Seduta plenarja
5.4.2011
RAPPORT
dwar il-kwittanza b’rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2009
(C7‑0230/2010 – 2010/2170(DEC) )
Il-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju
Rapporteur: Georgios Stavrakakis
PR_DEC_Aġenziji
WERREJ
Page
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW.....................................3
2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW.....................................5
3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW...............................7
OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel 11
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT......................................................14
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-kwittanza b’rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2009
(C7‑0230/2010 – 2010/2170(DEC) )
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2009,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 (5892/2011 – C7‑0052/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 tas-7 ta' Mejju 1990 dwar l-istabbiliment tal-Aġenzija tal-Ambjent Ewropew u n-Network tal-Informazzjoni u l-Osservazzjoni tal-Ambjent Ewropew[2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (verżjoni kkodifikata)[3], u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002[4] tad-19 ta' Novembru 2002 dwar il-qafas ta’ Regolament Finanzjarju għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel ( A7-0122/2011 ),
1. Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2009;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2009
(C7‑0230/2010 – 2010/2170(DEC) )
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2009,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 (5892/2011 – C7‑0052/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[5], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 tas-7 ta' Mejju 1990 dwar l-istabbiliment tal-Aġenzija tal-Ambjent Ewropew u n-Network tal-Informazzjoni u l-Osservazzjoni tal-Ambjent Ewropew[6], u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (verżjoni kkodifikata)[7], u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002[8] tad-19 ta' Novembru 2002 dwar il-qafas ta’ Regolament Finanzjarju għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel ( A7-0122/2011 ),
1. Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2009;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura l-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali tal- Unjoni Ewropea (serje L).
3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
b’osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2009
(C7‑0230/2010 – 2010/2170(DEC) )
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2009,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[9],
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 (5892/2011 – C7‑0052/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[10], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 tas-7 ta' Mejju 1990 dwar l-istabbiliment tal-Aġenzija tal-Ambjent Ewropew u n-Network tal-Informazzjoni u l-Osservazzjoni tal-Ambjent Ewropew[11], u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (verżjoni kkodifikata)[12], u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002[13] tad-19 ta' Novembru 2002 dwar il-qafas ta’ Regolament Finanzjarju għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel ( A7-0122/2011 ),
A. billi l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2009 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet li jaqgħu taħthom huma legali u regolari,
B. billi fil-5 ta' Mejju 2010 l-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008[14], u li, fir-Riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta’ kwittanza, il-Parlament, fost affarijiet oħra,
- talab lill-Aġenzija tkompli tipprovdi regolarment (jiġifieri kull ħames snin) evalwazzjoni esterna indipendenti abbażi tar-regolament ta’ twaqqif (KEE) Nru 1210/90 u l-programmi ta' ħidma adottati mill-Bord ta’ Ġestjoni,
