Dokument ta' sessjoni
21.3.2011
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jintroduċi preferenzi kummerċjali awtonomi ta' emerġenza għall-Pakistan
( COM(2010)0552 – C7‑0322/2010 – 2010/0289(COD) )
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: William (The Earl of) Dartmouth
PR_COD_1amCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin 25
PROĊEDURA 33
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jintroduċi preferenzi kummerċjali awtonomi ta' emerġenza għall-Pakistan
( COM(2010)0552 – C7‑0322/2010 – 2010/0289(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2010)0552 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0322/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin ( A7-0069/2011 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal Regolament
Kunsiderazzjoni 2 a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Wara li kkunsidra t-talba tat-18 ta’ Novembru 2010 għal eżenzjoni mid-WTO għal preferenzi kummerċjali awtonomi addizzjonali mogħtija mill-Unjoni Ewropea lill-Pakistan, |
Emenda 2
Proposta għal Regolament
Premessa 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) Ir-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan (minn hawn 'il quddiem il-Pakistan) tibni fuq il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2004. Wieħed mill-għanijiet ewlenin tiegħu huwa li jiżgura l-kundizzjonijiet tal-kummerċ bejn il-Partijiet u biex iħeġġeġ iż-żieda u l-iżvilupp tiegħu. | (1) Ir-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan (minn hawn 'il quddiem il-Pakistan) tibni fuq il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 20041. Wieħed mill-għanijiet ewlenin tiegħu huwa li jiżgura l-kundizzjonijiet tal-kummerċ bejn il-Partijiet u biex iħeġġeġ iż-żieda u l-iżvilupp tiegħu. Ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ċentrali tax-xogħol, u l-prinċipji demokratiċi huma wkoll element essenzjali ta' dak il-Ftehim. |
Emenda 3
Proposta għal Regolament
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) L-għajnuna umanitarja hija naturalment l-istrument ewlieni f'din it-tip ta' sitwazzjoni u l-Unjoni kienet minn ta' quddiem f'dan il-qasam mill-bidu tal-emerġenza. | (3) L-għajnuna umanitarja hija naturalment l-istrument ewlieni f'din it-tip ta' sitwazzjoni u l-Unjoni kienet minn ta' quddiem f'dan il-qasam mill-bidu tal-emerġenza u wegħdet aktar minn EUR 415 miljun f’għajnuna ta’ emerġenza lill-Pakistan. |
Emenda 4
Proposta għal Regolament
Premessa 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(4) Se jkun importanti li jintużaw il-mezzi kollha disponibbli biex jiġi appoġġat l-irkupru tal-Pakistan minn din l-emerġenza u biex isir progress lejn żvilupp futur. | (4) Se jkun importanti li jintużaw il-mezzi kollha disponibbli biex jiġi appoġġat l-irkupru tal-Pakistan minn din l-emerġenza, inkluż il-miżuri kummerċjali eċċezzjonali proposti biex tingħata spinta lill-esportazzjonijiet tal-Pakistan biex jingħata kontribut lejn l-iżvilupp ekonomiku futur tiegħu, filwaqt li tiġi żgurata konsistenza fil-livelli kollha bl-għan li tiġi żviluppata strateġija sostenibbli fit-tul. |
Emenda 5
Proposta għal Regolament
Premessa 4 a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4a) Is-severità ta’ dan id-diżastru naturali titlob reazzjoni immedjata u sostanzjali li tqis l-importanza ġeostrateġika tas-sħubija tal-Pakistan mal-Unjoni, l-aktar permezz tar-rwol ewlieni tal-Pakistan fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, filwaqt li sservi ta’ kontribut għall-iżvilupp, is-sigurtà u l-istabilità ġenerali tar-reġjun. |
Emenda 6
Proposta għal Regolament
Premessa 4 b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4b) L-effetti tal-preferenzi kummerċjali awtonomi għandhom ikunu jistgħu jitkejlu f’termini konkreti ta’ ħolqien ta’ impjiegi, ta’ qerda tal-faqar u ta’ żvilupp sostenibbli tal-popolazzjoni li taħdem u tal-fqar tal-Pakistan. |
Emenda 7
Proposta għal Regolament
Premessa 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) Partikolarment, il-Kunsill Ewropew enfasizza l-impenn qawwi tiegħu biex jagħti esklussivament lill-Pakistan aċċess ikbar għas-suq tal-Unjoni permezz tat-tnaqqis immedjat u limitat fiż-żmien tad-dazji fuq l-importazzjonijiet ewlenin mill-Pakistan. | (6) Partikolarment, il-Kunsill Ewropew enfasizza l-impenn qawwi tiegħu biex jagħti esklussivament lill-Pakistan aċċess ikbar għas-suq tal-Unjoni permezz tat-tnaqqis eċċezzjonali, immedjat u limitat fiż-żmien tad-dazji fuq l-importazzjonijiet ewlenin mill-Pakistan. Hekk kif ingħatat dan il-mandat, il-Kummissjoni pproponiet pakkett li kien jidentifika 75 linja tariffarja speċifiċi għas-settur ewlenin tal-esportazzjoni tal-Pakistan f’dawk l-inħawi l-agħar milquta mill-għargħar, filwaqt li sostniet li żieda fl-esportazzjonijiet mill-Pakistan lejn l-IE ta’ mhux anqas minn EUR 100 miljun fis-sena tkun ta’ għajnuna reali, sostenibbli u ta’ fejda lir-reġjun. |
Emenda 8
Proposta għal Regolament
Premessa 6 a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6a) Il-kummerċ li l-Pakistan għandu mal-Unjoni primarjament jikkonsisti f'tessuti u prodotti tal-ħwejjeġ li, skont il-Kummissjoni, ammontaw għal 73.7% tal-esportazzjonijiet tal-Pakistan lejn l-Unjoni fl-2009, u ukoll l-etanol u l-ġilda, u li huma prodotti industrijali sensittivi f’ċerti Stati Membri fejn l-impjiegi fl-industrija diġà kienu milquta sostanzjalment mir-reċessjoni global u l-industriji qegħdin ibatu biex jadottaw għal ambjent kummerċjali globali ġdid. |
Emenda 9
Proposta għal Regolament
