ta’ l-ekwivalenza. [...]" |
(Il-kliem bit-tipa grassa huwa test mhux mibdul mill-att li qed jiġi emendat.)
Emenda 40
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 5
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Il-prospett għandu jkun fih it-tagħrif li jirrigwarda lil min joħroġ it-titoli u t-titoli li jkunu sejrin jiġu offruti lill-pubbliku jew li jridu jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat. Għandu jinkludi wkoll sommarju. Is-sommarju għandu jwassal, f’manjiera qasira u f’ilsien mhux tekniku, il-karetteristiċi essenzjali u r-riskji assoċjati ma’ min joħroġ it-titoli, kull garanti u t-titoli, fl-ilsien li fih kien tfassal oriġinarjament il-prospett. Il-format u l-kontenut tas-sommarju tal-prospett għandu jipprovdi t-tagħrif kruċjali sabiex jippermetti lill-investituri jieħdu deċiżjonijiet informati ta’ investiment u jikkumparaw it-titoli ma’ prodotti oħra ta’ investiment. | 2. Il-prospett għandu jkun fih it-tagħrif li jirrigwarda lil min joħroġ it-titoli u t-titoli li jkunu sejrin jiġu offruti lill-pubbliku jew li jridu jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat. Il-prospett għandu jinkludi wkoll dokument ta’ informazzjoni essenzjali. Id-dokument ta’ informazzjoni essenzjali għandu jwassal, f’manjiera qasira u f’ilsien mhux tekniku, il-karetteristiċi essenzjali u r-riskji assoċjati ma’ min joħroġ it-titoli, kull garanti u t-titoli. Huwa għandu jkun f’format komuni u fl-ilsien li fih kien tfassal oriġinarjament il-prospett. Il-format u l-kontenut tad-dokument ta’ informazzjoni essenzjali tal-prospett għandu jipprovdi tagħrif adegwat dwar l-elementi essenzjali tat-titoli kkonċernati sabiex jgħin lill-investituri meta jkunu qed jikkunsidraw jekk jinvestux f'dawn it-titoli. |
| Id-dokument ta’ informazzjoni essenzjali għandu jinkludi informazzjoni dwar l-elementi essenzjali li ġejjin fir-rigward tat-titoli kkonċernati: |
| – informazzjoni essenzjali dwar l-emittent inklużi l-assi, ir-responsabiltajiet u l-pożizzjoni finanzjarja u jekk ikun il-każ, il-garanti, u t-titoli li se jiġu offruti lill-pubbliku jew li se jkunu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat; |
| – deskrizzjoni qasira tar-riskji assoċjati mal-investiment fit-titolu rilevanti u l-karatteristiċi essenzjali tal-investiment jekk u sal-punt li jkun utli għall-investitur; |
| – dettalji dwar l-offerta u l-ammissjoni għall-kummerċ; |
| – ir-raġunijiet għall-offerta u l-użu prospettiv tal-profitti, fejn ikun il-każ; |
| – kwalunkwe dritt marbut mat-titoli; u |
| – it-termini ġenerali u l-ispejjeż assoċjati. |
Is-sommarju għandu jkun fih ukoll twissija li: | Id-dokument ta’ informazzjoni essenzjali għandu jkun fih ukoll twissija li: |
Emenda 41
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 5 a (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 5 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 5a. L-Artikolu 5(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: |
| "[...] L-emittent, l-offerent, jew il-persuna li titlob għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat tista’ tfassal prospett bħala dokument singolu jew dokumenti separati. Prospett magħmul minn dokumenti separati għandu jaqsam l-informazzjoni meħtieġa f’dokument tar-reġistrazzjoni, nota ta’ titoli u nota ta’ sommarju. Id-dokument tar-reġistrazzjoni għandu jkun fih informazzjoni relatata mal-emittent. In-nota tat-titoli għandu jkun fiha informazzjoni li tikkonċerna t-titoli offruti lill-pubbliku jew li jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat." |
Ġustifikazzjoni
Il-possibilità li jintuża dokument tripartitiku għandha tiġi estiża għall-prospett tal-bażi. Dan ikun aktar ċar jekk inħassru r-referenza "suġġett għal paragrafu 4" fil-bidu ta’ Artikolu 5 (3).
Emenda 42
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 5 b (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 5 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 5b. L-Artikolu 5(5) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: |
| "5. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikoli 24, 24a u 24b, miżuri li jirrigwardaw il-format tal-prospett jew tal-prospett bażi u s-supplimenti. [...]" |
(Il-kliem bit-tipa grassa huwa test mhux mibdul mill-att li qed jiġi emendat.)
Emenda 43
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 5 c (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 5 – paragrafu 5 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 5c. Fl-Artikolu 5, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej: |
| "5a. Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha wkoll tistipula, permezz ta' atti ddelegati bi qbil mal-Artikoli 24, 24a u 24b, miżuri biex jiġu stabbiliti: |
| (a) il-kontenut dettaljat u l-forma speċifika tad-dokument tal-informazzjoni essenzjali msemmi fil-paragrafi 2 u 3; u |
| (b) il-kontenut dettaljat u l-forma speċifika tad-dokument tal-informazzjoni essenzjali fir-rigward ta': |
| (i) titoli strutturati u prospetti ta' bażi, |
| (ii) ishma, u |
| (iii) bonds. |
| Dawk l-atti ddelegati għandhom jiġu adottati sa ...*. |
| * ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva." |
Emenda 44
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 6
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma tiġi attribwita l-ebda responsabbiltà ċivili lil persuna esklussivament abbażi tas-sommarju, inkluż kwalunkwe traduzzjoni tiegħu, sakemm ma jkunx ta’ żgwida, impreċiż jew inkonsistenti, meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-prospett, u ma jkunx jipprovdi t-tagħrif kruċjali li jippermetti lill-investituri jieħdu deċiżjonijiet informati ta’ investiment u jikkumparaw it-titoli ma’ prodotti ta’ investiment oħra. | Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma tiġi attribwita l-ebda responsabbiltà ċivili lil persuna esklussivament abbażi tad-dokument tal-informazzjoni essenzjali, inkluż kwalunkwe traduzzjoni tiegħu, sakemm ma jkunx ta' żgwida, impreċiż jew inkonsistenti, meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-prospett. L-informazzjoni essenzjali għall-investitur għandu jkollha twissija ċara f'dan ir-rigward. |
Emenda 45
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 6 a (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 7 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 6a. L-Artikolu 7(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: |
| "1. L-atti ddelegati dettaljati li jirrigwardaw l-informazzjoni speċifika li trid tiġi inkluża fi prospett, bl-evitar tad-duplikazzjoni tal-informazzjoni meta prospett ikun mibni fuq dokumenti separati, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 24, 24a u 24b. [...]" |
(Il-kliem bit-tipa grassa huwa test mhux mibdul mill-att li qed jiġi emendat.)
