Dokument ta' sessjoni

 

A7-0001/2011

18.1.2011

*

RAPPORT

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi livelli massimi permissibbli ta’ kontaminazzjoni radjoattiva ta’ ikel u għalf wara inċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika (riformulazzjoni)

( COM(2010)0184 – C7‑0137/2010 – 2010/0098(CNS) )

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Ivo Belet

(Tfassil mill-ġdid – Artikolu 87a tar-Regoli ta' Proċedura)

PR_CNS_Recastingam

 

 

Tifsira tas-simboli użati

  *  Proċedura ta’ konsultazzjoni

  ***  Proċedura ta’ approvazzjoni

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

 

(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)

 

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta’ att

Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.

 

L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].

 

 

 

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  5

NOTA SPJEGATTIVA  25

ANNESS: ITTRA MILL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI  29

Anness: opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-parlament ewropew, il-kunsill u l-kummissjoni  31

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI PROPOSTA  33

PROĊEDURA  40

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi livelli massimi permissibbli ta’ kontaminazzjoni radjoattiva ta’ ikel u għalf wara inċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika (riformulazzjoni)

( COM(2010)0184 – C7‑0137/2010 – 2010/0098(CNS) )

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni – tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill ( COM(2010)0184 ),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 31 tat-Trattat Euratom, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0137/2010),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 għal użu iktar strutturat tat-teknika tar-riformulazzjoni tal-atti legali[1],

–  wara li kkunsidra l-ittra tad-29 ta’ Ġunju 2010 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 87, 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija ( A7-0001/2011 ),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendata hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

 

Emenda    1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 168(4) u l-Artikolu 169(3) tiegħu,

 

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa għaċ-ċittadini tal-UE f'każ ta' kontaminazzjoni radjoattiva u sabiex l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament tingħata leġittimità demokratika, il-bażi legali għandha tinbidel taħt it-Trattat ta' Lisbona sabiex il-Parlament Ewropew ikun involut fit-teħid ta' deċiżjonijiet fir-rigward ta' regolament li potenzjalment jaffettwa s-saħħa pubblika. Din il-proposta hija biex jiġu kkunsidrati s-saħħa pubblika (Artikolu 168) u l-protezzjoni tal-konsumatur (Artikolu 169(1)).

 

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-Artikolu 2(b) tat-Trattat il-Kunsill jistabbilixxi standards uniformi ta’ sigurtà biex iħarsu s-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali, u biex jassigura li dawn ikunu applikati, kif hemm stabbilit ukoll fit-Titolu Tnejn, Kapitolu III, tat-Trattat.

imħassar

 

Ġustifikazzjoni

Ir-referenza għall-artikolu tal-Euratom mhijiex neċessarja fid-dawl tal-adozzjoni tad-Direttiva 96/29/Euratom, li tistipola dawn l-istandards u li tissemma fil-Premessa 3. Ir-referenza għall-protezzjoni tas-saħħa u għat-Trattat ta' Lisbona tissostitwixxi din il-premessa.

 

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) B'konformità mal-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi żgurat li jkun hemm livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet kollha tal-UE.

 

 

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Wara l-inċident tal-istazzjon tal-enerġija nukleari ta’ Chernobyl fis-26 ta’ April 1986, kwantità konsiderevoli ta’ materjali radjoattivi ħarġet fl-atmosfera, li kkontaminat ikel u għalf f’ħafna pajjiżi Ewropej f’livelli sinifikanti fil-qasam tas-saħħa.

(4) Wara l-inċident tal-istazzjon tal-enerġija nukleari ta’ Chernobyl fis-26 ta’ April 1986, kwantità konsiderevoli ta’ materjali radjoattivi ħarġet fl-atmosfera, li kkontaminat ikel u għalf f’ħafna pajjiżi Ewropej f’livelli sinifikanti fil-qasam tas-saħħa; il-ħamrija ġiet ikkontaminata wkoll b'partikoli radjoattivi, u dan wassal għal żieda fir-radjoattività tal-oġġetti tal-ikel forestali u agrikoli miksuba miż-żoni affettwati.

 

Ġustifikazzjoni

L-effett tal-kontaminazzjoni b'sustanzi radjoattivi jista' jkun indirett u jista' jseħħ wara żmien twil (saħansitra wara ħafna snin).

 

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 5 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem huwa wieħed mill-objettivi li l-Unjoni għandha l-ħsieb li tikseb meta tiddefinixxi u timplimenta l-politiki tagħha. L-Artikolu 168(4)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi l-adozzjoni ta’ miżuri komuni fil-qasam veterinarju li jkollhom bħala objettiv dirett il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. L-Istati Membri huma responsabbli li jimmoniterjaw il-konformità mal-livelli stipulati f’dan ir-Regolament, l-aktar permezz tas-sorveljanza tal-istandards ta’ sikurezza tal-prodotti tal-ikel u tal-għalf.

 

Emenda    6

 

 

Proposta għal regolament

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Jeħtieġ li titwaqqaf sistema li tippermetti lill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, wara inċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika li jista’ jwassal jew li jkun wassal għal kontaminazzjoni radjoattiva sinifikanti ta’ ikel u għalf, li tistabbilixxi livelli massimi permissibli ta’ kontaminazjoni radjoattiva għall-ħarsien tan-nies.

(6) Jeħtieġ li titwaqqaf sistema li tippermetti lill-Unjoni Ewropea, wara inċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika li jista’ jwassal jew li jkun wassal għal kontaminazzjoni radjoattiva sinifikanti ta’ ikel u għalf, li tistabbilixxi livelli massimi permissibbli ta’ kontaminazzjoni radjoattiva sabiex tiżgura li jkun hemm livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika.

 

 

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih, jekk ikun meħtieġ skond iċ-ċirkostanzi, Regolament li jagħmel applikabbli livelli massimi permissibbli stabbiliti minn qabel.

(8) Il-Kummissjoni għandha minnufih tapplika l-livelli massimi permissibbli stabbiliti minn qabel ta’ kontaminazzjoni għal inċident jew emerġenza radjoloġika nukleari partikolari.

Ġustifikazzjoni

Premessa modifikata biex tkun konsistenti mal-Artikolu 2 kif emendata mir-Rapporteur (Emenda 10).

 

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 8 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward tal-adattament għall-progress tekniku tal-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjoattiva tal-prodotti tal-ikel u tal-għalf (Annessi I u III), u tal-lista ta’ prodotti tal-ikel ta’ importanza minuri (Anness II). Hija ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta’ preparazzjoni tagħha, anke fuq livell ta’ esperti.

Ġustifikazzjoni

Premessa introdotta mir-Rapporteur biex ikun hemm konsistenza mal-Emenda 15 u ta’ warajha, li jimmodifikaw l-Artikolu 5.

 

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Skond informazzjoni disponibbli fil-qasam tal-protezzjoni mir-radjazzjoni, livelli derivati ta’ referenza kienu ġew stabbiliti u dawn il-livelli  jistgħu jintużaw bħala bażi biex ikunu stabbiliti livelli massimi permissibli ta’ kontaminazzjoni radjoattiva li għandhom ikunu applikati minnufih wara inċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika li jista’ jwassal jew li jkun wassal għal kontaminazjoni radjoattiva sinifikanti ta’ ikel u għalf.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ir-Rapporteur hu tal-opinjoni li din il-Premessa hija abbozzata b'mod vag – (x'inhuma l-"livelli ta’ referenza derivati”?) – u ma tikkorrispondix mal-applikazzjoni tal-livelli massimi mill-Kummissjoni kif deskritt kemm fl-Artikolu 2 kurrenti u fil-verżjoni emendata tiegħu (Emenda 10 mir-Rapporteur dwar l-Artikolu 2 – paragrafu 1).

 

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Dawn il-livelli massimi permissibbli iqisu kif imiss il-pariri xjentifiċi l-iktar riċenti li jkun hemm fil-mument fuq livell internazzjonali, waqt li jirriflettu l-ħtieġa li jserrħu moħħ il-pubbliku u jevitaw li jkun hemm diverġenzi fil-prattika regolatorja internazzjonali.

(10) Il-livelli derivati ta’ referenza u l-livelli massimi permissibbli għandhom jiġu riveduti regolarment sabiex iqisu kif imiss l-avvanzi u l-pariri xjentifiċi l-iktar riċenti li jkun hemm fil-mument fuq livell internazzjonali, jirriflettu l-ħtieġa li jserrħu moħħ il-pubbliku u jipprovduhom b'livell għoli ta' protezzjoni, u jevitaw li jkun hemm diverġenzi fil-prattika regolatorja internazzjonali.

