Dokument ta' sessjoni

 

A7-0116/2011

4.4.2011

RAPPORT

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew

(C7‑0218/2010 – 2010/2149(DEC) )

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Crescenzio Rivellini

PR_DEC_Other

WERREJ

Paġna

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW.....................................3

2. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW...............................5

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT........................................................7

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew

(C7‑0218/2010 – 2010/2149(DEC) )

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009[1],

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 ( SEC(2010)0963 – C7‑0218/2010)[2],

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Ombudsman Ewropew għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2009,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet[3],

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea[4],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272(10) u l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[5], u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit ( A7-0116/2011 ),

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Ombudsman Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2009;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew

(C7‑0218/2010 – 2010/2149(DEC) )

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009[6],

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 ( SEC(2010)0963 – C7‑0218/2010)[7],

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Ombudsman Ewropew għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2009,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet[8],

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea[9],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272(10) u l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[10], u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit ( A7-0116/2011 ),

1. Jinnota li fl-2009 l-Ombudsman Ewropew (l-Ombudsman) kellu disponibbli approprijazzjonijiet ta’ impenn li jammontaw għal total ta’ 9 miljun EUR (2008: EUR 9 miljun), b'rata ta' utilizzazzjoni ta' 91.98 %, taħt il-medja tal-istituzzjonijiet l-oħrajn (97.69 %);

2. Jinnota l-fatt li matul it-tħejjija tar-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2009, il-Qorti tal-Awdituri wettqet valutazzjoni fil-fond tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll fil-Qorti tal-Ġustizzja, fl-Ombudsman u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, li inkludiet l-eżami ta' kampjun addizzjonali ta' transazzjonijiet li jinvolvu ħlasijiet relatati mar-riżorsi umani u ma’ nefqa amministrattiva oħra;

3. Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri sabet li l-Ombudsman ma kienx adotta dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-proċeduri ta' reklutaġġ ta' staff temporanju, minkejja li l-Artikolu 12(5) tal-Kondizzjonijiet tal-Imjpieg ta' Impjegati Oħrajn tal-Unjoni Ewropea[11] jeżiġi li kull istituzzjoni suppost għamlet dan; jinnota wkoll bi tħassib li din l-ommissjoni tista' taffettwa l-maġġoranza tal-istaff tal-Ombudsman, billi 47 mit-63 impjieg permessi mill-baġit tal-2009 kienu impjiegi temporanji;

4. Jilqa’ bi pjaċir il-fatt li l-Ombudsman ta struzzjonijiet lis-servizzi tiegħu sabiex jabbozzaw dispożizzjonijiet dwar il-proċeduri ta’ reklutaġġ ta’ staff temporanju sabiex jiġu adottati skont l-osservazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri u jistieden lill-Ombudsman sabiex jirrapporta dwar il-progress ta’ dan fir-rapport annwali tal-attività tiegħu;

5. Jirrimarka li l-Qorti tal-Awdituri indikat fir-Rapport Annwali tagħha li l-verifika ma rriżultat f’ebda osservazzjoni sinifikanti oħra fir-rigward tal-Ombudsman;

6. Jinnota li fl-2009 l-Ombudsman kien ta għajnuna fi kważi 77% tal-ilmenti kollha, u li kien ittratta 70% tal-mistoqsijiet f’anqas minn sena, u jilqa’ l-fatt li t-tul medju ta’ kull talba kien tnaqqas għal 9 xhur (13-il xahar fl-2008);

7. Jinnota li l-istruttura tal-uffiċċju tal-Ombudsman kienet inbidlet fl-1 ta’ Jannar 2010 u jistieden lill-Ombudsman sabiex jirrapporta dwar l-effett ta’ dawn il-bidliet fir-rapport ta’ attività annwali;

8. Jieħu nota tal-verifiki magħmula mis-Servizz ta’ Verifika Interna (IAS), b’mod partikulari r-rapport annwali tiegħu, u tas-segwitu tal-verifiki tal-IAS għall-ġestjoni u kontroll għall-missjonijiet u oqsma li jirrigwardaw il-pagi, li kkonkluda li l-azzjonijiet kollha inklużi fil-verifiki kienu ġew implimentati; jinnota li l-verifika tat-talbiet għall-ipproċessar u l-pagament identifikat bosta kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati mill-amministrazzjoni, u jistieden lill-Ombudsman sabiex ikompli jagħti segwitu għal dawn;

9. Jilqa’ l-implimentazzjoni tal-indikaturi kruċjali ta’ rendiment fil-Pjan ta’ Ġestjoni Annwali, kif ukoll il-fatt li l-objettivi għall-2009 intlaħqu;

10. Jilqa' d-deċiżjoni tal-Ombudsman li jippubblika d-dikjarazzjoni annwali tal-interessi tal-Ombudsman u l-fatt li d-dikjarazzjoni hija ppubblikata fuq il-websajt tal-Ombudsman;

11. Ifaħħar lill-Ombudsman għall-kwalità tar-rapport annwali tiegħu dwar l-attività, u jilqa' b'sodisfazzjon l-inklużjoni tas-segwitu matul is-sena għad-deċiżjonijiet preċedenti ta' kwittanza tal-Parlament.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

22.3.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Andrea Češková, Andrea Cozzolino, Luigi de Magistris, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Gerben-Jan Gerbrandy, Ingeborg Gräßle, Ville Itälä, Iliana Ivanova, Bogusław Liberadzki, Monica Luisa Macovei, Jan Olbrycht, Aldo Patriciello, Crescenzio Rivellini, Christel Schaldemose, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Chris Davies, Derk Jan Eppink, Christofer Fjellner, Véronique Mathieu

 

 

[1] ĠU L 69, 13.3.2009.
[2] ĠU C 308, 12.11.2010, p. 1.
[3] ĠU C 303, 9.11.2010, p. 1
[4] ĠU C 308, 12.11.2010, p.129.
[5] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
[6] ĠU L 69, 13.3.2009.
[7] ĠU C 308, 12.11.2010, p. 1.
[8] ĠU C 303, 9.11.2010, p. 1
[9] ĠU C 308, 12.11.2010, p.129.
[10] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
[11] ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.