Premessa 6 b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6b) Is-settur tat-tessuti huwa ta’ importanza ewlenija għall-ekonomija tal-Pakistan, għandu sehem ta’ 8.5% tal-PDG u jimpjega 38% tal-forza tax-xogħol, li madwar nofshom huma nisa. |
Emenda 10
Proposta għal Regolament
Premessa 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) Għalhekk, jixraq li jingħataw preferenzi kummerċjali awtonomi lill-Pakistan billi, għal perjodu limitat ta' żmien, jiġu sospiżi t-tariffi kollha għal ċerti prodotti ta' interess għall-esportazzjoni lejn il-Pakistan. L-għoti ta' dawn il-preferenzi kummerċjali ma jikkawżawx effetti negattivi sinifikanti fuq is-suq domestiku tal-Unjoni u ma jaffettwax b'mod ħażin il-Membri l-inqas żviluppati tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO). | (7) Minħabba t-tbatija li qed ibati l-poplu tal-Pakistan minħabba l-għargħar qerriedi, jixraq, għalhekk, li jingħataw preferenzi kummerċjali awtonomi eċċezzjonali lill-Pakistan billi, għal perjodu limitat ta' żmien, jiġu sospiżi t-tariffi kollha għal ċerti prodotti ta' interess għall-esportazzjoni lejn il-Pakistan. L-għoti ta' dawn il-preferenzi kummerċjali għandu jikkawża biss effetti negattivi limitati fuq is-suq domestiku tal-Unjoni u m’għandux jaffettwa b'mod ħażin il-Membri l-inqas żviluppati tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO). |
Emenda 11
Proposta għal Regolament
Premessa 7 a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (7a) Dawn il-miżuri qed jiġu proposti bħala parti minn pakkett eċċezzjonali, b’reazzjoni għas-sitwazzjoni speċifika fil-Pakistan. Huma m’għandhomx jikkostitwixxu preċedent għall-politika kummerċjali tal-Unjoni ma’ pajjiżi oħra. |
Emenda 12
Proposta għal Regolament
Premessa 8 a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (8a) L-għoti ta’ preferenzi kummerċjali awtonomi huwa marbut mar-rispett tal-prinċipji fundamentali tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem. |
Emenda 13
Proposta għal Regolament
Premessa 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(9) Il-jedd għall-benefiċċji mill-preferenzi kumerċjali awtonomi jiddependi mill-konformità tal-Pakistan mar-regoli relevanti tal-oriġini tal-prodotti u mal-proċeduri relatati magħhom kif ukoll mill-involviment f’kooperazzjoni amministrattiva effettiva mal-Unjoni sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-frodi. Ksur serju u sistematiku tal-kundizzjonijiet għall-jedd għall-arranġament preferenzjali, frodi jew in-nuqqas ta' kooperazzjoni amministrattiva għall-verifika tal-oriġini tal-prodotti għandhom jikkostitwixxu raġunijiet għal sospensjoni temporanja tal-preferenzi. F'dan ir-rigward, jekk ikun hemm bżonn, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta miżuri temporanji bħal dawn. | (9) Il-jedd għall-benefiċċji mill-preferenzi kkumerċjali awtonomi eċċezzjonali jiddependi mill-konformità tal-Pakistan mar-regoli relevanti tal-oriġini tal-prodotti u mal-proċeduri relatati magħhom kif ukoll mill-involviment f’kooperazzjoni amministrattiva effettiva mal-Unjoni sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-frodi. Ksur serju u sistematiku tal-kundizzjonijiet għall-jedd għall-arranġament preferenzjali, frodi jew in-nuqqas ta' kooperazzjoni amministrattiva għall-verifika tal-oriġini tal-prodotti jew deterjorament serju fl-osservanza tal-prinċipji fundamentali tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fil-Pakistan, fosthom id-drittijiet ċentrali tax-xogħol, għandhom jikkostitwixxu raġunijiet għal sospensjoni temporanja tal-preferenzi. F'dan ir-rigward, jekk ikun hemm bżonn, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta miżuri temporanji bħal dawn. |
Emenda 14
Proposta għal Regolament
Premessa 10 a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10a) L-għoti ta’ dawn il-preferenzi huwa wkoll bil-kundizzjoni li l-Pakistan ma tmantnix, jew tintroduċi jew iżżid id-dazji jew it-tariffi li jkollhom effett ekwivalenti jew kwalunkwe restrizzjoni jew projbizzjoni fuq l-esportazzjoni, jew il-bejgħ għall-esportazzjoni, ta’ kwalunkwe materjal użat primarjament fil-produzzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament maħsuba għat-territorju tal-Unjoni, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
Emenda 15
Proposta għal Regolament
Premessa 10 b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10b) Jeħtieġ li tkun prevista l-introduzzjoni mill-ġdid tad-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni għal kull prodott li jikkawża, jew li jhedded li jikkawża, diffikultajiet serji lil produttur tal-Unjoni ta’ prodotti simili jew li jikkompetu direttament magħhom, kif determinat f’investigazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni. |
Emenda 16
Proposta għal Regolament
Premessa 10 d (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10d) Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm monitoraġġ effettiv tat-tendenzi tal-importazzjonijiet tal-prodotti koperti b’dan ir-Regolament kemm jista’ jkun minn quddiem jeħtieġ li titwaqqaf sorveljanza tad-dwana fuq importazzjonijiet koperti minn dan ir-Regolament. Abbażi ta’ dan il-monitoraġġ għandu jiġi ppreżentat rapport kull tliet xhur dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
Emenda 17
Proposta għal Regolament
Premessa 10 e (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10e) Il-preferenzi kummerċjali awtonomi mogħtija lill-Pakistan għandom ikunu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt annwali, imwettqa mill-Kummissjoni u ppreżentata lill-Parlament u lill-Kunsill, li tippermetti li jsiru aġġustamenti bbażati fuq il-volum attwali tal-importazzjonijiet kif ukoll fuq ir-riperkussjonijiet possibbli għas-setturi speċifikament ikkonċernati minn dan ir-Regolament. |
