Dokument ta' sessjoni
28.3.2011
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE u 2006/48/KE fir-rigward tas-superviżjoni supplimentari tal-entitajiet finanzjarji f’konglomerati finanzjarji
( COM(2010)0433 – C7‑0203/2010 – 2010/0232(COD) )
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Theodor Dumitru Stolojan
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 97
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE u 2006/48/KE fir-rigward tas-superviżjoni supplimentari tal-entitajiet finanzjarji f’konglomerati finanzjarji
( COM(2010)0433 – C7‑0203/2010 – 2010/0232(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill ( COM(2010)0433 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 53(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0203/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta’ Jannar 2011[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali ( A7–0097/2011 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sostanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE u 2006/48/KE fir-rigward tas-superviżjoni supplimentari tal-entitajiet finanzjarji f’konglomerati finanzjarji | Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE u 2009/138/KE fir-rigward tas-superviżjoni supplimentari tal-entitajiet finanzjarji f’konglomerati finanzjarji |
Emenda 2
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Premessa 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) Huwa xieraq li tiġi żgurata l-konsistenza mal-għan tad-Direttiva 2002/87/KE u d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sabiex tippermetti s-superviżjoni tal-gruppi tal-assigurazzjoni kif ukoll superviżjoni supplimentari xierqa tal-entitajiet tal-assigurazzjoni u oħrajn fi ħdan struttura b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta. Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 98/78/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar is-superviżjoni supplimentari ta’ intrapriżi tal-assigurazzjoni u ta’ grupp ta’ assugurazzjoni għandha tiġi emendata sabiex tiddefinixxi u tinkludi l-kumpaniji b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta. Sabiex tkun żgurta superviżjoni koerenti f’waqtha, id-Direttiva 98/78/KE għandha tiġi emendata, minkejja l-applikazzjoni imminenti tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (riformulazzjoni). | (2) (2) Huwa xieraq li tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-għan tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE, 2004/39/KE1, 2006/48/KE2, 2006/49/KE3 u 2009/138/KE4 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sabiex tippermetti s-superviżjoni tal-gruppi tal-assigurazzjoni kif ukoll superviżjoni supplimentari xierqa tal-entitajiet tal-assigurazzjoni u gruppi bankarja, anke fejn jagħmlu parti minn struttura b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta. |
_____ OJ L 35, 11.2.2003, p. 1. 2 ĠU L 330, 30.6.2006, p. 1 ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1. | _____ 1 ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1. 2 ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1. 3 ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201. 4 ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1. |
Emenda 3
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) Huwa neċessarju li l-konglomerati finanzjarji jiġu identifikati fl-Unjoni Ewropea kollha skont kemm ikunu esposti għar-riskji tal-grupp, fuq il-bażi ta’ linji gwida komuni maħruġa mill-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Awtorità Ewropej tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru ../.. li jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea u l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru ../.. li jistabbilixxi l-Awtorità Bankarja Ewropea u fl-Artikoli 42 tar-Regolament (UE) Nru ../.. li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u wara kooperazzjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. (4) Il-monitoraġġ komprensiv u adegwat tar-riskji ta’ grupp f’konglomerati kbar, kumplessi u li joperaw internazzjonalment, kif ukoll is-superviżjoni tal-politiki kapitali għall-grupp kollu ta’ dawn il-gruppi, huma possibbli biss meta l-awtoritajiet kompetenti jiġbru informazzjoni superviżorja u jippjanaw miżuri superviżorji lil hinn mill-ambitu nazzjonali tal-mandat tagħhom. Għalhekk huwa neċessarju li l-awtoritajiet kompetenti jikkoordinaw is-superviżjoni supplimentari tal-konglomerati internazzjonali bejn l-awtoritajiet kompetenti li huma kkunsidrati l-iżjed rilevanti għas-superviżjoni supplimentari ta’ konglomerat. Dan huwa partikolarment importanti fil-każ tal-konglomerati akbar, li joperaw internazzjonalment. | (3) Huwa neċessarju li l-konglomerati finanzjarji jiġu identifikati fl-Unjoni kollha skont kemm ikunu esposti għar-riskji tal-grupp, fuq il-bażi ta’ linji gwida komuni maħruġa mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilita bis-saħħa tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1 (ABE), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbilita bis-saħħa tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill2 (AEAPX) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) stabbilita bis-saħħa tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill3 (AETS) skont it-termini tal-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, Regolament (UE) Nru 1094/2010 u Regolament (UE) Nru 1095/2010, wara kooperazzjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (Kumitat Konġunt). Huwa importanti wkoll li r-rekwiżiti fir-rigward tar-rinunzja tal-applikazzjoni tas-superviżjoni supplimentari jiġu applikati b’mod ibbażat fuq ir-riskju skont dawn il-linji gwida. Dan huwa partikolarment importanti fil-każ tal-konglomerati akbar, li joperaw internazzjonalment. |
| ________ 1 ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12. 2 ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48. 3 ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84. |
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(4) Il-monitoraġġ komprensiv u adegwat tar-riskji ta’ grupp f’konglomerati kbar, kumplessi u li joperaw internazzjonalment, kif ukoll is-superviżjoni tal-politiki kapitali għall-grupp kollu ta’ dawn il-gruppi, huma possibbli biss meta l-awtoritajiet kompetenti jiġbru informazzjoni superviżorja u jippjanaw miżuri superviżorji lil hinn mill-ambitu nazzjonali tal-mandat tagħhom. Għalhekk huwa neċessarju li l-awtoritajiet kompetenti jikkoordinaw is-superviżjoni supplimentari tal-konglomerati internazzjonali bejn l-awtoritajiet kompetenti li huma kkunsidrati l-iżjed rilevanti għas-superviżjoni supplimentari ta’ konglomerat. Il-kulleġġ tal-awtoritajiet rilevanti kompetenti ta’ konglomerat finanzjarju għandu jirrifletti n-natura supplimentari ta’ din id-Direttiva, u bħala tali għandu jżid il-valur għall-kulleġġi eżistenti għas-sottogrupp bankarju u s-sottogrupp tal-assigurazzjoni fil-konglomerat, mingħajr ma jirreplikahom, jidduplikahom jew jissostitwihom. | (4) Il-monitoraġġ komprensiv u adegwat tar-riskji ta’ grupp f’konglomerati kbar, kumplessi u li joperaw internazzjonalment, kif ukoll is-superviżjoni tal-politiki kapitali għall-grupp kollu ta’ dawn il-gruppi, huma possibbli biss meta l-awtoritajiet kompetenti jiġbru informazzjoni superviżorja u jippjanaw miżuri superviżorji lil hinn mill-ambitu nazzjonali tal-mandat tagħhom. Għalhekk huwa neċessarju li l-awtoritajiet kompetenti jikkoordinaw is-superviżjoni supplimentari tal-konglomerati internazzjonali bejn l-awtoritajiet kompetenti li huma kkunsidrati l-iżjed rilevanti għas-superviżjoni supplimentari ta’ konglomerat permezz tal-Kumitat Konġunt. Il-kulleġġ tal-awtoritajiet rilevanti kompetenti ta’ konglomerat finanzjarju għandu jirrifletti n-natura supplimentari ta’ din id-Direttiva, u bħala tali għandu jżid il-valur għall-kulleġġi eżistenti għas-sottogrupp bankarju u s-sottogrupp tal-assigurazzjoni fil-konglomerat, mingħajr ma jirreplikahom, jidduplikahom jew jissostitwihom. |
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 4 a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4a) Sabiex tiġi żgurata sorveljanza regolatorja xierqa, hemm bżonn li l-istruttura ġuridika u operattiva, inklużi l-entitajiet ġuridiċi kollha, tal-banek, tal-assiguraturi u tal-konglomerati finanzjarji b’attivitajiet ta’ bejn il-fruntieri jkunu mmonitorjati mill-ABE, l-AEAPX, u mill-Kumitat Konġunt, kif ikun xieraq, u li l-informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti, tal-Kummissjoni u tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) u, fejn ikun xieraq, tal-pubbliku. |
Ġustifikazzjoni
Tibni fuq l-emenda tar-Rapporteur biex tinżamm traċċa tal-istruttura legali u operattiva tal-konglomerati, u tespandiha għall-assiguraturi u l-banek transkonfinali kollha.
Emenda 6
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Premessa 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) Is-superviżjoni supplimentari ta’ konglomerati kbar, kumplessi, li joperaw internazzjonalment, teħtieġ koordinazzjoni madwar l-Unjoni Ewropea kollha, sabiex tikkontribwixxi għall-istabilità tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti jridu jaqblu dwar l-approċċi superviżorji applikati għal dawn il-konglomerati. L-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol 42 tar-Regolament (UE) Nru ../.. li jistabbilixxi l-Awtorità Bankarja Ewropea u fl-Artikoli 42 tar-Regolament (UE) Nru ../.. li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol , wara kooperazzjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, linji gwida komuni għal dawn l-approċċi komuni, b'hekk jiżguraw qafas prudenzjali komprenżiv tal-istrumenti u s-setgħat superviżorji disponibbli fid-direttivi dwar is-servizzi bankarji, l-assigurazzjoni u l-konglomerati finanzjarji. Il-linji gwida li ser jinħarġu kif previst f'din id-Direttiva għandhom jirriflettu n-natura supplimentari ta' din id-Direttiva u jikkumplimentaw is-superviżjoni speċifika għas-settur kif previst fid-Direttivi 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE, 93/22/KEE, 98/78/KE, 2000/12/KE, 2004/39/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2009/138/KE. | (5) Is-superviżjoni supplimentari ta’ konglomerati kbar, kumplessi, li joperaw internazzjonalment, teħtieġ koordinazzjoni madwar l-Unjoni Ewropea kollha, sabiex tikkontribwixxi għall-istabilità tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti jridu jaqblu dwar l-approċċi superviżorji applikati għal dawn il-konglomerati. L-ABE, AEAPX u AETS (l-ASE) għandhom joħorġu skont l-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, wara kooperazzjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt, linji gwida komuni għal dawn l-approċċi komuni, b'hekk jiżguraw qafas prudenzjali komprenżiv tal-istrumenti u s-setgħat superviżorji disponibbli fid-direttivi dwar is-servizzi bankarji, l-assigurazzjoni, it-titoli u l-konglomerati finanzjarji. Il-linji gwida li ser jinħarġu kif previst f'din id-Direttiva għandhom jirriflettu n-natura supplimentari ta' din id-Direttiva u jikkumplimentaw is-superviżjoni speċifika għas-settur kif previst fid-Direttivi 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 98/78/KE, 2000/12/KE, 2004/39/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2009/138/KE. |
Emenda 7
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Premessa 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) Hemm bżonn ġenwin li jiġu mmonitorjati u kkontrollati r-riskji potenzjali tal-grupp, li jiffaċċja l-konglomerat u li jiġu minn parteċipazzjonijiet f’kumpaniji oħra. Għal dawk il-każijiet fejn is-setgħat superviżorji speċifiċi previsti f'din id-Direttiva jidhru li mhumiex suffiċjenti, il-komunità superviżorja għandha tiżviluppa metodi alternattivi sabiex tindirizza u tikkunsidra b’mod xieraq dawn ir-riskji, preferibbilment permezz ta’ ħidma mwettqa mill-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol fil-forum tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. Jekk parteċipazzjoni tkun l-unika element għall-identifikazzjoni ta’ konglomerat finanzjarju, is-superviżuri għandhom ikunu permessi jivvalutaw jekk il-grupp huwiex espost għal riskji tal-grupp u jekk ikun xieraq jeżentaw lill-grupp mis-superviżjoni supplimentari. | (6) Hemm bżonn ġenwin li jiġu mmonitorjati u kkontrollati r-riskji potenzjali tal-grupp, li jiffaċċja l-konglomerat u li jiġu minn parteċipazzjonijiet f’kumpaniji oħra. Għal dawk il-każijiet fejn is-setgħat superviżorji speċifiċi previsti f'din id-Direttiva jidhru li mhumiex suffiċjenti, il-komunità superviżorja għandha tiżviluppa metodi alternattivi sabiex tindirizza u tikkunsidra b’mod xieraq dawn ir-riskji, preferibbilment permezz ta’ ħidma mwettqa mill-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol fil-forum tal-Kumitat Konġunt. Jekk parteċipazzjoni tkun l-unika element għall-identifikazzjoni ta’ konglomerat finanzjarju, is-superviżuri għandhom ikunu permessi jivvalutaw jekk il-grupp huwiex espost għal riskji tal-grupp u jekk ikun xieraq jeżentaw lill-grupp mis-superviżjoni supplimentari. |
Emenda 8
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Premessa 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) Fir-rigward ta' ċerti strutturi tal-grupp, is-superviżuri tħallew bla setgħat fil-kriżi attwali peress li l-kombinazzjoni tad-direttivi ġegħlithom jagħżlu bejn is-superviżjoni ispeċifika skont is-settur jew is-superviżjoni supplimentari. Filwaqt li għandu jsir eżami komplut tad-Direttiva fil-kuntest tax-xogħol tal-G20 fuq il-konglomerati, is-setgħat superviżorji neċessarji għandhom jiġi rrestawrati mill-aktar fis. | (7) Fir-rigward ta' ċerti strutturi tal-grupp, is-superviżuri tħallew bla setgħat fil-kriżi attwali peress li l-kombinazzjoni tad-direttivi ġegħlithom jagħżlu bejn is-superviżjoni ispeċifika skont is-settur jew is-superviżjoni supplimentari. Filwaqt li għandu jsir eżami komplut tad-Direttiva fil-kuntest tax-xogħol tal-G20 fuq il-konglomerati, is-setgħat superviżorji neċessarji għandhom jiġu provduti mill-aktar fis. |
Emenda 9
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Premessa 7 a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (7a) Huwa xieraq li tiġi żgurata l-konsistenza bejn l-objettivi tad-Direttiva 2002/87/KE u tad-Direttiva 98/78/KE. Id-Direttiva 98/78/KE għandha għalhekk tiġi emendata sabiex tiddefinixxi u tinkludi l-kumpaniji b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta. Sabiex tkun żgurata superviżjoni koerenti f’waqtha, id-Direttiva 98/78/KE għandha tiġi emendata, minkejja l-applikazzjoni imminenti tad-Direttiva 2009/138/KE, li għaldaqstant għandha tiġi emendata għall-istess effett. |
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 7 b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (7b) Huwa neċessarju li, fil-kuntest tat-testijiet tal-istress fl-Unjoni kollha, inizjati mill-ASE, jiġu żviluppati parametri speċifiċi għall-ittestjar tal-konglomerati finanzjarji, flimkien mal-Kumitat Konġunt. B'mod partikolari, it-testijiet tal-istress għandhom iqisu r-riskji ta’ likwidità u s-solvibilità tal-konglomerati u għandhom ikopru mhux biss l-assi fil-kotba tal-assi disponibbli għall-bejgħ (AFS), iżda wkoll assi miżmuma sal-maturità. |
Emenda 11
