Dokument ta' sessjoni

 

A7-0089/2011

28.3.2011

***I

RAPPORT

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta' kejl (test kodifikat)

( COM(2010)0507 – C7‑0287/2010 – 2010/0260(COD) )

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Sajjad Karim

(Kodifikazzjoni – Artikolu 86 tar-Regoli ta' Proċedura)

PR_COD_Codification

 

 

Tifsira tas-simboli użati

       *     Proċedura ta’ konsultazzjoni

   ***     Proċedura ta’ approvazzjoni

  ***I     Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

 ***II     Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III     Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

 

(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)

 

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta’ att

Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.

 

L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].

 

 

 

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW................4

ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI  5

PROĊEDURA.............................................................................................................................6

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta' kejl (test kodifikat)

( COM(2010)0507 – C7‑0287/2010 – 2010/0260(COD) )

Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2010)0507 ),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0287/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 – Fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġislattivi[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali ( A7-0089/2011 ),

A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

 

ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, 15 Novembru 2010

OPINJONI

                     GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

                                                              TAL-KUNSILL

                                                              TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta' kejl (test kodifikat)

COM(2010)0507 tat-27.9.2010 – 2010/0260(COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi, u b'mod partikulari l-punt 4 tagħha, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-Servizzi Legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fis 7 t'Ottubru 2010 kellu laqgħa ddedikata għall-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq, imressqa mill-Kummissjoni.

 

Waqt l-eżami[2] tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill intenzjonata li tikkodifika d-Direttiva tal-Kunsill 79/999/KEE tat-30 ta' Ottubru 1979 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta' kejl u r-revoka tad-Direttiva 71/354/KEE, il-Grupp ta' Ħidma stabbilixxa, bi qbil komuni, li l-proposta tassew hija limitata għal kodifikazzjoni sempliċi u ma tagħmel l-ebda bidla sostanzjali fil-atti kkonċernati.

 

 

 

C. PENNERA                                  J.-C. PIRIS                           L. ROMERO REQUENA

Ġurikonsult        Ġurikonsult      Direttur Ġenerali

PROĊEDURA

Titolu

L-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-unitajiet ta’ kejl (Verżjoni kkodifikata)

Referenzi

COM(2010)0507 – C7-0287/2010 – 2010/0260(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

27.9.2010

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

7.10.2010

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Sajjad Karim

1.12.2010

 

 

Data tal-adozzjoni

22.3.2011

 

 

 

Data tat-tressiq

28.3.2011

 

 

[1] ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.
[2]1Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv kellu 22 l-verżjoni lingwistika tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Franċiża, il-verżjoni lingwistika oriġinali tat-test eżaminat.