Emenda 18
Proposta għal Regolament
Premessa 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(12) Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni fil-Pakistan, ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2011 jew hekk kif id-WTO tapprova t-talba tal-Unjoni għall-eżenzjoni mill-obbligi tagħha skont l-Artikoli I u XIII tal-GATT. | (12) Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni fil-Pakistan, ir-Regolament għandu japplika hekk kif id-WTO tapprova t-talba tal-Unjoni għall-eżenzjoni mill-obbligi tagħha skont l-Artikoli I u XIII tal-GATT. |
Emenda 19
Proposta għal Regolament
Premessa 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) Sabiex ikun hemm impatt immedjat u sostenibbli fuq l-irkupru ekonomiku tal-Pakistan wara l-għargħar, huwa rakkomandat li l-preferenzi kummerċjali jibqgħu sal-31 ta' Diċembru 2013. | (13) Sabiex ikun hemm impatt immedjat u sostenibbli fuq l-irkupru ekonomiku tal-Pakistan wara l-għargħar, huwa rakkomandat li l-preferenzi kummerċjali jkunu limitati sa sena mid-dħul fis-seħħ ta’ dawk il-miżuri. |
Emenda 20
Proposta għal Regolament
Premessa 14
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(14) Il-miżuri meћtieġa gћall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament gћandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni. | (14) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ugwali għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament li jitrattaw is-sospensjoni temporanja, is-sorveljanza u l-miżuri ta' salvagwardja, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat ta' implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011, li jistipula r-regoli u l-prinċipji ġenerali rigward il-mekkaniżmi ta' kontroll fuq l-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni. |
|
|
|
|
|
|
Emenda 21
Proposta għal Regolament
Premessa 15
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(15) L-emendi lin-Nomenklatura Magħquda ma jistgħux iwasslu għal bidliet sostantivi lin-natura tal-preferenzi kummerċjali awtonomi. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-iskop li tagħmel l-emendi u l-adattamenti tekniċi meħtieġa lil-lista ta' prodotti li għalihom tapplika l-preferenza kummerċjali awtonoma, | (15) Il-proċedura ta' konsultazzjoni għandha tintuża għall-adozzjoni tal-miżuri ta' sorveljanza u tal-miżuri provviżorji ta' salvagwardja sabiex jitqiesu l-effetti ta' dawn il-miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni tal-miżuri definittivi ta' salvagwardja. L-istess għandu japplika fir-rigward tas-sospensjoni tal-preferenzi meta ma jitwettqux il-kundizzjonijiet li jintitolaw għall-arranġamenti preferenzjali peress li l-Kummissjoni għalhekk qed taġixxi biss fuq evidenza reali u m'hemmx ħtieġa li tintuża diskrezzjoni politika. |
Emenda 22
Proposta għal Regolament
Premessa 15 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (15a) Sabiex jitwettqu l-adattamenti tekniċi meħtieġa għal-lista ta' beni li għalihom japplikaw il-preferenzi kummerċjali awtonomi u biex jiddaħħlu rati ta' kwota tariffarja meta l-volumi ta' importazzjonijiet kopruti b'dan ir-Regolament jiżdiedu lil hinn minn ċerti livelli, is-setgħa li jiġu adottati atti bi qbil mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-Anness I u l-Anness II biex jirriflettu l-bidliet fil-kodiċi ta' nomenklatura maqgħuda u biex jintroduċu kwoti ġodda. Hu ta' importanza partikolai li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adegwati tul il-ħidma preparatorja tagħha inkluż fil-livell ta' għarfien espert. |
| Il-Kummissjoni, fit-tħejjija u fit-tfassil tal-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u adegwata tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Emenda 23
Proposta għal Regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ca) l-impenn tal-Pakistan li ma jżommx. jintroduċi jew iżżid id-dazji jew it-tariffi li jkollhom effett ekwivalenti jew kwalunkwe restrizzjoni jew projbizzjoni oħra fuq l-esportazzjoni, jew il-bejgħ għall-esportazzjonijiet, ta’ kwalunkwe materjal użat primarjament fil-produzzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament maħsuba għat-territorju tal-Unjoni. |
Emenda 24
Proposta għal Regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (cb) konformità mal-Artikolu XI GATT 1994 u n-noti interpretattivi tiegħu. Għal dan il-għan il-Pakistan jastjeni milli jadotta jew iżomm xi projbizzjoni jew restrizzjoni fuq l-esportazzjoni, jew il-bejgħ għall-esportazzjoni, ta’ kwalunkwe materjal użat primarjament fil-produzzjoni ta’ xi prodott inkluż fl-Anness I u II; |
Emenda 25
Proposta għal Regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (cc) l-impenn tal-Pakistan li ma jżommx. jintroduċi jew iżżid id-dazji jew it-tariffi ġodda li jkollhom effett ekwivalenti u restrizzjonijiet jew miżuri kwantitattivi li jkollhom effett ekwivalenti għall-importazzjonijiet li joriġinaw fil-Komunità, jew miż-żieda ta' livelli eżistenti ta' dazji jew tariffi, jew l-introduzzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni oħra. |
Emenda 26
Proposta għal Regolament
Artikolu 2 - paragrafu 2 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2. Mingħajr ħsara għall-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, il-jedd għall-benefiċċju mill-arranġamenti preferenzjali introdotti permezz tal-Artikolu 1 huwa soġġett għar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-prinċipji ewlenija tax-xogħol, u l-prinċipji fundamentali tad-demokrazija mill-Pakistan. |