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Premessa 7 c (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (7c) Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa aktar sistema koerenti u konklussiva ta’ superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji. Ir-rieżami komplet li daqt se jsir tad-Direttiva 2002/87/KE għandu jkopri l-entitajiet mhux regolati, b’mod partikolari l-vetturi għal skopijiet speċjali, u għandu jnaqqas id-derogi disponibbli għas-superviżuri fid-determinazzjoni ta’ konglomerat finanzjarju. Ir-rieżami għandu wkoll jinkludi l-impatt fuq l-istabilità finanzjarja tal-konglomerati finanzjarji sistemikament relevanti u jagħti l-inċentivi t-tajbin, billi wħud minn dawn jitqiesu “kbar wisq biex ifallu” jew “kbar wisq biex ikunu superviżjonati”. Għandha titqies azzjoni regolatorja. |
Emenda 12
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Premessa 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) Id-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE u 2006/48/KE għalhekk għandhom jiġu emendati kif meħtieġ, | (10) Id-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE, 2006/48/KE u 2009/138/KE għalhekk għandhom jiġu emendati kif meħtieġ, |
Emenda 13
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 1 – punt -1 (ġdid)
Direttiva 98/78/KE
Artikolu 1 – punt j
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (-1) L-Artikolu 1(j) huwa ssostitwit b’dan li ġej: |
| “(j) kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni ta’ attivitajiet imħallta tfisser impriża prinċipali, minbarra impriża tal-assigurazzjoni, impriża tal-assigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru, impriża tar-riassigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru, kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew kumpanija b’parteċipazzjoni tal-finanzi mħallta [...] li tinkludi għall-inqas impriża waħda tal-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni fost l-impriżi sussidjarji tagħha;” |
Emenda 14
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 1 – punt 2 a (ġdid)
Direttiva 98/78/KE
Artikolu 2 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2a) Għandu jiżdied l-Artikolu li ġej: |
| "Artikolu 2a |
| Livell ta' applikazzjoni fir-rigward tal-kumpaniji b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta |
| 1. Fejn kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta tkun suġġetta għal dispożizzjonijiet ekwivalenti kemm skont din id-Direttiva kif ukoll skont id-Direttiva 2002/87/KE, b'mod partikolari f'termini ta' superviżjoni bbażata fuq ir-riskju, l-awtorità kompetenti responsabbli għall-eżerċizzju ta’ superviżjoni supplimentari tista’ wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati, tapplika biss id-dispożizzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE lil dik il-kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta. |
| 2. Fejn kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta tkun soġġetta għal dispożizzjonijiet ekwivalenti skont din id-Direttiva u skont id-Direttiva 2006/48/KE, b'mod partikolari f'termini ta' rekwiżiti ta’ adegwatezza tal-kapital ikkonsolidat jew ta’ superviżjoni bbażata fuq ir-riskju, l-awtorità kompetenti għall-eżerċizzju tas-superviżjoni supplimentari tista' tiddeċiedi, bi ftehim mas-superviżur tal-konsolidazzjoni fis-settur bankarju u dak tas-servizzi tal-investiment, tapplika id-dispożizzjoni tad-Direttiva marbuta mal-aktar settur sinifikanti kif definit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2002/87/KE. |
| 3. L-awtorità kompetenti għall-eżerċizzju tas-superviżjoni supplementari għandha tinforma lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilita bis-saħħa ta’ Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1 (ABE), u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbilita bis-saħħa tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill2 (AEAPX) tad-deċiżjonijeit meħudin skont it-termini tal-paragrafi 1 u 2. L-ABE, l-AEAPX u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill2, permezz tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (Kumitat Konġunt), għandhom jiżviluppaw linji gwida bl-għan tal-konverġenza tal-prattiki superviżorji u għandhom jiżviluppaw, fi żmien tliet snin mill-adozzjoni tal-linji gwida, abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji. |
| Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010. |
| _________ 1 ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12. 2 ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48. 3 ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84. |
Emenda 15
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 1 – punt 5
Direttiva 98/78/KE
Artikolu 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) L-Artikolu 10(2) huwa ssostitwit b’dan li ġej: | (5) L-Artikolu 10 huwa ssostitwit b’dan li ġej: |
| “Artikolu 10 |
| Kumpaniji b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni, kumpaniji b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta, impriżi tal-assigurazzjoni li ma jinsabux fil-pajjiżi membri u impriżi tar-riassigurazzjoni li ma jinsabux fil-pajjiżi membri |
| 1. Fil-każ li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 2(2), l-Istati Membri għandhom jesiġu l-applikazzjoni tal-metodu ta’ superviżjoni supplimentari [...] bi qbil mal-Anness II. |
2. Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 2(2), il-kalkolu għandu jinkludi l-impriżi relatati kollha tal-kumpanija b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni, il-kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta, l-impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż mhux membru jew l-impriża tar-riassigurazjoni minn pajjiż mhux membru, bil-mod previst fl-Anness II." | 2. Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 2(2), il-kalkolu għandu jinkludi l-impriżi relatati kollha tal-kumpanija b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni, il-kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta, l-impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż mhux membru jew l-impriża tar-riassigurazjoni minn pajjiż mhux membru, bil-mod previst fl-Anness II." |
| 3. Jekk, fuq il-bażi ta’ dan il-kalkolu, l-awtoritajiet kompetenti jikkonkludu li s-solvibbiltà ta’ impriża sussidjarja tal-assigurazzjoni jew impriża sussidjarja tar-riassigurazzjoni tal-kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni, il-kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta, l-impriża tal-assigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru jew l-impriża tar-riassigurazzjoni li tinsab f’pajjiż mhux membru hija, jew tista’ tkun fil-periklu, għandhom jieħdu miżuri xierqa fuq il-livell tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tal-impriża tar-riassigurazzjoni.” |
Emenda 16
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 1 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli għas-superviżjoni supplimentari ta’ entitajiet regolati li jkunu kisbu awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 73/239/KEE, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 79/267/KEE, l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li huma parti minn konglomerat finanzjarju. | Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli għas-superviżjoni supplimentari ta’ entitajiet regolati li jkunu kisbu awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 73/239/KEE, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 79/267/KEE, l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2005 dwar ir-riasskurikazzjoni1, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li huma parti minn konglomerat finanzjarju. |
| _____ 1 ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1. |
Emenda 17
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 2 – punt 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) ‘istituzzjoni tal-kreditu’ tfisser istituzzjoni tal- kreditu skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/48/KE; | (1) ‘istituzzjoni tal-kreditu’ tfisser istituzzjoni tal- kreditu skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/48/KE kif ukoll impriża li s-sede reġistrata tagħha tkun f’pajjiż terz u li kienet tkun teħtieġ awtorizzazzjoni skont dik id-Direttiva kieku kellha s-sede reġistrata tagħha fl-Unjoni; |
Emenda 18
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 2 – punt 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) ‘impriża tal-assigurazzjoni’ tfisser impriża tal-assigurazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) u (2) tad-Direttiva 2009/138/KE; | (2) ‘impriża tal-assigurazzjoni’ tfisser impriża tal-assigurazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1), (2) u (3) tad-Direttiva 2009/138/KE; |
Emenda 19
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 2 – punt 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) ‘kumpanija tal-investiment’ tfisser kumpanija tal-investiment skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, inklużi l-impriżi msemmija fl-Artikolu 3(1)(d) tad-Direttiva 2006/49/KE; | (3) (3) ‘kumpanija tal-investiment’ tfisser kumpanija tal-investiment skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, inklużi l-impriżi msemmija fl-Artikolu 3(1)(d) tad-Direttiva 2006/49/KE jew impriża li s-sede reġistrata tagħha tkun f’pajjiż terz u li jkollha bżonn l-awtorizzazzjoni skont dik id-Direttiva kieku kellha s-sede reġistrata tagħha fl-Unjoni; |
Emenda 20
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 2 – punt 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) ‘kumpanija li timmaniġja l-assi’ tfisser kumpanija tal-immaniġjar skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2009/65/KE, kif ukoll impriża li l-uffiċċju reġistrat tagħha jkun barra l-Unjoni Ewropea u li jkollha bżonn l-awtorizzazzjoni kieku kellha l-uffiċċju tagħha reġistrat fl-Unjoni Ewropea; | (5) ‘kumpanija li timmaniġja l-assi’ tfisser kumpanija tal-immaniġjar skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2009/65/KE, kif ukoll impriża li l-uffiċċju reġistrat tagħha jkun f’pajjiż terz u li jkollha bżonn l-awtorizzazzjoni skont dik id-Direttiva kieku kellha l-uffiċċju tagħha reġistrat fl-Unjoni; |
Emenda 21
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 2 – punt 5 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (5a) ‘maniġer ta’ fond ta’ investiment alternattiv’ tfisser maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattiv skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(b)(l) u (ab) tad-Direttiva 2011/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1; |
| _____ 1 ĠU L... |
Emenda 22
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 2 – punt 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) ‘impriża tar-riassigurazzjoni’ tfisser impriża tar-riassigurazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 13(4) u (5) tad-Direttiva 2009/138/KE; | (6) ‘impriża tar-riassigurazzjoni’ tfisser impriża tar-riassigurazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 13(4), (5), (6) u (26) tad-Direttiva 2009/138/KE; |
Emenda 23
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 2 - punt 8 - punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) istituzzjoni tal-kreditu, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta’ servizzi anċillari skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1), (5) u (21) tad-Direttiva 2006/48/KE; | (a) istituzzjoni tal-kreditu, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta’ servizzi anċillari skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1), (5) u (21) tad-Direttiva 2006/48/KE (hawn aktar ’l isfel imsejħin kollettivament "is-settur bankarju”); |
Emenda 24
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 2 – punt 8 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni jew kumpanija b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni skont it-tifsira tal-Artikoli 13(1) u (2), 13(4) u (5) u 212(1)(f) tad-Direttiva 2009/138/KE; | (b) impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni jew kumpanija b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni skont it-tifsira tal-Artikoli 13(1) u (2), 13(4) u (5) u 212(1)(f) tad-Direttiva 2009/138/KE (hawn aktar ’l isfel imsejħin kollettivament "is-settur assikurattiv"); |
Emenda 25
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 2 – punt 8 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) kumpanija tal-investiment skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tad-Direttiva 2006/49/KE; | (c) kumpanija tal-investiment skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tad-Direttiva 2006/49/KE (hawn aktar ’l isfel imsejħin kollettivament "is-settur tas-servizzi tal-investiment”); |
Emenda 26
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 2 – punt 15
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(15) ‘kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta’ tfisser impriża prinċipali, barra minn entità regolata, li flimkien mas-sussidjarji tagħha, li mill-anqas waħda minnhom tkun entità regolata li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni Ewropea, u entitajiet oħra, tikkostitwixxi konglomerat finanzjarju; | (15) ‘kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta’ tfisser impriża prinċipali, barra minn entità regolata, li flimkien mas-sussidjarji tagħha, li mill-anqas waħda minnhom tkun entità regolata li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni, u entitajiet oħra, tikkostitwixxi konglomerat finanzjarju; |
Emenda 27
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 2 – punt 17 – punt a a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (aa) l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1 (ABE), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assikurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill2, (AEAPX) l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill3 (AETS), kif deċiż mill-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (Kumitat Konġunt), bl-azzjoni tramite l-Kumitat Konġunt; |
| _________ 1 ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12. 2 ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48. 3 ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84. |
Ġustifikazzjoni
Il-Kumitat Konġunt m’għandu l-ebda personalità legali fuq il-bażi tar-regolamenti ESA u għalhekk ma jistax ikun "awtorità kompetenti". Minflok dan il-kompitu għandu jingħata jew lill-AEAPX jew lill-ABE. Peress li f'sitwazzjoni ta’ emerġenza jew tilwim bejn is-superviżuri l-ASE se jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet indirizzati lil ditti individwali huwa importanti li jiġi definit liema minn dawn it-tnejn hija l-awtorità kompetenti għal konglomerat finanzjarju individwali. (Il-Kumitat Konġunt mhux legalment kapaċi jieħu Deċiżjoni skont il-leġiżlazzjoni tal-ABE). Dan għandu jsir fuq il-bażi tad-daqs relattiv tal-komponent bankarju jew tal-assigurazzjoni tal-konglomerat finanzjarju. Fil-każijiet kollha l-ABE għandha topera permezz tal-Kumitat Konġunt biex tiżgura l-konsistenza tal-azzjoni u l-komunikazzjoni mal-ABE l-oħra.
Emenda 28
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 2 – punt -a (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 3 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (-a) Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: |
| "1. [...] L-attivitajiet ta' grupp għandhom jitqiesu li jseħħu prinċipalment fis-settur finzjarju skont it-tifsira tal-Artikolu 2(14)(c) fejn jew: (a) il-proporzjon tat-total tal-karta tal-bilanċ tal-entitajiet tas-settur finanzjarju regolat u mhux regolat fil-grupp mat-total tal-karta tal-bilanċ tal-grupp kollu kemm hu jeċċedi l-40 %; jew (b) L-ABE, l-AEAPX u l-AETS (l-ASE), tramite l-Kumitat Konġunt, jiddeċiedu li l-attivitajiet totali fis-settur bankarju, is-settur assikurattiv u s-settur tas-servizzi tal-investiment ikunu materjalment relevanti." |
Ġustifikazzjoni
Uħud mill-konglomertati l-kbar jista’ jkollhom sezzjonijiet finanzjarji kbar iżda li huma inqas minn 40%.
