Dokument ta' sessjoni
29.3.2011
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istrutturi ta' protezzjoni fil-każ ta’ qlib immuntati fuq in-naħa ta' wara tat- tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ta' karreġġata dejqa (test kodifikat)
( COM(2010)0510 – C7‑0290/2010 – 2010/0264(COD) )
Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Sajjad Karim
(Kodifikazzjoni – Artikolu 86 tar-Regoli ta’ proċedura)
PR_COD_Codification
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI 6
PROĊEDURA 8
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istrutturi ta' protezzjoni fil-każ ta’ qlib immuntati fuq in-naħa ta' wara tat-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ta' karreġġata dejqa (test kodifikat)
( COM(2010)0510 – C7‑0290/2010 – 2010/0264(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2010)0510 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0290/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi[1],
– wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali ( A7-0101/2011 ),
A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
|
GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI |
Brussell, il-15 ta’ Novembru 2010
OPINJONI
GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
TAL-KUNSILL
TAL-KUMMISSJONI
Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istrutturi ta' protezzjoni fil-każ ta’ qlib immuntati fuq in-naħa ta' wara tat-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ta' karreġġata dejqa (test kodifikat)
COM(2010)0510 tas-27.9.2010 – 2010/0264(COD)
Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi, u b'mod partikulari l-punt 4 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-Servizzi Legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fis-7 ta' Ottubru 2010 kellu laqgħa ddedikata għall-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq, imressqa mill-Kummissjoni.
Waqt din il-laqgħa[2], l-eżami tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill intenzjonata li tikkodifika d-Direttiva tal-Kunsill 86/298/KEE tas-26 ta’ Mejju 1986 dwar l-istrutturi ta' protezzjoni fil-każ ta’ qlib immuntati fuq in-naħa ta' wara tat-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ta' karreġġata dejqa wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta effettivament tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.
C. PENNERA J.-C. PIRIS L. ROMERO REQUENA
Ġurikonsult Ġurikonsult Direttur Ġenerali
PROĊEDURA
Titolu | L-istrutturi ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib immuntati fuq in-naħa ta’ wara tat-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ta’ karreġġata dejqa (Kodifikazzjoni) | |||||
Referenzi | COM(2010)0510 – C7-0290/2010 – 2010/0264(COD) | |||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 27.9.2010 | |||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | JURI 7.10.2010 | |||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Sajjad Karim 1.12.2010 |
|
| |||
Data tal-adozzjoni | 22.3.2011 |
|
|
| ||
Data tat-tressiq | 29.3.2011 | |||||