 

Ġustifikazzjoni

Il-valuri attwali fir-Regolament ma ġewx aġġornati minn meta ġew adottati. Minn dak iż-żmien, saru avvanzi fil-valutazzjoni tad-dożi ta' espożizzjoni u impatti fuq is-saħħa. L-FDA tal-Istati Uniti rrevediet il-valuri derivati ta' referenza u l-livelli massimi permissibbli fl-1998, u rrakkomandat valuri ħafna iktar stretti minn dawk fis-seħħ fl-UE, li għandhom jiġu allinjati mal-avvanzi internazzjonali f'dan il-qasam.

 

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 10 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Għandu jkun rikonoxxut li l-livelli ta’ radjoattività kkawżati minn kontaminazzjoni wara li jkun seħħ inċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika għandhom jitqiesu flimkien mal-livelli naturali ta’ radjoattività diġà preżenti, li kultant jistgħu jkunu ogħla mil-limiti ta’ sikurezza stabbiliti.

 

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 10 b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10b) L-Annessi I, II u III għandhom iqisu l-effett tad-degradazzjoni parzjali tal-iżotopi radjoattivi sakemm l-oġġetti tal-ikel jiskadu; abbażi tat-tip ta' kontaminazzjoni eż. b'iżotopi tal-jodju, ir-radjoattività ta' dawn il-prodotti għandha tiġi ssorveljata b'mod kostanti.

 

Ġustifikazzjoni

Ir-radjoattività jonizzanti tonqos maż-żmien.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Iżda, huwa meħtieġ li jitqiesu kif imiss il-kondizzjonijiet partikolari li japplikaw u, għalhekk, li tkun stabbilita proċedura li tippermetti li jkun hemm addattament malajr ta’ dawn il-livelli stabbiliti minn qabel għal livelli massimi permissibbli li jkunu xierqa fiċ-ċirkostanzi ta’ inċident nukleari partikolari jew ta’ kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika li jista’ jwassal jew li jkun wassal għal kontaminazzjoni radjoattiva sinifikanti ta’ ikel jew għalf.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-“proċedura li tippermetti li jkun hemm addattament malajr ta’ dawn il-livelli stabbiliti minn qabel” tirreferi għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 3, li r-Rapporteur jipproponi li titħassar (ara, l-Emenda 13 mir-Rapporteur dwar l-Artikolu 3).

 

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Regolament li jagħmel applikabbli livelli massimi permissibbli għandu jżomm ukoll l-għaqda tas-Suq Intern  u jevita distorsjoni tal-kummerċ fil-Komunità.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Bl-emenda tal-Artikolu 2, ir-Rapporteur bi ħsiebu jħassar ir-“Regolament li jagħmel applikabbli” li mhuwiex legalment preċiż (ara, il-ġustifikazzjoni tal-emenda għall-Artikolu 2 - paragrafu 1).

Barra minn hekk, bl-applikazzjoni tal-livelli stipulati fir-regolament bażiku nnifsu, id-deċiżjoni mhux se jkollha effett fuq l-unità tas-suq intern jew fuq id-distorsjonijiet tal-kummerċ.

 

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Sabiex jeħfief l-addattament ta’ livelli massimi permissibbli, għandu jkun hemm proċeduri li bihom tkun tista’ ssir konsultazzjoni ma’ esperti, inkluż il-Grupp ta’ Esperti msemmi fl-Artikolu 31 tat-Trattat.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dawn il-proċeduri huma spejgati b’mod ċar fl-Artikolu 5 rivedut u fl-Artikoli 5a sa 5c li jipprovdu għall-konsultazzjoni ta' esperti tal-Artikolu 31 tat-Trattat. Il-Premessa 8b (ġdida) korrispondenti tkopri biżżejjed il-konsultazzjoni ta' esperti u tirreferi għall-proċedura legali xierqa fir-rigward tal-“adattament tal-livelli”.

 

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Hu xieraq li l-Kunsill jirriżerva d-dritt li jeħerċita direttament is-setgħa li jadotta Regolament sabiex jappoġġa fi żmien utli l-miżuri proposti mill-Kummissjoni fl-ewwel xahar mill-inċident nukleari jew emerġenza radjoloġika. Il-proposta relevanti għall-adozzjoni jew konferma tad-dispożizzjonijiet imniżżla fir-regolament adottat mill-Kummissjoni, partikolarment li jiġu stabbiliti livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjoattiva, għandhom ikunu bbażati fuq l-Artikolu 31 tat-trattat, għall-protezzjoni tas-saħħa tal-popolazzjoni. Dan bla ħsara għall-possibbilta' li fit-tul wara l-inċident jew emerġenza radjoloġika strumenti legali oħra jistgħu jiġu użati sabiex jiġi kkontrollat ikel jew għalf impoġġi fuq is-suq.

imħassar

(It-tieni u t-tielet sentenza tal-ġustifikazzjoni ripetuti (kemxejn modifikati) fin-Nota Spjegattiva (ii) Valutazzjoni)

Ġustifikazzjoni

Għar-Rapporteur, din il-Premessa ma tiġġustifikax b’mod ċar il-bżonn li l-Artikolu 3, jirriżerva l-kompetenza implimentattiva lill-Kunsill, fir-rigward tal-kuntest, in-natura u l-kontenut tal-att bażiku li jrid jiġi implimentat. Barra minn hekk, ir-Rapporteur mhuwiex konvint mill-valur miżjud ta’ dan l-approċċ fuq żewġ livelli, li bih il-Kunsill jista' finalment, jivvalida jew jadatta deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li f'ċirkostanzi normali għandha tkun l-unika awtorità eżekuttiva . (Ara wkoll, il-ġustifikazzjoni għall-Emenda 13 introdotta mir-Rapporteur.)

 

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Il-konformita' mal-livelli massimi permissibbli għandu jkun verifikat kif jixraq.

(16) Għandhom japplikaw il-prinċipji ġenerali tal-liġi dwar l-ikel kif stipulati fl-Artikoli 5 sa 21 tar-Regolament 178/2002. Il-konformita' mal-livelli massimi permissibbli għandha tkun suġġetta għal verifiki adegwati u għal kontrolli uffiċjali mill-Istati Membri, kif previst fl-Artikolu 17 tar-Regolament 178/2002.

 

 

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fil-każ li l-Kummissjoni tirċievi - partikolarment skond l-arranġamenti tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika għal bdil malajr ta’ informazjoni fil-każ ta’ emerġenza radjoloġika jew skond il-Konvenzjoni IAEA tas-26 ta’ Settembru 1986, dwar notifika malajr ta’ inċident nukleari - informazjoni uffiċjali dwar inċidenti jew kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika, li turi li l-livelli massimi permissibbli għall-ikel stabbiliti  f’Anness I jew il-livelli massimi permissibbli għall-għalf stabbiliti fl-Anness III, jistgħu jintlaħqu jew li jkunu ntlaħqu, hija għandha tadotta minnufih, jekk ikun meħtieġ fiċ-ċirkostanzi, Regolament li jagħmlu applikabbli dawk il-livelli massimi permissibbli.

1. Fil-każ li l-Kummissjoni tirċievi – partikolarment skond l-arranġamenti tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika għal bdil malajr ta’ informazjoni fil-każ ta’ emerġenza radjoloġika jew skond il-Konvenzjoni IAEA tas-26 ta’ Settembru 1986, dwar notifika malajr ta’ inċident nukleari – informazjoni uffiċjali dwar inċidenti jew kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika, li turi li l-livelli massimi permissibbli għall-ikel stabbiliti  f’Anness I jew il-livelli massimi permissibbli għall-għalf stabbiliti fl-Anness III, jistgħu jintlaħqu jew li jkunu ntlaħqu, hija għandha tadotta minnufih deċiżjoni li tiddikjara inċident nukleari jew emerġenza radjoloġika u tapplika dawk il-livelli massimi permissibbli.

 

(Jekk din l-emenda tiġi adottata, ir-referenza għal "Regolament" fis-subparagrafu 1 tal-Artikolu 6 (1) għandha tinbidel għal "deċiżjoni".)

Ġustifikazzjoni

L-applikazzjoni tal-livelli massimi permissibbli ta’ kontaminazzjoni għal sitwazzjoni speċifika hi evidentement setgħa implimentattiva li għandha tingħata lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 291 tat-TFUE (applikabbli bir-referenza 106a tat-Trattat Euratom).

 

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. It-terminu ta’ validità ta’ kull Regolament skond it-tifsira tal-paragrafu 1 għandhu jkun qasir kemm jista’ jkun u m’għandux jaqbeż it-tliet xhur, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-Artikolu 3(4).