| Jekk il-Pakistan jadotta miżuri li jirrestrinġu d-drittijiet tal-bniedem u tal-ħaddiema, l-ugwaljanza bejn is-sessi jew id-drittijiet reliġjużi jew jekk jagħti kull forma ta’ sostenn jew appoġġ lil xi organizzazzjoni terroristika, il-Kummissjoni għandha minnufih tipproponi r-revoka dan ir-Regolament. |
Emenda 27
Proposta għal Regolament
Artikolu 3 b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 3b |
| Introduzzjoni urġenti ta' kwoti tarriffarji |
| 1. Meta l-importazzjonijiet ta’ prodott inkluż fl-Anness I li joriġina mill-Pakistan jiżdiedu, fil-volum, b’20% jew b’aktar, meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2010, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li l-importazzjonijiet ta’ dan il-prodott ikunu soġġetti għal kwota ta’ rata tariffarja billi temenda, l-Anness I u l-Anness II b'urġenza permezz tal-att delegat. Il-proċedura stipulata fl-Artikolu 7a għandha tapplika għall-atti ddelegati adottati skont dan l-Artikolu. |
| 2. Id-dejta pprovduta mis-sorveljanza tad-dwana msemmija fl-Artikolu 9b għandha tkun il-bażi għall-introduzzjoni tal-kwota ta’ rata tariffarja skont dan l-Artikolu. |
| 3. Il-kwota ta' rata tariffarja għandha tieħu s-sura ta' kwota ta' mingħajr dazju li tkun limitata għal-livell tal-importazzjonijiet ta' dan it-tip ta' prodott meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2010, b'żieda ta' 20% Mad-dħul fis-seħħ tal-att delegat, l-importazzjonijiet li jeċċedu dik il-kwota ta’ rata tariffarja għandhom ikunu soġġetti għad-dazji applikabbli għal nazzjon ippreferut jew għal dazji oħra applikabbli. |
Emenda 28
Proposta għal Regolament
Artikolu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Emendar tal-Annessi | Aġġustamenti Tekniċi tal-Annessi |
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati skont l-Artikolu 5 bl-iskop li temenda l-Annessi sabiex tintroduċi l-emendi u l-aġġustamenti tekniċi meħtieġa wara emendi lill-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda u lis-subdiviżjonijiet tat-TARIC. | Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 5 bl-iskop li temenda l-Annessi sabiex tintroduċi l-emendi u l-aġġustamenti tekniċi li saru meħtieġa wara emendi kemm għall-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda u lis-subdiviżjonijiet tat-TARIC. |
| F’kull każ, is-setgħa mogħtija lill-Kummissjoni fl-ewwel paragrafu ma għandhiex testendi biżżejjed biex din titħalla tintroduċi prodotti adizzjonali mhux inklużi fil-listi fl-Annessi I u II ta’ dan ir-Regolament. |
Emenda 29
Proposta għal Regolament
Artikolu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Eżerċizzju tad-delega | Eżerċizzju tad-delega |
1. Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat. | 1. Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikoli 3b u 4 għandha tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu. |
| 2. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 3b u 4 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal kemm idum fis-seħħ dan ir-Regolament. |
| 3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 3b u 4 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegar tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ il-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew d'data iktar tard li tkun speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ. |
2. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin. | 4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin. |
3. Is-setgħat għall-adozzjoni tal-atti delegati huma kkonferiti fuq il-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 6 sa 7a. | 5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 4 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu nformaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizzjattiva tal-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill. |
| Jekk din l-emenda tiġi adottata, l-Artikoli 6 u 7 għandhom jitħassru. |
Emenda 30
Proposta għal Regolament
Artikolu 7 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 7a |
| Proċedura ta' urġenza |
| 1. L-atti delegati adottati skont il-proċedura ta’ urġenza għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u japplikaw sakemm ma titressaq l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika tal-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza. |
| 2. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5. F’dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att mingħajr dewmien wara li tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bid-deċiżjoni li toġġezzjona. |
|
|
Emenda 31
Proposta għal Regolament
Artikolu 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Proċedura tal-kumitat | Proċedura tal-kumitat |
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali. | 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
| 1a. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. Il-perjodu previst fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE huwa stabbilit għal xahar. | 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
Emenda 32
Proposta għal Regolament
Artikolu 9 - paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8. | 2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8(1a). |
Emenda 33
Proposta għal Regolament
Artikolu 9a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 9a |
| Miżuri ta' salvagwardja |
| |
| |
| 3. Il-Kummissjoni għandha tfittex l-informazzjoni kollha li tqis meħtieġa u tista' tivverifika l-informazzjoni li taslilha mal-Pakistan u minn kull sors rilevanti ieħor. Hija tista' tiġi megħjuna mill-uffiċjali tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tista' ssir il-verifika, jekk mitlub minn dak l-Istat Membru. |