- innota l-osservazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li kien ikun aħjar kieku nbdiet proċedura ta’ appalti pubbliċi għall-kuntratt ta’ rinnovazzjoni tal-bini mikri mill-Aġenzija, milli titħallas kumpanija magħżula mis-sidien tal-bini,
- jirrikonoxxi li l-Aġenzija implimentat 9 rakkomandazzjonijiet mis-27 li saru mis-Servizz ta’ Verfika Interna (IAS) mill-2006 'l hawn,
C. billi l-baġit tal-Aġenzija għas-sena 2009 kien ta' EUR 39 900 000 li jfisser żieda ta' 7.1% meta mqabbel mas-sena finanzjarja 2008,
1. Jinnota li r-riżorsi finanzjarji totali disponibbli fl-2009 għall-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) jammontaw għal EUR 39 900 000, li minnhom EUR 34 560 000 ġejjin minn sussidji tal-Unjoni;
2. Jinnota li ż-żieda ta’ EUR 2 800 000 meta mqabbla mal-baġit tal-EEA għall-2008 kienet immirata għall-iżvilupp ta’ erba’ oqsma ewlenin bħall-adattament għat-tibdil fil-klima, il-valutazzjoni tal-ekosistema, il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli, u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tad-diżastri kif identifikati fl-istrateġija multiannwali għall-2009-2013;
Prestazzjoni
3. Jilqa’ l-inizjattiva tal-Aġenzija biex tkompli tipprovdi regolarment evalwazzjoni esterna indipendenti abbażi tar-regolament ta’ twaqqif (KEE) Nru 1210/90 u l-programmi ta' ħidma adottati mill-Bord ta’ Ġestjoni; jinnota b’mod partikolari li l-evalwazzjoni li jmiss se ssir fl-2012-2013;
4. Jitlob għal darba oħra lill-Aġenzija biex tistabbilixxi, fit-tabella li għandha tinhemeż mar-rapport li jmiss tal-Qorti tal-Awdituri, tqabbil ċar tal-operazzjonijiet li twettqu matul is-sena li għaliha għandha tingħata l-kwittanza u fis-sena finanzjarja ta’ qabel, bil-għan li l-awtorità ta' kwittanza tkun tista' tevalwa l-prestazzjoni tal-Aġenzija b’mod aktar effikaċi minn sena għal oħra;
5. Jitlob lill-Aġenzija biex tindirizza dawn l-erba' oqsma bi prijorità u biex taċċelera aktar l-iżvilupp tagħhom;
6. Jilqa’ speċifikament l-Aġenzija bħala fornitur affidabbli ta’ informazzjoni ambjentali indipendenti u korretta għall-istituzzjonijiet kollha tal-UE, għall-Istati Membri tal-UE u għall-korpi kollha li jfasslu l-politika;
7. Iħeġġeġ, għall-darba oħra, lill-Aġenzija tkompli bl-isforzi tagħha biex tkompli tiżviluppa l-metodi ta’ komunikazzjoni tagħha sabiex tattira aktar rappurtaġġ mill-midja dwar is-sejbiet tagħha u b’hekk tikkontribwixxi għad-dibattitu pubbliku dwar kwistjonijiet ambjentali importanti, bħat-tibdil fil-klima, il-bijodiversità u l-ġestjoni tar-riżorsi naturali; jemmen li tali miżuri jistgħu jwasslu għal mod kif taħdem aktar trasparenti u għal żieda fl-interess pubbliku fil-ħidma tal-Aġenzija :
8. Jitlob lill-Qorti tal-Awdituri biex twettaq awditjar tar-rendiment tal-Aġenzija;
Proċeduri baġitarji
9. Iħeġġeġ lill-Aġenzija ssaħħaħ ir-rabta bejn il-baġit u l-programm ta’ ħidma; jagħraf, fil-fatt, li l-Qorti tal-Awdituri rrappurtat proċeduri li ma kenux rigorużi biżżejjed għat-tfassil tal-baġit li jwassal għal għadd konsiderevoli ta' trasferimenti baġitarji li jaffettwaw il-biċċa l-kbira tal-linji baġitarji (ekwivalenti għal 8 % mill-baġit tal-Aġenzija); jinnota, b’mod partikolari, li xi wħud minn dawn it-trasferimenti wasslu għal żidiet u tnaqqis suċċessivi fl-istess intestaturi baġitarji billi xi approprjazzjonijiet ma ntużawx u ġew ittrasferiti għal linji oħra tul is-sena;
10. Huwa mħasseb dwar il-prattika tal-Aġenzija tat-twettiq ta' trasferimenti biex tiżdied linja baġitarja sabiex titħallas (fit-30 ta’ Diċembru 2009) il-kera għall-bini tal-Aġenzija għall-ewwel semestru tal-2010 u titħallas mill-baġit tal-2009; jenfasizza li din il-prattika min-naħa tal-Aġenzija mhijiex konformi mal-prinċipju tal-annwalità u li naqqset l-ammont li għandu jitħallas lura lill-Kummissjoni;
11. Jitlob lill-Aġenzija ttejjeb, sal-aħħar tas-sena, il-preċiżjoni tal-informazzjoni pprovduta mid-dipartimenti operattivi dwar l-istimi tan-nefqa operattiva dovuta;
Ir-riżorsi umani