Emenda 46
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 7 a (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 7 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 7a. L-Artikolu 7(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: |
| "3. L-atti ddelegati riferiti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu msejsa fuq l-istandards fil-kamp tal-informazzjoni finanzjarja u mhux finanzjarja dikjarati mill-organizzazzjonijiet internazzjonali tal-kummissjonijiet tat-titoli, u b’mod partikolari mill-IOCSO u dwar l-Annessi indikattivi ma’ din id-Direttiva." |
(Il-kliem bit-tipa grassa huwa test mhux mibdul mill-att li qed jiġi emendat)
Emenda 47
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 8
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 8 – paragrafu 3a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
8. Fl-Artikolu 8 jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej wara l-paragrafu 3: | 8. Fl-Artikolu 8 għandhom jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin wara l-paragrafu 3: |
"3a. Jekk it-titoli jkunu ggarantiti minn Stat Membru, min joħroġ t-titoli, min joffrihom jew il-persuna li titlob għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, meta jkun qed jitfassal prospett skont l-Artikolu 1.3, għandu jkollhom id-dritt iħallu barra tagħrif dwar tali garanti." | "3a. Jekk it-titoli jkunu ggarantiti minn Stat Membru, min joħroġ t-titoli, min joffrihom jew il-persuna li titlob għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, meta jkun qed jitfassal prospett skont l-Artikolu 1.3, għandu jkollhom id-dritt iħallu barra tagħrif dwar tali garanti. |
| 3b. Ma għandu jkun hemm ebda rekwiżit għall-prospett jew xi supplimenti tiegħu biex ikun fihom informazzjoni dwar is-self tal-bank ċentrali jew faċilitajiet ta’ likwidità oħra pprovduti lil istituzzjoni ta’ kreditu partikolari minn bank ċentrali SBĊE." |
Ġustifikazzjoni
Il-faċilitajiet ta’ self u likwidità ta’ banek ċentrali għandhom jinżammu kunfidenzjali sabiex jiġu salvgwardati l-istabilità u l-funzjonament tas-swieq finanzjarji. Din l-emenda tagħmel l-eżenzjoni tal-banek ċentrali espliċita.
Emenda 48
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 8 a (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 8 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 8a. L-Artikolu 8(4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: |
| "4. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikoli 24, 24a u 24b, miżuri li jirrigwardaw il-paragrafu 2. [...]" |
(Il-kliem bit-tipa grassa huwa test mhux mibdul mill-att li qed jiġi emendat.)
Emenda 49
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 9 – punt a
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 9 – paragrafus 1 and 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Prospett għandu jkun validu għal 24 xahar wara l-pubblikazzjoni tiegħu rigward l-offerti lill-pubbliku jew l-ammissjonijiet għall-kummerċ f’suq regolat, sakemm dan il-prospett ikun ikkompletat b’kull suppliment meħtieġ skont l-Artikolu 16. | 1. Prospett għandu jkun validu għal 12-il xahar wara l-pubblikazzjoni tiegħu rigward l-offerti lill-pubbliku jew l-ammissjonijiet għall-kummerċ f’suq regolat, sakemm dan il-prospett ikun ikkompletat b’kull suppliment meħtieġ skont l-Artikolu 16. |
2. Fil-każ ta' programm ta' offerti, il-prospett ta' bażi, li jkun iffajljat qabel, għandu jkun validu għal perjodu ta' 24 xahar. | 2. Fil-każ ta' programm ta' offerti, il-prospett ta' bażi, li jkun iffajljat qabel, għandu jkun validu għal perjodu ta' 12-il xahar. |
Ġustifikazzjoni
Il-perjodu ta’ validità ta’ tnax-il xahar għandu jinżamm. Jekk jiġi estiż il-perjodu ta’ validità għal 24 xahar, jiżdied ir-riskju li l-prospett jiskadi, peress li mhux l-informazzjoni kollha tista’ tkun irranġata permezz ta’ suppliment. Barra minn hekk, l-estensjoni tal-perjodu ta’ validità żżid b’mod sinifikanti l-għadd ta’ supplimenti, li jaffettwa b’mod negattiv il-fehim u l-leġġibilità tal-prospett tal-investituri.
Emenda 50
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 9 – punt b
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 9 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Dokument tar-reġistrazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3), inkartati u approvat qabel, għandu jkun validu għal perjodu sa 24-il xahar sakemm ikun ġie ssupplimentat skont l-Artikolu 16. Id-dokument tar-reġistrazzjoni, supplimentat jekk meħtieġ skont l-Artikolu 16, akkumpanjat min-nota dwar it-titoli u n-nota sommarja, għandhom jitqiesu li jikkostitwixxu prospett validu. | 4. Dokument tar-reġistrazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3), inkartati u approvat qabel, għandu jkun validu għal perjodu sa 12-il xahar sakemm ikun ġie ssupplimentat skont l-Artikolu 16. Id-dokument tar-reġistrazzjoni, supplimentat jekk meħtieġ skont l-Artikolu 16, akkumpanjat min-nota dwar it-titoli u n-nota sommarja, għandhom jitqiesu li jikkostitwixxu prospett validu. |
Ġustifikazzjoni
Il-perjodu ta’ validità ta’ tnax-il xahar għandu jinżamm. Jekk jiġi estiż il-perjodu ta’ validità għal 24 xahar, jiżdied ir-riskju li l-prospett jiskadi, peress li mhux l-informazzjoni kollha tista' tkun irranġata permezz ta’ suppliment. Barra minn hekk, l-estensjoni tal-perjodu ta’ validità żżid b’mod sinifikanti l-għadd ta’ supplimenti, li jaffettwa b’mod negattiv il-fehim u l-leġġibilità tal-prospett tal-investituri.
Emenda 51
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 11 a (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 11 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 11a. L-Artikolu 11(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: |
| "3. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikoli 24, 24a u 24b, miżuri li jirrigwardaw l-informazzjoni li trid tiddaħħal b'referenza. [...]" |
(Il-kliem bit-tipa grassa huwa test mhux mibdul mill-att li qed jiġi emendat.)
Emenda 52
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 12
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 12 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. F'dan il-każ, id-dokument ta' reġistrazzjoni għandu jkun issupplimentat skont l-Artikolu 16. It-titoli u n-noti sommarji għandhom ikunu bla ħsara għal approvazzjoni separata." | 2. F'dan il-każ, id-dokument ta' reġistrazzjoni għandu jkun issupplimentat skont l-Artikolu 16. In-nota tat-titoli u d-dokument tal-informazzjoni essenzjali għandhom ikunu bla ħsara għal approvazzjoni separata." |
Emenda 53
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 12 a (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 13 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 12a. Fl-Artikolu 13(4), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: |
| "Fil-każ imsemmi f’paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika l-emittent, l-offerent, jew il-persuna li titlob għal ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat jekk id-dokumenti huma inkompleti jew tkun meħtieġa informazzjoni supplimentari f’10 ijiem ta’ ħidma mill-preżentazzjoni tal-applikazzjoni." |
Emenda 54
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 12 b (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 13 – paragrafu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 12b. L-Artikolu 13(7) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: |
| "7. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikoli 24, 24a u 24b, miżuri dwar il-kundizzjonijiet li bi qbil magħhom jistgħu jiġu aġġustati l-limiti ta' żmien. [...]" |
(Il-kliem bit-tipa grassa huwa test mhux mibdul mill-att li qed jiġi emendat.)
Emenda 55
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 12 c (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 12c. Fl-Artikolu 14(2), il-punt (c) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: |
| "(c) f’forma elettronika fuq il-websajt tal-emittent jew, jekk applikabbli, fuq il-websajt tal-intermedjarji finanzjarji li qed iqiegħdu jew ibiegħu t-titoli, inklużi l-aġenti tal-ħlas; jew " |
Ġustifikazzjoni
Il-websajt tal-emittent għandu jiġi aġġornat bħala kanal ta’ pubblikazzjoni tassew aċċessibbli. S’issa, din l-għażla ma tistax tintuża fil-prattika, peress li ġiet marbuta mal-pubblikazzjoni simultanja fuq il-websajts tal-intermedjarji u l-aġenti finanzjarji kollha involuti, li b’mod tekniku u loġiku ma setax jinkiseb.
Emenda 56
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 13 a (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 14 – paragrafu 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 13a. L-Artikolu 14(8) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: |
| "7. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikoli 24, 24a u 24b, miżuri li jirrigwardaw il-paragrafi 1, 2, 3 u 4. [...]" |
(Il-kliem bit-tipa grassa huwa test mhux mibdul mill-att li qed jiġi emendat.)