Emenda 29
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 - punt 2 - punt a
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
“Il-kumpaniji li jimmaniġjaw l-assi skont it-tifsira tal-Artikolu 30 jiġu miżjuda mas-settur li jagħmlu parti minnu fi ħdan il-grupp; jekk ma jagħmlux parti esklussiva minn settur wieħed fi ħdan il-grupp, huma jiġu miżjuda mal-iżgħar settur finanzjarju. | Il-kumpaniji li jimmaniġjaw l-assi skont it-tifsira tal-Artikolu 30 għandhom jiġu miżjuda mas-settur tas-servizzi tal-investiment, sakemm ma jagħtux proporzjon akbar tas-servizzi tagħhom lil settur ieħor fi ħdan il-grupp, f’liema każ huma għandhom jiġu miżjuda ma’ dak is- settur finanzjarju. |
Emenda 30
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 - punt 2 - punt a
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 3 - paragrafu 2 - subparagrafu 3 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Il-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi skont it-tifsira tal-Artikolu 30a għandhom jiżdiedu mas-settur tas-servizzi tal-investiment; sakemm ma jfornux proporzjon akbar tas-servizzi tagħhom lil settur ieħor fil-grupp, f’liema każ għandhom jiżdiedu ma’ dak is-settur finanzjaru. |
Emenda 31
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 2 – punt b
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Id-deċiżjonijiet meħuda skont dan il-paragrafu għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra konċernati. | Id-deċiżjonijiet meħuda skont dan il-paragrafu għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra konċernati u għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti. Tali deċiżjonijiet ma għandhomx jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku jekk ikunu jissussistu ċirkostanzi eċċezzjonali. |
Emenda 32
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 2 – punt c
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 3 – paragrafu 3a – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Id-deċiżjonijiet meħuda skont dan il-paragrafu għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra konċernati. | Id-deċiżjonijiet meħuda skont dan il-paragrafu għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra konċernati u għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti. Tali deċiżjonijiet ma għandhomx jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku jekk ikunu jissussistu ċirkostanzi eċċezzjonali. |
Emenda 33
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 - punt 2 - punt d
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 3 - paragrafu 4 - punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) jeskludu parteċipazzjoni minoritarja fl-iżgħar settur jekk tali parteċipazzjoni tkun l-uniku element għall-identifikazzjoni ta’ konglomerat finanzjarju. | (c) jeskludu parteċipazzjoni waħda jew aktar fl-iżgħar settur jekk tali parteċipazzjonijiet ikunu deċiżivi għall-identifikazzjoni ta’ konglomerat finanzjarju, u jkunu kollettivament ta’ interess negliġibbli fir-rigward tal-objettivi tas-superviżjoni supplimentari. |
Emenda 34
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 2 – punt e
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 3 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jistgħu, f’każijiet eċċezzjonali u bi ftehim komuni, jissostitwixxu l-kriterju bbażat fuq it-total tal-karta tal-bilanċ b’parametru wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin jew iżidu parametru jew aktar minnhom, jekk ikunu tal-opinjoni li dawn il-parametri jkunu ta’ rilevanza partikolari għall-iskop tas-superviżjoni supplimentari skont din id-Direttiva: struttura tad-dħul, attivitajiet li ma jidħlux fil-karta tal-bilanċ, assi mmaniġjati.” | 5. Għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jistgħu, f’każijiet eċċezzjonali u bi ftehim komuni, jissostitwixxu l-kriterju bbażat fuq it-total tal-karta tal-bilanċ b’parametru wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin jew iżidu parametru jew aktar minnhom, jekk ikunu tal-opinjoni li dawn il-parametri jkunu ta’ rilevanza partikolari għall-iskop tas-superviżjoni supplimentari skont din id-Direttiva: struttura tad-dħul, attivitajiet li ma jidħlux fil-karta tal-bilanċ, assi totali mmaniġjati.” |
Emenda 35
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 2 – punt f
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 3 – paragrafu 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
8. L-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol għandhom joħorġu linji gwida komuni mmirati lejn il-konverġenza tal-prassi superviżorja fir-rigward tal-applikazzjoni tal-paragrafi 2, 3, 3a, 4 u 5 ta' dan l-Artikolu. | 8. L-ASE rilevanti, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom joħorġu linji gwida komuni mmirati lejn il-konverġenza tal-prassi superviżorja fir-rigward tal-applikazzjoni tal-paragrafi 2, 3, 3a, 4 u 5 ta' dan l-Artikolu. |
Emenda 36
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 2 – punt f
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 3 – paragrafu 8 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 8a. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżaminaw mill-ġdid fuq bażi annwali d-derogi mill-applikazzjoni tas-superviżjoni supplimentari, u għandhom jirrevedu l-indikaturi kwantitattivi stipulati f'dan l-Artikolu u l-valutazzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju applikati għal gruppi finanzjarji. |
Emenda 37
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 2 a (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 u paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2a) L-Artikolu 4 għandu jiġi emendat kif ġej: |
| (a) fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej: |
| “Għal dan il-għan: |
| – awtoritajiet kompetenti li jkunu awtorizzaw entitajiet regolati fil-grupp għandhom [...] jikkoperaw fil-qrib, |
| – jekk awtorità kompetenti tkun tal-opinjoni li entità regolata awtorizzata minn dik l-awtorità kompetenti tkun membru ta’ grupp li jista’ jkun konglomerat finanzjarju, li ma kienx diġà identifikat skont din id-Direttiva, l-awtorità kompetenti għandha tikkomunika l-opinjoni tagħha lill-awtoritajiet l-oħra kompetenti konċernati u lill-Kumitat Konġunt.” |
| (b) Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: |
| "3. Il-Kumitat Konġunt għandu jippubblika lista ta’ konglomerati finanzjarji, definiti f’konformità mal-Artikolu 2, fuq is-sit elettroniku tiegħu u għandu jżommha aġġornata. Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli permezz ta’ hyperlink f’kull wieħed mill-websites tal-ASE. |
| L-isem ta’ kull entità regolata li għaliha qed isir riferiment fl-Artikolu 1 u li tifforma parti minn konglomerat finanzjarju għandha titniżżel f’lista li l-Kumitat Konġunt għandu jippubblika fuq il-websajt tiegħu u jżommha aġġornata. Il-Kumitat Konġunt għandu wkoll jistabbilixxi, u jaġġorna b’mod regolari, bażi ta’ dejta b’dettalji dwar l-istruttura legali u operazzjonali tal-konglomerati finanzjarji kollha, inklużi l-entitajiet legali kollha stabbiliti mill-konglomerat finanzjarju li jkun, li għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti u tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u għandha tiġi ppubblikata fuq il-websajt tal-Kumitat Konġunt.” |
Emenda 38
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 2 b (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2b) Fl-Artikolu 5(2), il-punt (b) huwa ssostitwit b’dan li ġej: |
| “(b) kull entità regolata, li l-impriża prinċipali tagħha hija kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni;” |
Emenda 39
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 2 c (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 5 - paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2c) Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej: |
| "3. Kull entità regolata li mhix suġġetta għal superviżjoni supplementari skont il-paragrafu 2, li l-impriża prinċipali tagħha hija entità regolata jew kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta li tamministra, li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha barra l-Unjoni, għandha tkun is-suġġett ta’ superviżjoni supplementari fil-livell tal-konglomerat finanzjarju sal-limitu u bil-mod preskritt fl-Artikolu 18.” |
Emenda 40
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 2 d (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 5 – paragrafu 5 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2d) Fl-Artikolu 5, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: |
| “5a. L-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom joħorġu linji gwida komuni bl-għan tal-iżvilupp ta’ prattiki superviżorji li jippermettu superviżjoni supplimentari tal-kumpaniji b'parteċipazzjoni finanzjarja biex jikkomplementaw b’mod adegwat is-superviżjoni tal-grupp skont id-Direttiva 98/78/KE jew, skont kif ikun xieraq, superviżjoni kkonsolidata skont id-Direttiva 2006/48/KE. Dawk il-linji gwida għandhom jippermettu li r-riskji kollha rilevanti jkunu inkorporati fis-superviżjoni, filwaqt li jeliminaw duplikazzjonijiet potenzjali u jippreservaw kundizzjonijiet indaqs.” |
Ġustifikazzjoni
Għandhom jiġu żviluppati prattiki superviżorji effiċjenti biex jippermettu l-applikazzjoni parallela tas-superviżjoni settorjali konsolidata/tal-grupp u superviżjoni supplimentari fir-rigward ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta. L-ASE rilevanti, li taġixxi permezz tal-Kumitat Konġunt, għandha tingħata s-setgħa li tadotta linji gwida komuni f’dan ir-rigward.
Emenda 41
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 3 a (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 6 - paragrafu 5 - punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3a) Fl-Artikolu 6(5), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej: |
| “(a) jekk l-entità tkun tinsab f'pajjiż terz fejn ikun hemm impedimenti legali għat-trasferiment tal-informazzjoni meħtieġa, mingħajr preġudizzju għar-regoli settorjali li jirrigwardaw l-obbligu tal-awtoritajiet kompetenti li jirrifjutaw awtorizzazzjoni fejn l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom ma jitħalliex isir, sakemm l-entità ma tkunx iċċaqalqet minn Stat Membru għal pajjiż terz u jkun hemm prova li l-entità biddlet postha ħalli tevita r-regolamenti.” |
Emenda 42
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 3 b (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 7 - paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3b) Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej: |
| "3. Sakemm ikun hemm aktar kordinazzjoni fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw limiti kwantitattivi jew jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li jiffissaw limiti kwantitattivi, jew jieħdu miżuri oħra superviżorji li jiksbu l-objettivi ta’ superviżjoni supplementari, fir-rigward ta’ kull konċentrazzjoni ta’ riskju fil-livell ta’ konglomerat finanzjarju.” |
Emenda 43
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 4
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 7 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. L-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol għandhom joħorġu linji gwida komuni mmirati lejn il-konverġenza tal-prassi superviżorja fir-rigward tal-applikazzjoni tas-superviżjoni supplimentari tal-konċentrazzjoni tar-riskji kif previst fil-paragrafi 1 sa 4. Huma għandu joħorġu linji gwida komuni u speċifiċi dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4 għall-parteċipazzjonijiet tal-konglomerat finanzjarju f’każijiet fejn id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-kumpaniji jxekklu l-applikazzjoni tal-Artikolu 14(2). | 5. L-ASE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, joħorġu linji gwida komuni mmirati lejn il-konverġenza tal-prassi superviżorja fir-rigward tal-applikazzjoni tas-superviżjoni supplimentari tal-konċentrazzjoni tar-riskji kif previst fil-paragrafi 1 sa 4. Huma għandu joħorġu linji gwida komuni u speċifiċi dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4 għall-parteċipazzjonijiet tal-konglomerat finanzjarju f’każijiet fejn id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-kumpaniji jxekklu l-applikazzjoni tal-Artikolu 14(2). |
Emenda 44
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 4 a (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 8 - paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4a) Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej: |
| "3. Sakemm ikun hemm aktar kordinazzjoni fil-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw limiti kwantitattivi u ħtiġiet kwalitattivi jew jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li jiffissaw limiti kwantitattivi u ħtiġiet kwalitattivi, jew jieħdu miżuri oħra ta’ superviżjoni li jiksbu l-objettivi ta’ superviżjoni supplementari, fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet bejn il-grupp ta’ entitajiet regolati fi ħdan konglomerat finanzjarju.” |
Emenda 45
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 5
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 8 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. L-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol għandhom joħorġu linji gwida komuni mmirati lejn il-konverġenza tal-prassi superviżorja fir-rigward tal-applikazzjoni tas-superviżjoni supplimentari tal-konċentrazzjoni tar-riskji kif previst fil-paragrafi 1 sa 4. Huma għandu joħorġu linji gwida komuni u speċifiċi dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4 għall-parteċipazzjonijiet tal-konglomerat finanzjarju f’każijiet fejn id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-kumpaniji jxekklu l-applikazzjoni tal-Artikolu 14(2). | 5. L-ASE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, joħorġu linji gwida komuni mmirati lejn il-konverġenza tal-prassi superviżorja fir-rigward tal-applikazzjoni tas-superviżjoni supplimentari tal-konċentrazzjoni tar-riskji kif previst fil-paragrafi 1 sa 4. Huma għandu joħorġu linji gwida komuni u speċifiċi dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4 għall-parteċipazzjonijiet tal-konglomerat finanzjarju f’każijiet fejn id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-kumpaniji jxekklu l-applikazzjoni tal-Artikolu 14(2). |
Emenda 46
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 6
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 9 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jallinjaw l-applikazzjoni tas-superviżjoni supplimentari tal-mekkaniżmi interni ta’ kontroll u l-proċessi tal-immaniġjar tar-riskju kif previst f’dan l-Artikolu mal-proċessi tal-eżami superviżorju kif previst fl-Artikolu 124 tad-Direttiva 2006/48/KE u l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2009/138/KE. Għal dan il-għan, l-awtorità Bankarja Ewropea u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għandhom joħorġu linji gwida komuni għall-konverġenza tal-prassi superviżorji fir-rigward tal-applikazzjoni tas-superviżjoni supplimentari tal-mekkaniżmi interni ta’ kontroll u l-proċessi tal-immaniġjar tar-riskju kif ipprovdut f’dan l-Artikolu, kif ukoll dwar il-konsistenza mal-proċessi tal-eżami superviżorju kif ipprovdut bl-Artikolu 124 tad-Direttiva 2006/48/KE u l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2009/138/KE. Huma għandhom joħorġu linji gwida komuni u speċifiċi għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għall-parteċipazzjonijiet tal-konglomerat finanzjarju, f’każijiet fejn id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-kumpaniji jxekklu l-applikazzjoni tal-Artikolu 14(2). | 6. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jallinjaw l-applikazzjoni tas-superviżjoni supplimentari tal-mekkaniżmi interni ta’ kontroll u l-proċessi tal-immaniġjar tar-riskju kif previst f’dan l-Artikolu mal-proċessi tal-eżami superviżorju kif previst fl-Artikolu 124 tad-Direttiva 2006/48/KE u l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2009/138/KE. Għal dan il-għan, l-ASE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, joħorġu linji gwida komuni għall-konverġenza tal-prassi superviżorji fir-rigward tal-applikazzjoni tas-superviżjoni supplimentari tal-mekkaniżmi interni ta’ kontroll u l-proċessi tal-immaniġjar tar-riskju kif ipprovdut f’dan l-Artikolu, kif ukoll dwar il-konsistenza mal-proċessi tal-eżami superviżorju kif ipprovdut bl-Artikolu 124 tad-Direttiva 2006/48/KE u l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2009/138/KE. Huma għandhom joħorġu linji gwida komuni u speċifiċi għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għall-parteċipazzjonijiet tal-konglomerat finanzjarju, f’każijiet fejn id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-kumpaniji jxekklu l-applikazzjoni tal-Artikolu 14(2). |
Emenda 47
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 6 a (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 9a a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6a) Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
| “Artikolu 9aa |
| L-ittestjar tal-istress |
| 1. Il-koordinatur għandu jiżgura testijiet tal-istress adgewati u regolari tal-konglomerati finanzjarji. L-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-koordinatur. 2. Fil-kuntest tat-testijiet tal-istress fl-Unjoni kollha mibdijin mill-ASE skont it-termini tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, Regolament (UE) Nru 1094/2010 u Regolament (UE) Nru 1095/2010, il-Kumitat Konġunt għandu, f’koperazzjoni mal-ASE, il-BERS u l-awtoritajiet kompetenti relevanti, jiżviluppa parametri għall-ittestjar tal-istress tal-konglomerati finanzjarji li jikkatturaw ir-riskji speċifiċi assoċjati magħhom. Ir-riżultati tat-test tal-istress għandhom jiġu kkomunikati lill-Kumitat Konġunt, li għandu jippubblikahom fuq il-websajt tiegħu u f’koordinazzjoni mal-koordinatur.” |
Ġustifikazzjoni
Fi-waqt li l-ittestjar tal-istress għandu jsir, huwa r-rwol tas-superviżur domestiku li jiddeċidi jekk stress test hux xieraq, u l-parametri u meta jsir kwantu għal konglomerat finanzjarju. Ma jidhirx li huwa xieraq li jkun obbligatorju test tal-istress ta' kull sena: f'ċerti każijiet test tal-istress aktar regolari jista’ jkun neċessarju, jew il-kontra. Lanqas ma jidher li hu xieraq li l-Kumitat Konġunt għandu jagħtihom hu l-parametri għat-testjar. Il-parametri għandhom iqisu wkoll konsiderazzjonijiet lokali u l-objettivi tas-superviżur domestiku. Ir-rwol tal-Kumitat Konġunt għandu jkun li jkun assigurat li tali test tal-istress iseħħ b’mod konsistenti – fejn ikun xieraq – permezz tal-kondiviżjoni tal-aqwa prattika, u li jkun żgurat li t-testjar tal-istress f’livell Eworpew ta’ konglomerati finanzjarji jkun ikkordinat minn testjar tal-istress fl-Ewropa kollha tal-banek u l-assiguraturi li jistgħu jsiru mill-ABE u l-AEAPX, rispettivament. Barra minn hekk, il-Kumitat Konġunt ma għandux ikollu mandat li jippubblika r-riżultati kollha tat-testijiet tal-istress fil-websajt tiegħu. Il-pubblikazzjoni tar-riżultati għandha tkun kwestjoni ta’ diskrezzjoni eżerċitat skont ma jkun jirrikjedi kull każ, abbażi tal-ħtiġiet u l-kondizzjonijiet tas-suq.