2. It-terminu ta’ validità tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 m’għandux jaqbeż it-tliet xhur.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni tal-Emenda 10.

 

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Għall-finijiet tar-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat ta’ esperti xjentifiċi indipendenti dwar is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel. Il-membri tal-kumitat għandhom jintgħażlu skont kriterji xjentifiċi. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-kompożizzjoni tal-kumitat ta’ esperti u d-dikjarazzjoni tal-interessi tal-membri tiegħu.

 

 

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 3

imħassar

1. Wara konsultazzjoni ma’ esperti, li għandha tinkludi l-Grupp ta’ Esperti imsemmi  l-Artikolu 31 tat-Trattat, minn hawn iżjed ‘il quddiem “Grupp ta’ Esperti” , il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Kunsill proposta għal Regolament biex jadatta jew jikkonferma d-disposizzjonijiet tar-Regolament imsemmi fl-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-Regolament  fi żmien xahar mill-adozzjoni tiegħu.

 

2. Meta tibgħat il-proposta għar-Regolament imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha  tqis l-istandards bażiċi stabbiliti skond l-Artikoli 30 u 31 tat-Trattat, inkluż il-prinċipju li l-esposizzjonijiet kollha għandhom jinżammu raġonevolment baxxi kemm jista’ jkun, billi tqis l-aspett tal-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali u fatturi ekonomiċi u soċjali.

 

3. Il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni b’maġġoranza kwalifikata dwar il-proposta għal Regolament imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 fit-terminu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 2(2).

 

4. Fil-każ li l-Kunsill ma jiddeċidix f’dak it-terminu ta’ żmien, il-livelli stabbiliti f’Annessi I u III għandhom jibqgħu japplikaw sakemm il-Kunsill jiddeċiedi jew sakemm il-Kummissjoni tirtira l-proposta tagħha għax il-kondizzjonijiet kif stabbiliti fl-Artikolu 2(1) ma jkunux aktar japplikaw.

 

 

(Jekk din l-emenda tiġi adottata, ir-referenza għall-Artikolu 3 fis-subparagrafu 1 tal-Artikolu 6 (1) għandha titħassar.)

Il-ġustifikazzjoni fiha test li hu kemxejn modifikat min-Nota Spjegattiva (ii) Valutazzjoni

Ġustifikazzjoni

Ir-reġim stipulat fl-Artikolu 3, fejn il-Kunsill jista' jadotta regolament sabiex “jadatta jew jikkonferma d-dispożizzjonijiet” tar-Regolament ad hoc tal-Kummissjoni jidher li mhuwiex meħtieġ u hu sors ta’ inċertezza legali. Jidher li dawn il-miżuri tal-Kunsill jistgħu jikkwalifikaw bħala ‘atti implimentattivi’ tar-regolament attwali. Madankollu, skont l-Artikolu 291 tat-TFUE (applikabbli bir-referenza tal-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom), huwa biss ‘f’każijiet speċifiċi ġustifikati b’mod xieraq’ li din il-kompetenza tista’ tingħata lill-Kunsill, bil-Kummissjoni normalment responsabbli mill-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza.

 

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4

imħassar

Il-terminu ta’ validita ta’ kull Regolament skond it-tifsira tal-Artikolu 3 għandu jkun limitat. Dan it-terminu għandu jkun rivedut fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 3.

 

Ġustifikazzjoni

Tħassir b’konsegwenza tat-tħassir propost tal-Artikolu 3.

 

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sabiex ikun assigurat li l-livelli massimi permissibbli stabbiliti f’Annessi I u III  iqisu kull informazzjoni xjentifika ġdida li tkun disponibbli, il-Kummissjoni għandha minn żmien għall-ieħor, tieħu l-opinjoni ta’ esperti, magħdud il-Grupp ta’ Esperti.

Sabiex tqis kull informazzjoni xjentifika ġdida li tkun disponibbli, jew, jekk ikun meħtieġ wara inċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika, il-Kummissjoni għandha tadatta l-Annessi I, II u III permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 5a u soġġetti għall-kundizzjonijiet tal-Artikolu 5b u 5c.

2. Fuq talba ta’ Stat Membru jew tal-Kummissjoni, il-livelli massimi permissibli stabbiliti f’Anness I jistgħu jkunu riveduti jew miżjuda meta tintbagħat proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill skond il-proċedura tal-Artikolu 31 tat-Trattat.

 

 

 

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 5 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

Eżerċizzju tad-delega

 

1. Is-setgħa biex tadotta l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 5 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin li jibdew ...*. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tas-setgħa ddelegata mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa tiġġedded awtomatikament għal perjodi bl-istess tul taż-żmien, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jirrevokaha skont l-Artikolu 5b.

 

2. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

3. Is-setgħa li tadotta atti ddelegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 5b u 5c.

 

* OJ: Daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(Ara t-test diġà adottat fir-Regolament 438/2010 dwar il-pets, ĠU L 132, 29/05/2010 p. 3-10 u d-Direttiva 2010/30EU dwar it-tikkettar ta’ prodotti relatati mal-enerġija ĠU L 153, 18/06/2010 p. 1-12.)

Ġustifikazzjoni

It-test tal-Artikoli 5a, 5b u 5c identiku għal dak tal-atti legali (pereżempju r-regolament dwar il-pets, it-tikkettar tal-enerġija għall-kosnum tal-enerġija permezz ta’ prodotti relatati mal-enerġija) adottat dan l-aħħar u li jipprovdi għal atti delegati.

 

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 5 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5b

 

Revoka tad-delega

 

1. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 5 tista' tiġi rrevokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi kwalunkwe mument.

 

2. L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna biex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħa għandha tagħmel ħilitha biex tgħarraf lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, billi tindika s-setgħa ddelegata li tista’ tkun soġġetta għal revoka u r-raġunijiet li jista’ jkun hemm għal revoka.

 

3. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Hija m'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni tal-Emenda 16 introdotta mir-Rapporteur.

 

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 5 c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5c

 

Oġġezzjonijiet għall-atti ddelegati

 

1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att iddelegat fi żmien perjodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika.

 

Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn.

 

2. Jekk, meta jiskadi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att iddelegat, dan għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data mniżżla fih.

 

L-att iddelegat jista' jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel jiskadi dak il-perjodu, jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jkunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tagħhom li ma joġġezzjonawx.

 

3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għall-att iddelegat fi żmien il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-oġġezzjoni għall-att iddelegat.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni tal-Emenda 16 introdotta mir-Rapporteur.

 

 

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, Oġġetti tal-ikel jew għalf importati minn pajjiżi terzi għandhom jitqiesu li tqiegħdu fis-suq jekk, fit-territorju tad-dwana tal-Komunità, dawn jgħaddu minn proċedura tad-dwana li ma tkunx proċedura ta’ passaġġ.

Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal oġġetti tal-ikel jew għalf importati minn pajjiżi terzi, li jkunu fi tranżitu doganali jew li jkunu maħsuba għall-esportazzjoni.

 

 

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri għandhom jimmoniterjaw il-konformità mal-livelli massimi permissibbli. Għal dak il-fini l-Istati Membri għandhom iħaddmu sistema ta’ kontrolli uffiċjali tal-prodotti tal-ikel u tal-għalf, u attivitajiet oħrajn li jkunu xierqa fiċ-ċirkustanzi, inkluż tgħarrif lill-pubbliku dwar is-sikurezza u r-riskji tal-prodotti tal-ikel u tal-għalf, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament 178/2002.

 

 

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8

imħassar

Regoli għal implementazzjonita’ dan ir-Regolament, lista ta’ oġetti ta’ ikel minuri stabbiliti fl-Anness II flimkien ma’ livelli massimi li għandhom ikunu applikati għalihom, u l-livelli massimi permessi għall-għalf stabbiliti fl-Anness III għandhom jiġu  adottati skond il-proċedura imsemmija  fl-Artikolu  195(2)  tar-Regolament tal-Kunsill  (KE) Nru  1234/2007 , li għandu japplika b’analoġija. Għal dan il-għan il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn  Kumitat ad hoc.

 

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 8 twaħħad mal-Artikolu 5, peress li t-tnejn jirreferu għar-reviżjoni tal-livelli massimi (Annessi I u III) u/jew għall-adattament tal-lista tal-Anness II, li jistgħu jitqiesu b’mod konġunt permezz ta’ delega tal-kompetenza (atti ddelegati) lill-Kummissjoni.

