Dokument ta' sessjoni

 

A7-0098/2011

28.3.2011

***I

RAPPORT

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istrutturi ta' protezzjoni fil-każ ta’ qlib immuntati fuq in-naħa ta' quddiem tas-sedil tas-sewwieq fuq tratturi għall-agrikoltura u għall-foresterija ta’ karreġġata dejqa (test kodifikat)

( COM(2010)0610 – C7‑0340/2010 – 2010/0302(COD) )

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Sajjad Karim

(Kodifikazzjoni – Artikolu 86 tar-Regoli ta' Proċedura)

PR_COD_Codification

 

 

Tifsira tas-simboli użati

  *  Proċedura ta’ konsultazzjoni

  ***  Proċedura ta’ approvazzjoni

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

 

(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  5

ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI  6

PROĊEDURA  7

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istrutturi ta' protezzjoni fil-każ ta’ qlib immuntati fuq in-naħa ta' quddiem tas-sedil tas-sewwieq fuq tratturi għall-agrikoltura u għall-foresterija ta’ karreġġata dejqa (test kodifikat)

( COM(2010)0610 – C7‑0340/2010 – 2010/0302(COD) )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2010)0610 ),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0340/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi[1],

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali ( A7-0098/2011 ),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali

ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, it-3 ta' Jannar 2011

OPINJONI

  GĦALL-ATTENZJONI   TAL-PARLAMENT EWROPEW

    TAL-KUNSILL

    TAL-KUMMISSJONI

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istrutturi ta' protezzjoni fil-każ ta’ qlib immuntati fuq in-naħa ta' quddiem tas-sedil tas-sewwieq fuq tratturi għall-agrikoltura u għall-foresterija ta’ karreġġata dejqa (test kodifikat)

COM(2010)0610 of 27.10.2010 – 2010/0302(COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi, u b'mod partikulari l-punt 4 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-Servizzi Legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fis-16 ta' Novembru 2010 kellu laqgħa ddedikata għall-eżami, fost l-oħrajn, tal-proposta msemmija hawn fuq imressqa mill-Kummissjoni.

 

Fil-laqgħa[2], eżami tal-proposta għad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkodifika d-Direttiva tal-Kunsill 87/402/KEE tal-25 ta' Ġunju 1987 dwar l-istrutturi ta' protezzjoni fil-każ ta’ qlib immuntati fuq in-naħa ta' quddiem tas-sedil tas-sewwieq fuq tratturi għall-agrikoltura u għall-foresterija ta’ karreġġata dejqa wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv ikkonkluda li l-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.

 

 

 

C. PENNERA        J.-C. PIRIS       L. ROMERO REQUENA

Ġurikonsult        Ġurikonsult       Direttur Ġenerali

PROĊEDURA

Titlu

L-istrutturi ta' protezzjoni fil-każ ta’ qlib immuntati fuq in-naħa ta' quddiem tas-sedil tas-sewwieq fuq tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ta’ karreġjata dejqa (kodifikazzjoni)

Referenzi

COM(2010)0610 – C7-0340/2010 – 2010/0302(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

27.10.2010

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

10.11.2010

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Sajjad Karim

1.12.2010

 

 

Data tal-adozzjoni

22.3.2011

 

 

 

Data tat-tressiq

28.3.2011

 

 

 

[1] ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.
[2]  Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv kellu f'idejh 22 verżjoni lingwistika tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Ingliża, il-verżjoni lingwistika oriġinali tat-test eżaminat.