Dokument ta' sessjoni
22.3.2011
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport transkonfinali professjonali ta’ flus kontanti tal-euro bit-triq bejn l-Istati Membri fiż-żona tal-euro
( COM(2010)0377 – C7‑0186/2010 – 2010/0204(COD) )
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Sophie Auconie
PR_COD_1amCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 13
PROĊEDURA 14
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport transkonfinali professjonali ta’ flus kontanti tal-euro bit-triq bejn l-Istati Membri fiż-żona tal-euro
( COM(2010)0377 – C7‑ 0186/2010 – 2010/0204(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill ( COM(2010)0377 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 133 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0186/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta' Ottubru 2010[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji ( A7‑0076/2011 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta tagħha b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(4) Minħabba l-perikli partikolari għas-saħħa u l-ħajja tal-persunal tas-CIT u l-pubbliku ġenerali li huma assoċjati mal-attività tat-trasport tal-flus kontanti, huwa xieraq li t-trasport transkonfinali tal-flus kontanti jsir soġġett għal liċenzja speċifika transkonfinali tas-CIT. Din il-liċenzja għandha tiġi apparti l-liċenzja nazzjonali tas-CIT li hija meħtieġa fil-maġġoranza tal-Istati Membri parteċipanti, li dan ir-Regolament ma jarmonizzax. Fil-ftit Stati Membri li m’għandhomx proċedura ta’ approvazzjoni speċifika għall-kumpaniji tas-CIT li tmur lil hinn mir-regoli ġenerali għas-setturi tas-sigurtà jew tat-trasport, u sabiex tiżdied il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, huwa għaldaqstant xieraq li l-kumpaniji tas-CIT stabbiliti f’dawn l-Istati Membri għandhom juru livell miminu ta’ esperjenza ta’ tnax-il xahar ta’ trasport regolari ta’ flus kontanti fl-Istat Membru fejn huma stabbiliti mingħajr ksur tal-leġiżlazzjoni nazzjonali qabel ikunu jistgħu jingħataw liċenzja transkonfinali minn dan l-Istat Membru. | (4) Minħabba l-perikli partikolari għas-saħħa u l-ħajja tal-persunal tas-CIT u l-pubbliku ġenerali li huma assoċjati mal-attività tat-trasport tal-flus kontanti, huwa xieraq li t-trasport transkonfinali tal-flus kontanti jsir soġġett għal liċenzja speċifika transkonfinali tas-CIT. Din il-liċenzja għandha tiġi apparti l-liċenzja nazzjonali tas-CIT li hija meħtieġa fil-maġġoranza tal-Istati Membri parteċipanti, li dan ir-Regolament ma jarmonizzax. Fil-ftit Stati Membri li m’għandhomx proċedura ta’ approvazzjoni speċifika għall-kumpaniji tas-CIT li tmur lil hinn mir-regoli ġenerali għas-setturi tas-sigurtà jew tat-trasport, u sabiex tiżdied il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, huwa għaldaqstant xieraq li l-kumpaniji tas-CIT stabbiliti f’dawn l-Istati Membri għandhom juru livell miminu ta’ esperjenza ta’ 24 xahar ta’ trasport regolari ta’ flus kontanti fl-Istat Membru fejn huma stabbiliti mingħajr ksur tal-leġiżlazzjoni nazzjonali qabel ikunu jistgħu jingħataw liċenzja transkonfinali minn dan l-Istat Membru. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 4 a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4a) Sabiex jittejbu l-kundizzjonijiet tas-sigurtà fil-kuntest tat-trasport ta' flus, kemm għall-persunal tas-CIT kif ukoll għall-popolazzjoni, għandu jitħeġġeġ l-użu ta' sistema intelliġenti għan-newtralizzazzjoni tal-karti tal-flus u, wara valutazzjoni tal-impatt bir-reqqa min-naħa tal-Kummissjoni, għandu jkun hemm il-possibilità li tiġi żviluppata b'mod armonizzat bejn l-Istati Membri parteċipanti, bla ħsara għar-regoli stipulati f'dan ir-Regolament dwar l-awtorizzazzjonijiet nazzjonali għal ċerti tipi ta' trasportazzjoni tal-flus. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom iżommu reġistru tal-kumpaniji kollha li lilhom ikkunsinnaw liċenzja transkonfinali tas-CIT u għandhom jinfurmaw lil xulxin rigward il-kontenut tiegħu. Huma għandhom jaġġornaw ir-reġistru bi kwalunkwe bidla li taffettwah, inkluża kwalukwe deċiżjoni li tkun sospiża jew irtirata liċenzja skont l-Artikolu 22 u għandhom jinformaw minnufih lil xulxin dwar l-aġġornament. | 2. L-Istati Membri għandhom iżommu reġistru tal-kumpaniji kollha li lilhom ikkunsinnaw liċenzja transkonfinali tas-CIT u għandhom jinfurmaw lil xulxin u lill-Kummissjoni rigward il-kontenut tiegħu. Huma għandhom jaġġornaw ir-reġistru bi kwalunkwe bidla li taffettwah, inkluża kwalukwe deċiżjoni li tkun sospiża jew irtirata liċenzja skont l-Artikolu 22 u għandhom jinformaw minnufih lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar l-aġġornament. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw u jinfurmaw lil xulxin dwar l-indirizzi u dettalji tal-kuntatt oħra tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali msemmija fl-Artikolu 6 punt (5) u dwar leġiżlazzjoni nazzjonali oħra rilevanti. | 5. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw u jinfurmaw lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar l-indirizzi u dettalji tal-kuntatt oħra tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali msemmija fl-Artikolu 6 punt (5) u dwar leġiżlazzjoni nazzjonali oħra rilevanti. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Kumpanija li għandha liċenzja transkonfinali tas-CIT għandha tinforma bi żmien biżżejjed bil-quddiem lill-awtorità li tagħti l-liċenzji dwar l-Istat(i) Membru/Membri li fih(om) sejra twettaq trasport tas-CIT. L-Istat Membru tal-oriġini għandu sussegwentement jinnotifika minnufih lill-Istat(i) Membru/Membri kkonċernat(i) li l-attività transkonfinali sejra tibda. | 1. Kumpanija li għandha liċenzja transkonfinali tas-CIT għandha, tal-anqas tliet xhur qabel ma tibda l-attività transkonfinali tagħha, tinforma lill-awtorità li tagħti l-liċenzji dwar l-Istat(i) Membru/Membri li fih(om) sejra twettaq trasport tas-CIT. L-Istat Membru tal-oriġini għandu sussegwentement jinnotifika minnufih lill-Istat(i) Membru/Membri kkonċernat(i) li l-attività transkonfinali sejra tibda. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Artikolu 12 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 12a |
| Awtorizzazzjonijiet nazzjonali rigward ċerti tipi ta' CIT |
| 1. F'dak li għandu x'jaqsam mal-operazzjonijiet ta' trasport transkonfinali ta' karti tal-euro bit-triq li jsiru fit-territorju tiegħu, kull Stat Membru għandu jawtorizza: |
| (a) tal-anqas waħda mill-għażliet ippreżentati fl-Artikoli 13, 14, 15, 16 jew 17; u |
| (b) dawk l-għażliet ippreżentati fl-Artikoli 13, 14, 15, 16 jew 17 li huma komparabbli għall-modalitajiet ta' trasport awtorizzati għas-CIT nazzjonali. |
| L-Artikolu 16 għandu japplika għall-Istati Membri kollha f'dak li għandu x'jaqsam mat-trasport minn punt għall-ieħor. |
| 2. F'dak li għandu x'jaqsam mal-operazzjonijiet ta' trasport transkonfinali ta' muniti tal-euro bit-triq li jsiru fit-territorju tiegħu, kull Stat Membru għandu jawtorizza: |
| (a) tal-anqas waħda mill-għażliet ippreżentati fl-Artikoli 18 jew 19; u |
| (b) dawk l-għażliet ippreżentati fl-Artikoli 18 u 19, li huma komparabbli għall-modalitajiet ta' trasport awtorizzati għas-CIT nazzjonali. |