 

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 8 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8a

 

1. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, sa Marzu tal-2012, rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-adegwatezza tal-livelli massimi permissibbli stipulati fl-Annessi I u III, u dwar l-adegwatezza li tinżamm lista ta’ prodotti tal-ikel ta' importanza minuri, kif stipulat fl-Anness II.

 

2. Dak ir-rapport għandu, b’mod partikulari, jeżamina l-konformità tal-livelli massimi permissibbli mal-limitu ta’ doża effikaċi ta’ 1 mSv/y fir-rigward tal-membri tal-pubbliku skont il-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 96/29 Euratom u jqis l-inklużjoni possibbli ta’ radjonuklidi relevanti oħra fl-Annessi I u III. Fil-valutazzjoni tal-livelli, ir-rapport għandu jiffoka fuq il-protezzjoni tal-aktar gruppi tal-popolazzjoni li huma vulnerabbli, b’mod partikulari t-tfal, u jistudja jekk ikunx xieraq li, abbażi ta’ hekk, jiġu ffissati livelli massimi permissibbli għall-kategoriji kollha tal-popolazzjoni.

 

 

 

Emenda    31

Proposta għal regolament

Anness I – nota tal-qiegħ 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ikel tat-trabi hu definit bħala dawk l-oġġetti tal-ikel intenzjonati għat-tmigħ tat-tfal żgħar matul l-ewwel erba’ sa sitt xhur tal-ħajja, li jilħqu, fihom infushom, il-ħtiġijiet nutrizzjonali ta’ din il-kategorija ta’ persuna u li jkunu mqiegħda għal bejgħ bl-imnut f’pakketti li jkunu ċarament identifikabbli u bit-tikketta «preparazzjoni ta’ ikel għat-trabi».

19 Ikel tat-trabi hu definit bħala formuli tat-trabi, inklużi l-ħalib fit-trab għat-trabi, il-ħalib fi trab għal trabi minn erba’ xhur ’il fuq u prodotti tal-ikel ekwivalenti intenzjonati għat-tfal żgħar taħt l-età ta’ tnax il-xahar, li jilħqu, fihom infushom, il-ħtiġijiet nutrizzjonali ta’ din il-kategorija ta’ persuna u li jkunu mqiegħda għal bejgħ bl-imnut f’pakketti li jkunu identifikabbli b’mod ċar u bit-tikketta «preparazzjoni ta’ ikel għat-trabi».

 

 

 

 

 

NOTA SPJEGATTIVA

In-natura tal-proposta:

Il-Kumitat ITRE huwa kkonsultat skont it-Trattat Euratom dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill imsemmija hawn fuq, skont l-Artikolu 87 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament.

 

Il-proposta tikkonsisti primarjament minn kodifikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet mhux mibdula minn tliet regolamenti adottati bejn l-1987 u l-1990 li jistabbilixxu livelli ta’ kontaminazzjoni radjoattiva f'każ ta' emerġenza radjoloġika. Madankollu, id-dħul ta’ premessa ġdida (Premessa 15), li tagħti l-motivazzjoni meħtieġa lill-Artikolu eżistenti (Artikolu 3 par. 3) li jipprovdi għar-riżerva ta’ kompetenzi implimentattivi mill-Kunsill, timplika bidla sostantiva li tiġġustifika l-użu tat-teknika ta’ riformulazzjoni.

 

Skont l-Artikolu 87, l-emendi għall-proposta ta’ riformulazzjoni huma ammissibbli biss jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li fihom bidliet, wara l-verifika preliminari mill-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali (JURI), li l-proposta ma timplika ebda bidla sostantiva għajr dawk il-bidliet identifikati bħala tali fil-proposta.

Il-verifika teknika tal-adegwatezza tat-teknika leġiżlattiva ta’ riformulazzjoni kienet ikkonfermata mill-Kumitat JURI b’ittra tad-29 ta’ Ġunju, li tippermetti lir-Rapporteur tal-Kumitat ITRE li jipproċedi bl-eżami tal-kontenut tal-proposta.

 

Valutazzjoni tar-Rapporteur:

  (i) Il-kontenut tal-proposta:

Permezz ta’ premessa, il-proposta ta’ riformulazzjoni tipprovdi ġustifikazzjoni ex-post għad-dispożizzjonijiet li ma jinbidlux (kif inkorporat fir-regolament tal-1987 u l-verżjonijiet emendati tiegħu).

Il-kontenut tar-regolament jikkonsisti f’mekkaniżmu ta' żewġ livelli ta' intervent f'każ ta' emerġenza radjoloġika jew inċident nukleari:

- adozzjoni immedjata mill-Kummissjoni ta’ regolament ad hoc biex japplika għal każ speċifiku, f’żona definita u għal perjodu limitat ta’ validità, il-livelli massimi permissibbli ta’ kontaminazzjoni radjoattiva kif previst fl-Anness I u III tal-proposta;

- fi żmien xahar mill-adozzjoni tiegħu, proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill biex jadatta jew jikkonferma dan ir-regolament ‘ad hoc’.

L-għan ta’ din it-teknika ta’ riformulazzjoni hu preċiżament biex jiġġustifika d-dritt tal-Kunsill “biex jeżerċita direttament il-kompetenza li jadotta Regolament biex japprova f’qasir żmien miżuri proposti mill-Kummissjoni”. Dan isir billi jkun stabbilit fil-Premessa 15 il-ġdida li “jkun xieraq li l-Kunsill jirriżerva” dan id-dritt.

 

Il-proposta riformulata tista’ twassal lir-Rapporteur biex jindirizza l-mistoqsijiet li ġejjin:

- jekk din il-ġustifikazzjoni tipprovdix biżżejjed motivazzjoni għar-riżerva ta’ kompetenzi implimentattivi għall-Kunsill, li f’kull każ hi deroga mir-regola normali li tirriżerva l-kompetenza implimentattiva lill-Kummissjoni;

- jekk dawn il-kompetenzi implimentattivi ddelegati lill-Kunsill humiex definiti u limitati sew, b’mod partikolari skont id-dispożizzjonijiet il-ġodda tat-Trattat ta’ Lisbona fid-dawl tal-“atti ddelegati” u “implimentattivi” (l-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea), applikabbli wkoll fil-qasam tal-Euratom (ara l-Artikolu 106a, paragrafu 1, tal-verżjoni kkonsolidata tat-Trattat Euratom li skontu l-Artikoli 285 sa 304 tat-TFUE għandhom japplikaw għat-Trattat Euratom).

  

(ii) Valutazzjoni:

Ir-Rapporteur hu tal-opinjoni li l-Premessa 15 - li hi l-unika parti li fiha bidliet – ma tistax tiġi disassoċjata mill-artikolu li jirreferi għaliha. B’dan il-mod, ir-Rapporteur ikollu jikkunsidra l-validità tal-Artikolu 3 u sussegwentement, il-mekkaniżmu li joħroġ minn dawn il-kompetenzi mogħtija lill-Kunsill fl-artikoli li ġejjin tal-proposta.

Għalhekk, lil hinn mit-teknika ta’ riformulazzjoni waħedha, hemm il-bżonn li titqies il-konsistenza sħiħa tar-regolament. Għal dan il-għan, il-mekkaniżmu – li jikkonsisti f’adozzjoni immedjata ta’ regolament ‘ad hoc’ f’każ ta’ emerġenza radjoloġika biex jiġu applikati l-livelli massimi permissibbli ta’ kontaminazzjoni kif previst fir-regolament preżenti, possibilment direttament premezz tal-Kunsill – jidher li hu dubjuż sew għar-Rapporteur.

Ir-Rapporteur jixtieq jesprimi r-riżervi li ġejjin:

 

Ødawk l-arraġamenti, li ġew definiti fil-kuntest ta’ wara Chernobyl, iridu jiġu allinjati mar-reġim kurrenti ta’ setgħat implimentattivi

- Ir-Regolament ‘ad hoc’ adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 2 tal-proposta hu vag wisq fid-definizzjoni tiegħu. Kif inhu, għandu t-tendenza li jagħti d-dritt lill-Kummissjoni li tieħu miżuri xierqa immedjati, li jikkonsistu f'miżuri 'implimentattivi' ta’ dan l-att bażiku fis-sens tal-Artikolu 291 tat-TFUE.

Mingħajr ma jitneħħa l-bżonn għall-Kummissjoni li tadotta dawn il-miżuri, ir-Rapporteur iqis li r-reġim tagħhom għandu jkun stabbilit b'mod ċar f'konformità mal-Artikolu 291, kif ukoll fir-rigwrad tal-modalitajiet ta' reviżjoni tagħhom.