Emenda 57
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 13 b (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 15 – paragrafu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 13b. L-Artikolu 15(7) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: |
| "7. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikoli 24, 24a u 24b, il-miżuri ta’ implimentazzjoni li jirrigwardaw it-tixrid tar-riklami li jħabbru l-intenzjoni li jiġu offruti titoli lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, b’mod partikolari qabel ma l-prospett ikun intgħamel disponibbli lill-pubbliku jew qabel il-ftuħ tas-sottoskrizzjonijiet, u li jirrigwardaw il-paragrafu 4. [...]" |
(Il-kliem bit-tipa grassa huwa test mhux mibdul mill-att li qed jiġi emendat.)
Emenda 58
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 14
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 16
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Kull fattur ġdid, żball jew ineżattezza materjali sinifikanti b’rabta mat-tagħrif inkluż fil-prospett li jkun kapaċi jaffettwa l-valutazzjoni tat-titoli u li jinħolqu jew jiġu nnotati bejn iż-żmien meta l-prospett jiġi approvat u l-għeluq finali tal-offerta lill-pubbliku jew, skont kif ikun il-każ, iż-żmien meta jibda l-kummerċ f’suq regolat, skont liema jseħħ l-ewwel, għandhom jissemmew f’suppliment mal-prospett. Tali suppliment għandu jiġi approvat bl-istess mod f’massimu ta’ sebat ijiem tax-xogħol u ppubblikat skont tal-inqas l-istess arranġamenti li kienu applikati meta kien ippubblikat il-prospett oriġinali. Is-sommarju, u kull traduzzjoni tiegħu. għandhom ukoll jiġu ssupplimentati, jekk meħtieġa sabiex jitqies it-tagħrif il-ġdid inkluż fis-suppliment. | 1. Kull fattur ġdid, żball jew ineżattezza materjali sinifikanti b’rabta mat-tagħrif inkluż fil-prospett li jkun kapaċi jaffettwa l-valutazzjoni tat-titoli u li jinħolqu jew jiġu nnotati bejn iż-żmien meta l-prospett jiġi approvat u l-għeluq finali tal-offerta lill-pubbliku jew, skont kif ikun il-każ, iż-żmien meta jibda l-kummerċ f’suq regolat, skont liema jseħħ l-ewwel, għandhom jissemmew f’suppliment mal-prospett. Fil-każ li d-dħul għall-kummerċ f'suq regolat iseħħ qabel l-għeluq finali tal-offerta pubblika, id-data tad-dħul għandha ttemm l-obbligu tas-suppliment tal-prospett, u l-obbligi ta' informazzjoni stabbiliti mid-Direttivi 2004/109/KE u 2003/6/KE għandhom japplikaw f'dan il-każ. Tali suppliment għandu jiġi ppreżentat minnufih lill-awtorità kompetenti u għandu jiġi ppubblikat skont tal-inqas l-istess arranġamenti li kienu applikati meta kien ippubblikat il-prospett oriġinali. Id-dokument ta’ informazzjoni essenzjali, u kull traduzzjoni tiegħu, għandhom ukoll jiġu ssupplimentati, jekk meħtieġa sabiex jitqies it-tagħrif il-ġdid inkluż fis-suppliment. |
2. L-investituri li jkunu digà qablu li jixtru jew jissottoskrivu t-titoli qabel ma jiġi ppubblikat is-suppliment għandu jkollhom id-dritt, li jista’ jiġi eżerċitat fi żmien jumejn tax-xogħol wara l-pubblikazzjoni tas-suppliment, li jirtiraw l-aċċettazzjonijiet tagħhom. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż minn min joħroġ it-titoli, min joffrihom jew mill-persuna li titlob għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat. | 2. Fir-rigward ta’ offerta ta’ titoli lill-pubbliku, l-investituri li jkunu digà qablu li jixtru jew jissottoskrivu t-titoli qabel ma jiġu ppubblikati s-suppliment jew l-informazzjoni skont il-Kapitolu III tad-Direttiva 2004/109/KE jew l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/6/KE, għandu jkollhom id-dritt, li jista’ jiġi eżerċitat fi żmien jumejn tax-xogħol wara l-pubblikazzjoni tas-suppliment, li jirtiraw l-aċċettazzjonijiet tagħhom, bil-kundizzjoni li l-fattur il-ġdid, l-iżball jew in-nuqqas ta’ preċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ikunu qamu qabel l-għeluq finali tal-offerta għall-pubbliku u l-kunsinna tat-titoli. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż minn min joħroġ it-titoli, min joffrihom jew mill-persuna li titlob għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat. Id-dewmien tad-dritt tal-irtirar għandu jiġi speċifikat fis-suppliment. |
Emenda 59
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 15 a (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 20 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 15a. L-Artikolu 20(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: |
| "3. Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikoli 24, 24a u 24b, miżuri li jistabbilixxu kriterji ġenerali ta' ekwivalenza, ibbażati fuq ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 5 u 7. [...] |
| Fuq il-bażi tal-kriterji li għalihom qed jirreferi l-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni tista’, skont l-Artikoli 24, 24a u 24b, tiddikjara illi pajjiż terz jiżgura l-ekwivalenza ma’ din id-Direttiva tal-prospetti mfassla f’dan il-pajjiż, għar-raġuni illi l-liġijiet jew il-prattiċi jew il-proċeduri nazzjonali tiegħu jkunu msejsa fuq l-istandards internazzjonali ffissati mill-organizzazzjonijiet internazzjonali, inklużi l-istandards ta’ l-iżvelar ta’ l-IOSCO." |
(Il-kliem bit-tipa grassa huwa test mhux mibdul mill-att li qed jiġi emendat.)
Emenda 60
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 15 b (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 24 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Dawn l-emendi japplikaw għat-test kollu | |
| 15b. L-Artikolu 24(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: |
| "1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (minn issa ’l quddiem imsejħa "l-Awtorità")." |
(Il-kliem bit-tipa grassa huwa test mhux mibdul mill-att li qed jiġi emendat.)
Emenda 61
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 15 c
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 24 – paragrafu 2a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 15c. L-Artikolu 24(2a) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: |
| "2a. Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 1(3a), l-Artikolu 2(4), l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 5(5), l-Artikolu 5(5a), l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 7(3), l-Artikolu 8(4), l-Artikolu 11(3), l-Artikolu 13(7), l-Artikolu 14(8), l-Artikolu 15(7) u l-Artikolu 20(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu indefinit ta’ żmien. |
| 2b. Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tavża b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan. |
| 2c. Is-setgħa li tadotta atti ddelegati qed tingħata lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 24a u 24b." |
Emenda 62
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 15 d (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 24 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 15d. L-Artikolu 24(3) għandu jitħassar. |
Emenda 63
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 15 e (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 24 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 15e. L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 24: |
| “Artikolu 24a |
| Revoka tad-delega |
| 1. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 1(3a), l-Artikolu 2(4), l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 5(5) u (5a), l-Artikolu 7(1) u (3), l-Artikolu 8(4), l-Artikolu 11(3), l-Artikolu 13(7), l-Artikolu 14(8), l-Artikolu 15(7) u l-Artikolu 20(3) tista’ tiġi revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. |
| 2. L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna biex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħa għandha tagħmel ħilitha biex tinforma l-istituzzjoni l-oħra u l-Kummissjoni filwaqt li tiddikjara s-setgħat delegati li jistgħu jkunu suġġett ta’ revoka. |
| 3. Id-deċiżjoni għal revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati li diġà jkunu fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea." |
Ġustifikazzjoni
Il-Leġiżlatur ma għandux ikun obbligat li jispjega ruħu għal kull deċiżjoni biex jirrevoka s-setgħat tad-delega.
