Dokument ta' sessjoni

 

A7-0117/2011

4.4.2011

RAPPORT

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima IX - Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

(C7‑0219/2010 – 2010/2150(DEC) )

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Crescenzio Rivellini

PR_DEC_Other

WERREJ

Paġna

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW.....................................3

2. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW...............................5

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT........................................................8

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima IX - Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

(C7‑0219/2010 – 2010/2150(DEC) )

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009[1],

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 ( SEC(2010)0963 – C7‑0219/2010)[2],

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2009,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet[3],

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea[4],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272(10) u l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[5], u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit ( A7-0117/2011 ),

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima IX - Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

(C7‑0219/2010 – 2010/2150(DEC) )

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009[6],

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 ( SEC(2010)0963 – C7‑0219/2010)[7],

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2009,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet[8],

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea[9],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272(10) u l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[10], u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit ( A7-0117/2011 ),

1.  Jinnota li fl-2009 l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) kellu disponibbli approprjazzjonijiet għall-impenji li kienu jammontaw għal total ta' EUR 7 miljun (2008: EUR 5.3 miljun[11]), b'rata ta' utilizzazzjoni ta' 81.44 %, li hija inqas mill-medja tal-istituzzjonijiet l-oħrajn (97.69 %);

2.  Jinnota l-fatt li matul it-tħejjija tar-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2009, il-Qorti tal-Awdituri wettqet valutazzjoni fil-fond tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll fil-Qorti tal-Ġustizzja, fl-Ombudsman Ewropew u fil-KEPD, li inkludiet l-eżami ta' kampjun addizzjonali ta' tranżazzjonijiet li jinvolvu ħlasijiet relatati mar-riżorsi umani u ma’ nefqa amministrattiva oħra;

3.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri sabet li, f'erba' każijiet minn għaxra, l-informazzjoni disponibbli għall-KEPD ma kinitx aġġornata biżżejjed biex tiżgura li l-allowances previsti mir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea[12] tħallsu lill-persunal f’konformità mar-regolamenti tal-Komunità u l-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti. Il-Qorti tal-Awdituri sabet li dan jista’ jinvolvi riskju ta’ ħlasijiet mhux korretti jew mhux dovuti;

4.  Iħaddan is-suġġeriment tal-Qorti tal-Awdituri li l-persunal tal-KEPD għandu jintalab iressaq b’intervalli xierqa d-dokumenti li juru l-qagħda personali tagħhom, u li l-KEPD għandu jtejjeb is-sistema tiegħu ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll f’waqtu ta’ dawn id-dokumenti;

5.  Jinnota t-tweġiba tal-KEPD li minħabba d-daqs żgħir tiegħu, huwa megħjun mill-Uffiċċju għall-Amministrazzjoni u l-Ħlas ta’ Drittijiet Individwali (PMO) fl-immaniġġjar tal-fajls tal-allowances soċjali, li l-informazzjoni marbuta mal-allowances tal-familja jew tat-tfal dipendenti hi aġġornata mill-PMO darba fis-sena fuq il-bażi ta’ formoli speċifiċi indirizzati lill-persunal ikkonċernat mill-KEPD, u li l-allowances soċjali sal-lum huma aġġornati fuq il-bażi ta’ tagħrif miġbur permezz ta’ dawn il-formoli; jilqa’ l-intenzjoni tal-KEPD li jtejjeb il-monitoraġġ tal-informazzjoni rilevanti għall-allowances soċjali minħabba r-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri, u jistieden lill-KEPD biex jirrapporta dwar l-azzjoni meħuda fir-rapport annwali tiegħu dwar l-attività;

6.  Jinnota s-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri li l-KEPD ma wettaqx sistema ta' verifika ex-post, fejn xieraq, kif meħtieġ mir-Regolament Finanzjarju, u li l-istandards ta' kontroll intern adottati mill-KEPD ma pprovdewx għal eċċezzjonijiet għall-proċeduri finanzjarji standard biex jiġu rreġistrati b’mod adegwat f’reġistru ċentrali;

7.  Jinnota t-tweġiba tal-KEPD li t-tranżazzjonijiet imwettqa mill-KEPD, inkluż ir-rimborż tal-ħlasijiet diretti pproċessati minn istituzzjonijiet oħra f’isem il-KEPD, huma diġà soġġetti għal kontroll ex-ante; jilqa’ l-intenzjoni tal-KEPD li jeżamina kif jimplimenta l-proċess ta’ verifika ex-post għas-sena 2011 ’il quddiem minħabba r-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri, u jistieden lill-KEPD biex jirrapporta dwar l-azzjoni meħuda fir-rapport annwali tiegħu dwar l-attività;