Emenda 48
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 6 b (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 10 – paragrafu 2 - punt b - punt ii u iii
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6b) L-Artikolu 10(2)(b) huwa emendat kif ġej: |
| (a) fil-punt (ii), l-ewwel paragrafu qed jiġi ssostitwit b’dan li ġej: |
| “(ii) fejn aktar minn entità regolata waħda b’uffiċċju prinċipali fl-Unjoni jkollhom bħala impriża prinċipali tagħhom l-istess kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta li tamministra, u waħda minn dawk l-entitajiet tkun ġiet awtorizzata fl-Istat Membru li fih il-kumpanija b’parteċipazzjoni mħallta jkollha l-uffiċċju prinċipali, il-kompitu tal-kordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorità kompetenti tal-entità regolata awtorizzata f’dak l-Istat Membru.” |
| (b) il-punt (iii) huwa sostitwit b’dan li ġej: |
| “(iii) fejn aktar minn entità regolata waħda b’uffiċċju prinċipali fl-Unjoni jkollhom bħala impriża prinċipali tagħhom l-istess kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta li tamministra u ebda waħda minn dawk l-entitajiet ma tkun ġiet awtorizzata fl-Istat Membru li fih il-kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha, il-kompitu ta’ kordinatur għandu jiġi eżerċitat mill-awtorità kompetenti li awtorizzat l-entità regolata bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ fis-settur finanzjarju l-aktar importanti;” |
Emenda 49
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 6 c (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 11 - paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6c) Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej: |
| "3. Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jiġu delegati kompetenzi speċifiċi superviżorji u responsabbiltajiet kif hemm provdut fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-preżenza ta’ kordinatur fdat b’kompiti speċifiċi li jikkonċernaw is-superviżjoni supplementari ta’ entitajiet regolati f’konglomerat finanzjarju m’għandhiex taffettwa l-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti kif hemm provdut fir-regoli settorjali.” |
Emenda 50
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 7
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 11 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Il-koordinatur għandu jistabbilixxi kulleġġ tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti sabiex jiffaċilita l-kooperazzjoni meħtieġa skont din is-sezzjoni u t-twettiq tal-kompiti elenkati fil-paragrafi 1, 2 u 3 u l-Artikolu 12 u soġġett għar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u l-kompatibilità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jiżgura koordinazzjoni u kooperazzjoni xierqa mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti ta’ pajiżi terzi fejn ikun xieraq. | 4. Il-koordinatur għandu jiffaċilita l-kooperazzjoni meħtieġa skont din is-sezzjoni permezz tal-kulleġġ settorjali relevanti tas-superviżuri u t-twettiq tal-kompiti elenkati fil-paragrafi 1, 2 u 3 u l-Artikolu 12 u soġġett għar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u l-kompatibilità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jiżgura koordinazzjoni u kooperazzjoni xierqa mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti ta’ pajiżi terzi fejn ikun xieraq. |
Ġustifikazzjoni
Mhux meħtieġ li jitwaqqfu kulleġġi ġodda biex issir din il-biċċa xogħol. Kwistjoni bħal din tista' tiġi ttrattata mill-kulleġġi settorjali eżistenti. Il-ħolqien ta’ kulleġġi addizzjonali mhux meħtieġ u jista’ jwassal għall-ineffiċjenza fl-informazzjoni u f’temi oħra.
Emenda 51
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 7
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 11 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-istabbiliment u l-funzjonament ta’ dak il-kulleġġ għandu jkun ibbażat fuq arranġament bil-kitba tal-koordinazzjoni skont it-tifsira tal-paragrafu 1. Il-koordinatur għandu jiddeċiedi liema awtorità kompetenti oħra tipparteċipa f’laqgħa jew fi kwalunkwe attività ta’ dak il-kulleġġ. | imħassar |
Emenda 52
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 7
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 11 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. L-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol għandhom joħorġu linji gwida komuni mmirati lejn il-konsistenza tal-arranġamenti tal-koordinazzjoni superviżorja skont l-Artikolu 131a tad-Direttiva 2006/48/KE u l-Artikolu 248(4) tad-Direttiva 2009/138/KE.” | 5. L-ASE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, joħorġu linji gwida komuni mmirati lejn il-konsistenza tal-arranġamenti tal-koordinazzjoni superviżorja skont l-Artikolu 131a tad-Direttiva 2006/48/KE u l-Artikolu 248(4) tad-Direttiva 2009/138/KE.” |
Emenda 53
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 7 a (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 12 b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (7a) Għandu jiżdied l-Artikolu li ġej: |
| "Artikolu 12b |
| Linji gwida Komuni |
| L-ASE għandha, tramite l-Kumitat Konġunt, tiżviluppa linji gwida komuni dwar kif għandhom isiru l-valutazzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju mill-awtorità kompetenti. B'mod partikolari, dawk il- linji gwida għandhom jiżguraw li l-evalwazzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju jinkludu għodod xierqa sabiex, min-naħa waħda jevalwaw ir-riskji tal-grupp għall-konglomerati - inklużi proporzjonijiet ta’ lieva u likwidità - u, min-naħa l-oħra, sabiex jiggarantixxu l-iżvelar sħiħ tal-espożizzjonijiet li jidhru u ma jidhrux fuq il-karti tal-bilanċ tal-konglomerati.” |
Emenda 54
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 7 b (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 18
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (7b) L-Artikolu 18 għandu jiġi emendat kif ġej: |
| (a) it-titolu huwa ssostitwit b’dan li ġej: |
| “Impriżi prinċipali barra l-Unjoni” |
| (b) Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: |
| "3. L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li japplikaw metodi oħra li jassiguraw superviżjoni supplementari adattata tal-entitajiet regolati f’konglomerat finanzjarju. Dawn il-metodi għandhom jiġu miftiehma mill-kordinatur, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet l-oħra rilevanti kompetenti. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu b’mod partikolari jeħtieġu l-istabbiliment ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni, u japplikaw din id-Direttiva għall-entitajiet regolati fil-konglomerat finanzjarju mmexxi minn dik il-kumpanija li tamministra. Il-metodi għandhom jilħqu l-objettivi ta’ superviżjoni supplementari kif definiti f’din id-Direttiva u għandhom jiġu notifikati lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra involuti u lill-Kummissjoni.” |
| (c) il-paragrafu li ġej huwa miżjud: |
| “3a. L-ASE tista’, permezz tal-Kumitat Konġunt, tiżviluppa linji gwida ġenerali dwar jekk l-arranġamenti ta' superviżjoni supplementari ta' awtoritajiet kompetenti f'pajjiżi terzi x'aktarx li jilħqu l-għanijiet tas-superviżjoni supplementari kif definiti f'din id-Direttiva, fir-rigward tal-korpi regolati f'konglomerat finanzjarju, li l-kap tiegħu jkollu l-uffiċċju prinċipali tiegħu f'pajjiż terz. Il-Kumitat Konġunt għandu jeżamina, b’intervalli regolari, dawn il-linji gwida u għandu jqis kwalunkwe tibdiliet fis-superviżjoni supplementari mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.” |
Emenda 55
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 8
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 19 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri pprovduti fl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha, bil-għajnuna tal-Kumitat Bankarju Ewropew, il-Kumitat Ewropew tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Kumitat tal-Konglomerati Finanzjarji, teżamina l-eżitu tan-negozjati msemmija fil-paragrafu 1 u s-sitwazzjoni li tirriżulta.” | imħassar |
Emenda 56
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 9
Direttiva 2002/87/KE
Kapitolu III - Titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
"SETGĦAT MOGĦTIJA LILL-KUMMISSJONI, PROĊEDURA TA' KUMITAT U ADOZZJONI TA' LINJI GWIDA KOMUNI" | ATTI DELEGATI U MIŻURI TA’ IMPLIMENTAZZJONI |
Emenda 57
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 9 a (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 20
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (9a) L-Artikolu 20 huwa ssostitwit b’dan li ġej: |
| “Artikolu 20 |
| Delega ta' setgħa |
| 1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 21c, miżuri rigward l-adattamenti li għandhom isiru għal din id-Direttiva fl-oqsma li ġejjin: |
| (a) formulazzjoni iktar preċiża tad-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva; |
| [...] |
| (b) l-allinjament tat-terminoloġija u l-formulazzjoni tad-definizzjonijiet fid-Direttiva b’mod li jkun konformi ma’ atti sussegwenti tal-Unjoni dwar entitajiet regolati u kwistjonijiet relatati; |
| (c) definizzjoni iktar preċiża tal-metodi ta’ kalkolu stabbiliti fl-Anness I sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji u fit-tekniċi prudenzjali. |
| [...] |
| Dawk il-miżuri ma għandhomx jinkludu s-suġġett tas-setgħat iddelegati u mogħtija lill-Kummissjoni fir-rigward tal-punti elenkati fl-Artikolu 21a.” |
Emenda 58
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 9 b (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 20 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (9b) Għandu jiżdied l-Artikolu 21b li ġej: |
| "Artikolu 20a |
| Standards tekniċi regolatorji |
| 1. Għall-finijiet li tkun żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti tal-Artikoli 2, 7 u 8 u l-Anness II, l-ASE għandha, tramite l-Kumitat Konġunt, tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji tekniċi ħalli jkun hemm formulazzjoni aktar preċiża tad-definizzjonijiet li għalihom hemm riferiment fl-Artikolu 2 u ħalli jkunu kkordinati d-dispożizzjonijiet adottati skont it-termini tal-Artikoli 7 u 8 u tal-Anness II. |
| 2. Il-Kumitat Konġunt għandu jissottometti dawk l-istandards regolatorji tekniċi lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2013 f’isem l-ABE, l-AEAPX u l-AETS. |
| 3. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji msemmi fil-paragrafu 1 skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010.” |
Emenda 59
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 9 c (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 21
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (9c) Fl-Artikolu 21, il-paragrafi minn 2 sa 5 jitħassru. |
Emenda 60
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 9 d (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 21a – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (9d) Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 21a(1), għandu jiżdied il-punt li ġej: |
| "(ca) L-Artikolu 6(2) sabiex ikun żgurat format uniformi (bl-istruzzjonijiet), il-frekwenza u, fejn ikun xieraq, id-dati għar-rappurtar." |
Emenda 61
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 9 e (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 21a – paragrafu 2 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (9e) Fl-Artikolu 21a, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: |
| “2a. Mill-[1 ta’ Jannar 2013], l-Istati Membri għandhom jirrikjedu strateġija uniformi, frekwenza u dati għar-rappurtar tal-kalkoli msemmija f'dan l-Artikolu, skont l-istandards tekniċi stabbiliti fl-Artikolu 21a (1)(ca)." |
Ġustifikazzjoni
Bl-istess mod skont id-Direttiva Bankarja, ir-rappurtar tar-rekwiżiti tal-adegwatezza tal-kapital ikkalkulat skont id-Direttiva 2002/87/KE għandu jsegwi formati, frekwenzi u dati ta’ rappurtar armonizzati. Din l-emenda hija marbuta mal-emenda 6.
Emenda 62
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 10
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 21b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol għandhom joħorġu l-linji gwida komuni msemmija fl-Artikolu 3(3), l-Artikolu 7(5), l-Artikolu 8(5), l-Artikolu 9(6) u l-Artikolu 11(5) skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru ../.. li jistabbilixxi l-Awtorità Bankarja Ewropea u fl-Artikoli 42 tar-Regolament (UE) Nru ../.. li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u wara kooperazzjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. | L-ASE għandhom, tramite l-Kumitat Konġunt, joħorġu l-linji gwida komuni msemmija fl-Artikolu 3(8), l-Artikolu 7(5), l-Artikolu 8(5), l-Artikolu 9(6), l-Artikolu 11(5) u l-Artikolu 18(3a) skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 56 ta’ kull wieħed minn dawn li ġejjin: Regolament (UE) Nru 1093/2010, Regolament (UE) Nru 1094/2010, u Regolament (UE) Nru 1095/2010, wara kooperazzjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt, li jistabbilixxu l-Awtorità Bankarja Ewropea, u fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru ../.. |
Emenda 63
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 10 a (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 21 c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10a) Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
| “Artikolu 21c |
| Eżerċizzju tad-delega |
| 1. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni skont il-kondizzjonijiet preskritti f’dan l-Artikolu. |
| 2. Il-poter li jiġu adottati l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 20 għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ erba’ snin minn ….*. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tas-setgħat delegati mill-inqas sitt xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' erba’ snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perijodi ta' żmien identiċi, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu. |
| 3. Id-delega tal-poter imsemmija fl-Artikolu 20 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tieħu effett fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Din m'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att iddelegat li huwa diġà fis-seħħ. |
| 4. Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
| 5. Kull att delegat adottat konformement mal-Artikolu 20 jidħol fis-seħħ biss jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jkunx għarraf l-oppożizzjoni tiegħu fi żmien tliet xhur li jiddekorru min-notifika tal-imsemmi att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jagħlaq dan iż-żmien, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill informaw it-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex biħsiebhom jopponu. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur. " |
| _____ * ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. |
Emenda 64
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 2 – punt 11 a (ġdid)
Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 30 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (11a) Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
| “Artikolu 30a |
| Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi |
| Sakemm ikun hemm aktar koordinazzjoni tar-regoli settorjali, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-inklużjoni ta’ maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi: |
| (a) fl-ambitu tas-superviżjoni konsolidata tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tal-kumpaniji tal-investiment u/jew fl-ambitu tas-superviżjoni supplimentari tal-impriżi tal-assigurazzjoni fi ħdan grupp tal-assigurazzjoni; |
| (b) fejn il-grupp ikun konglomerat finanzjarju, fl-ambitu tas-superviżjoni supplementari skont it-tifsira ta’ din id-Direttiva; kif ukoll |
| (c) fil-proċess tal-identifikazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2). |
| Għall-applikazzjoni tal-ewwel paragrafu, l-Istati Membri għandhom jipprovdu, jew jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom is-setgħa li jiddeċiedu, skont liema regoli settorjali (settur bankarju, settur tal-assigurazzjoni jew settur tas-servizzi ta’ investiment) li l-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi għandhom jiġu inklużi fis-superviżjoni konsolidata u/jew supplementari msemmija fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu. Għal skopijiet ta’ din id-dispożizzjoni, ir-regoli settorjali rilevanti li jirrigwardaw il-forma u l-livell tal-inklużjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għall-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi. Għall-għanijiet tas-superviżjoni supplementari msemmija fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu, il-maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi għandu jiġi ttrattat bħala parti mis-settur li fih ikun inkluż bis-saħħa tal-punt (a) tal-ewwel paragrafu. |
| Fejn maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi jkun parti minn konglomerat finanzjarju, kull referenza għall-idea ta’ entità regolata u kull referenza għall-idea ta’ awtoritajiet kompetenti u awtoritajiet kompetenti rilevanti għandha għalhekk, għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, tiftiehem bħala li tinkludi, rispettivament, maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi. Dan japplika mutatis mutandis fir-rigward tal-gruppi msemmija fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu.” |
Emenda 65
Proposta għal direttiva - att li jemenda
Artikolu 3 – punt -1 (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 1 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (-1) L-Artikolu 1(2) huwa ssostitwit b’dan li ġej: |
| "2. L-Artikolu 39 u t-Titolu V, Kapitolu 4, Sezzjoni 1 għandhom japplikaw għall-kumpaniji b’parteċipazzjoni finanzjarja, għall-kumpaniji b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta, u għall-kumpaniji b’parteċipazzjoni ta’ attività mħallta li għandhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom fl-Unjoni.” |
Emenda 66
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 – punt -1 (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 4 – punti 14 sa 17
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (-1) Fl-Artikolu 4, il-punti (14) sa (17) huma ssostitwiti b’dan li ġej: |
| "(14) ‘istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali fi Stat Membru’ tfisser istituzzjoni ta’ kreditu li għandha istituzzjoni ta’ kreditu jew istituzzjoni finanzjarja bħala sussidjarja jew li għandha parteċipazzjoni f’tali istituzzjoni, u li mhix fiha nfisha sussidjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu oħra awtorizzata fl-istess Stat Membru, jew ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja jew kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta stabbilita fl-istess Stat Membru; |
| (15) ‘kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali fi Stat Membru’ tfisser kumpanija b’parteċipazzjoni li mhix fiha nfisha sussidjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fl-istess Stat Membru, jew ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja jew kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta stabbilita fl-istess Stat Membru; |
| (15a) ‘kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru’ tfisser kumpanija b’parteċipazzjoni mħallta li mhix fiha nfisha sussidjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fl-istess Stat Membru, jew ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja jew kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta stabbilita fl-istess Stat Membru; |
| (16) ‘istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali mill-UE’ tfisser istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali fi Stat Membru li mhix sussidjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu oħra awtorizzata fi kwalunkwe Stat Membru, jew ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja jew kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta stabbilita fi kwalunkwe Stat Membru; |
| (17) ‘kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali mill-UE’ tfisser kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali fi Stat Membru li mhix sussidjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fi kwalunkwe Stat Membru jew ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja jew kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta oħra stabbilita fi kwalunkwe Stat Membru; |
| (17a) ‘kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta prinċipali mill-UE’ tfisser kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru li mhix sussidjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fi kwalunkwe Stat Membru jew ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja jew kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta oħra stabbilita fi kwalunkwe Stat Membru; |
Emenda 67
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 1 a (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 4 – punt 49 b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) Il-punt (49) li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 4: | (1) Il-punti li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-Artikolu 4: |
“(49) 'kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta' tfisser kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta kif definita fl-Artikolu 2(15) tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju1;” | “(49) 'kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta' tfisser kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta kif definita fl-Artikolu 2(15) tad-Direttiva 2002/87/KE; |
| (49a) ‘maniġer ta’ fond ta’ investiment alternattiv’ tfisser maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattiv skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(c) tad-Direttiva 2011/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill." |
_____ 1 ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1. |
|
Ġustifikazzjoni
Tistabbilixxi definizzjoni ta' AIFM biex tippermetti l-introduzzjoni ta’ Regola Volker għall-banek.