- Ir-reġim stipulat fl-Artikolu 3, fejn il-Kunsill jista' jadotta regolament sabiex “jadatta jew jikkonferma d-dispożizzjonijiet” tar-Regolament ad hoc mhuwiex ċar. Hawnhekk jidher li dawn il-miżuri tal-Kunsill jistgħu jikkwalifikaw bħala ‘atti implimentattivi’ tar-regolament attwali. Madankollu, hu biss f’‘każijiet speċifiċi ġustifikati b’mod xieraq’ li din il-kompetenza tista’ tingħata lill-Kunsill, bil-Kummissjoni tibqa' normalment responsabbli mill-eżerċitar ta' din il-kompetenza[2].

Fl-opinjoni tar-Rapporteur, il-proposta attwali ma tiġġustifikax b’mod ċar il-bżonn li l-kompetenza implimentattiva tkun riservata lill-Kunsill, fir-rigward tal-kuntest, in-natura u l-kontenut tal-att bażiku li jrid jiġi implimentat. Barra minn hekk, ir-Rapporteur mhuwiex konvint mill-valur miżjud ta’ dan l-approċċ fuq żewġ livelli, li bih il-Kunsill jista' finalment, jivvalida jew jadatta deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li f'ċirkostanzi normali għandha tkun l-unika awtorità eżekuttiva.

 

Øil-limiti massimi permissibbli stipulati fil-proposta (Anness I u III) huma nnifishom soġġetti għal inċertezza legali

- Skont l-Artikolu 5(1), dawn il-livelli jistgħu jiġu ‘riveduti jew supplimentati’ permezz ta’ proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill, 'fuq rikjesta ta' Stat Membru jew tal-Kummissjoni'. Dan ifisser li ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv, li għandhom jiġu allinajti mar-reġim tal-‘atti ddelegati’ skont l-Artikolu 291 tat-TFUE, jiġu supplimentati jew emendati. Għalhekk id-dritt ta' inizjattiva għandu jibqa’ biss f’idejn il-Kummissjoni. Kull inizjattiva minn Stat Membru tkun vjolazzjoni ċara tar-regoli tat-Trattat.

- Bil-kodifikazzjoni ta’ regolamenti eżistenti adottati fid-disgħinijiet, il-proposta tkompli tagħmel referenza għal testi li m’għadhomx relevanti: ara d-definizzjoni “ikel għat-trabi” fl-Anness I.

 

Rakkomandazzjonijiet:

Għalkemm din il-proposta hija indirizzata permezz tat-teknika ta’ riformulazzjoni, ir-Rapporteur jistieden lill-Kumitat ITRE biex jemenda sostanzjalment il-proposta lil hinn mill-parti mhux ċara biss identifikata, sabiex tkun żgurata ċ-ċertezza legali u l-koerenza tat-test.

Ir-Rapporteur għalhekk jipproponi emendi dettaljati għall-partijiet kodifikati tal-proposta bil-għan:

  - li tiġi integrata l-proċedura f’każ ta’ emerġenza nukleari billi l-Kummissjoni tingħata b’mod ċar ir-rwol ta’ sorveljanza u jiġi kkjarifikat ir-reġim tal-atti tagħha (adozzjoni, reviżjoni). Għal dan il-għan, ir-Rapporteur jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li:

(i) tapplika immedjatament il-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjoattiva kif definit fl-Anness (Ara l-Artikolu 2 emendat);

(ii) tadotta ‘atti ddelegati’ biex tirrevedi u tissupplimenta l-livelli ta’ kontaminazzjoni u l-lista ta' prodotti tal-ikel u tal-għalf ta’ importanza minuri, biex tqis l-aħħar progress tekniku (Ara l-Artikolu 5 emendat u l-proċedura sussegwenti tal-Artikoli 5a sa 5c).

- biex isservi l-interessi taċ-ċittadini permezz ta’ mmaniġġjar aħjar tas-sitwazzjoni wara l-inċident billi tillimita l-intervent u l-marġni ta’ manuvra mogħtija lill-Istati Membri:

(i) minn naħa waħda, billi l-proċedura ta’ ‘konferma’ jew ‘adattament’ tal-applikazzjoni tal-livelli massimi permissibbli mill-Kunsill tidher li mhijiex meħtieġa u sors ta’ inċertezza legali, ir-Rapporteur jissuġġerixxi li jitħassar dan il-livell ta’ intervent (l-Artikolu 3 u l-Artikolu 4);

(ii) min-naħa l-oħra, l-inizjattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-reviżjoni jew iż-żieda għal-livelli ta’ kontaminazzjoni (l-Artikolu 5 u 8), kif ukoll ir-regoli għall-implimentazzjoni tar-regolament (l-Artikolu 8), huma rispettivament integrati permezz ta’ reġim ta’ atti ddelegati/implimentattivi (Ara l-Artikolu 2 emendat u l-Artikolu 5 emendat).

- tiżgura ċertezza legali tal-proposta kollha permezz ta’:

(i) l-allinjament ta’ proċeduri li m’għadhomx relevanti – proċeduri ta’ ‘komitoloġija’ fil-qasam tal-Euratom adottati b’analoġija – li din il-proposta għandha l-għan li tikkodifika, mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Lisbona;

(ii) fejn meħtieġ, l-aġġornament tad-definizzjonijiet.

 

F’termini proċedurali, dawn il-proposti sostantivi proposti jimplikaw notifika tal-intenzjoni tar-Rapporteur lill-Kunsill u l-Kummissjoni qabel il-votazzjoni dwar tal-abbozz ta' rapport, kif previst fl-Artikolu 87.

ANNESS: ITTRA MILL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

Ref.: D(2010)32731

 

 

 

Is-Sur Herbert REUL

President tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

ASP 10E206

Brussell

 

 

Suġġett :  Proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi livelli massimi permissibbli ta’ kontaminazzjoni radjoattiva ta’ ikel u għalf wara inċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika (Riformulazzjoni).

COM(2010)184 finali tas-27.4.2010 - 2010/0098 (CNS)

 

 

Għażiż President,

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, li għandi l-unur nippresjedi, eżamina l-proposta msemmija aktar ’il fuq, skont it-termini tal-Artikolu 87 dwar ir-Riformulazzjoni, kif iddaħħal fir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament.

Il-Paragrafu 3 ta’ dak l-Artikolu jgħid hekk:

"Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jikkonkludi li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali għal-leġiżlazzjoni minbarra dawk identifikati bħala tali, għandu jinforma lill-kumitat responsabbli dwar dan.

F'dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 150 u 151, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli mill-kumitat responsabbli jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet sostanzjali.

Madankollu, jekk f’konformità mal-punt 8 tal-Ftehim Interistituzzjonali l-kumitat responsabbli jkollu l-ħsieb ukoll li jippreżenta emendi għall-proposta tal-Kummissjoni, huwa għandu jinnotifika immedjatament l-intenzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u din tal-aħħar għandha tinforma lill-kumitat, qabel il-vot skont l-Artikolu 54, dwar il-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-emendi kif ukoll dwar jekk għandhiex il-ħsieb li tirtira l-proposta ta' riformulazzjoni.”

B’segwitu għall-opinjoni tas-Servizz Ġuridiku, li r-rappreżentanti tiegħu pparteċipaw fil-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv li fihom ġiet eżaminata l-proposta riformulata ta’ dan l-aħħar, u b’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur għal opinjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jqis li l-proposta inkwestjoni ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali għajr il-bidliet identifikati bħala tali fil-proposta jew fil-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv u li, f’dak li għandu x’jaqsam mal-kodifikazjzoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdulin tal-atti ta’ qabel b’dawk il-bidliet, il-proposta fiha kodifikazzjoni vera u proprja tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sostanza tagħhom.

Fl-aħħar nett, wara diskussjoni fil-laqgħa tiegħu tat-23 ta' Ġunju 2010, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, b’19-il vot favur u ebda astensjoni[3], jirrakkomanda li l-Kumitat tiegħek, bħala l-kumitat responsabbli, jipproċedi biex jeżamina l-proposta msemmija hawn fuq f'konformità mas-suġġerimenti tiegħu u skont l-Artikolu 87.

 

Dejjem tiegħek,

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Klaus-Heiner LEHNE

 

Anness: opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-parlament ewropew, il-kunsill u l-kummissjoni

 

 

 

Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv

tas-servizzi legali

Brussell, 4 ta’ Ġunju 2010

OPINJONI

  GĦALL-ATTENZJONI TAL-  PARLAMENT EWROPEW

    IL-KUNSILL

    IL-KUMMISSJONI

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi livelli massimi permissibbli ta’ kontaminazzjoni radjoattiva ta’ ikel u għalf wara inċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika (riformulazzjoni)

COM(2010)184 tas-27.4.2010 – 2010/0098(CNS)

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 fuq użu aktar strutturat tat-teknika tar-riformulazzjoni għall-atti legali, u b’mod partikulari l-punt 9 tiegħu, il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv magħmul mis-Servizzi Legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fis-6 ta’ Mejju 2010 kellu laqgħa ddedikata, fost affarijiet oħra, għall-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq, imressqa mill-Kummissjoni.