Emenda 64
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 15 f (ġdid)
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 24 b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 15f. L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 24a: |
| "L-Artikolu 24b |
| Oġġezzjonijiet għal atti delegati |
| 1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att iddelegat f’perjodu ta’ erba’ xhur mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż għal xahrejn. |
| 2. Jekk fl-iskadenza ta’ dak il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma joġġezzjonaw kontra l-att iddelegat, dan għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih. |
| 3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw kontra att iddelegat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ." |
Ġustifikazzjoni
Għandha tkun id-deċiżjoni tal-leġiżlatur jagħtix ir-raġunijiet għal oġġezzjoni kontra att iddelegat. Sabiex ma jitpoġġiex piż żejjed fuq il-mekkaniżmu tal-kontroll, il-leġiżlatur ma għandux jiġi obbligat li jiddikjara r-raġunijiet għal rifjut ta’ miżura.
Emenda 65
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1 a (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 2 – paragrafu 3 – subparagrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: |
| "Il-miżuri msemmija fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu [...] għandhom jiġu stabbiliti, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b." |
(Il-kliem bit-tipa grassa huwa test mhux mibdul mill-att li qed jiġi emendat. (Is-simbolu [...] juri fejn tħassar it-test.)
Emenda 66
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1 b (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 5 – paragrafu 6 – subparagrafi 3 u 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1b. It-tielet u r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 5(6) għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej: |
| “Il-miżuri msemmija fil-punt (a) għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 27(2). Il-miżuri msemmija fil-punti (b) u (c)[...] għandhom jiġu stabbiliti, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b. |
| Fejn xieraq, il-Kummissjoni tista' tadatta wkoll il-perjodu ta' ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1 permezz ta’ att iddelegat skont l-Artikoli 27, 27a u 27b." |
(Il-kliem bit-tipa grassa huwa test mhux mibdul mill-att li qed jiġi emendat. (Is-simbolu [...] juri fejn tħassar it-test.)
Emenda 67
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1 c (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 8 – paragrafu 3 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1c. Fl-Artikolu 8, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej: |
| "3a. Ma għandu jkun hemm ebda rekwiżit għall-informazzjoni pprovduta skont l-Artikoli 4, 5 u 6 li jkun fiha informazzjoni dwar is-self jew faċilitajiet oħra ta’ likwidità tal-banek ċentrali pprovduti lil istituzzjoni tal-kreditu partikolari minn bank ċentrali tas-SBĊE." |
Ġustifikazzjoni
Il-faċilitajiet ta’ self u likwidità ta’ banek ċentrali għandhom jinżammu kunfidenzjali sabiex jiġu salvgwardati l-istabilità u l-funzjonament tas-swieq finanzjarji. Din l-emenda tagħmel l-eżenzjoni tal-banek ċentrali espliċita.
Emenda 68
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1 d (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 9 – paragrafu 7 – subparagrafi 1 u 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1d. L-Artikolu 9(7) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: |
| "7. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ddelegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, miżuri sabiex tikkunsidra l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 2, 4 u 5. [...]. |
| Il-Kummissjoni għandha b'mod tispeċifika wkoll it-tul massimu taċ-"ċiklu qasir ta' ħlas" imsemmi fil-paragrafu 4, kif ukoll il-mekkaniżmi xierqa ta' kontroll mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru tal-oriġini, permezz ta' atti ddelegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b." |
(Il-kliem bit-tipa grassa huwa test mhux mibdul mill-att li qed jiġi emendat. (Is-simbolu [...] juri fejn tħassar it-test.)
Emenda 69
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1 e (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 11 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1e. L-Artikolu 11(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: |
| "1. L-Artikolu 9 u l-Artikolu 10(c) ma għandhomx japplikaw għal ishma pprovduti lil u mill-membri tas-SEBĊ fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom bħala awtoritajiet monetarji, inklużi l-ishma pprovduti lil u mill-membri tas-SEBĊ bħala rahan jew xiri mill-ġdid jew ftehim simili għal likwidità mogħtija għal finijiet ta’ politika monetarja jew fi ħdan sistema ta’ ħlasijiet jew fil-kuntest ta’ self jew faċilitajiet ta’ likwidità oħrajn tal-banek ċentrali." |
Ġustifikazzjoni
Il-faċilitajiet ta’ self u likwidità ta’ banek ċentrali għandhom jinżammu kunfidenzjali sabiex jiġu salvgwardati l-istabilità u l-funzjonament tas-swieq finanzjarji. Din l-emenda tagħmel l-eżenzjoni tal-banek ċentrali espliċita.
Emenda 70
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1 f (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 12 – paragrafu 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1f. L-Artikolu 12(8) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: |
| "8. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1, 2, 4, 5 u 6 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikoli 27, 27a u 24b, miżuri: |
| (a) sabiex tiġi stabbilita formola standard li għandha tintuża fil-Komunità kollha meta tiġi notifikata l-informazzjoni meħtieġa lill-emittent taħt il-paragrafu 1 jew meta tiġi preżentata l-informazzjoni taħt l-Artikolu 19(3); |
| (b) sabiex tiffissa kalendarju ta' "ġranet tal-kummerċ" għall-Istati Membri kollha; |
| (c) sabiex tistabbilixxi f'liema każijiet l-azzjonista, jew il-persuna fiżika jew entità ġuridika msemmija fl-Artikolu 10, jew it-tnejn li huma, għandhom jagħmlu n-notifika neċessarja lill-emittent; |
| (d) sabiex jiġu ċċarati iċ-ċirkostanzi li taħthom l-azzjonista, jew il-persuna fiżika jew entità ġuridika msemmija fl-Artikolu 10, kellhom isiru jafu bl-akkwist jew it-trasferiment; |
| (e) sabiex jiġu ċċarati l-kondizzjonijiet ta' indipendenza li jridu jiġu sodisfatti mill-kumpanniji ta' ġestjoni u l-impriżi parent tagħhom jew minn ditti ta' investiment u l-impriżi parent tagħhom sabiex jibbenefikaw mill-eżenzjonijiet fil-paragrafi 4 u 5. |
| [...]." |
(Il-kliem bit-tipa grassa huwa test mhux mibdul mill-att li qed jiġi emendat. (Is-simbolu [...] juri fejn tħassar it-test.)
Emenda 71
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1 g (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 13 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1g. L-Artikolu 13(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: |
| "2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti delegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, miżuri sabiex tikkunsidra l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1. Hija għandha b'mod partikolari tistabbilixxi: |
| (a) it-tipi ta' strumenti finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1 u l-aggregazzjoni tagħhom; |
| (b) in-natura ta' ftehim formali msemmi fil-paragrafu 1; |
| (c) il-kontenuti tan-notifika li trid issir, billi tistabbilixxi l-formola standard li għanda tintuża fil-Komunità kollha għal dak l-iskop; |
| (d) il-perjodu tan-notifika; |
| (e) lil min għandha tinbagħat in-notifika. |
| [...]." |
(Il-kliem bit-tipa grassa huwa test mhux mibdul mill-att li qed jiġi emendat. (Is-simbolu [...] juri fejn tħassar it-test.)
Emenda 72
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1 h (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 14 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1h. L-Artikolu 14(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: |
| "2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ddelegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, miżuri sabiex tikkunsidra l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1. [...]" |
(Il-kliem bit-tipa grassa huwa test mhux mibdul mill-att li qed jiġi emendat. (Is-simbolu [...] juri fejn tħassar it-test.)