Emenda 68
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 1 b (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 14
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (1b) L-Artikolu 14 huwa ssostitwit b’dan li ġej: |
| "Artikolu 14 |
| Kull awtorizzazzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-ABE. L-isem ta' kull istituzzjoni tal-kreditu li ngħatatilha awtorizzazzjoni għandu jiddaħħal f’bażi ta’ data, kif għandha tiddaħħal ukoll l-istruttura legali u operattiva ta’ dik l-istituzzjoni, inklużi l-entitajiet legali kollha stabbiliti minn dik l-istituzzjoni. L-ABE għandha tippubblika u żżomm aġġornata dik il-bażi ta’ data fuq il-websajt tagħha." |
Ġustifikazzjoni
Tiżgura li l-emenda (31) tar-Rapporteur, li teħtieġ li l-Kumitat Konġunt jittraċċja l-istruttura legali u operattiva ta’ kull konglomerat, tkun ripetuta għall-banek permezz tal-ABE.
Emenda 69
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 1 c (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (1c) Fl-Artikolu 39(1), il-punt (b) huwa ssostitwit b’dan li ġej: |
| “(b) l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jinsabu f’pajjiżi terzi li l-impriżi prinċipali tagħhom, kemm jekk huma istituzzjonijiet ta’ kreditu, kumpaniji b’parteċipazzjoni finanzjarja jew kumpaniji b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta, għandhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom fl-Unjoni.” |
Emenda 70
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 1 d (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 39 – paragrafu 2 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (1d) Fl-Artikolu 39(2), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej: |
| "(a) li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri huma kapaċi jiksbu l-informazzjoni meħtieġa għas-superviżjoni, abbażi tas-sitwazzjonijiet finanzjarji konsolidati tagħhom, tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, tal-kumpaniji b’parteċipazzjoni finanzjarja jew tal-kumpaniji b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta li jinsabu fl-Unjoni u li għandhom bħala sussidjarji istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji li jinsabu barra mill-Unjoni, jew li għandhom parteċipazzjoni f’tali istituzzjonijiet; kif ukoll”. |
Emenda 71
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 1 e (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 69 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (1e) Fl-Artikolu 69, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej: |
| “2. L-Istati Membri jistgħu jeżerċitaw l-għażla prevista fil-paragrafu 1 fejn l-impriża prinċipali hija kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja jew kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta stabbilita fl-istess Stat Membru bħall-istituzzjoni ta’ kreditu, sakemm tkun soġġetta għall-istess superviżjoni bħal dik eżerċitata fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, u b’mod partikolari għall-istandards stabbiliti fl-Artikolu 71(1).” |
Emenda 72
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 3 a (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 72 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3a) Għandu jiżdied l-Artikolu li ġej: |
| "Artikolu 72a |
| 1. Fejn kumpaniji b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta tkun suġġetta għal dispożizzjonijiet ekwivalenti skont din id-Direttiva u skont id-Direttiva 2002/87/KE, b'mod partikolari f'termini ta' rekwiżiti ta’ adegwatezza tal-kapital ikkonsolidat u ta’ superviżjoni bbażata fuq ir-riskju, l-awtorità kompetenti responsabbli għall-eżerċizzju ta’ superviżjoni fuq bażi konsolidata tista’ wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji, tapplika biss id-dispożizzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE lil dik il-kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta. |
| 2. Fejn kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta tkun soġġetta għal dispożizzjonijiet ekwivalenti skont din id-Direttiva u skont id-Direttiva 2009/138/KE, b'mod partikolari f'termini ta' rekwiżiti ta’ adegwatezza tal-kapital ikkonsolidat jew ta’ superviżjoni bbażata fuq ir-riskju, l-awtorità kompetenti għall-eżerċizzju tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata tista', bi ftehim mal-superviżur tal-grupp fil-qasam tal-assigurazzjoni, tapplika għal dik il-kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta biss id-dispożizzjoni tad-Direttiva marbuta mal-aktar settur finanzjarju sinifikanti kif definit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2002/87/KE. |
| 3. Is-superviżur għall-konsolidazzjoni għandu jinforma lill-ABE u lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1 (AEAPX) bid-deċiżjonijiet meħuda taħt il-paragrafi 1 u 2. L-ABE, l-AEAPX u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill3 (AETS), permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom jiżviluppaw linji gwida bl-għan tal-konverġenza tal-prattiki superviżorji u għandhom jiżviluppaw, fi żmien tliet snin mill-adozzjoni tal-linji gwida, abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji. |
| Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010. |
| _________ 1 ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12. 2 ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48. 3 ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84." |
Emenda 73
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 3 b (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 73 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3b) Fl-Artikolu 73, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej: |
| “2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu sussidjarji japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 75, 120 u 123 u s-Sezzjoni 5 ta’ din id-Direttiva fuq bażi subkonsolidata jekk dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, jew l-impriża prinċipali fejn hija kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja jew kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta, għandhom istituzzjoni ta’ kreditu jew istituzzjoni finanzjarja jew kumpanija tal-immaniġġjar tal-assi kif definit fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2002/87/KE bħala sussidjarja f’pajjiż terz, jew għandhom parteċipazzjoni f’tali impriża.” |
Emenda 74
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 3 c (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 80 – paragrafu 7 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3c) Fl-Artikolu 80(7), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej: |
| “(a) il-kontroparti hija istituzzjoni jew kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja, kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta, istituzzjoni finanzjarja, kumpanija tal-immaniġġjar tal-assi jew impriża ta’ servizzi anċillari soġġetta għal rekwiżiti prudenzjali adegwati;” |
Emenda 75
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 3 d (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 84 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3d) Fl-Artikolu 84(2),it-tieni subparagrafu għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej: |
| “Fejn istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali mill-UE u s-sussidjarji tagħha jew kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali mill-UE u s-sussidjarji tagħha jew kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali mħallta mill-UE u s-sussidjarji tagħha jużaw l-Approċċ IRB fuq bażi unifikata, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li r-rekwiżiti minimi fl-Anness VII, il-Parti 4, jintlaħqu mill-kumpanija prinċipali u s-sussidjarji tagħha kkunsidrati flimkien.” |
Emenda 76
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 4 a (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 89 – paragrafu 1 – punt e
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4a) Fl-Artikolu 89(1), il-punt (e) għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej: |
| "(e) għall-iskoperturi ta’ istituzzjoni ta’ kreditu għal kontroparti li hija l-impriża prinċipali tagħha, is-sussidjarja tagħha jew sussidjarja tal-impriża prinċipali tagħha sakemm il-kontroparti hija istituzzjoni jew kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja, kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta, istituzzjoni finanzjarja, kumpanija tal-immaniġġjar tal-assi jew impriża ta’ servizzi anċillari soġġetta għal rekwiżiti adegwati prudenzjali jew impriża marbuta b’relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE u għall-iskoperturi bejn istituzzjonijiet ta’ kreditu li jilħqu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 80(8);”; |
Emenda 77
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 5
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 105 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Meta Approċċ ta’ Kejl Avanzat ikun maħsub sabiex jintuża minn istituzzjoni prinċipali tal-kreditu mill-UE u s-sussidjarji tagħha jew mis-sussidjarji ta’ kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mill-UE jew kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni mħallta mill-UE, l-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet legali differenti għandhom jikkooperaw mill-qrib kif ipprovdut fl-Artikoli 129 sa 132. L-applikazzjoni għandha tinkludi l-elementi elenkati fl-Anness X, il-Parti 3. | 3. Meta Approċċ ta’ Kejl Avanzat ikun maħsub sabiex jintuża minn istituzzjoni prinċipali tal-kreditu mill-UE u s-sussidjarji tagħha, kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mill-UE u s-sussidjarji tagħha jew kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni mħallta mill-UE u s-sussidjarji tagħha, l-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet legali differenti għandhom jikkooperaw mill-qrib kif ipprovdut fl-Artikoli 129 sa 132. L-applikazzjoni għandha tinkludi l-elementi elenkati fl-Anness X, il-Parti 3. |
Emenda 78
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 5
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 105 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Fejn istituzzjoni prinċipali tal-kreditu mill-UE u s-sussidjarji tagħha jew is-sussidjarji ta’ kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mill-UE jew kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta mill-UE jużaw Approċċ ta’ Kejl Avanzat fuq bażi unifikata, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li l-kriterji ta’ kwalifika stipulati fl-Anness X, il-Parti 3 jintlaħqu mill-kumpanija prinċipali u s-sussidjarji tagħha kkunsidrati flimkien. | 4. Fejn istituzzjoni prinċipali tal-kreditu mill-UE u s-sussidjarji tagħha, kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mill-UE u s-sussidjarji tagħha jew kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta mill-UE u s-sussidjarji tagħha jużaw Approċċ ta’ Kejl Avanzat fuq bażi unifikata, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li l-kriterji ta’ kwalifika stipulati fl-Anness X, il-Parti 3 jintlaħqu mill-kumpanija prinċipali u s-sussidjarji tagħha kkunsidrati flimkien. |
Emenda 79
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 5 a (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 122a – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (5a) Fl-Artikolu 122a, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej: |
| “2. Fejn istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali tal-UE, jew kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali mill-UE jew kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali mħallta, jew xi waħda mis-sussidjarji tagħha, bħala oriġinatur jew finanzjatur, tittitolizza skoperturi minn diversi istituzzjonijiet ta’ kreditu, ditti tal-investiment jew isitituzzjonijiet finanzjarji oħra li huma inklużi fl-ambitu tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata, ir-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jiġi sodisfat abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali mill-UE, tal-kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali mill-UE jew tal-kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali mħallta mill-UE relatata. Dan il-paragrafu għandu japplika biss fejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-ditti tal-investiment jew l-istituzzjonijiet finanzjarji li ħolqu l-espożizzjonijiet titolizzati impenjaw ruħhom li jaderixxu mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6 u jipprovdu, f’waqtu, l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu sodisfati r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 7 lill-oriġinatur jew il-finanzjatur u, lill-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali mill-UE, lill-kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali mill-UE jew lill-kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali mħallta mill-UE.” |
Emenda 80
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 6
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 125 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Fejn il-kumpanija prinċipali ta’ istituzzjoni tal-kreditu tkun kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja fi Stat Membru jew kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mill-UE jew kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta mill-UE, l-awtoritajiet kompetenti li awtorizzaw dik l-istituzzjoni tal-kreditu skont l-Artikolu 6 għandhom jeżerċitaw is-superviżjoni fuq bażi konsolidata. | 2. Fejn il-kumpanija prinċipali ta’ istituzzjoni tal-kreditu tkun kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja fi Stat Membru, kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali mħallta fi Stat Membru, kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mill-UE jew kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta mill-UE, l-awtoritajiet kompetenti li awtorizzaw dik l-istituzzjoni tal-kreditu skont l-Artikolu 6 għandhom jeżerċitaw is-superviżjoni fuq bażi konsolidata. |
Emenda 81
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 7
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 126 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Meta istituzzjonijiet tal-kreditu awtorizzati f’żewġ Stati Membri jew aktar ikollhom bħala l-kumpanija prinċipali tagħhom l-istess kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja fi Stat Membru jew l-istess kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mill-UE jew l-istess kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandha tiġi eżerċitata mill-awtoritajiet kompetenti tal-istituzzjoni tal-kreditu awtorizzata fl-Istat Membru li fih tkun twaqqfet il-kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja jew il-kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta. | 1. Meta istituzzjonijiet tal-kreditu awtorizzati f’żewġ Stati Membri jew aktar ikollhom bħala l-kumpanija prinċipali tagħhom l-istess kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja fi Stat Membru, l-istess kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali mħallta fi Stat Membru, l-istess kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mill-UE jew l-istess kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali mħallta mill-UE, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandha tiġi eżerċitata mill-awtoritajiet kompetenti tal-istituzzjoni tal-kreditu awtorizzata fl-Istat Membru li fih tkun twaqqfet il-kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja jew il-kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta. |
Meta l-kumpaniji prinċipali ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu awtorizzati f’żewġ Stati Membri jew aktar ikunu jinkludu iżjed minn kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja waħda bl-uffiċċji prinċipali fi Stati Membri differenti u jkun hemm istituzzjoni tal-kreditu f’kull wieħed minn dawn l-Istati Membri, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandha tiġi eżerċitata mill-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni ta’ kreditu bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ. | Meta l-kumpaniji prinċipali ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu awtorizzati f’żewġ Stati Membri jew aktar ikunu jinkludu iżjed minn kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja waħda jew kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta waħda bl-uffiċċji prinċipali fi Stati Membri differenti u jkun hemm istituzzjoni tal-kreditu f’kull wieħed minn dawn l-Istati Membri, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandha tiġi eżerċitata mill-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni ta’ kreditu bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ. |
Emenda 82
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 8 – punt a
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 127 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw kwalunkwe miżura neċessarja, fejn ikun xieraq, sabiex jinkludu l-kumpaniji b'parteċipazzjoni finanzjarja jew il-kumpaniji b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta fis-superviżjoni konsolidata. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 135, il-konsolidament tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja jew tal-kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta ma għandu bl-ebda mod jimplika li l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa li jkollhom rwol superviżorju fir-rigward tal-kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja fuq bażi individwali. | 1. L-Istati Membri għandhom jadottaw kwalunkwe miżura neċessarja, fejn ikun xieraq, sabiex jinkludu l-kumpaniji b'parteċipazzjoni finanzjarja jew il-kumpaniji b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta fis-superviżjoni konsolidata. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 135, il-konsolidament tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja jew tal-kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta ma għandu bl-ebda mod jimplika li l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa li jkollhom rwol superviżorju fir-rigward tal-kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja jew tal-kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta fuq bażi individwali. |
Emenda 83
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 8 – punt b