| 4. Meta tkun qed teżamina jekk hemmx diffikultajiet serji, il-Kummissjoni għandha tqis, fost l-oħrajn, il-fatturi li ġejjin li jikkonċernaw il-produtturi tal-Unjoni, meta din l-informazzjoni tkun disponibbli: — sehem mis-suq, — produzzjoni, — ħażna, — kapaċità tal-produzzjoni, — użu tal-kapaċità, — impiegi, — importazzjonijiet, — prezzijiet. |
| 5. L-investigazzjoni għandha titlesta malajr kemm jista’ jkun iżda mhux aktar minn erba' xhur wara l-pubblikazzjoni tan-notifika msemmija fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni tista’, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, testendi dal-perjodu b’perjodu massimu addizzjonali ta’ xahar. |
| 6. Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri provviżorji ta’ salvagwardja, skont l-atti ta' implimentazzjoni f’ċirkostanzi kritiċi fejn dewmien jista’ jikkawża ħsara li jkun diffiċli li tissewwa, skont determinazzjoni preliminari abbażi tal-fatturi stipulati fil-paragrafu 4 li tistabbilixxi li hemm evidenza biżżejjed li l-importazzjonijiet ta’ prodott kopert minn dan ir-Regolament żdiedu b’riżultat tas-sospensjoni tad-dazji tad-dwana skont dan ir-Regolament, u li dawn l-importazzjonijiet jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, diffikultajiet serji għall-industrija tal-Unjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati flimkien mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 8(1a). Il-miżuri provviżorji m'għandhomx japplikaw għal aktar minn 200 ġurnata. |
| |
Emenda 34
Proposta għal Regolament
Artikolu 9b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 9b |
| Miżuri ta’ sorveljanza |
. | 1. Fejn ix-xejriet tal-importazzjonijiet ta’ wieħed mill-prodotti inklużi fl-Anness I u li joriġina mill-Pakistan ikunu b’mod li jkunu jistgħu jwasslu għas-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9a (1), il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li l-importazzjonijiet ta’ dak il-prodott tagħmilhom soġġetti għal sorveljanza minn qabel mill-Unjoni. |
| 2. Il-miżuri ta' sorveljanza għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni bi qbil mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 8 (1a). |
| 3. Il-miżuri ta’ sorveljanza għandu jkollhom perjodu ta’ validità limitat. Sakemm ma jkunx previst mod ieħor, il-validità tagħhom tintemm fl-aħħar tat-tieni perjodu ta’ sitt xhur. |
| 4. Din is-sorveljanza se tipprovdi data aġġornata u disponibbli minnufih, f’termini ta’ volum u ta’ valur. Din id-data se tkun disponibbli minnufih lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew u lill-operaturi ekonomiċi. |
Emenda 35
Proposta għal Regolament
Artikolu 10 - paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2011 sakemm il-preferenzi tariffarji pprovduti f'dan ir-Regolament jiġu permessi b'eżenzjoni mogħtija mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Fil-każ li l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ tagħti eżenzjoni bħal din wara l-1 ta' Jannar 2011, ir-Regolament għandu japplika minn din id-data aktar tard meta tidħol fis-seħħ l-eżenzjoni. | 2. Dan ir-Regolament hu soġġett għall-għoti ta' eżenzjoni mill-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol li tippermetti l-preferenzi tariffarji pprovduti fih u għalhekk għandu japplika mid-data aktar tard meta tidħol fis-seħħ l-eżenzjoni |
Emenda 36
Proposta għal Regolament
Artikolu 10 - paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjli tal-Unjoni Ewropea biex jinforma lill-operaturi bid-data li fiha ngħatat l-eżenzjoni mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Jekk wara l-1 ta' Jannar 2011, id-data speċifikata għandha tkun id-data li minnha jibdew japplikaw il-preferenzi tariffarji skont it-tieni sentenza tal-paragrafu 2. | 3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjli tal-Unjoni Ewropea biex jinforma lill-operaturi bid-data li fiha ngħatat l-eżenzjoni mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. |
25.1.2011
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jintroduċi preferenzi kummerċjali awtonomi ta' emerġenza għall-Pakistan
( COM(2010)0552 – C7‑0322/2010 – 2010/0289(COD) )
Rapporteur għal opinjoni: Cristian Dan Preda
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Ippreżentata wara l-għargħar mingħajr preċedent li ddevasta s-sajf li għadda parti kbira mit-territorju tal-Pakistan, il-proposta tal-Kummissjoni hija intiża sabiex testendi preferenzi kummerċjali awtonomi għal dan il-pajjiż fir-rigward ta' 75 linja ta' prodotti ta' interess għall-Pakistan (fil-biċċa l-kbira drappijiet u ħwejjeġ) fil-forma ta' eżenzjoni mid-dazji doganali, b'eċċezzjoni ta' prodott wieħed (etanol) li għalih tkun tapplika kwota ta' rata tariffarja.
Il-miżuri proposti għandhom jintlaqgħu bħala eżempju perfett tas-sinerġiji li saru possibbli bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona. Filwaqt li l-UE u l-Istati Membri tagħha diġà pprovdew b'ġenerożità lill-Pakistan b'għajnuna umanitarja, l-estensjoni ta' preferenzi kummerċjali awtonomi għal dan il-pajjiż hija parti minn pakkett ta' miżuri ikbar li jindirizza il-konsegwenzi ekonomiċi fuq medda medja u twila ta' żmien tal-għargħar katastrofiku. L-iżgurar tal-irkupru u l-iżvilupp sostenibbli futur tal-Pakistan huwa importanti ħafna mhux biss għaċ-ċittadini tiegħu iżda wkoll għas-sigurtà u l-istabbiltà tar-reġjun. Pakistan stabbli u prosperu li ma jimxix lejn l-estremiżmu jew il-fundamentaliżmu huwa ovvjament fl-interess tal-UE.