Emenda 73
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1 i (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 17 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1i. L-Artikolu 17(4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: |
| "4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ddelegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, miżuri sabiex tikkunsidra l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, sabiex tikkunsidra l-iżviluppi fit-teknoloġija ta' l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1, 2 u 3. Hija għandha, b'mod partikolari, tispeċifika t-tipi ta' istituzzjonijiet finanzjarji li permezz tagħhom azzjonista jista' jeżerċita d-drittijiet finanzjarji stabbiliti fil-paragrafu 2(ċ). [...]" |
(Il-kliem bit-tipa grassa huwa test mhux mibdul mill-att li qed jiġi emendat. (Is-simbolu [...] juri fejn tħassar it-test.)
Emenda 74
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1 j (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 18 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1j. L-Artikolu 18(5) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: |
| "5. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ddelegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, miżuri sabiex tikkunsidra l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, sabiex tikkunsidra l-iżviluppi fit-teknoloġija ta' l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1 sa 4. Hija għandha, b'mod partikolari, tispeċifika t-tipi ta' istituzzjonijiet finanzjarji li permezz tagħhom detentur ta' titolu ta' debitu jista' jeżerċita d-drittijiet finanzjarji stabbiliti fil-paragrafu 2(ċ). [...]" |
(Il-kliem bit-tipa grassa huwa test mhux mibdul mill-att li qed jiġi emendat. (Is-simbolu [...] juri fejn tħassar it-test.)
Emenda 75
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1 k (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 19 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1k. Fl-Artikolu 19(4), l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: |
| "4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ddelegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, miżuri sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1, 2 u 3 [...]." |
(Il-kliem bit-tipa grassa huwa test mhux mibdul mill-att li qed jiġi emendat.)
Emenda 76
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1 l (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 19 – paragrafu 4 – subparagrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1l. It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 19(4) għandu jitħassar. |
(Il-kliem bit-tipa grassa huwa test mhux mibdul mill-att li qed jiġi emendat. (Is-simbolu [...] juri fejn tħassar it-test.)
Emenda 77
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1 m (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 21 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1m. Fl-Artikolu 21(4), l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: |
| "4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ddelegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, miżuri sabiex tikkunsidra l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, sabiex tikkunsidra l-iżviluppi fit-teknoloġija ta' l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1, 2 u 3 [...]." |
(Il-kliem bit-tipa grassa huwa test mhux mibdul mill-att li qed jiġi emendat. (Is-simbolu [...] juri fejn tħassar it-test.)
Emenda 78
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 2 – paragrafu 1 n (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 21 – paragrafu 4 – l-aħħar subparagrafu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1n. It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(4) għandu jitħassar. |
(Il-kliem bit-tipa grassa huwa test mhux mibdul mill-att li qed jiġi emendat.)
Emenda 79
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1 o (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 23 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1o. L-Artikolu 23(4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: |
| "4. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ddelegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, miżuri: |
| (i) li jistabbilixxu mekkaniżmu li jiżgura l-istabbiliment ta' l-ekwivalenza ta' l-informazzjoni meħtieġa taħt din id-Direttiva, inklużi dikjarazzjonijiet finanzjarji u informazzjoni, inklużi dikjarazzjonijiet finanzjarji, meħtieġa skond il-liġi, r-regolamenti, jew id-disposizzjonijiet amministrattivi ta' pajjiż terz; |
| (ii) li jistabbilixxu li, skond il-liġi, r-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi domestiċi tiegħu jew skond il-prattiċi jew proċeduri bbażati fuq l-istandards internazzjonali stabbiliti minn organizzazzjonijiet internazzjonali, l-pajjiż terz fejn hu reġistrat l-emittent jiżgura l-ekwivalenza tar-rekwiżiti ta' l-informazzjoni previsti f'din id-Direttiva. |
| Fil-kuntest tal-punt (ii) ta' l-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ddelegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, miżuri li jikkonċernaw il-valutazzjoni ta' l-istandards relevanti għal dawk li joħorġu t-titoli minn iktar minn pajjiż wieħed. [...] |
| Il-Kummissjoni għandha, skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, tieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa dwar l-ekwivalenza ta' l-istandards tal-kontabilità li huma wżati minn emittenti ta' pajjiż terz taħt il-kondizzjonjiet stabbiliti fl-Artikolu 30(3) mhux aktar tard minn ħames snin mid-data msemmija fl-Artikolu 31. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li l-istandards tal-kontabilità ta' pajjiż terz mhumiex ekwivalenti, tista' tippermetti lill-emittenti konċernati sabiex ikomplu jużaw dawn l-istandards tal-kontabilità matul perjodu transitorju xieraq. |
| Fil-kuntest tat-tielet subparagrafu, il-Kummissjoni għandha wkoll tistabbilixxi, permezz ta' atti ddelegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, miżuri mmirati biex jistabbilixxu kriterji ġenerali ta' ekwivalenza fir-rigward ta' standards ta' responsabbiltà relevanti għal dawk li joħorġu t-titoli minn iktar minn pajjiż wieħed. [...]" |
(Il-kliem bit-tipa grassa huwa test mhux mibdul mill-att li qed jiġi emendat. (Is-simbolu [...] juri fejn tħassar it-test.)
Emenda 80
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1 p (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 23 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1p. L-Artikolu 23(5) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: |
| "5. Sabiex tiżgura applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi, permezz ta' atti ddelegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, miżuri li jiddefinixxu t-tip ta' informazzjoni żvelata f'pajjiż terz li hija ta' importanza għall-pubbliku fil-Komunità. [...]" |
(Il-kliem bit-tipa grassa huwa test mhux mibdul mill-att li qed jiġi emendat. (Is-simbolu [...] juri fejn tħassar it-test.)
Emenda 81
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1 q (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 23 – paragrafu 7 – it-tieni subparagrafu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1q. Fl-Artikolu 23(7), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: |
| l-Kummissjoni għandha wkoll tistabbilixxi, permezz ta' atti delegati skont l-Artikoli 27, 27a u 27b, miżuri mmirati biex jistabbilixxu kriterji ġenerali ta' ekwivalenza għall-finijiet tal-ewwel paragrafu. [...]" |
(Il-kliem bit-tipa grassa huwa test mhux mibdul mill-att li qed jiġi emendat. (Is-simbolu [...] juri fejn tħassar it-test.)
Emenda 82
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1 r (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 27 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1r. L-Artikolu 27(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: |
| "1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq." |
(Il-kliem bit-tipa grassa huwa test mhux mibdul mill-att li qed jiġi emendat.)
Emenda 83
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1 s (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 27 – paragrafu 2a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1s. L-Artikolu 27(2a) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: |
| “2a. Is-setgħa li jiġu adottati l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 2(3), l-Artikolu 5(6), l-Artikolu 9(7), l-Artikolu 12(8) l-Artikolu 13(2) l-Artikolu 14(2), l-Artikolu 17(4) l-Artikolu 18(5), l-Artikolu 19(4) l-Artikolu 21(4), l-Artikolu 23(4), l-Artikolu 23(5) u l-Artikolu 23(7) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat. |
| 2b. Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tavża b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan. |
| 2c. Is-setgħa li jiġu adottati atti ddelegati qed tingħata lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 27a u 27b.” |
Emenda 84
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 2 – paragrafu 1 t (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 27 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1t. L-Artikolu 27(3) għandu jitħassar. |
(Is-simbolu [...] juri fejn tħassar it-test.)