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 127 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom responsabbli għall-eżerċizzju tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata jistgħu jitolbu lis-sussidjarji ta’ istituzzjoni tal-kreditu jew kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja jew kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta, li ma jkunux inklużi fl-ambitu tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata, għall-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 137. F’każ bħal dan, għandhom japplikaw il-proċeduri għat-trażmissjoni u l-verifika tal-informazzjoni stipulati f’dak l-Artikolu. | 3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom responsabbli għall-eżerċizzju tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata jistgħu jitolbu lis-sussidjarji ta’ istituzzjoni tal-kreditu, kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja jew kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta, li ma jkunux inklużi fl-ambitu tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata, għall-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 137. F’każ bħal dan, għandhom japplikaw il-proċeduri għat-trażmissjoni u l-verifika tal-informazzjoni stipulati f’dak l-Artikolu. |
Emenda 84
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 10 a (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 129 – paragrafu 3 – subparagrafi 1, 5 u 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10a) Fl-Artikolu 129, il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej: |
| (a) l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej: |
| “3. Is-superviżur għall-konsolidazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta’ istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali mill-UE, ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali mill-UE jew ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali mħallta mill-UE għandhom jagħmlu dak kollu fis-setgħa tagħhom biex jaslu għal deċiżjoni konġunta dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 123 u 124 biex tiġi ddeterminata l-adegwatezza tal-livell konsolidat tal-fondi proprji miżmuma mill-grupp fir-rigward tas-sitwazzjoni finanzjarja u l-profil tar-riskju tiegħu u l-livell ta’ fondi proprji għall-applikazzjoni tal-Artikolu 136(2) għal kull entità fil-grupp bankarju u fuq bażi konsolidata.” |
| (b) il-ħames subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej: |
| “Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 123 u 124 u tal-Artikolu 136(2) għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti rispettivi responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta’ istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali mill-UE, ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali mill-UE jew ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali mħallta mill-UE fuq bażi individwali jew fuq bażi subkonsolidata wara li jitqiesu debitament il-fehmiet u r-riżervi espressi mis-superviżur għall-konsolidazzjoni. Jekk fit-tmiem tal-perjodu ta’ erba’ xhur, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati rreferiet il-kwistjoni lill-ABE f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddiferixxu d-deċiżjoni tagħhom u jistennew kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu f’konformità mal-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu f’konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-perjodu ta’ erba’ xhur għandu jitqies bħala l-perjodu ta’ konċiljazzjoni fit-tifsira ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi rreferita lill-ABE wara li jgħaddi l-perjodu ta’ erba’ xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.” |
| (c) id-disa' subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej: |
| “Id-deċiżjoni konġunta msemmija fl-ewwel subparagrafu u kwalunkwe deċiżjoni meħuda fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta skont ir-raba’ u l-ħames subparagrafi, għandhom jiġu aġġornati fuq bażi annwali jew, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ sussidjarji ta’ istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali mill-UE, kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali mill-UE jew kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta prinċipali mill-UE tagħmel talba bil-miktub u bir-raġunijiet kollha lis-superviżur għall-konsolidazzjoni biex jaġġorna d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 136(2). F’dan l-aħħar każ, l-aġġornament jista’ jiġi ttrattat fuq bażi bilaterali bejn is-superviżur għall-konsolidazzjoni u l-awtorità kompetenti li tagħmel it-talba.” |
Emenda 85
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 10 b (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 131a – paragrafu 2 – subparagrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10b) Fl-Artikolu 131a(2), it-tielet subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej: |
| “L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ sussidjarji ta’ istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali mill-UE, ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali mill-UE jew ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali mħallta mill-UE u l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiż ospitanti fejn huma stabbiliti fergħat sinifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 42a, banek ċentrali kif adatt, u awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi fejn adatt u soġġett għar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità li huma ekwivalenti, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti kollha, għar-rekwiżiti skont il-Kapitolu 1 Sezzjoni 2, jistgħu jipparteċipaw fil-kulleġġi tas-superviżuri.” |
Emenda 86
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 10 c (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 132 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10c) Fl-Artikolu 132(1), it-tielet subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej: |
| “B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni konsolidata ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu prinċipali mill-UE u ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu kkontrollati minn kumpaniji b’parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali mill-UE jew minn kumpaniji prinċipali b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta mill-UE għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha rilevanti lill-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra li jissorveljaw is-sussidjarji ta’ dawn il-kumpaniji prinċipali. Biex jiġi determinat il-livell ta’ rilevanza tal-informazzjoni, għandu jittieħed kont tal-importanza ta’ dawn is-sussidjarji fis-sistema finanzjarja f’dawk l-Istati Membri.” |
Emenda 87
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 10 d (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 135
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10d) L-Artikolu 135 huwa ssostitwit b’dan li ġej: |
| “Artikolu 135 |
| L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li persuni li effettivament jidderieġu n-negozju ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja jew kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta jkunu ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed u jkollhom esperjenza biżżejjed biex iwettqu dawk id-dmirijiet.” |
Emenda 88
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 10 e (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 139 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10e) Fl-Artikolu 139(3), l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej: |
| “3. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-iskambju bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, bil-ftehim li, fil-każ ta’ kumpaniji b’parteċipazzjoni finanzjarja, ta’ kumpaniji b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta, ta’ istituzzjonijiet finanzjarji jew ta’ impriżi ta’ servizzi anċillari, il-ġbir jew il-pussess tal-informazzjoni ma għandu bl-ebda mod jimplika li jeħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom rwol ta’ superviżjoni fir-rigward ta’ dawk l-istituzzjonijiet jew l-impriżi li jinnegozjaw għal rashom.” |
Emenda 89
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 10 f (ġdid)
Direttiva 2006/48/KE
Artikolu 140 – paragrafi 1 u 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10f) L-Artikolu 140 huwa emendat kif ġej: |
| (a) Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: |
| “1. Fejn istituzzjoni ta’ kreditu, kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja, kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta jew kumpanija b’parteċipazzjoni ta’ attività mħallta tikkontrolla sussidjarja waħda jew aktar li jkunu kumpaniji tal-assigurazzjoni jew impriżi oħra li jipprovdu servizzi ta’ investiment soġġetti għal awtorizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet bil-kompitu pubbliku ta’ superviżjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew ta’ dawk l-intrapriżi l-oħra li jipprovdu servizzi ta’ investiment għandhom jikkooperaw mill-qrib. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, dawk l-awtoritajiet għandhom jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni li probabbilment tissimplifika l-kompitu tagħhom u li tippermetti s-superviżjoni tal-attività u tas-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tal-impriżi li jkunu qed jagħmlu s-superviżjoni tagħhom.” |
| (b) Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: |
| “3. L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandhom jistabbilixxu listi tal-kumpaniji b’parteċipazzjoni finanzjarja jew kumpaniji b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta msemmija fl-Artikolu 71(2). Dawk il-listi għandhom ikunu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra, lill-ABE u lill-Kummissjoni.” |
Emenda 90
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 12 a (ġdid)
Direttiva 98/78/KE
Artikolu 143 – paragrafu 3 – subparagrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (12a) Fl-Artikolu 143(3), it-tielet subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej: |
| “L-awtoritajiet kompetenti jistgħu b’mod partikolari jirrikjedu li kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja jew kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta tistabbilixxi l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni, u japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar is-superviżjoni konsolidata għall-pożizzjoni konsolidata ta’ dik il-kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja jew kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta.” |
Emenda 91
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 a – titolu u parti introduttorja (ġodda)
Direttiva 2009/138/KE
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 3a |
| Emendi fid-Direttiva 2009/138/KE |
| Id-Direttiva 2009/138/KE għandha tiġi emendata kif ġej: |
Emenda 92
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 a – punt 1 (ġdid)
Direttiva 2009/138/KE
Artikolu 25 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (1) Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
| “Artikolu 25a |
| Notifika u pubblikazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet |
| Kull awtorizzazzjoni għandha tkun innotifikata lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1 (AEAPX). L-isem ta' kull impriża tal-assigurazzjoni li ngħatatilha awtorizzazzjoni għandu jiddaħħal f’bażi ta’ data, kif għandha tiddaħħal ukoll l-istruttura ġuridika u operattiva ta’ dik l-impriża, inklużi l-entitajiet legali kollha stabbiliti minn dik l-impriża . L-AEAPX għandha tippubblika u żżomm aġġornata dik il-lista fuq il-websajt tagħha. |
| _____________ 1. ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48." |
Ġustifikazzjoni
Tiżgura li l-emenda (31) tar-Rapporteur li teħtieġ li l-Kumitat Konġunt jittraċċja l-istruttura legali u operattiva ta’ kull konglomerat tkun ripetuta għall-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni mill-AEAPX.
Emenda 93
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 a – punt 2 (ġdid)
Direttiva 2009/138/KE
Artikolu 212 – paragrafu 1 – punti f u g
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2) Fl-Artikolu 212(1), il-punti (f) u (g) għandhom jiġu ssostitwiti b'dan li ġej: |
| "(f) “kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni” tfisser impriża prinċipali li mhix kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta [...] u li n-negozju prinċipali tagħha huwa li tikseb u żżomm parteċipazzjonijiet f’impriżi sussidjarji, fejn dawk l-impriżi sussidjarji huma esklussivament jew prinċipalment impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, jew impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni minn pajjiżi terzi, li mill-inqas waħda minn tali impriżi sussidjarji tkun impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni. |
| (g) “kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni b’attività mħallta” tfisser impriża prinċipali, minbarra impriża tal-assigurazzjoni, impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż terz, impriża tar-riassigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz, kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta [...], li tinkludi mill-anqas impriża waħda tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fost l-impriżi sussidjarji tagħha. |
| (ga) “kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta” tfisser kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta kif definit fl-Artikolu 2(15) tad-Direttiva 2002/87/KE.” |
Emenda 94
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 a – punt 3 (ġdid)
Direttiva 2009/138/KE
Artikolu 213 – paragrafi 2 u 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3) Fl-Artikolu 213, il-paragrafi 2 u 3 huma ssostitwiti b’dan li ġej: |
| "2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżjoni fil-livell tal-grupp tapplika kif ġej: |
| (a) għal impriżi tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni, li jkunu impriża parteċipanti f’tal-anqas impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni, impriża tal-assigurazzjoni ta’ pajjiż terz jew impriża tar-riassigurazzjoni ta’ pajjiż terz waħda, skont l-Artikoli 218 sa 258; |
| (b) għal impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, li l-impriża prinċipali tagħhom hija kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni, f’konformità mal-Artikoli 218 sa 258; |
| (c) għal impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, li l-impriża prinċipali tagħhom hija kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha barra mill-Unjoni jew impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz, f’konformità mal-Artikoli 260 sa 263; |
| (d) għal impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, li l-impriża prinċipali tagħhom hija kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni b’attività mħallta, f’konformità mal-Artikolu 265. |
| 3. Fil-każijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2, meta l-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew il-kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni hija jew impriża relatata ta’, jew hija fiha nfisha entità regolata jew kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta li tkun soġġetta għal superviżjoni supplimentari f’konformità mal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2002/87/KE, is-superviżur tal-grupp jista’, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati, jiddeċiedi li ma jwettaqx, fil-livell ta’ dik l-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew ta’ dik il-kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew il-kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta, is-superviżjoni tal-konċentrazzjoni tar-riskju msemmi fl-Artikolu 244 ta’ din id-Direttiva, is-superviżjoni tat-tranżazzjonijiet fost il-grupp imsemmija fl-Artikolu 245 ta’ din id-Direttiva, jew it-tnejn li huma. |
| 3a. Fejn kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta tkun suġġetta għal dispożizzjonijiet ekwivalenti kemm skont din id-Direttiva kif ukoll skont id-Direttiva 2002/87/KE, b'mod partikolari f'termini ta' superviżjoni bbażata fuq ir-riskju, l-awtorità kompetenti responsabbli għall-eżerċizzju ta’ superviżjoni supplementari tista’ wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati, tapplika biss id-dispożizzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE lil dik il-kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta. |
| 3b. Fejn kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta tkun soġġetta għal dispożizzjonijiet ekwivalenti skont din id-Direttiva u skont id-Direttiva 2006/48/KE, b'mod partikolari f'termini ta' rekwiżiti ta’ adegwatezza tal-kapital ikkonsolidat jew ta’ superviżjoni bbażata fuq ir-riskju, l-awtorità kompetenti għall-eżerċizzju tas-superviżjoni supplimentari tista' tiddeċiedi, bi ftehim mas-superviżur tal-konsolidazzjoni fis-settur bankarju u dak tas-servizzi tal-investiment, tapplika id-dispożizzjoni tad-Direttiva marbuta mal-aktar settur sinifikanti kif definit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2002/87/KE. |
| 3c. L-awtorità kompetenti għall-eżerċizzju tas-superviżjoni supplimentari għandha tinforma lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1 (ABE) u lill-AEAPX bid-deċiżjonijiet meħuda skont il-paragrafi 3a u 3b. L-ABE, l-AEAPX u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/20102, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom jiżviluppaw linji gwida bl-għan tal-konverġenza tal-prattiki superviżorji u għandhom jiżviluppaw, fi żmien tliet snin mill-adozzjoni tal-linji gwida, abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji. |
| Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010. |
| _______ 1 ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12. 2 ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.” |
Emenda 95
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 a – punt 4 (ġdid)
Direttiva 2009/138/KE
Artikolu 214 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4) Fl-Artikolu 214, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej: |
| "1. L-eżerċizzju tas-superviżjoni tal-grupp f’konformità mal-Artikolu 213 m’għandux jimplika li jeħtieġ li l-awtoritajiet superviżorji jkollhom rwol ta’ superviżjoni rigward l-impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż terz, l-impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz, il-kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni, il-kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta jew il-kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni b’attività mħallta meħuda individwalment, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 257 sa fejn huma kkonċernati l-kumpanniji holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpaniji b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta.” |
Emenda 96
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 a – punt 5 (ġdid)