 

Waqt dik il-laqgħa[4], b’riżultat tal-eżami tal-proposta għal regolament tal-Kunsill li jirriformula r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 tat-22 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi livelli massimi permissibbli ta’ kontaminazzjoni radjoattiva ta’ ikel u għalf wara inċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika, ir-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 944/89 tat-12 ta’ April 1989 li jistabbilixxi l-livelli massimi permessi ta’ kontaminazzjoni radjoattiva f’oġġetti tal-ikel ta’ importanza minuri wara inċident nukleari jew kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 770/90 tad-29 ta’ Marzu 1990 li jistabbilixxi l-livelli massimi permessi ta’ kontaminazzjoni radjoattiva f’għalf wara inċident nukleari jew f’xi każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika wassal biex il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv jistabbilixxi, mingħajr xi nuqqas ta’ qbil serju, li l-proposta ma tinkludix xi emendi sustantivi barra dawk identifikati bħala tali. Il-Grupp ta' Ħidma kkonkluda wkoll, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-att iżjed bikri b'dawk l-emendi sostantivi, li l-proposta għandha fiha kodifikazzjoni ċara tat-testi eżistenti, mingħajr l-ebda tibdil fis-sustanza tagħhom.

 

 

C. PENNERA        J.-C. PIRIS      L. ROMERO REQUENA

Ġurikonsult        Ġurikonsult      Direttur Ġenerali

 

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI PROPOSTA

Is-Sur Herbert Reul

President

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

BRUSSELL

 

 

Suġġett:  Opinjoni dwar il-bażi legali tal-proposta għal regolament tal-Kunsill (EURATOM) li jistabbilixxi livelli massimi permissibbli ta’ kontaminazzjoni radjoattiva ta’ ikel u għalf wara inċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika (Riformulazzjoni) ( COM(2010)0184 – C7 0137/2010 – 2010/0098(CNS) )

 

Sur President,

 

Bl-ittra tal-11 ta’ Novembru 2010, inti ikkonsultajt lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali skont l-Artikolu 37(2) biex jikkunsidra jekk l-Artikolu 31 tat-Trattat Euratom (KEEA) kienx il-bażi legali xierqa għall-proposta tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq u jekk ikunx aħjar li jintgħażel l-Artikolu 168(4)(b) TFUE.

 

Il-Kumitat eżamina l-kwistjoni msemmija hawn fuq waqt il-laqgħa tiegħu tat-22 ta' Novembru 2010.

 

I - Sfond

 

Il-Kummissjoni adottat il-proposta tagħha għal riformulazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi livelli massimi permissibbli ta’ kontaminazzjoni radjoattiva ta’ ikel u għalf wara inċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika (minn issa ’l quddiem imsejħa “l-proposta”) fis-27 ta’ April 2010 u ppreżentatha lill-Parlament skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni. Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali eżamina l-proposta bi qbil mal-Artikolu 87 tar-Regoli ta’ Proċedura (riformulazzjoni) u fit-23 ta’ Ġunju 2010 rrakkomanda lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (ITRE) li għandu jipproċedi bl-eżami tas-sustanza tal-proposta. Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija bħalissa qiegħed jeżamina s-sustanza tal-proposta u r-Rapporteur, Ivo Belet, ressaq abbozz ta’ rapport (minn issa ’l quddiem imsejjaħ l-“Abbozz ta’ Rapport”).

 

Bl-ittra tal-11 ta’ Novembru, il-President tal-Kumitat ITRE talab l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar l-għażla ta’ bażi legali għall-proposta, wara li l-emendi li ppruvaw jibdlu l-bażi legali ġew imressqa f’dak il-Kumitat.

 

II – Il-Bażi Legali

 

1. Il-bażi legali għall-proposta tal-Kummissjoni

 

Il-Proposta hi bbażata fuq l-Artikolu 31 (Titolu II Kapitolu 3: Protezzjoni tas-Saħħa) tat-Trattat KEEA, li jgħid hekk:

 

"Artikolu 31

 

Il-Kummissjoni għandha tipprepara n-normi bażiċi wara li tieħu l-opinjoni ta’ grupp tal-awtoritajiet maħtura mill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku minn fost l-esperti xjentifiċi, speċjalment esperti tas-saħħa pubblika, mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar in-normi bażiċi hekk imħejjija.

 

Wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, il-Kunsill li jaġixxi permezz ta’ vot b’maġġoranza kkwalifikata, fuq proposta mill-Kummissjoni li tittrażmetti l-opinjonijiet li tkun irċeviet mill-Kumitati, għandha tistabbilixxi n-normi bażiċi.”

 

In-“normi bażiċi” msemmija fl-Artikolu 31 huma definiti fl-Artikolu 30 tat-Trattat KEEA, li jgħid hekk

 

"Artikolu 30

Għandhom ikunu stabbiliti fil-Komunità normi bażiċi għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali kontra l-perikoli li jinħolqu minn radjazzjoni jonizzanti.

Il-frażi “normi bażiċi” għandha tfisser:

(a) id-dożi massimi kompatibbli ma’ sigurtà adekwata;

(b) il-grad massimu permissibbli tal-espożizzjoni u kontaminazzjoni;

(c) il-prinċipji fundamentali li jirregolaw is-superviżjoni medika tal-ħaddiema"

 

Fl-aħħar nett l-Artikolu 32 tat-Trattat KEEA jistipula li:

 

"Artikolu 32

Fuq talba tal-Kummissjoni jew ta’ Stat Membru, in-normi bażiċi jistgħu jiġu riveduti jew issupplimentati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 31.

 

Il-Kummissjoni tkun marbuta li teżamina talba bħal din magħmula minn Stat Membru.”

 

2.  Emendi proposti għall-bażi legali

 

Kif imħabbar mill-President tal-Kumitat ITRE fl-ittra tiegħu, ir-Rapporteur, Ivo Belet, qed ifittex li jimmodifika l-bażi legali tal-proposta billi jibdilha b’referenza għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b’mod speċifiku l-Artikolu 168(4)(b) tiegħu, li jgħid hekk

 

"Artikolu 168

(ex Artikolu 152 TKE)

 

4. B'deroga mill-Artikolu 2(5) u l-Artikolu 6(a), u skont l-Artikolu 4(2)(k), il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja wara li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni, għandhom jikkontribwixxu għar-realizzazzjoni tal-objettivi msemmija f’dan l-Artikolu, billi jadottaw, sabiex jiġu affrontati l-problemi komuni tas-sigurtà:

(...)

(b) miżuri fl-oqsma veterenarji u fito-sanitarji, li jkollhom bħala l-objettiv dirett tagħhom il-ħarsien tas-saħħa pubblika;

(...)"

 

Fil-ġustifikazzjoni tal-emenda mressqa, ir-Rapporteur jissottometti li l-Artikolu 168(4)(b) TFUE "jippermetti l-adozzjoni ta' miżuri fil-qasam fito-sanitarju. L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi livelli massimi permissibbli ta’ kontaminazzjoni radjoattiva ta’ ikel u għalf wara  inċident nukleari, filwaqt li d-Direttiva tal-Kunisll 96/29/Euratom, ibbażata fuq l-Artikolu 31 tat-Trattat KEEA, tiffoka fuq il-grupp ta' persuni li jistgħu jkunu soġġetti għall-possibilità ta’ kontaminazzjoni radjoattiva. Ir-referenza għat-Trattat KEEA għalhekk mhijiex xierqa minħabba li l-iskop ewlieni tar-Regolament hu l-protezzjoni tas-saħħa pubblika, li hu qasam regolat mill-Artikolu 168 TFUE."

 

Għandu jiġi nnutat li l-adozzjoni tal-Artikolu 168 bħala bażi legali timplika bidla minn konsultazzjoni, għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja bil-parteċipazzjoni sħiħa tal-Parlament.

 

III - Analiżi

 

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, “L-għażla tal-bażi legali ta’ att Komunitarju għandha tiġi bbażata fuq elementi oġġettivi li jistgħu jkunu suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju, fosthom, b’mod partikolari, l-għan u l-kontenut tal-att”.[5] Għalhekk l-għan u l-kontenut tal-miżura jridu bl-istess mod jikkonformaw mal-ambitu tal-bażi legali.