Emenda 85
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1 u (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 27 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1u. L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 27: |
| “Artikolu 27 a |
| Revoka tad-delega |
| 1. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2(3), l-Artikolu 5(6), l-Artikolu 9(7), l-Artikolu 12(8), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 14(2), l-Artikolu 17(4), l-Artikolu 18(5), l-Artikolu 19(4), l-Artikolu 21(4), l-Artikolu 23(4), l-Artikolu 23(5) u l-Artikolu 23(7) tista’ tiġi revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. |
| 2. L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna biex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħa għandha tagħmel ħilitha biex tinforma l-istituzzjoni l-oħra u l-Kummissjoni filwaqt li tiddikjara s-setgħat delegati li jistgħu jkunu suġġett ta’ revoka. |
| 3. Id-deċiżjoni għal revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati li diġà jkunu fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea." |
Ġustifikazzjoni
Il-Leġiżlatur ma għandux ikun obbligat li jispjega ruħu għal kull deċiżjoni biex jirrevoka s-setgħat tad-delega.
Emenda 86
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1 v (ġdid)
Direttiva 2004/109/KE
Artikolu 27 b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1v. L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 27a: |
| "Artikolu 27b |
| Oġġezzjonijiet għal atti delegati |
| 1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att iddelegat f’perjodu ta’ erba’ xhur mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż għal xahrejn. |
| 2. Jekk, fl-iskadenza ta’ dak il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma joġġezzjonaw kontra l-att iddelegat, dan għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih. |
| 3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw kontra att iddelegat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ." |
Ġustifikazzjoni
Għandha tkun id-deċiżjoni tal-leġiżlatur jagħtix ir-raġunijiet għal oġġezzjoni kontra att iddelegat. Sabiex ma jitpoġġiex piż żejjed fuq il-mekkaniżmu tal-kontroll, il-leġiżlatur ma għandux jiġi obbligat li jiddikjara r-raġunijiet għal rifjut ta’ miżura.
Emenda 87
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 3a |
| Reviżjoni |
| Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, b’mod partikulari fir-rigward tal-applikazzjoni u l-effetti tar-regoli li jikkonċernaw id-dokument ta’ informazzjoni essenzjali. Il-Kummissjoni għandha, barra minn hekk, tiżviluppa definizzjonijiet tat-termini "offerta pubblika", "suq primarju"u"suq sekondarju" u, f'dan ir-rigward, għandha tiċċara b'mod sħiħ ir-rabtiet bejn din id-Direttiva u d-Direttivi 2004/109/KE u 2003/6/KE. Wara l-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u fejn xieraq, flimkien ma' proposti li jemendaw din id-Direttiva. |
NOTA SPJEGATTIVA
A. Nota qasira ta’ sfond
Id-Direttiva 2003/71/KE, id-Direttiva tal-Prospetti, tirregola l-offerta pubblika tat-titoli u l-ammissjoni tagħhom f’suq regolat fil-Komunità. Il-prospett għandu l-funzjoni ta’ passaport, li jippermetti l-aċċess għas-swieq kollha tal-UE; wara li jiġi reġistrat u awtorizzat fl-Istat Membru ta’ domiċilju, kull ma jkun hemm bżonn tkun in-notifika lill-Istat Membru ospitanti.
Ir-reviżjoni tad-Direttiva tal-Prospetti kienet prevista fl-Artikolu 31 li introduċa klawsola ta' reviżjoni wara ħames snin. Bi qbil mal-prinċipju ta’ regolamentazzjoni aħjar u t-tnaqqis tal-burokrazija, il-proposta tal-Kummissjoni tiffoka fuq l-eliminazzjoni tal-inċertezzi legali, it-tnaqqis tal-ispejjeż għoljin inġustifikabbli u l-piżijiet għall-industrija waqt li jinżamm l-istess livell ta’ protezzjoni għall-investituri.
B. Il-pożizzjoni tar-rapporteur tagħkom
Ir-rapporteur tagħkom jilqa’ b’sodisfazzjon ir-reviżjoni tal-Kummissjoni Ewropea u l-ħidma li fuqha hi bbażata din ir-reviżjoni.
Ir-rapporteur tagħkom jaqbel mal-maġġoranza tas-simplifikazzjonijiet u l-kjarifiki mwettqa mill-Kummissjoni.
B’mod speċifiku, jaqbel mal-kjarifika tal-limiti minimi, il-possibilità li jintgħażel l-Istat Membru ta’ domiċilju fil-każ ta’ titoli mingħajr ekwità, is-simplifikazzjoni tal-iskema ta’ ishma għall-impjegati, is-simplifikazzjoni tar-rekwiżit ta’ piż żejjed ta’ żvelar għall-garanziji governattivi, l-allinjament mad-direttiva dwar it-trasparenza u t-tneħħija tal-inċertezza fir-rigward tan-notifika tal-Istat Membru ospitanti.
Dwar il-punti li ġejjin, ir-rapporteur tagħkom għandu xi rimarki u jissuġġerixxi li jittejjeb l-abbozz attwali tal-Kummissjoni.
Kaskata fil-livell tal-konsumaturi
Ir-responsabilità fil-każ ta’ bejgħ mill-ġdid sussegwenti ta’ titolu teħtieġ tiġi ċċarata. Għall-bejgħ mill-ġdid sussegwenti tat-titoli permezz ta’ intermedjarji finanzjarji, il-Kummissjoni qed tipproponi li jista’ jintuża l-prospett inizjali sakemm ikun aġġornat u l-emittent ikun ta l-kunsens tiegħu biex jintuża.
Ir-rapporteur tagħkom, barra minn hekk, hu tal-opinjoni li fil-każ li intermedjarju finanzjarju juża l-prospett inizjali mingħajr kunsens jew jekk ikun fassal prospett ġdid, l-intermedjarju għandu jkun responsabbli għall-prospett.
Allinjament tal-investitur kwalifikat
Ir-rapporteur tagħkom jaqbel mal-proposta tal-Kummissjoni biex id-direttiva tal-prospetti tiġi allinjata mad-definizzjoni fid-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji, imma jissuġġerixxi li wieħed imur oltre u r-reġistru separat jitħassar peress li fil-prattika rriżulta li ma tantx kien ta' siwi.
Kwistjoni ta’ drittijiet
Il-Kummissjoni qed tintroduċi rekwiżiti ta’ pubblikazzjoni simplifikati dwar kwistjonijiet ta’ drittijiet. Ir-rapporteur tagħkom hu tal-opinjoni li għandna neżentaw kompletament il-kwistjonijiet ta’ drittijiet mill-obbligu li jiġi ppubblikat prospett peress li l-informazzjoni diġà hi disponibbli għad-detenturi tal-ishma diġà eżistenti.
Validità tal-prospett
Il-perjodu ta’ validità qed jiġi estiż għal 24 xahar kemm għall-prospetti u kemm għall-prospetti ta’ bażi. Ir-rapporteur tagħkom jixtieq iżid il-validità għall-prospetti ta’ bażi għal 36 xahar.
Suppliment għall-prospett
L-obbligu li l-prospett jinżamm aġġornat jintemm jew bl-għeluq tal-offerta pubblika jew bl-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, skont liema waħda sseħħ l-ewwel. Barra minn hekk, id-dritt ta’ rtirar fil-każ ta’ suppliment għall-prospett qed jiġi armonizzat għal żewġ ġranet tax-xogħol bil-possibilità li l-emittent jestendi dan il-perjodu. Ir-rapporteur tagħkom jaqbel mal-proposta tal-Kummissjoni imma qed jintroduċi kjarifika ulterjuri li l-prospett eżistenti jista’ jintuża fil-każ li l-offerta finali lill-pubbliku tagħlaq qabel ma l-istess titolu jkun ammess għall-kummerċ f’suq regolat.