Direttiva 2009/138/KE
Artikolu 215 – paragrafi 1 u 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (5) Fl-Artikolu 215, il-paragrafi 1 u 2 huma ssostitwiti b’dan li ġej: |
| "1. Fejn l-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew il-kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew il-kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta msemmija fl-Artikolu 213(2)(a) u (b) hija fiha nfisha impriża sussidjarja ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni oħra jew ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni oħra jew ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta oħra li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni, l-Artikoli 218 sa 258 għandhom japplikaw biss fil-livell tal-impriża prinċipali aħħarija tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, il-kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew il-kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni. |
| 2. Fejn l-impriża prinċipali aħħarija tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew il-kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew il-kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni, imsemmija fil-paragrafu 1, hija impriża sussidjarja ta’ impriża soġġetta għal superviżjoni supplimentari f’konformità mal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2002/87/KE, is-superviżur tal-grupp jista’, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati, jiddeċiedi li ma jwettaqx, fil-livell ta’ dik l-impriża prinċipali aħħarija, is-superviżjoni tal-konċentrazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 244, is-superviżjoni tat-tranżazzjonijiet fost il-grupp imsemmija fl-Artikolu 245, jew it-tnejn li huma.” |
Emenda 97
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 a – punt 6 (ġdid)
Direttiva 2009/138/KE
Artikolu 216 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6) Fl-Artikolu 216, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej: |
| "1. Fejn l-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew il-kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew il-kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni, imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 213(2), ma għandhiex l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-istess Stat Membru tal-impriża prinċipali aħħarija fil-livell tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 215, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet superviżorji tagħhom jiddeċiedu, wara konsultazzjoni mas-superviżur tal-grupp u dik l-impriża prinċipali aħħarija fil-livell tal-Unjoni, li jpoġġu għas-superviżjoni tal-grupp l-impriża prinċipali aħħarija tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, il-kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew il-kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta fil-livell nazzjonali.” |
Emenda 98
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 a – punt 7 (ġdid)
Direttiva 2009/138/KE
Artikolu 219
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (7) L-Artikolu 219 huwa ssostitwit b’dan li ġej: |
| "Artikolu 219 |
| Frekwenza tal-kalkolu |
| 1. Is-superviżur tal-grupp għandu jiżgura li l-kalkoli msemmija fl-Artikolu 218(2) u (3) jitwettqu tal-inqas darba fis-sena, [...] jew mill-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew mill-kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew mill-kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta. |
| Id-data rilevanti għal u r-riżultati ta’ dak il-kalkolu għandhom jiġu ppreżentati lis-superviżur tal-grupp mill-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew, meta l-grupp mhux immexxi minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, mill-kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew mill-kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta jew mill-impriża fil-grupp identifikata mis-superviżur tal-grupp wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati u mal-grupp innifsu. |
| 2. L-impriża tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u l-kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew il-kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta għandhom jimmonitorjaw il-Kapital Rekwiżit għas-Solvibbiltà tal-grupp fuq bażi kontinwa. Fejn il-profil ta’ riskju tal-grupp jiddevja b’mod sinifikanti mis-suppożizzjonijiet li jiffurmaw il-bażi tal-aħħar Kapital Rekwiżit għas-Solvibbiltà rrappurtat tal-grupp, il-Kapital Rekwiżit għas-Solvibbiltà tal-grupp għandu jiġi kkalkulat mill-ġdid mingħajr dewmien u rrappurtat lis-superviżur tal-grupp. |
| Fejn hemm evidenza li tissuġġerixxi li l-profil ta’ riskju tal-grupp inbidel b’mod sinifikanti mid-data li fih il-Kapital Rekwiżit għas-Solvibbiltà tal-grupp ġie rrappurtat l-aħħar, is-superviżur tal-grupp jista’ jeħtieġ li jiġi kkalkulat mill-ġdid il-Kapital Rekwiżit għas-Solvibbiltàtal-grupp.” |
Emenda 99
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 a – punt 8 (ġdid)
Direttiva 2009/138/KE
Artikolu 226
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (8) L-Artikolu 226 huwa ssostitwit b’dan li ġej: |
| "Artikolu 226 |
| Il-kumpaniji b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni intermedji |
| 1. Meta tiġi kkalkulata s-solvibbiltà tal-grupp ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li għandha parteċipazzjoni f’impriża tal-assigurazzjoni relatata, f’impriża tar-riassigurazzjoni relatata, f’impriża tal-assigurazzjoni minn f’pajjiż terz jew f'impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz, permezz ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta, għandu jittieħed kont tas-sitwazzjoni ta’ tali kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta. |
| Għall-iskop uniku ta’ dak il-kalkolu, il-kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni intermedja jew il-kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta intermedja għandha tiġi ttrattata bħallikieku kienet impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni soġġetta għar-regoli stabbiliti fit-Titolu I, Kapitolu VI, Taqsima 4, Subtaqsimiet 1, 2 u 3 fir-rigward tal-Kapital Rekwiżit għas-Solvibbiltà u soġġetta għall-istess kondizzjonijiet stabbiliti fit-Titolu I, Kapitolu VI, Taqsima 3, Subtaqsimiet 1, 2 u 3, fir-rigward tal-fondi proprji eliġibbli għall-Kapital Rekwiżit tas-Solvibbiltà. |
| 2. Fil-każijiet fejn kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni intermedja jew kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta intermedja għandha dejn subordinat jew fondi proprji eliġibbli oħra soġġetti għal limitazzjoni f’konformità mal-Artikolu 98, dawn għandhom jiġu rikonoxxuti bħala fondi proprji eliġibbli sal-ammonti kkalkulati bl-applikazzjoni tal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 98 għall-fondi proprji eliġibbli totali pendenti fuq il-livell ta’ grupp kif imqabbla mal-Kapital Rekwiżit għas-Solvibbiltà fuq il-livell ta’ grupp. |
| Kwalunkwe fondi proprji eliġibbli ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni intermedja jew kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta intermedja, li jkunu jeħtieġu awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità superviżorja f’konformità mal-Artikolu 90 jekk kienu miżmuma minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, jistgħu jiġu inklużi fil-kalkolu tas-solvibbiltà tal-grupp biss sa fejn ikunu ġew debitament awtorizzati mis-superviżur tal-grupp.” |
Emenda 100
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 a – punt 9 (ġdid)
Direttiva 2009/138/KE
Artikolu 231 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (9) Fl-Artikolu 231, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej: |
| “1. Fil-każ ta’ applikazzjoni għall-permess biex jiġi kkalkulat il-Kapital Rekwiżit għas-Solvibbiltà tal-grupp konsolidat, kif ukoll il-Kapital Rekwiżit għas-Solvibbiltà tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fil-grupp, abbażi ta’ mudell intern, imressqa minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u l-impriżi relatati tagħha, jew b’mod konġunt mill-impriżi relatati ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew minn kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta, l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati għandhom jikkooperaw biex tintlaħaq deċiżjoni dwar jekk jagħtux dak il-permess jew le u biex jiġu determinati t-termini u l-kondizzjonijiet, jekk hemm, li għalihom huwa soġġett tali permess.” |
Emenda 101
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 a – punt 10 (ġdid)
Direttiva 2009/138/KE
Artikolu 233 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (10) Fl-Artikolu 233, il-paragrafu 5 huwa ssostitwit b’dan li ġej: |
| "5. Fil-każ ta’ applikazzjoni għall-permess biex jiġi kkalkulat il-Kapital Rekwiżit għas-Solvibbiltà tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fil-grupp abbażi ta’ mudell intern, imressqa minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u l-impriżi relatati tagħha, jew b’mod konġunt mill-impriżi relatati ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta, l-Artikolu 231 għandu japplika mutatis mutandis.” |
Emenda 102
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 a – punt 11 (ġdid)
Direttiva 2009/138/KE
Titolu III – Kapitolu II – Taqsima I – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (11) Fit-Titolu III, Kapitolu II, Taqsima I, it-titolu tas-Subtaqsima 5 hija ssostitwita b’dan li ġej: |
| “Superviżjoni tas-solvibbiltà tal-grupp għal impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li huma s-sussidjarji ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta”. |
Emenda 103
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 a – punt 12 (ġdid)
Direttiva 2009/138/KE
Artikolu 235
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (12) L-Artikolu 235 huwa ssostitwit b’dan li ġej: |
| “Artikolu 235 |
| Solvibbiltà tal-grupp ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta |
| Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni huma s-sussidjarji ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni mħallta, is-superviżur tal-grupp għandu jiżgura li l-kalkolu tas-solvibbiltà tal-grupp jitwettaq fil-livell tal-kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew tal-kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta bl-applikazzjoni tal-Artikolu 220(2) sal-Artikolu 233. |
| Għall-iskop ta’ dak il-kalkolu, l-impriża prinċipali għandha tiġi ttrattata bħallikieku kienet impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni soġġetta għar-regoli stabbiliti fit-Titolu I, Kapitolu VI, Taqsima 4, Subtaqsimiet 1, 2 u 3 fir-rigward tal-Kapital Rekwiżit għas-Solvibbiltà u soġġetta għall-istess kondizzjonijiet stabbiliti fit-Titolu I, Kapitolu VI, Taqsima 3, Subtaqsimiet 1, 2 u 3 fir-rigward tal-fondi proprji eliġibbli għall-Kapital Rekwiżit għas-Solvibbiltà.” |
Emenda 104
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 a – punt 13 (ġdid)
Direttiva 2009/138/KE
Artikolu 243
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (13) L-Artikolu 243 huwa ssostitwit b’dan li ġej: |
| "Artikolu 243 |
| Sussidjarji ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta |
| L-Artikoli 236 sa 242 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li huma s-sussidjarji ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta.” |
Emenda 105
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 a – punt 14 (ġdid)
Direttiva 2009/138/KE
Artikolu 244 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (14) Fl-Artikolu 244, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej: |
| "2. L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jew il-kumpaniji b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew il-kumpaniji b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta jirrappurtaw fuq bażi regolari, u mill-inqas kull sena, lis-superviżur tal-grupp dwar kwalunkwe konċentrazzjoni tar-riskju sinifikanti fuq il-livell tal-grupp. |
| L-informazzjoni meħtieġa għandha titressaq quddiem is-superviżur tal-grupp mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tmexxi l-grupp jew, fejn il-grupp mhux immexxi minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, mill-kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni, mill-kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta jew mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fil-grupp li tkun identifikata mis-superviżur tal-grupp wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati u mal-grupp. |
| Il-konċentrazzjonijiet tar-riskju għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni superviżorja mis-superviżur tal-grupp.” |
Emenda 106
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 a – punt 15 (ġdid)
Direttiva 2009/138/KE
Artikolu 245 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (15) Fl-Artikolu 245, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej: |
| "2. L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jew il-kumpaniji b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni u l-kumpaniji b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta jirrappurtaw fuq bażi regolari, u mill-inqas kull sena, lis-superviżur tal-grupp dwar kwalunkwe tranżazzjoni sinifikanti fost il-grupp mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fi ħdan grupp partikolari, fosthom dawk imwettqa minn persuna fiżika b’rabtiet mill-qrib ma’ kwalunkwe impriża fil-grupp. |
| Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jeżiġu li jsir ir-rappurtar ta’ tranżazzjonijiet sinifikanti fost il-grupp minnufih malli dan ikun possibbli. |
| L-informazzjoni meħtieġa għandha titressaq quddiem is-superviżur tal-grupp mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tmexxi l-grupp jew, fejn il-grupp mhux immexxi minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, mill-kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni, mill-kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta jew mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fil-grupp li tkun identifikata mis-superviżur tal-grupp wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati u mal-grupp. |
| It-tranżazzjonijiet fost il-grupp għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni superviżorja mis-superviżur tal-grupp.” |
Emenda 107
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 a – punt 16 (ġdid)
Direttiva 2009/138/KE
Artikolu 246 – paragrafu 4 – subparagrafi 1, 2 u 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (16) Fl-Artikolu 246(4), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi huma ssostitwiti b’dan li ġej: |
| "4. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew lill-kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew lill-kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta biex, fil-livell tal-grupp, titwettaq il-valutazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 45. Il-valutazzjoni tar-riskju proprju u tas-solvibbiltà mwettqa fuq il-livell tal-grupp għandha tkun suġġetta għal reviżjoni superviżorja b’ konformita’ mal-Kapitolu III. |
| Meta l-kalkolu tas-solvibbiltà fil-livell tal-grupp jitwettaq f’konformità mal-metodu 1, kif imsemmi fl-Artikolu 230, l-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew il-kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew il-kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta għandha tfiehem lis-superviżur tal-grupp id-differenza bejn l-ammont tal-Kapital Rekwiżit għas-Solvibbiltà tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kollha relatati tal-grupp u tal-Kapital Rekwiżit għas-Solvibbiltà tal-grupp konsolidat. |
| Meta l-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew il-kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew il-kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta hekk tiddeċiedi, u soġġett għall-kunsens tas-supeviżur tal-grupp, hija tista’ twettaq kwalunkwe valutazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 45 fil-livell tal-grupp u fil-livell ta’ kwalunkwe sussidjarja fil-grupp fl-istess ħin, u tista’ tħejji dokument wieħed li jkopri l-valutazzjonijiet kollha.” |
Emenda 108
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 a – punt 17 (ġdid)
Direttiva 2009/138/KE
Artikolu 247 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (17) Fl-Artikolu 247(2), il-punt (b) huwa ssostitwit b’dan li ġej: |
| “(b) fejn grupp huwa mmexxi minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, mill-awtorità superviżorja identifikata b’konformità ma’ dan li ġej: |
| (i) fejn l-impriża prinċipali ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni hija kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta, mill-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni; |
| (ii) fejn aktar minn impriża waħda tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni b’uffiċċju prinċipali fl-Unjoni għandhom l-istess kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta bħala l-impriża prinċipali tagħhom, u waħda minn dawn l-impriżi tkun ġiet awtorizzata fl-Istat Membru li fih il-kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew il-kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha, mill-awtorità superviżorja tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzata f’dak l-Istat Membru; |
| (iii) fejn il-grupp huwa mmexxi minn aktar minn kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta waħda b’uffiċċju prinċipali fi Stati Membri differenti u hemm impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni f’kull wieħed minn dawk l-Istati Membri, mill-awtorità superviżorja tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ; |
| (iv) fejn aktar minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni waħda b’uffiċċju prinċipali fl-Unjoni għandhom l-istess kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta bħala l-impriża prinċipali tagħhom u l-ebda waħda minn dawn l-impriżi ma tkun ġiet awtorizzata fl-Istat Membru li fih il-kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew il-kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha, mill-awtorità superviżorja li awtorizzat l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ; jew |
| (v) fejn il-grupp huwa grupp mingħajr impriża prinċipali, jew fi kwalunkwe ċirkostanża mhux imsemmija fil-punti (i) sa (iv) mill-awtorità superviżorja li awtorizzat l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ.” |
Emenda 109
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 a – punt 18 (ġdid)
Direttiva 2009/138/KE
Artikolu 256 – paragrafi 1 u 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (18) Fl-Artikolu 256, il-paragrafi 1 u 2 huma ssostitwiti b’dan li ġej: |