Madankollu, għalkemm il-preferenzi kummerċjali awtonomi jkunu estiżi għall-Pakistan għal tliet snin, ma saritx valutazzjoni sħiħa tal-impatt tal-miżuri proposti mill-Kummissjoni qabel l-adozzjoni tal-proposta għal regolament. Huwa għalhekk preferibbli li t-tul taż-żmien tal-konċessjonijiet kummerċjali jiġi limitat għal sentejn u li l-estensjoni ta' dawn il-preferenzi għal sena oħra tkun suġġetta għat-twettiq ta' valutazzjoni sħiħa tal-impatt mill-Kummissjoni. Din il-valutazzjoni għandha mhux biss tindirizza l-effetti tal-miżuri fuq il-kummerċ u l-produzzjoni fl-UE, iżda għandha tkopri wkoll l-impatt effettiv tagħhom fuq il-popolazzjoni u r-riżorsi fiskali tal-Pakistan, b'mod partikolari fir-rigward tal-impenji tal-Pakistan li jtejjeb l-effettività tas-sistema ta' tassazzjoni tiegħu.
Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li l-proposta tal-Kummissjoni ma timponi ebda piż fuq il-Pakistan fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u dawk soċjali, għall-kuntrarju ta' dak li kien iseħħ li kieku dan il-pajjiż ingħata l-istatus GSP+.
Għalkemm jista' jingħad li, minħabba ċ-ċirkustanzi partikolari li wasslu għad-deċiżjoni li jingħataw preferenzi kummerċjali awtonomi lill-Pakistan, il-miżuri proposti mhux ser joħolqu preċedent vinkolanti, din l-ispjegazzjoni mhijiex kompletament konvinċenti.
Huwa minnu li ma jistax jiġi eskluż li wara d-deċiżjoni li jingħataw preferenzi kummerċjali awtonomi lill-Pakistan li ntlaqat mill-għargħar jista' jkun hemm inizjattivi simili oħra fil-futur. Barra minn hekk, hemm riskju li l-adozzjoni ta' preferenzi kummerċjali awtonomi li mhijiex marbuta ma' kwalunkwe tip ta' kundizzjoni ta' drittijiet tal-bniedem fil-fatt timmina s-sistema kurrenti tal-preferenzi tal-UE bbażata fuq ir-rispett ta' sensiela ta' drittijiet u valuri fundamentali.
Fuq livell iktar ġenerali, l-Artikolu 207 tat-Trattat ta' Lisbona jipprovdi li l-politika kummerċjali tal-UE għandha titwettaq fil-qafas tal-prinċipji u l-miri tal-azzjoni esterna tal-Unjoni. Il-konsolidazzjoni u l-appoġġ għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem jinsabu b'mod prominenti fost l-objettivi tal-UE skont l-Artikolu 21(2) tat-Trattat.
Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Pakistan għandha għalhekk titqies fir-regolament propost. Degradazzjoni serja ta' din is-sitwazzjoni tista' b'hekk tkun raġuni sabiex tiġi sospiża l-applikazzjoni tal-preferenzi kummerċjali mogħtija lill-Pakistan.
Fl-aħħarnett, l-osservanza stretta u li tista' tiġi vverifikata tar-regoli rilevanti ta' oriġini għall-prodotti hija neċessarja sabiex jiġi żgurat li l-benefiċċji kummerċjali mogħtija jitgawdew biss minn dawk li l-miżuri huma intiżi għalihom u li verament jgħinu l-ekonomija tal-Pakistan tirkupra, filwaqt li jiġu evitati kundizzjonijiet mhux ġusti għall-pajjiżi li jipproduċu prodotti simili, b'mod partikolari l-benefiċjarji tal-GSP+ fir-reġjun u l-pajjiżi taż-żoni viċini tan-Nofsinhar tal-UE.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jitlob lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali bħala l-kumitat responsabbli, biex sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal Regolament
Premessa 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) Ir-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan (minn hawn 'il quddiem il-Pakistan) tibni fuq il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 20041. Wieħed mill-għanijiet ewlenin tiegħu huwa li jiżgura l-kundizzjonijiet tal-kummerċ bejn il-Partijiet u biex iħeġġeġ iż-żieda u l-iżvilupp tiegħu. | (1) Ir-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan (minn hawn 'il quddiem il-Pakistan) tibni fuq il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 20041. Wieħed mill-għanijiet ewlenin tiegħu huwa li jiżgura l-kundizzjonijiet tal-kummerċ bejn il-Partijiet u biex iħeġġeġ iż-żieda u l-iżvilupp tiegħu. Ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ċentrali tax-xogħol, u l-prinċipji demokratiċi huma wkoll element essenzjali ta' dak il-ftehim. |
Emenda 2
Proposta għal Regolament
Premessa 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(4) Se jkun importanti li jintużaw il-mezzi kollha disponibbli biex jiġi appoġġat l-irkupru tal-Pakistan minn din l-emerġenza u biex isir progress lejn żvilupp futur. | (4) Se jkun importanti li jintużaw il-mezzi kollha disponibbli biex jiġi appoġġat l-irkupru tal-Pakistan minn din l-emerġenza u biex isir progress lejn żvilupp futur, filwaqt li jiġu żgurati l-konsistenza u l-koeranza fil-livelli kollha bl-għan li tiġi żviluppata strateġija fit-tul sostenibbli. |
Emenda 3
Proposta għal Regolament
Premessa 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) Għalhekk, jixraq li jingħataw preferenzi kummerċjali awtonomi lill-Pakistan billi, għal perjodu limitat ta' żmien, jiġu sospiżi t-tariffi kollha għal ċerti prodotti ta' interess għall-esportazzjoni lejn il-Pakistan. L-għoti ta' dawn il-preferenzi kummerċjali ma jikkawżawx effetti negattivi sinifikanti fuq is-suq domestiku tal-Unjoni u ma jaffettwax b'mod ħażin il-Membri l-inqas żviluppati tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO). | (7) Għalhekk, jixraq li jingħataw preferenzi kummerċjali awtonomi lill-Pakistan billi, għal perjodu limitat ta' żmien, jiġu sospiżi t-tariffi kollha għal ċerti prodotti ta' interess għall-esportazzjoni lejn il-Pakistan sakemm l-għoti ta' dawn il-preferenzi kummerċjali la jikkawża effetti negattivi sinifikanti fuq is-suq domestiku tal-Unjoni u lanqas jaffettwa b'mod ħażin il-Membri l-inqas żviluppati tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO). |