Skemi ta’ responsabilità ċivili
Ir-rapporteur tagħkom qed jitlob lill-Awtorità Superviżorja Ewropea biex tfassal tabella komparattiva li turi d-differenzi fl-iskemi ta’ responsabilità nazzjonali. Peress li qed nitkellmu dwar ir-responsabilità, id-differenzi reali fil-liġi ċivili nazzjonali li għandhom impatt essenzjali mhumiex jitqiesu.
Is-swieq primarji versus is-swieq sekondarji
Ir-rapporteur tagħkom hu tal-opinjoni li hemm bżonn li tiġi indirizzata b’mod urġenti l-problema ta’ bażi biex jiġu ddefiniti s-swieq primarji u s-swieq sekondarji. Għal dan l-iskop, introduċa klawsola ta’ reviżjoni li tinkludi ħidma ulterjuri fuq id-definizzjoni tas-swieq primarji, tas-swieq sekondarji u tat-terminu "offerta pubblika" sabiex ikun hemm kumpens aħjar għall-problemi mhux solvuti u biex jinstabu soluzzjonijiet għal dan in-nuqqas ta' ċarezza.
Dokument essenzjali għall-investitur
Il-kunċett li introduċiet il-Kummissjoni fl-inizjattiva dwar il-Prodotti ta’ Investiment Mhux Professjonali Offruti flimkien (PRIPs)[3] dwar il-forniment ta’ informazzjoni essenzjali għall-investituri mhux professjonali għall-prodotti kollha ta’ investiment mhux professjonali, li ġie introdott fid-Dokument ta’ Informazzjoni Essenzjali (KID) fid-Direttiva dwar l-Investimenti Kollettivi f'Titoli Trasferibbli (UCITs)[4] hu idea importanti.
Il-Kummissjoni qed tintroduċi aktar rekwiżiti għas-sommarju tal-prospett f’din id-Direttiva. Is-sommarju jservi biex jagħti informazzjoni essenzjali sabiex l-investitur ikun jista’ jqabbel it-titolu ma’ prodotti oħra u jagħmel deċiżjoni informata dwar l-investiment. Il-Kummissjoni qed testendi wkoll l-iskema tar-responsabilità għall-forniment ta’ informazzjoni essenzjali ta’ dan it-tip.
Ir-rapporteur tagħkom hu tal-opinjoni li minflok ma jiġu introdotti xi elementi ta’ informazzjoni essenzjali fis-sommarju, is-sommarju għandu jiġi sostitwit b’dokument ta’ informazzjoni essenzjali. Il-kontenut dettaljat u l-format għandhom jiġu stabbiliti fit-tieni livell, imma għandhom jinkorporaw fil-biċċa l-kbira l-informazzjoni fin-nota sommarja attwali. Il-pariri mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq il-ġdida dwar il-miżuri tat-tieni livell għandhom iqisu kif jixraq l-iżviluppi fid-dibattitu dwar il-Prodotti ta’ Investiment Mhux Professjonali Offruti flimkien. L-aħjar mod biex jiġi ttrattat il-kunċett ta’ komparabilità bejn il-prodotti ta’ investiment hu waqt l-inizjattiva tal-Prodotti ta’ Investiment Mhux Professjonali Offruti flimkien bħala miżura orizzontali u għalhekk għandu jiġi indirizzat b’dan it-tip ta’ mod fiż-żmien opportun.
L-atti ddelegati u l-atti implimentattivi
Minħabba li se jidħol fis-seħħ it-Trattat ta’ Lisbona, qed tiġi introdotta l-possibilità biex il-leġiżlatur jiddelega s-setgħa biex jiġu adottati atti mhux leġiżlattivi lill-Kummissjoni biex ċerti elementi mhux essenzjali tal-atti leġiżlattivi jiġu ssupplimentati jew emendati.
Madankollu, l-Artikolu 291 se jirrikjedi li tidħol fis-seħħ l-adozzjoni ta’ Regolament. B’konsegwenza, id-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-atti implimentattivi se jibqgħu fil-komitoloġija u l-allinjament qed jiġi pospost sa meta jkun hemm reviżjoni ulterjuri tad-direttivi.
Is-Sistema Ewropea ta’ Superviżuri Finanzjarji
Fid-dawl tal-proposta ta’ dan l-aħħar tal-Kummissjoni, b’segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-grupp De Larosière, biex tiġi stabbilita Sistema Ewropea ta’ Superviżuri Finanzjarji li tkun tikkonsisti f’netwerk tas-superviżuri finanzjarji nazzjonali li jkunu qed jaħdmu flimkien mal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, ir-rapporteur tagħkom jappoġġa l-qafas il-ġdid ta’ sorveljanza integrata u għalhekk diġà introduċa l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq bħala sostitut tal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli.
9.3.2010
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI
għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/71/KE dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat
( COM(2009)0491 – C7–0170/2009 – 2009/0132(COD) )
Rapporteur: Sebastian Valentin Bodu
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA
L-għan ewlieni tal-Programm ta' Azzjoni biex jittaffew il-piżijiet amministrattivi imposti mir-regolamenti eżistenti fl-Unjoni Ewropea, li ġie mniedi mill-Kummissjoni fl-2007, kien li titjieb ir-regolamentazzjoni bħala parti mill-istrateġija ta' "Tkabbir u Impjiegi".
Barra minn hekk, fl-2007 il-Kunsill adotta mira biex sal-2012 itaffi l-piżijiet amministrattivi b’25% sabiex titjieb il-kompetittività ta' diversi kumpaniji fil-Komunità.
Għalkemm il-valutazzjoni ġenerali tal-effett globali tad-Direttiva, li saret ħames snin wara d-dħul tagħha fis-seħħ, kienet waħda pożittiva, ġew identifikati għadd ta’ inċertezzi legali u ta' rekwiżiti b'piż bla bżonn. Dawn iżidu l-ispejjeż u joħolqu l-ineffiċjenzi, u b’hekk ixekklu l-proċess biex jiġu ġġenerati fondi mis-swieq tat-titoli għall-kumpaniji u l-intermedjarji finanzjarji fl-UE. Meta wieħed iqis il-ħtieġa biex titjieb il-protezzjoni tal-investitur, is-sommarju tal-prospett għandu jiġi ssimplifikat sabiex jirrispondi b’mod effikaċi għall-kriżi finanzjarja attwali.
Din il-proposta tal-Kummissjoni hija l-eżitu ta' djalogu u konsultazzjoni kontinwi mal-partijiet interessati ewlenin u mal-parteċipanti fis-suq u l-konsumaturi. Hija msejsa fuq l-analiżi li hemm fir-rapporti ppubblikati mill-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli u mill-Grupp ta’ Esperti tas-Swieq Ewropej tat-Titoli. Tqis ukoll il-konklużjonijiet ta' studju li sar miċ-Ċentru għas-Servizzi ta’ Strateġija u Evalwazzjoni u minn konsultazzjoni pubblika onlajn.