| 3. Is-CIT li jinkludu ġieli muniti u ġieli karti tal-flus hu kopert mill-modalitajiet ta' trasport għat-trasport transkonfinali ta' karti tal-flus. |
| 4. Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikoli 13, 14, 15 u 17, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li IBNS tarf ma’ tarf biss jistgħu jintużaw fit-territorju tiegħu għas-servizz ta’ ATMs barra mill-bini, diment li l-istess regoli japplikaw għat-trasport domestiku tas-CIT. |
| 5. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar il-modalitajiet ta' trasport li japplikaw f'konformità ma' dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb li tippubblika avviż f'dan ir-rigward f'"Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea". Il-modalitajiet ta' trasport applikabbli għandhom jidħlu fis-seħħ xahar wara li jiġi ppubblikat l-avviż. L-Istati Membri għandhom jiużaw l-istess proċedura meta modalitajiet ta' trasport ġodda jsiru applikabbli skont dan l-Artikolu. |
| 6. Jekk Stat Membru ospitanti jew Stat Membru li minnu jgħaddu jsib li IBNS turi nuqqasijiet serji fir-rigward tal-karatteristiki tekniċi normalment meħtieġa, jiġifieri li l-flus kontanti jistgħu jkunu aċċessati mingħajr ma jiskatta l-mekkaniżmu ta’ newtralizzazzjoni jew li l-IBNS kienet ġiet immodifikata wara l-omologazzjoni b’tali mod li m’għadhiex tissodisfa l-kriterji tal-omologazzjoni, huwa għandu jinforma dwar dan lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru li ħareġ l-omologazzjoni u jista’ jitlob li jitwettqu testijiet ġodda fuq dik l-IBNS. Sakemm joħorġu r-riżultati ta’ dawn it-testijiet ġodda, l-Istati Membri jistgħu b’mod provviżorju jipprojbixxu l-użu ta’ dik l-IBNS fit-territorju tagħhom. Huma għandhom jinfurmaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħrajn li għalihom japplika dan ir-Regolament dwar tali projbizzjoni provviżorja. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Artikolu 20
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 20 | imħassar |
Derogi nazzjonali |
|
(a) Stat Membru jista’ jiddeċiedi li l-Artikoli 13, 14, 15, 16 jew 17 japplikaw/ma japplikawx għat-trasport transkonfinali ta’ karti tal-flus bit-triq imwettaq fit-territorju tiegħu, diment li ma jippermettix modalitajiet tat-trasport komparabbli għat-trasport domestiku tas-CIT u sakemm mill-inqas wieħed minn dawn l-Artikoli japplika fit-territorju tiegħu. Deroga possibbli mill-Artikolu 16 tista’ ma tkoprix it-trasport minn punt sa punt. |
|
(b) Stat Membru jista’ jiddeċiedi li l-Artikolu 18 jew 19 ma japplikax għat-trasport transkonfinali ta’ muniti bit-triq imwettaq fit-territorju tiegħu, sakemm ma jippermettix modalitajiet tat-trasport komparabbli għat-trasport domestiku tas-CIT. |
|
(c) Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikoli 13, 14, 15 u 17, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li IBNS tarf ma’ tarf biss jistgħu jintużaw fit-territorju tiegħu għas-servizz ta’ ATMs barra mill-bini, diment li l-istess regoli japplikaw għat-trasport domestiku tas-CIT. |
|
(d) L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu li juża xi waħda mid-derogi ta’ hawn fuq f’dan l-Artikolu lill-Kummissjoni, li tiżgura li avviż ta’ informazzjoni korrispondenti jkun ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Europea. Id-deroga għandha tidħol fis-seħħ xahar wara l-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ informazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jirrevokaw deroga billi jużaw l-istess proċedura. |
|