Emenda 4
Proposta għal Regolament
Premessa 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(9) Il-jedd għall-benefiċċji mill-preferenzi kumerċjali awtonomi jiddependi mill-konformità tal-Pakistan mar-regoli relevanti tal-oriġini tal-prodotti u mal-proċeduri relatati magħhom kif ukoll mill-involviment f’kooperazzjoni amministrattiva effettiva mal-Unjoni sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-frodi. Ksur serju u sistematiku tal-kundizzjonijiet għall-jedd għall-arranġament preferenzjali, frodi jew in-nuqqas ta' kooperazzjoni amministrattiva għall-verifika tal-oriġini tal-prodotti għandhom jikkostitwixxu raġunijiet għal sospensjoni temporanja tal-preferenzi. F'dan ir-rigward, jekk ikun hemm bżonn, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta miżuri temporanji bħal dawn. | (9) Il-jedd għall-benefiċċji mill-preferenzi kumerċjali awtonomi jiddependi mill-konformità tal-Pakistan mar-regoli relevanti tal-oriġini tal-prodotti u mal-proċeduri relatati magħhom kif ukoll mill-involviment f’kooperazzjoni amministrattiva effettiva mal-Unjoni sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-frodi. Ksur serju u sistematiku tal-kundizzjonijiet għall-jedd għall-arranġament preferenzjali, frodi jew in-nuqqas ta' kooperazzjoni amministrattiva għall-verifika tal-oriġini tal-prodotti jew deterjorament serju fl-osservanza tal-prinċipji fundamentali tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fil-Pakistan, fosthom id-drittijiet ċentrali tax-xogħol, għandhom jikkostitwixxu raġunijiet għal sospensjoni temporanja tal-preferenzi. F'dan ir-rigward, jekk ikun hemm bżonn, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta miżuri temporanji bħal dawn. |
Emenda 5
Proposta għal Regolament
Premessa 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) Sabiex ikun hemm impatt immedjat u sostenibbli fuq l-irkupru ekonomiku tal-Pakistan wara l-għargħar, huwa rakkomandat li l-preferenzi kummerċjali jibqgħu sal-31 ta' Diċembru 2013. | (13) Sabiex ikun hemm impatt immedjat u sostenibbli fuq l-irkupru ekonomiku tal-Pakistan wara l-għargħar, huwa rakkomandat li l-kontinwazzjoni tal-preferenzi kummerċjali sal-limitu massimu tal-31 ta' Diċembru 2013 tkun suġġetta għal valutazzjoni tal-impatt effettiv tagħhom fuq il-popolazzjoni tal-Pakistan u tal-implimentazzjoni tar-riformi ta' politika neċċessarji sabiex jiġi żgurat li l-industriji rilevanti jikkontribwixxu effettivament għar-riżorsi fiskali. |
Emenda 6
Proposta għal Regolament
Artikolu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-jedd għall-benefiċċji mill-arranġamenti introdotti permezz tal-Artikolu 1 għandhom ikunu suġġetti għal: | 1. Il-jedd għall-benefiċċji mill-arranġamenti introdotti permezz tal-Artikolu 1 għandu jkun suġġett għal: |
(a) konformità mar-regoli tal-oriġini tal-prodotti u l-proċeduri relatati magħhom kif previst fit-Titolu IV, il-Kapitolu 2, it-Taqsima 1, is-subtaqsima 1 u 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Madankollu, fir-rigward tal-kumulazzjoni tal-oriġini għall-iskop tad-determinazzjoni tal-istatus tal-oriġini tal-prodotti koperti mill-arranġamenti introdotti fl-Artikolu 1, hija permessa biss il-kumulazzjoni mal-materjali li joriġinaw fl-UE. Il-kumulazzjoni reġjonali u t-tipi l-oħra ta' kumulazzjoni, ħlief il-kumulazzjoni mal-materjali li joriġinaw fl-UE, mhumiex permessi; | (a) konformità mar-regoli tal-oriġini tal-prodotti u l-proċeduri relatati magħhom kif previst fit-Titolu IV, il-Kapitolu 2, it-Taqsima 1, is-subtaqsima 1 u 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Madankollu, fir-rigward tal-kumulazzjoni tal-oriġini għall-iskop tad-determinazzjoni tal-istatus tal-oriġini tal-prodotti koperti mill-arranġamenti introdotti fl-Artikolu 1, hija permessa biss il-kumulazzjoni mal-materjali li joriġinaw fl-UE. Il-kumulazzjoni reġjonali u t-tipi l-oħra ta' kumulazzjoni, ħlief il-kumulazzjoni mal-materjali li joriġinaw fl-UE, mhumiex permessi; |
(b) konformità mal-metodi u l-kooperazzjoni amministrattiva kif previst fit-Titolu IV, il-Kapitlu 2, taqsima 1, is-subtaqsima 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93; | (b) konformità mal-metodi u l-kooperazzjoni amministrattiva kif previst fit-Titolu IV, il-Kapitlu 2, taqsima 1, is-subtaqsima 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93; |
(c) iċ-ċertifikati tal-oriġini tal-Forma A maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Pakistan skont dan ir-Regolament għandu jkollhom l-endorsjar li ġej fil-kaxxa 4 "Miżura awtonoma – ir-Regolament (UE) Nru .../2010". | (c) iċ-ċertifikati tal-oriġini tal-Forma A maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Pakistan skont dan ir-Regolament għandu jkollhom l-endorsjar li ġej fil-kaxxa 4 "Miżura awtonoma – ir-Regolament (UE) Nru .../2010". |