8.  Jaċċetta u jifhem il-pożizzjoni tal-KEPD dwar id-daqs żgħir tiegħu u l-partikolarità tal-immaniġġjar konġunt tal-fajls taħt ftehimiet ta’ kooperazzjoni u ta’ livell ta’ servizz; madankollu, jistieden lill-KEPD biex jikkjarifika x’għajnuna interistituzzjonali addizzjonali tkun meħtieġa biex il-KEPD ikun jista’ jwettaq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri, u jindika meta din tkun tista’ tinkiseb; jilqa’ d-deċiżjoni tal-KEPD biex jimplimenta l-osservazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri dwar standards ta’ kontroll intern billi joħloq lista ċentrali ta’ eċċezzjonijiet reġistrati, u jistieden lill-KEPD biex jirrapporta dwar il-progress miksub fir-rapport annwali tiegħu dwar l-attività;

9.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri indikat fir-Rapport Annwali tagħha li l-verifika ma rriżultat f’ebda osservazzjoni sinifikanti oħra fir-rigward tal-KEPD;

10. Jinnota li minħabba d-daqs limitat tal-KEPD, huwa jikkoopera amministrattivament ma’ għadd ta’ istituzzjonijiet oħra, b’mod partikolari mas-servizzi tal-Kummissjoni (ADMIN, BUDG, EAC, IAS), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, is-servizzi tal-Parlament (bini u infrastruttura, sigurtà, IT, stampar, komunikazzjoni eċċ), kif ukoll mas-servizz ta’ traduzzjoni tal-Kunsill. Ifaħħar lill-KEPD għall-konsolidazzjoni b'suċċess tal-kooperazzjoni amministrattiva;

11. Ifakkar li fuq il-bażi ta’ Ftehim ta' Kooperazzjoni Amministrattiva bejn is-Segretarji Ġenerali tal-Kummissjoni, tal-Parlament u tal-Kunsill, iffirmat flimkien mal-KEPD fis-7 ta’ Diċembru 2006 għal perjodu addizzjonali ta' tliet snin b'effett mis-16 ta' Jannar 2007, il-ġestjoni amministrattiva tal-missjonijiet kollha tal-KEPD hi żgurata mill-Uffiċċju tal-Uffiċjal inkarigat mill-pagi tal-Kummissjoni, u li l-valutazzjoni (imwettqa mill-awditur intern tal-Kummissjoni, li jopera bħala s-Servizz tal-Verifika Interna tal-KEPD fuq il-bażi tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni Amministrattiva) stqarr li l-funzjonalità u l-effiċjenza tas-sistema ta’ kontroll intern kienet adegwata u pprovdiet assigurazzjoni raġonevoli għall-kisba tal-objettivi tal-KEPD;

12. Jilqa' l-pubblikazzjoni annwali tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji tal-Membri eletti tal-istituzzjoni (il-KEPD u l-Assistent Kontrollur), li fihom informazzjoni rilevanti dwar il-postijiet jew l-attivitajiet imħallsa u l-attivitajiet professjonali dikjarabbli;

13. Jitlob li l-KEPD jinkludi fir-rapport tal-attività annwali tiegħu li jmiss (sena finanzjarja 2010) kapitolu li fih jagħti rendikont tas-segwitu li jkun ingħata matul is-sena lid-deċiżjonijiet ta' kwittanza tal-Parlament.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

22.3.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Andrea Češková, Andrea Cozzolino, Luigi de Magistris, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Gerben-Jan Gerbrandy, Ingeborg Gräßle, Ville Itälä, Iliana Ivanova, Bogusław Liberadzki, Monica Luisa Macovei, Jan Olbrycht, Aldo Patriciello, Crescenzio Rivellini, Christel Schaldemose, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Chris Davies, Derk Jan Eppink, Christofer Fjellner, Véronique Mathieu

 

 

[1] ĠU L 69, 13.3.2009.
[2] ĠU C 308, 12.11.2010, p. 1.
[3] ĠU C 303, 9.11.2010, p. 1
[4] ĠU C 308, 12.11.2010, p.129.
[5] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
[6] ĠU L 69, 13.3.2009.
[7] ĠU C 308, 12.11.2009, p. 1.
[8] ĠU C 303, 9.11.2010, p. 1
[9] ĠU C 308, 12.11.2010, p.129.
[10] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
[11] 2006: EUR 4.1 miljun
[12] ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.