 

It-Trattat KEEA jinkludi dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Komunità tirregola l-użu tal-enerġija nukleari mill-Istati Membri, b’mod partikolari rigward is-salvagwardji nukleari u l-protezzjoni tas-saħħa. Skont l-Artikolu 2(b) tat-Trattat KEEA, il-Komunità għandha, kif stipulat f’dak it-Trattat "tistabbilixxi, u tassigura l-applikazzjoni ta’ normi uniformi ta’ sigurtà biex tħares is-saħħa tal-ħaddiem u l-pubbliku inġenerali". Il-Kapitolu 3 tat-Titolu II tat-Trattat, rigward il-protezzjoni tas-saħħa, jinkludi dispożizzjonijiet li jikkonċernaw in-normi bażiċi rigward il-protezzjoni kontra r-radjazzjoni jonizzanti.

 

Dan ir-Regolament jistipula l-proċedura li tistabbilixxi livelli massimi permissibbli ta’ kontaminazzjoni radjoattiva ta’ ikel u għalf li jistgħu jitqiegħdu fis-suq wara inċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika li tista’ twassal jew li tkun wasslet għal kontaminazjoni radjoattiva sinifikanti ta’ ikel u għalf[6]. Fl-istess ħin l-Annessi I u II jistabbilixxu il-livelli massimi permissibbli ta’ kontaminazzjoni ta’ ikel u għalf. Għandha tiġi adottata bħala regolament tal-Euratom.

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà eżaminat darb’oħra l-għażla ta’ bażi legali għal Regolament tal-Kunsill Nru 3954/87, li hu s-suġġett tal-proposta attwali għal riformulazzjoni u ddikjarat li: “L-għan tar-Regolament Nru 3954/87 hu li jistabbilixxi normi uniformi ta’ sigurtà għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku inġenerali, kif stipulat fl-Artikolu 2(b) tat-Trattat KEEA. Ir-Regolament jistipula l-livelli massimi permissibbli għall-kontaminazzjoni radjoattiva ta' ikel u għalf u jeħtieġ li l-Kummissjoni tadotta, f'każ ta' inċident nukleari jew f'kull każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika, jekk ikun meħtieġ, regolament li jagħmel applikabbli livelli massimi permissibbli. Peress illi l-għan ta’ dan ir-Regolament hu li jipproteġi l-popolazzjoni kontra l-perikli kkaġunati minn ikel u għalf b’kontaminazzjoni radjoloġika, kien possibbli li jiġi adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 31 tat-Trattat tal-KEEA.[7]” F’dak il-każ, il-Qorti ntalbet tiddeċiedi jekk l-Artikolu 100a[8] kienx bażi legali iktar adegwata tat-Trattat tal-KEE u l-Qorti wieġbet li “Il-fatt li (r-regolament) jipprovdi wkoll għall-projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq ta’ ikel u għalf b’livell ta’ kontaminazzjoni radjoattiva li jeċċedi l-livelli massimi permissibbli ma jiġġustifikax ir-rikors fl-istess ħin għall-Artikolu 100a tat-Trattat tal-KEE. Fil-fatt, peress li l-projbizzjoni hi biss waħda mill-kundizzjonijiet fl-implimentazzjoni effettiva tal-livelli massimi permissibbli, ir-regolament għandu biss effett inċidentali fl-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-moviment ħieles ta’ beni fi ħdan il-Komunità billi tkun evitata l-adozzjoni ta’ miżuri unilaterali mill-Istati Membri differenti.” Il-Qorti ddikjarat ukoll li:“L-indikazzjonijiet huma aktar li l-iskop tal-Artikoli msemmija hu li jiżguraw il-protezzjoni konsistenti u effettiva tas-saħħa tal-pubbliku inġenerali kontra l-perikoli kaġun ta’ radjazzjonijiet jonizzanti, ikun liema jkun is-sors tagħhom u l-kategoriji ta' persuni esposti għal dan it-tip ta’ radjazzjonijiet".

 

Sussegwentement il-Qorti rreferiet għal din is-sentenza fis-sentenza tagħha fil-Każ C-29/99 Il‑Kummissjoni vs il-Kunsill[9] biex tenfasizza li l-“Qorti rrifjutat li tiddefendi l-interpretazzjoni restrittiva tal-Artikolu 30 et seq.. KEEA propost mill-Parlament. Il-Qorti qalet li l-għan ta' dawk l-Artikoli kien li jiżguraw l-protezzjoni konsistenti u effettiva tas-saħħa tal-pubbliku inġenerali kontra l-perikoli kaġun ta’ radjazzjonijiet jonizzanti, ikun liema jkun is-sors tagħhom.”

 

Il-Qorti innutat ukoll li l-interpretazzjoni “għandha titwettaq fid-dawl tal-objettiv stipulat fil-preambolu tal-KEEA, “li jistabbilixxu kundizzjonijiet ta’ sigurtà li jeliminaw il-periklu għall-ħajja u s-saħħa tal-poplu”[10].

 

Jidher li l-Artikoli 30 et seq. KEEA jistipulaw bażi legali awtonoma għall-ħolqien ta’ normi bażiċi ta’ sigurtà mmirati għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku inġenerali (is-saħħa pubblika) kontra kull tip ta' perikolu kkaġunat minn radjazzjonijiet jonizzanti u b’mod partikolari li jippermettu l-adozzjoni tal-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni.

 

Barra minn hekk, minkejja l-fatt li l-Artikolu 168 TFUE jirrigwarda s-saħħa pubblika u jeħtieġ li jiġi żgurat il-livell massimu ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni, jista’ jiġi argumentat jekk fil-fatt għandux jintuża bħala bażi legali għall-adozzjoni ta’ din il-miżura partikolari. Is-Servizz Legali tal-Parlament fin-nota tiegħu tat-18 ta’ Novembru 2010 jiżviluppa bosta argumenti f’dan ir-rigward qabel ma jikkonkludi favur l-Artikolu 168(4)(b) TFUE.

 

L-ewwel nett, il-fatt li l-Qorti rrifjutat t-talbiet preċedenti li argumentaw favurbażi legali rigward is-suq intern u kkonfermat l-Artikolu 31 KEEA bħala l-unika bażi legali valida li ma tipprekludix approċċ ġdid mill-Qorti. Fil-fatt, il-bażi legali msemmija fl-emenda mressqa mir-Rapporteur ma kinitx teżisti fiż-żmien meta ngħatat is-sentenza fil-Każ C-70/88. L-Artikolu 168(4)(b) TFUE, kien iddaħħal fis-seħħ biss bit-Trattat ta’ Maastricht fl-1992[11].

 

It-tieni għandu jiġi mfakkar ukoll li s-sempliċi fatt ta’ involviment ta’ inċident jew emerġenza nukleari, ma jeħtieġx awtomatikament bażi legali tat-Trattat KEEA. Għalhekk, il-Qorti fil-Każ C-62/88[12] dwar ir-Regolament 3955/87[13] ssentenzjat li: “Ir-rikors għall-Artikolu 113 (issa l-Artikolu 207 TFUE) bħala l-bażi legali għar-regolament ikkontestat ma tistax tiġi eskluża fuq il-bażi li l-Artikolu 30 et seq. tat-Trattat KEEA jistipula regoli speċifiċi li jiggovernaw n-normi bażiċi għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku inġenerali kontra l-perikoli kaġunati mir-radjazzjonijiet jonizzanti. Dawk id-dispożizzjonijiet li jissemmew fil-kapitolu msemmi “Protezzjoni tas-Saħħa”, li jifforma parti mit-tieni titolu tat-Trattat KEEA msemmi “Dispożizzjonijiet maħsuba biex jinkuraġġixxu l-progress fil-qasam tal-enerġija nukleari”, għandhom l-għan li jipprovdu l-protezzjoni tas-saħħa pubblika fis-settur nukleari. Mhumiex maħsuba biex jirregolaw il-kummerċ bejn il-Komunità u l-pajjiżi li mhumiex membri.”

 

It-tielet, il-proposta nnifisha fil-Premessa 5 tirreferi għal serje ta’ miżuri “adottati biex jiżguraw li ċerti prodotti agrikoli jiddaħħlu fl-Unjoni biss bi qbil mal-arranġamenti komui għas-salvagwardja tas-saħħa tal-popolazzjoni.” Il-miżuri msemmija jinkludu r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1707/86[14], (KEE) Nru 3020/86[15], (KEE) Nru 3955/87. Dawn l-atti legali jikkonfermaw li tweġiba legali għal inċident nukleari ma teħtieġx bilfors att ibbażat fuq it-Trattat KEEA.