| 2. Mingħajr ħsara għall-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, il-jedd għall-benefiċċju mill-arranġamenti preferenzjali introdotti permezz tal-Artikolu 1 huwa suġġett għar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, fosthom il-prinċipji ċentrali tax-xogħol, u l-prinċipji fundamentali tad-demokrazija mill-Pakistan. |
Emenda 7
Proposta għal Regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Meta l-Kummissjoni ssib li jkun hemm biżżejjed provi ta' nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2, din tista' tieħu miżuri biex tissospendi kompletament jew parzjalment l-arranġamenti preferenzjali pprovduti f'dan ir-Regolament għal perjodu ta' mhux iktar minn sitt xhur, bil-kundizzjoni li l-ewwel: | 1. Meta l-Kummissjoni ssib li jkun hemm biżżejjed provi ta' nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2, fosthom evidenza ta' dumping soċjali jew jekk ikun hemm deterjorament serju fir-rigward tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fil-Pakistan, din tista' tieħu miżuri biex tissospendi kompletament jew parzjalment l-arranġamenti preferenzjali pprovduti f'dan ir-Regolament għal perjodu ta' mhux iktar minn sitt xhur, bil-kundizzjoni li l-ewwel: |
Emenda 8
Proposta għal Regolament
Artikolu 10 - paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Dan ir-Regolament għandu japplika sal-31 ta' Diċembru 2013. | 4. Dan ir-Regolament għandu japplika sal-31 ta' Diċembru 2013. |
| Mhux iktar tard minn 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tiegħu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni sħiħa tal-impatt ta' dan ir-Regolament fuq il-kummerċ u l-produzzjoni tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament fl-Unjoni, kif ukoll tal-effett tal-preferenzi kummerċjali fuq l-ekonomija, is-sitwazzjoni tal-popolazzjoni u r-riżorsi fiskali tal-Pakistan u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu, abbażi ta' dan ir-rapport, jiddeċiedu li estendu l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sal-31 ta' Diċembru 2013. |
PROĊEDURA
Titolu | Preferenzi kummerċjali awtonomi ta’ emerġenza għall-Pakistan | ||||||
Referenzi | COM(2010)0552 – C7-0322/2010 – 2010/0289(COD) | ||||||
Kumitat responsabbli | INTA | ||||||
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | AFET 19.10.2010 |
|
|
| |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Cristian Dan Preda 23.11.2010 |
|
| ||||
Eżami fil-kumitat | 13.1.2011 | 25.1.2011 |
|
| |||
Data tal-adozzjoni | 25.1.2011 |
|
|
| |||
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 61 1 2 | |||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Gabriele Albertini, Pino Arlacchi, Dominique Baudis, Bastiaan Belder, Franziska Katharina Brantner, Elmar Brok, Arnaud Danjean, Marietta Giannakou, Ana Gomes, Andrzej Grzyb, Takis Hadjigeorgiou, Heidi Hautala, Richard Howitt, Anna Ibrisagic, Jelko Kacin, Tunne Kelam, Nicole Kiil-Nielsen, Maria Eleni Koppa, Andrey Kovatchev, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Eduard Kukan, Vytautas Landsbergis, Ryszard Antoni Legutko, Krzysztof Lisek, Sabine Lösing, Ulrike Lunacek, Barry Madlener, Mario Mauro, Kyriakos Mavronikolas, Willy Meyer, Alexander Mirsky, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Norica Nicolai, Raimon Obiols, Alojz Peterle, Bernd Posselt, Cristian Dan Preda, Fiorello Provera, Libor Rouček, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Nikolaos Salavrakos, Jacek Saryusz-Wolski, Werner Schulz, Adrian Severin, Marek Siwiec, Ernst Strasser, Charles Tannock, Inese Vaidere, Geoffrey Van Orden, Kristian Vigenin, Graham Watson, Boris Zala | ||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Véronique De Keyser, Kinga Gál, Liisa Jaakonsaari, Elisabeth Jeggle, Evgeni Kirilov, Georgios Koumoutsakos, Barbara Lochbihler, Norbert Neuser, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, György Schöpflin, Indrek Tarand | ||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Sylvie Guillaume | ||||||
PROĊEDURA
Titolu | Preferenzi kummerċjali awtonomi ta’ emerġenza għall-Pakistan | ||||||
Referenzi | COM(2010)0552 – C7-0322/2010 – 2010/0289(COD) | ||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 7.10.2010 | ||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | INTA 19.10.2010 | ||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | AFET 19.10.2010 | IMCO 19.10.2010 |
|
| |||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni | IMCO 29.11.2010 |
|
|
| |||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | William (The Earl of) Dartmouth 26.10.2010 |
|
| ||||
Eżami fil-kumitat | 9.11.2010 | 1.12.2010 | 25.1.2011 |
| |||
Data tal-adozzjoni | 16.3.2011 |
|
|
| |||
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 20 4 2 | |||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, Kader Arif, David Campbell Bannerman, Christofer Fjellner, Metin Kazak, David Martin, Emilio Menéndez del Valle, Vital Moreira, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Niccolò Rinaldi, Tokia Saïfi, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Gianluca Susta, Keith Taylor, Iuliu Winkler, Pablo Zalba Bidegain, Paweł Zalewski | ||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Catherine Bearder, George Sabin Cutaş, Salvatore Iacolino, Syed Kamall, Miloslav Ransdorf, Jarosław Leszek Wałęsa | ||||||
Data tat-tressiq | 21.3.2011 | ||||||