IS-SUSTANZA TAL-PROPOSTA
L-għan ġenerali ta’ din il-proposta huwa li tiġi ssimplifikata u titjieb l-implimentazzjoni tad-Direttiva, meta wieħed iqis l-importanza biex jitjieb il-livell tal-protezzjoni tal-investitur previst fid-Direttiva u biex jiġi żgurat li l-informazzjoni li tingħata tkun adegwata u suffiċjenti għas-sodisfazzjon tal-ħtiġijiet tal-investituri biex ilaħħqu maċ-ċaqliq fis-swieq finanzjarji. Huwa mistenni u maħsub li din is-simplifikazzjoni għandha twassal b'mod impliċitu għal benefiċċji sinifikanti bħal:
– it-tnaqqis fir-rekwiżiti tal-iżvelar għal kumpaniji b’kapitalizzazzjoni kummerċjali ridotta, li għandu jiġġenera l-iffrankar globali ta’ EUR 173 miljun kull sentejn;
– it-tneħħija ta’ regoli li jinvolvu obbligi ta' trasparenza doppja, biex b’hekk jiġu eliminati l-ispejjeż bla bżonn għall-kumpaniji li jitilgħu għal EUR 30 miljun;
– l-eżenzjoni tal-Iskemi tal-Ishma għall-Impjegati mill-obbligu tal-pubblikazzjoni tal-prospett, li se tiffranka madwar EUR 18-il miljun;
– it-tnaqqis fir-rekwiżiti tal-iżvelar għall-ġenerazzjoni ta' kapital permezz tal-ħruġ ta' drittijiet, li se jwassal għall-iffrankar ta’ kważi EUR 80 miljun;
– barra minn dawn iċ-ċifri kollha, madwar EUR 800 000 se jiġu ffrankati bl-esklużjoni ta' informazzjoni dettaljata dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-garanti fil-każ ta' skemi ta' garanzija tal-gvern.
Hu kkalkulat li dan l-iffrankar kollu jilħaq EUR 302 miljun fis-sena.
F’Settembru 2008, il-Grupp ta' Livell Għoli tal-Partijiet Interessati Indipendenti dwar il-Piżijiet Amministrattivi ta parir lill-Kummissjoni Ewropea biex tikkunsidra tneħħix:
1. l-obbligu li tintbagħat kopja stampata tal-prospett;
2. l-obbligu li tingħata t-traduzzjoni tas-sommarju fil-każ ta' offerti transkonfinali.
It-tneħħija tal-ewwel obbligu jkollu impatt negattiv fuq il-fiduċja tal-konsumaturi minħabba li dan joħloq diskriminazzjoni fost l-investituri, skont jekk ikollhomx aċċess għall-internet jew le, għalkemm dan għandu jnaqqas il-piż amministrattiv tal-persuna obbligata li tgħaddi l-prospett lill-investitur.
Dwar it-tneħħija tal-obbligu tat-traduzzjoni tas-sommarju tal-prospett, għalkemm dan għandu jiffranka l-ispejjeż tat-traduzzjoni, dan ukoll jista' jkun ta’ detriment għall-protezzjoni tal-investitur minħabba li huwa importanti li l-investituri jirċievu għall-inqas sommarju tal-prospett f’lingwa li jistgħu jifhmu.
IL-BAŻI LEGALI
Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikoli 44 u 95 tat-Trattat KE (attwalment l-Artikoli 50 u 114 tat-TFUE).
Il-proposta tikkonforma mal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-TFUE.
RAKKOMANDAZZJONIJIET
Bħala osservazzjoni personali, jien ngħid li l-politika tal-emenda tikkonċerna kwistjonijiet ta’ importanza kbira rigward il-prospetti u t-trasparenza; kull kumment dwar kwistjonijiet ta’ importanza żgħira għalhekk mhumiex konsistenti mal-għan tal-proposta.
Jien eżaminajt l-emendi proposti u qist it-testi taż-żewġ direttivi kif emendati. Ikkonkludejt li l-opinjonijiet mogħtija u s-soluzzjonijiet identifikati jirriflettu r-rekwiżiti ewlenin attwali tal-partijiet interessati fis-swieq kapitali tal-UE.
Jistgħu jsiru għadd ta’ emendi għall-proposta tal-Kummissjoni biex tiġi emendata d-Direttiva 71/2003/KE dwar il-prospett, sabiex jiġu eliminati xi difetti żgħar. Dwar id-Direttiva 109/2004/KE rigward it-trasparenza, għad m'hemmx il-ħtieġa ta' kummenti jew emendi.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 14
Direttiva 2003/71/KE
Artikolu 16 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-investituri li jkunu digà qablu li jixtru jew jissottoskrivu t-titoli qabel ma jiġi ppubblikat is-suppliment għandu jkollhom id-dritt, li jista’ jiġi eżerċitat fi żmien jumejn tax-xogħol wara l-pubblikazzjoni tas-suppliment, li jirtiraw l-aċċettazzjonijiet tagħhom. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż minn min joħroġ it-titoli, min joffrihom jew mill-persuna li titlob għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat. | 2. L-investituri li jkunu digà qablu li jixtru jew jissottoskrivu t-titoli qabel ma jiġi ppubblikat is-suppliment għandu jkollhom id-dritt, li jista’ jiġi eżerċitat fi żmien jumejn tax-xogħol wara l-pubblikazzjoni tas-suppliment, li jirtiraw l-aċċettazzjonijiet tagħhom. Dan il-perjodu jista' jiġi estiż minn min joħroġ it-titoli, min joffrihom jew mill-persuna li titlob għall-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, iżda ma għandux jaqbeż l-għaxart ijiem tax-xogħol mid-data tal-pubblikazzjoni tas-suppliment. |
Ġustifikazzjoni
Jidher li d-dritt għall-estensjoni tal-perjodu kien maħsub għall-benefiċċju ta’ min joħroġ it-titoli. Madankollu dan m’għandux ikun ta’ detriment għal min jissottoskrivi t-titoli, u din id-data ta' skadenza għalhekk għandha tiġi stabbilita għaż-żewġ partijiet.
PROĊEDURA
Titolu | Titoli li jiġu offruti lill-pubbliku u l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza (emendi għad-Direttivi 2003/71/KE u 2004/109/KE) | ||||||
Referenzi | COM(2009)0491 – C7-0170/2009 – 2009/0132(COD) | ||||||
Kumitat responsabbli | ECON | ||||||
Kumitat mitlub jagħti opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | JURI 7.10.2009 |
|
|
| |||
Rapporteur Data tal-ħatra | Sebastian Valentin Bodu 14.12.2009 |
|
| ||||
Data tal-adozzjoni | 8.3.2010 |
|
|
| |||
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 19 0 0 | |||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Marielle Gallo, Klaus-Heiner Lehne, Antonio Masip Hidalgo, Jiří Maštálka, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Alexandra Thein, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka | ||||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali | Sergio Gaetano Cofferati, Kurt Lechner, Eva Lichtenberger, Toine Manders, József Szájer | ||||||
PROĊEDURA
Titolu | Titoli li jiġu offruti lill-pubbliku u l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza (emendi għad-Direttivi 2003/71/KE u 2004/109/KE) | ||||||
Referenzi | COM(2009)0491 – C7-0170/2009 – 2009/0132(COD) | ||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 23.9.2009 | ||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ECON 7.10.2009 | ||||||
Kumitat mitlub jagħti opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | JURI 7.10.2009 |
|
|
| |||
Rapporteur Data tal-ħatra | Wolf Klinz 20.10.2009 |
|
| ||||
Eżami fil-kumitat | 2.12.2009 | 27.1.2010 | 17.3.2010 |
| |||
Data tal-adozzjoni | 23.3.2010 |
|
|
| |||
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 39 6 0 | |||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Burkhard Balz, Godfrey Bloom, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Pascal Canfin, Nikolaos Chountis, George Sabin Cutaş, Rachida Dati, Leonardo Domenici, Diogo Feio, Markus Ferber, Elisa Ferreira, Vicky Ford, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Enikő Győri, Liem Hoang Ngoc, Gunnar Hökmark, Othmar Karas, Wolf Klinz, Jürgen Klute, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Astrid Lulling, Hans-Peter Martin, Arlene McCarthy, Ivari Padar, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Edward Scicluna, Peter Simon, Ivo Strejček, Kay Swinburne, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells, Corien Wortmann-Kool | ||||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali | Sophie Auconie, Pervenche Berès, Herbert Dorfmann, Sari Essayah, Ashley Fox, Robert Goebbels, Jan Kozłowski, Philippe Lamberts | ||||||