 

Fl-aħħar nett l-Artikolu 168(4)(b) TFUE jista' fil-fatt jistipula bażi legali adegwata għall-proposta. Dan l-Artikolu jitlob li l-miżuri adottati fuq il-bażi tiegħu għandu “ikollhom bħala objettiv dirett tagħhom il-protezzjoni tas-saħħa pubblika”, li bla ebda dubju hu minnu fil-każ tal-proposta attwali, li “tistabbilixxi l-livelli massimi permissibbli ta’ (...) kontaminazzjoni ta’ ikel u għalf.”[16] Argument addizzjonali ieħor ta’ appoġġ għal din il-pożizzjoni hu l-Artikolu 6, li jippreskrivi li hu biss l-ikel u l-għalf li jikkonforma mal-livelli massimi permissibbli stipulati f'dan ir-Regolament li għandu jitqiegħed fis-suq. Id-definizzjoni ta’ ikel u għalf stipulata fl-Artikolu 1(2) tal-proposta (rispettivament “prodotti li jistgħu jittieklu mill-bniedem minnufih jew wara pproċessar” u “prodotti li jistgħu jittieklu biss mill-annimali”) tenfasizza l-għan tal-proposta. Din li ġejja hi lista ta’ ċerti atti legali adottati skont l-Artikolu 168(4)(b) TFUE:

 

·Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar il-prodotti sekondarji tal-annimali)[17]

·Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf[18]

·Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE[19].

·Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġiniw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman[20]

 

Jidher għalhekk li l-proposta tista’ titqies bħala miżura fil-qasam fito-santitarju u/jew veterinarju li għandha bħala objettiv ewlieni, il-protezzjoni tas-saħħa pubblika.

 

IV - Konklużjoni u rakkomandazzjoni

 

Fid-dawl tal-analiżi ta’ qabel għandu jiġi konkluż li, il-fatt li qabel l-introduzzjoni tal-Artikolu 168 TFUE fl-1992, il-Qorti kkunsidrat l-Artikolu 31 tal-KEEA bħala l-bażi legali adegwata għar-Regolament li għalih qed issir il-proposta ta’ riformulazzjoni, bħala argument mhux konvinċenti għat-tneħħija tar-rikors għall-Artikolu 168 (4)(b) bħala bażi legali – li dak iż-żmien ma kienx jeżisti u li jirrigwarda l-protezzjoni tas-saħħa pubblika.

Matul il-laqgħa tat-22 ta' Novembru 2010, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali għaldaqstant iddeċieda, b'unanimità[21], li jirrakkomandalek li l-proposta tkun ibbażata fuq l-Artikolu 168)(4)(b) TFUE.

 

Dejjem tiegħek,

 

 

Klaus-Heiner Lehne

 

 

PROĊEDURA

Titolu

Livelli massimi permissibbli ta’ kontaminazzjoni radjoattiva ta’ ikel u għalf wara inċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika (Riformulazzjoni)

Referenzi

COM(2010)0184 – C7-0137/2010 – 2010/0098(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

28.5.2010

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

15.6.2010

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

15.6.2010

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Ivo Belet

16.6.2010

 

 

Bażi legali kkontestata

       Data tal-opinjoni tal-JURI

JURI

22.11.2010

 

 

 

Eżami fil-kumitat

26.10.2010

1.12.2010

 

 

Data tal-adozzjoni

13.1.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Zigmantas Balčytis, Ivo Belet, Bendt Bendtsen, Jan Březina, Reinhard Bütikofer, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Christian Ehler, Lena Ek, Adam Gierek, Norbert Glante, Fiona Hall, Jacky Hénin, Edit Herczog, Romana Jordan Cizelj, Arturs Krišjānis Kariņš, Lena Kolarska-Bobińska, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Marisa Matias, Judith A. Merkies, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Michèle Rivasi, Jens Rohde, Paul Rübig, Francisco Sosa Wagner, Konrad Szymański, Britta Thomsen, Claude Turmes, Marita Ulvskog, Alejo Vidal-Quadras

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Badia i Cutchet, Françoise Grossetête, András Gyürk, Jolanta Emilia Hibner, Yannick Jadot, Ivailo Kalfin, Eija-Riitta Korhola, Marian-Jean Marinescu, Alajos Mészáros, Vladko Todorov Panayotov, Peter Skinner, Hannes Swoboda

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Norica Nicolai, Britta Reimers

Data tat-tressiq

18.1.2011

 

 

[1] ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.
[2] L-Artikolu 291(2) tat-TFUE jgħid: ‘Meta jkun hemm bżonn ta' kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti, dawn l-atti jistgħu jagħtu l-kompetenzi ta' implimentazzjoni lill-Kummmissjoni jew, fil-każijiet speċifiċi ġustifikati b'mod xieraq u fil-każijiet previsti fl-Artikoli 24 u 26 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill’.
[3]   Klaus-Heiner Lehne (President), Raffaele Baldassarre, Sebastian Valentin Bodu, Marielle Gallo, Rainer Wieland, Tadeusz Zwiefka, Luigi Berlinguer, Françoise Castex, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Antonio Masip Hidalgo, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Alexandra Thein, Diana Wallis, Zbigniew Ziobro, Piotr Borys, Kurt Lechner, Angelika Niebler, József Szájer, Sajjad Karim.
[4]   Il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv kellu għad-dispożizzjonijiet tiegħu l-verżjoni bil-lingwa Ingliża, Franċiża u Ġermaniża tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Ingliża, li hi l-verżjoni bil-lingwa oriġinali tat-test li qed jiġi diskuss.
[5] Ara aktar reċentement il-Każ Nru C-411/06 Il-Kummissjoni vs l-Parlament u l-Kunsill (sentenza tat-8 ta’ Settembru 2009), li għad mhuwiex irrappurtat fl-ECR.
[6] Artikolu 1(1) tal-proposta.
[7] C-70/88 Parlament Ewropew vs il-Kunsill [1991] ECR 1991 I-4529.
[8] Approssimazzjoni tal-proċedura tal-liġijiet dwar is-suq intern (issa Artikolu 114 TFUE).
[9] Każ Nru. C-29/99 Il-Kummissjoni vs il-Kunsill [2002] ECR 2002 I-11282, paragrafu 80.
[10] Ibid., il-paragrafu 75.
[11] Dak li qabel kien l-Artikolu 129(4)(b) tat-Trattat KE, kien emendat bit-Trattat ta’ Amsterdan u rinumerat bħala Artikolu 152(4)(b) TKE.
[12] Il-Greċja vs il-Kunsill, [1990] ECR I-1527, il-paragrafi 16-18.
[13] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3955/87 tat-22 ta' Diċembru 1987 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-prodotti agrikoli li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-inċident tal-istazzjon tal-enerġija nukleari ta' Chernobyl ĠU L 146, 30.12.1987, p. 14.
[14] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3955/86 tat-30 ta’ Mejju 1986 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-prodotti agrikoli li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-inċident tal-istazzjon tal-enerġija nukleari ta' Chernobyl ĠU L 14, 31.5.1986, p. 88. Dan ir-Regolament jirreferi għat-Trattat KEE, Madankollu ma jagħmel referenza għall-ebda Artikolu partikolari tiegħu.
[15] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3955/87 tat-30 ta’ Settembru 1987 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-prodotti agrikoli li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-inċident tal-istazzjon tal-enerġija nukleari ta' Chernobyl ĠU L 280, 1.10.1986, p. 79. Dan ir-Regolament jirreferi għat-Trattat KEE, Madankollu ma jagħmel referenza għall-ebda Artikolu partikolari tiegħu. 
[16] Ara l-każijiet konġunti C-453/03, C-11/04, C-12/04 u C-194/04 ABNA e.a. [2005] ECR I-10423.
[17] ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.
[18] ĠU L 35, 8.2.2005, p. 1.
[19] ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.
[20] ĠU L 139m 30.4.2004, p. 206.
[21] Dawn li ġejjin kienu preżenti għall-votazzjoni finali Klaus-Heiner Lehne (President), Luigi Berlinguer (Viċi President), Raffaele Baldassarre (Viċi President), Evelyn Regner (Viċi President), Sebastian Valentin Bodu (Viċi President), Eva Lichtenberger (Rapporteur għal opinjoni), Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Antonio López-Istúriz White, Jiří Maštálka, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Francesco Enrico Speroni, József Szájer, Alexandra Thein, Cecilia Wikström u Tadeusz Zwiefka.