| "1. L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni parteċipanti, il-kumpaniji b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew il-kumpaniji b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta jiżvelaw pubblikament, fuq bażi annwali, rapport dwar is-solvibbiltà u l-kondizzjoni finanzjarja fil-livell tal-grupp. L-Artikoli 51 u 53 sa 55 għandhom japplikaw mutatis mutandis. |
| 2. Fejn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni parteċipanti, kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta hekk tiddeċiedi, u soġġett għall-kunsens tas-superviżur tal-grupp, hija tista’ tipprovdi rapport wieħed dwar is-solvibbiltà u l-kondizzjoni finanzjarja li għandu jinkludi dan li ġej: |
| (a) l-informazzjoni fil-livell tal-grupp li għandha tiġi żvelata f’konformità mal-paragrafu 1; |
| (b) l-informazzjoni għal kwalunkwe waħda mis-sussidjarji fi ħdan il-grupp li għandha tkun identifikabbli b’mod individwali u żvelata skont l-Artikoli 51 u 53 sa 55. |
| Qabel jagħti kunsens f’konformità mal-ewwel subparagrafu, is-superviżur tal-grupp għandu jikkonsulta u jieħu kont b’mod debitu ta’ kwalunkwe fehmiet u riżervi tal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri.” |
Emenda 110
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 a – punt 19 (ġdid)
Direttiva 2009/138/KE
Artikolu 257
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (19) L-Artikolu 257 huwa ssostitwit b’dan li ġej: |
| "Artikolu 257 |
| Korp amministrattiv, maniġerjali u superviżorju ta’ kumpaniji b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta |
| L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-persuni kollha li effettivament imexxu l-kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew il-kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta huma kompetenti u idonei biex iwettqu l-kompiti tagħhom. |
| L-Artikolu 42 għandu japplika mutatis mutandis.” |
Emenda 111
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 a – punt 20 (ġdid)
Direttiva 2009/138/KE
Artikolu 258 – paragrafi 1 u 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (20) Fl-Artikolu 258, il-paragrafi 1 u 2 huma ssostitwiti b’dan li ġej: |
| "1. Fejn l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fi grupp ma jkunux konformi mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 218 sa 246 jew fejn ikunu sodisfati r-rekwiżiti iżda s-solvibbiltà xorta waħda tista’ tiġi pperikolata, jew fejn tranżazzjonijiet fost il-grupp jew il-konċentrazzjonijiet ta’ riskju huma theddida għall-pożizzjoni finanzjarja tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni, dawn li ġejjin għandhom jirrikjedu l-miżuri neċessarji sabiex jirranġaw is-sitwazzjoni malajr kemm jista’ jkun: |
| (a) is-superviżur tal-grupp fir-rigward tal-kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew tal-kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta; |
| (b) l-awtoritajiet superviżorji fir-rigward tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni. |
| Fejn, fil-każ imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, is-superviżur tal-grupp mhux wieħed mill-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru li fih il-kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew il-kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha, is-superviżur tal-grupp għandu jinforma lil dawk l-awtoritajiet superviżorji dwar is-sejbiet tiegħu bil-għan li jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa. |
| Fejn, fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, is-superviżur tal-grupp mhux wieħed mill-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru li fih il-kumpanija tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha, is-superviżur tal-grupp għandu jinforma lil dawk l-awtoritajiet superviżorji dwar is-sejbiet tiegħu bil-għan li jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa. |
| Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-awtoritajiet superviżorji tagħhom fir-rigward tal-kumpaniji b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni u tal-kumpaniji b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta. |
| L-awtoritajiet superviżorji kkonċernati, li jinkludu s-superviżur tal-grupp, fejn ikun xieraq għandu jikkoordina l-miżuri ta’ infurzar tagħhom. |
| 2. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-liġi kriminali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sanzjonijiet jew il-miżuri jistgħu jiġu imposti fuq kumpaniji b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni u kumpaniji b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta li jiksru l-liġijiet, ir-regolamenti, jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi li ddaħħlu fis-seħħ biex jiġi implimentat dan it-Titolu, jew fuq il-persuna li tkun qiegħda effettivament tamministra dawk il-kumpaniji. L-awtoritajiet superviżorji għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li tali sanzjonijiet jew miżuri jkunu effettivi, speċjalment meta l-amministrazzjoni ċentrali jew l-istabbiliment prinċipali ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta ma jinsabux fl-uffiċċju prinċipali tagħhom.” |
Emenda 112
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 a – punt 21 (ġdid)
Direttiva 2009/138/KE
Artikolu 262
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (21) L-Artikolu 262 huwa ssostitwit b’dan li ġej: |
| "Artikolu 262 |
| Impriżi prinċipali barra l-Unjoni: in-nuqqas ta’ ekwivalenza |
| 1. Fin-nuqqas tas-superviżjoni ekwivalenti msemmija fl-Artikolu 260, l-Istati Membri għandhom japplikaw lill-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kemm l-Artikoli 218 sa 258, bl-istess mod u bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 236 sa 243, jew wieħed mill-metodi stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. |
| Il-prinċipji ġenerali u l-metodi stabbiliti fl-Artikoli 218 sa 258 għandhom japplikaw fil-livell tal-kumpaniji b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni, tal-kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarji mħallta, tal-impriżi tal-assigurazzjoni minn pajjiż terz jew tal-impriżi tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz. |
| Għall-fini uniku tal-kalkolu tas-solvibbiltà tal-grupp, l-impriża prinċipali għandha tiġi trattata daqslikieku kienet impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni suġġetta għall-istess kondizzjonijiet kif stabbilit fit-Titolu I, il-Kapitolu VI, it-Taqsima 3, is-Subtaqsimiet 1, 2 u 3 fir-rigward tal-fondi tagħha stess eliġibbli għall-Kapital Rekwiżit għas-Solvibbiltà u kwalunkwe milli ġejjin: |
| (a) Kapital Rekwiżit għas-Solvibbiltà determinat f’konformità mal-prinċipji tal-Artikolu 226 meta tkun kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta; |
| (b) Kapital Rekwiżit għas-Solvibbiltà determinat f’konformità mal-prinċipji tal-Artikolu 227, meta tkun impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż terz jew impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz. |
| 2. L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet superviżorji tagħhom japplikaw metodi oħra li jiżguraw superviżjoni adatta tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fi grupp. Dawk il-metodi għandhom jiġu miftiehma mis-superviżur tal-grupp, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati. |
| L-awtoritajiet superviżorji jistgħu b’mod partikolari jesiġu l-istabbiliment ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta, li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni, u japplikaw dan it-Titolu għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fil-grupp immexxi minn dik il-kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta. |
| Il-metodi magħżula għandhom jippermettu li jinkisbu l-objettivi tas-superviżjoni tal-grupp kif definit f’dan it-Titolu u għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati u lill-Kummissjoni.” |
Emenda 113
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 a – punt 22 (ġdid)
Direttiva 2009/138/KE
Artikolu 263 – paragrafi 1 u 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (23) Fl-Artikolu 263, l-ewwel u t-tieni paragrafi għandhom jiġu ssostitwiti b’dawn li ġejjin: |
| “Fejn l-impriża prinċipali msemmija fl-Artikolu 260 hija fiha nfisha sussidjarja ta’ kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha barra mill-Unjoni jew ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-verifika prevista fl-Artikolu 260 biss fil-livell tal-impriża prinċipali aħħarija li hija kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni minn pajjiż terz, kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta minn pajjiż terz, impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż terz jew impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz. |
| Madankollu, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet superviżorji tagħhom jiddeċiedu, fin-nuqqas tas-superviżjoni ekwivalenti msemmija fl-Artikolu 260, iwettqu verifika ġdida f’livell aktar baxx fejn jeżistu impriża prinċipali ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, kemm jekk tkun kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni minn pajjiż terz, kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta minn pajjiż terz, impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż terz jew impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz.” |
Emenda 114
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 3b |
| Reviżjoni |
| Id-Direttiva 2002/87/KE għandha tiġi riveduta bis-sħiħ sal-31 ta' Diċembru 2011. Fil-kuntest ta' dik ir-reviżjoni, l-ambitu ta' dik id-Direttiva għandu jiġi rivedut. Ir-reviżjoni għandha tiffoka wkoll fuq ir-rwol u l-funzjoni ta' konglomerati finanzjarji sistemikament rilevanti, entitajiet mhux regolati u strumenti ta' skop speċjali, u fuq esklużjonijiet mill-ambitu ta' dik id-Direttiva fl-Artikolu 3. |
Emenda 115
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-[1 ta’ Lulju 2011]. | Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-[31 ta’ Ottubru 2011]. |
Ġustifikazzjoni
L-iskadenza tal-1 ta’ Lulju 2011 hija qasira wisq għall-implimentazzjoni ta’ direttiva fil-livell nazzjonali minħabba t-tul ta’ żmien meħtieġ għat-traspożizzjoni.
Emenda 116
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Anness I – punt 15
Direttiva 98/78/KE
Anness I – taqsima 2.2 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2.2 Kumpaniji b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni intermedjarji | 2.2 Kumpaniji b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni intermedjarji u kumpaniji b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta intermedjarji |
Emenda 117
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Anness I – punt 18
Direttiva 98/78/KE
Anness II – punt 2 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Meta kumpaniji b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni oħra jew impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni minn pajjiż mhux membru jkollhom parteċipazzjonijiet suċċessivi fl-impriża b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni jew fl-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni minn pajjiż mhux membru, l-Istati Membri jistgħu japplikaw il-kalkoli previsti f’dan l-Anness fil-livell biss tal-impriża prinċipali finali tal-impriża tal-assigurazzjoni jew l-impriża tar-riassigurazzjoni li tkun kumpanija b'partiċipazzjoni tal-assigurazzjoni, kumpanija b'partiċipazzjoni finanzjarja mħallta, impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż mhux membru. | Meta kumpaniji b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni, kumpaniji b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta jew impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni minn pajjiż mhux membru jkollhom parteċipazzjonijiet suċċessivi fl-impriża b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni, fil-kumpaniji b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta jew fl-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni minn pajjiż mhux membru, l-Istati Membri jistgħu japplikaw il-kalkoli previsti f’dan l-Anness fil-livell biss tal-impriża prinċipali finali tal-impriża tal-assigurazzjoni jew l-impriża tar-riassigurazzjoni li tkun kumpanija b'partiċipazzjoni tal-assigurazzjoni, kumpanija b'partiċipazzjoni finanzjarja mħallta, impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż mhux membru jew impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż mhux membru. |
Emenda 118
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Anness I – punt 19
Direttiva 98/78/KE
Anness II – punt 3 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kalkoli analogi għal dawk deskritti fl-Anness I jitwettqu fil-livell tal-kumpanija b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni, jew il-kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta. | 3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kalkoli analogi għal dawk deskritti fl-Anness I jitwettqu fil-livell tal-kumpanija b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni, il-kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta, l-impriża tal-assigurazzjoni minn pajjiż mhux membru jew l-impriża tar-riassigurazzjoni minn pajjiż mhux membru. |
Emenda 119
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Anness I – punt 19
Direttiva 98/78/KE
Anness II – punt 3 – paragrafu 3 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Għall-iskop biss ta’ dan il-kalkolu, l-impriża prinċipali għandha tiġi ttrattata daqs li kieku kienet impriża tal-assigurazzjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin: | Għall-iskop biss ta’ dan il-kalkolu, l-impriża prinċipali għandha tiġi ttrattata daqs li kieku kienet impriża tal-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin: |
Emenda 120
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Anness III
Direttiva 2006/48/KE
Anness X – parti 3 – taqsima 3 – punt 30
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
30. Meta Approċċ ta’ Kejl Avanzat ikun maħsub sabiex jintuża mill-istituzzjoni tal-kreditu prinċipali mill-UE u mis-sussidjarji tagħha, jew mis-sussidjarji ta’ kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mill-UE jew kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta mill-UE, l-applikazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni tal-metodoloġija użata sabiex jiġi allokat il-kapital operazjonali tar-riskju bejn l-entitajiet differenti tal-grupp. | 30. Meta Approċċ ta’ Kejl Avanzat ikun maħsub sabiex jintuża mill-istituzzjoni tal-kreditu prinċipali mill-UE u mis-sussidjarji tagħha, mill-kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mill-UE u mis-sussidjarji tagħha jew minn kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta mill-UE u mis-sussidjarji tagħha, l-applikazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni tal-metodoloġija użata sabiex jiġi allokat il-kapital operazjonali tar-riskju bejn l-entitajiet differenti tal-grupp. |
NOTA SPJEGATTIVA
Il-Kummissjoni beħsiebha ttejjeb is-superviżjoni supplimentari tal-entitajiet finanzjarji f’konglomerati finanzjarji f’żewġ stadji. Fl-ewwel stadju, il-Kummissjoni adottat proposta għal Direttiva li temenda d-Direttivi relatati mas-superviżjoni supplimementari, b’mod partikolari d-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE u 2006/48/KE. Din il-proposta, li hija s-suġġett ta’ dan ir-rapport, tittratta l-kwistjoni teknika separata, li hija mill-aktar urġenti, abbażi ta’ reviżjoni limitata tad-Direttiva eżistenti. Fit-tieni stadju, il-Kummissjoni beħsiebha tniedi reviżjoni aktar fundamentali, fil-kuntest tal-iżviluppi relatati mas-superviżjoni supplimentari. Dik ir-reviżjoni hija mistennija li sseħħ lejn l-aħħar tal-2011.
L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni huwa li tipprovdi soluzzjoni hekk imsejħa “ta’ malajr” għal sitwazzjoni li, għalkemm ilha magħrufa għal kważi għaxar snin, dehret b’mod aktar problematiku matul il-kriżi finanzjarja. Ikun utli jekk is-superviżuri jkunu f’pożizzjoni li jipprovdu superviżjoni tal-kumpaniji b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta b’mod simili għal dak li qed jiġi applikat fir-rigward tal-kumpaniji b’parteċipazzjoni finanzjarja (settur bankarju) u tal-kumpaniji b’parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni (settur tal-assigurazzjoni). Għalkemm id-Direttiva preżenti donnha ma tipprojbixxix l-adattament, mill-Istati Membri, tal-leġiżlazzjoni tagħhom għall-eżerċitar ta’ dan il-poter fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta, ikun utli jekk ikun hemm koordinazzjoni Ewropea sabiex dan isir mandatorju. Fid-dawl ta’ dawn il-fatti, il-proposta kien ikollha tifforma parti mir-reviżjoni sħiħa tas-sena d-dieħla.
Il-Kunsill wasal għal ftehim komuni fir-rigward tal-emendi tiegħu tad-Direttivi eżistenti relatati mas-superviżjoni supplimentari. Ta’ min wieħed jenfasizza li l-Kunsill jipproponi posponiment tal-iskadenza għall-implimentazzjoni għal data mhux qabel l-iskadenza għall-implimentazzjoni tas-Solvibbiltà II. Bl-emenda mistennija fir-rigward tal-iskadenza għall-implimentazzjoni fid-Direttiva Omnibus II, dan jimplika li l-implimentazzjoni sħiħa mill-Istati Membri mhux se ssir qabel l-1 ta’ Jannar 2013. F’dan il-każ, l-iskedi għar-reviżjoni sħiħa u għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva se jaħbtu ma’ xulxin, u dan bħalissa jerġa’ jqajjem dubji dwar il-ħtieġa, l-użu u r-rilevanza ta’ din id-Direttiva f’dawn iċ-ċirkostanzi. Ta’ min wieħed jinnota, però, li d-data tal-applikazzjoni kif proposta mill-Kummissjoni (l-1 ta’ Lulju 2011) xejn mhi realistika.
Dan ir-Rapport jinkludi l-emendi tal-Parlament għall-proposta tal-Kummissjoni. Hemm korrelazzjoni wkoll bejn dawn l-emendi u l-parti l-kbira tal-emendi tal-Kunsill.
L-emendi ewlenin għandhom x’jaqsmu mal-kwistjonijiet li ġejjin:
a) il-“Lisbonizzazzjoni” tad-Direttiva tal-Konglomerati Finanzjarji;
b) l-emenda tad-Direttiva 2009/138/KE dwar is-Solvibbiltà II b’mod simili għal dak propost għad-Direttiva 98/78/KE (Artikolu 3a (ġdid));
c) l-iżgurar tal-ħruġ ta’ linji gwida ġenerali mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej il-ġodda dwar is-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji permezz tal-Kumitat Konġunt;
d) titjib fit-trasparenza tal-attività superviżorja fir-rigward tal-konglomerati finanzjarji, inklużi l-lista u l-istruttura tal-konglomerati finanzjarji, li se jiġu ppubblikati;
e) id-definizzjoni tal-kumpaniji b’parteċipazzjoni finanzjarja mħallta u inklużjoni tagħhom fis-superviżjoni supplimentari;
f) l-introduzzjoni ta’ ttestjar tal-istress fil-livell ta’ kull konglomerat finanzjarju;
g) l-inklużjoni tal-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi fl-ambitu.