Dokument ta' sessjoni
15.2.2011
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 55/2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova
( COM(2010)0649 – C7‑0364/2010 – 2010/0318(COD) )
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Vital Moreira
(Proċedura simplifikata – Artikolu 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura)
PR_COD_1app
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
PROĊEDURA 6
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li jemenda r-Regolament (KE) Nru 55/2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova
( COM(2010)0649 – C7‑0364/2010 – 2010/0318(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2010)0649 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0364/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali ( A7‑0041/2011 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
PROĊEDURA
Titolu | Emenda tar-Regolament (KE) Nru 55/2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova | |||||
Referenzi | COM(2010)0649 – C7-0364/2010 – 2010/0318(COD) | |||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 10.11.2010 | |||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | INTA 23.11.2010 | |||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | AGRI 23.11.2010 |
|
|
| ||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni | AGRI 7.2.2011 |
|
|
| ||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Vital Moreira 17.1.2011 |
|
| |||
Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni | 26.1.2011 | |||||
Eżami fil-kumitat | 26.1.2011 |
|
|
| ||
Data tal-adozzjoni | 26.1.2011 |
|
|
| ||
Data tat-tressiq | 15.2.2011 | |||||