(e) Jekk Stat Membru ospitanti jew Stat Membru li minnu jgħaddu jsib li IBNS turi nuqqasijiet serji fir-rigward tal-karatteristiċi tekniċi normalment meħtieġa, jiġifieri li l-flus kontanti jistgħu jkunu aċċessati mingħajr ma jiskatta l-mekkaniżmu ta’ newtralizzazzjoni jew li l-IBNS kienet ġiet immodifikata wara l-omolagazzjoni b’tali mod li m’għadhiex tissodisfa l-kriterji tal-omologazzjoni, huwa għandu jinforma dwar dan lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru li ħareġ l-omologazzjoni u jista’ jitlob li jitwettqu testijiet ġodda fuq dik l-IBNS. Sakemm jaslu r-riżultati ta’ dawn it-testijiet ġodda, l-Istati Membri jistgħu b’mod provviżorju jipprojbixxu l-użu ta’ dik l-IBNS fit-territorju tagħhom. Mingħajr dewmien huma għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħrajn li għalihom japplika dan ir-Regolament. |
|
Emenda 8
Proposta għal regolament
Artikolu 26
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Europew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ tiegħu u, imbagħad, darba kull ħames snin. Għal dan il-għan, hija għandha twettaq konsultazzjoni mal-partijiet interessati fis-settur inklużi l-imsieħba soċjali. Ir-rapport għandu b’mod partikolari jinkludi eżami tal-possibilità li jkunu stabbiliti rekwiżiti komuni tat-taħriġ għall-ġarr tal-armi mill-persunal tas-CIT u jqis sewwa l-progress teknoloġiku fil-qasam tal-IBNS u jevalwa jekk ir-Regolament ikunx jeħtieġ li jiġi rivedut kif jixraq. | Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Europew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament mhux aktar tard minn erba' snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu u, imbagħad, darba kull ħames snin. Għal dan il-għan, hija għandha twettaq konsultazzjoni mal-partijiet interessati fis-settur inklużi s-sħab soċjali. Ir-rapport għandu b’mod partikolari jinkludi eżami tal-possibilità li jkunu stabbiliti rekwiżiti komuni tat-taħriġ għall-ġarr tal-armi mill-persunal tas-CIT; għandu jqis sewwa l-progress teknoloġiku fil-qasam tal-IBNS. għandu jikkunsidra l-valur miżjud li jista' jġib miegħu l-għoti ta' liċenzja Ewropea għas-CIT minn gruppi. u jevalwa jekk ir-Regolament ikunx jeħtieġ li jiġi rivedut kif jixraq. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 28 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 28 a Konsultazzjoni mas-sħab soċjali |
| Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lis-sħab soċjali qabel tadotta atti ddelegati. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-Parlament Europew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att iddelegat fi żmien 3 xhur mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Europew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahar. | 1. Il-Parlament Europew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att iddelegat fi żmien 3 xhur mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur. |
NOTA SPJEGATTIVA
Għan tal-proposta għal regolament
Waqt li l-karti u l-muniti tal-euro bdew jinħarġu fl-2002, is-suq tat-trasport ta' euro f'kontanti għadu frammentat ħafna. Id-diverġenza kbira bejn ir-regoli nazzjonali dwar il-qasam tagħmilha diffiċli ħafna biex il-kumpaniji professjonisti tas-CIT jipprovdu servizzi transkonfinali. L-għan ta' dan ir-regolament għaldaqstant hu s-semplifikazzjoni ta' dan it-trażżin regolamentari sabiex ikun jista' jkun hemm ċirkulazzjoni aħjar ta' karti u muniti tal-euro bejn l-Istati Membri li adottaw din il-valuta.
Il-pożizzjoni tar-rapporteur
Il-proposta mfassla mill-Kummissjoni Ewropea, li hi frott ta' ħidma twila ta' konsultazzjoni, hi waħda bbilanċjata. Hi għandha tippermetti li t-trasport transkonfinali ta' euro kontanti jiġi ffaċilitat, mingħajr ma madankollu tipperikola l-modi ta' regolamentazzjoni differenti magħżula mill-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mas-CIT.
Ir-rapporteur tagħkom tikkonsidra li għalhekk hemm tliet objettivi ta' importanza ewlenija:
- L-ewwel nett, peress li l-għan ta' dan ir-regolament hu l-faċilitazzjoni tas-CIT transkonfinali, hu importanti li jiġi żgurat li r-regoli li jdaħħal fis-seħħ ikunu ċari u operattivi biżżejjed għall-kumpaniji tas-CIT u l-awtoritajiet Statali. Għalhekk, f'dak li jirrigwarda l-modi ta' CIT differenti, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu l-għażliet kollha li jixtiequ fost il-ħames modi ta' trasport ta' karti tal-flur u ż-żewġ modi ta' trasport tal-muniti ppreżentati mir-regolament. Min-naħa l-oħra, ir-rapporteur tagħkom tqis li mhux f'waqtu li llum jiġi impost fuq l-Istati li ma jixtiquhiex li jżommu diversi modalitajiet ta' CIT għall-karti tal-flus u l-muniti, biex b'hekk ikunu obbligati jimmodifikaw fil-fond ir-regoli tagħhom dwar is-sigurtà.
- It-tieni nett, peress li s-CIT jippreżenta periklu partikulari, dan ir-regolament għandu jikkontribwixxi biex isaħħaħ l-eżiġenza għal sigurtà pubbliku kemm għall-kumpaniji tas-CIT u kemm għall-popolazzjoni. Ir-rapporteur tagħkom għaldaqstant tikkunsidra li l-esperjenza minima rikjesta biex kumpanija topera fis-settur transkonfinali għandha tkun biżżejjed. Barra minn hekk, ir-rapporteur tenfasizza li għandu jitħeġġeġ l-użu ta' sistemi intelliġenti għan-newtralizzazzjoni tal-karti tal-flus fil-ġejjieni peress li jippermetti li tiġi evitata ż-żieda ta' vjolenza li tista' tiġi nnotata fost l-attakki fuq il-vetturi tas-CIT.
- It-tielet nett, ir-reglament m'għandux iwassal għal degrad fil-kundizzjonijiet soċjali tal-impjegati tas-settur tas-CIT. Ir-rapporteur tagħkom tikkunsidra li l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea hija sodisfaċenti f'dan ir-rigward.
PROĊEDURA
Titolu | It-trasport transkonfinali professjonali ta’ flus kontanti tal-euro bit-triq bejn l-Istati Membri fiż-żona tal-euro | ||||||
Referenzi | COM(2010)0377 – C7-0186/2010 – 2010/0204(COD) | ||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 14.7.2010 | ||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ECON 7.9.2010 | ||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | EMPL 7.9.2010 | TRAN 7.9.2010 |
|
| |||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni | EMPL 22.9.2010 | TRAN 2.9.2010 |
|
| |||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Sophie Auconie 6.9.2010 |
|
| ||||
Eżami fil-kumitat | 17.1.2011 | 16.3.2011 |
|
| |||
Data tal-adozzjoni | 16.3.2011 |
|
|
| |||
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 35 0 0 | |||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Burkhard Balz, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Pascal Canfin, Nikolaos Chountis, George Sabin Cutaş, Rachida Dati, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Vicky Ford, Ildikó Gáll-Pelcz, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Liem Hoang Ngoc, Wolf Klinz, Philippe Lamberts, Astrid Lulling, Íñigo Méndez de Vigo, Ivari Padar, Antolín Sánchez Presedo, Edward Scicluna, Peter Simon, Peter Skinner, Theodor Dumitru Stolojan, Ivo Strejček, Marianne Thyssen, Corien Wortmann-Kool | ||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Sophie Auconie, Elena Băsescu, Saïd El Khadraoui, Danuta Jazłowiecka, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Sirpa Pietikäinen, Catherine Stihler | ||||||
Data tat-tressiq | 22.3.2011 | ||||||