12. Jitlob lill-Aġenzija tirrimedja n-nuqqasijiet tagħha fil-proċeduri ta' reklutaġġ li jipperikolaw it-trasparenza ta’ dawn il-proċeduri; jinnota, b’mod partikolari, li l-Qorti tal-Awdituri rrappurtat id-dgħufijiet li ġejjin: l-avviżi tal-postijiet battala ma speċifikawx numru massimu ta’ kandidati li għandhom jitqiegħdu fil-listi ta’ riserva, ma saritx deċiżjoni dwar il-mistoqsijiet użati waqt it-testijiet bil-miktub u l-intervisti qabel l-eżami tal-applikazzjonijiet, id-deċiżjonijiet tal-bords ta’ selezzjoni ma ġewx dokumentati biżżejjed, il-limiti dwar l-istedina għall-intervisti jew biex wieħed jitqiegħed fil-lista ta’ riserva ma ġewx stabbiliti minn qabel, u l-minuti ma kenux kompluti;
13. Jinnota li kienu meħtieġa 10 postijiet addizzjonali fl-2009 għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet fl-oqsma tal-valutazzjoni tal-ekosistema, il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli, l-iżvilupp ta’ Sistema ta’ Informazzjoni Ambjentali Kondiviża, kif ukoll għall-ħolqien ta’ kapaċitajiet għall-iżvilupp ta’ oqsma ġodda ta’ ħidma fl-adattament għat-tibdil fil-klima u fil-prevenzjoni u l-ġestjoni tad-diżastri; iħeġġeġ, f’dan ir-rigward, titjib ulterjuri fil-proċess ta’ reklutaġġ f’termini ta’ trasparenza, kif indikat mill-Qorti tal-Awdituri;
Verifika interna
14. Jagħraf li tliet rakkomandazzjonijiet mis-segwitu mis-Servizz ta’ Verifika Interna (IAS) tar-rakkomandazzjonijiet ta’ verifika passati għad iridu jiġu implimentati; jinnota, b'mod partikolari, li dawn jirrigwardaw l-iktar postijiet sensittivi, kontrolli fil-post/verifiki ta’ għotjiet u ċirkwiti finanzjarji u jitqiesu bħala “importanti ħafna”;
15. Jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija inkludiet il-valutazzjoni ġenerali tal-IAS tal-Aġenzija fir-Rapport ta’ Attività Annwali tagħha; iqis dan bħala l-aħjar prattika li għandha tiġi segwita minn Aġenziji oħra;
o
o o
Jirreferi, fir-rigward tal-osservazzjonijiet l-oħra li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta’ ... Mejju 2011[15] dwar ir-rendiment, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.
16.3.2011
OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
dwar kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija
Ewropea għall-Ambjent għall-2009
(C7-0230/2010 - 2010/2170(DEC) )
Rapporteur: Jutta Haug
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju, bħala kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni tiegħu għal riżoluzzjoni:
1. Jinnota li r-riżorsi finanzjarji totali disponibbli fl-2009 għall-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) jammontaw għal EUR 39 900 000, li minnhom EUR 34 560 000 ġejjin minn sussidji tal-Unjoni;
2. Jinnota li ż-żieda ta’ EUR 2 800 000 meta mqabbla mal-baġit tal-EEA għall-2008 kienet immirata għall-iżvilupp ta’ erba’ oqsma ewlenin bħall-adattament għat-tibdil fil-klima, il-valutazzjoni tal-ekosistema, il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli, u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tad-diżastri kif identifikati fl-istrateġija multiannwali għall-2009-2013;
3. Jitlob lill-EEA biex tindirizza dawn l-erba’ oqsma ewlenin bħala kwistjoni ta' prijorità u biex tagħmel iżjed biex tmexxi ’l quddiem l-iżvilupp ulterjuri tagħhom;
4. Jieħu nota tal-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-għadd konsiderevoli ta’ trasferimenti baġitarji fl-2009; hu tal-fehma li l-ispjegazzjoni mogħtija mill-EEA dwar dan il-fenomenu għandha tiġi rrispettata, jiġifieri l-implimentazzjoni tal-pjan strateġiku l-ġdid għal ħames snin b’nomeklatura ġdida;
5. Jilqa’ speċifikament l-EEA bħala fornitur affidabbli ta’ informazzjoni ambjentali indipendenti u korretta għall-istituzzjonijiet kollha tal-UE, għall-Istati Membri tal-UE u għall-korpi kollha li jfasslu l-politika;
6. Jinnota li kienu meħtieġa 10 postijiet addizzjonali fl-2009 għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet fl-oqsma tal-valutazzjoni tal-ekosistema, il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli, l-iżvilupp ta’ Sistema ta’ Informazzjoni Ambjentali Kondiviża kif ukoll għall-ħolqien ta’ kapaċitajiet għall-iżvilupp ta’ oqsma ġodda ta’ ħidma fl-adattament għat-tibdil fil-klima u fil-prevenzjoni u l-ġestjoni tad-diżastri; iħeġġeġ, f’dan ir-rigward, titjib ulterjuri fil-proċess ta’ reklutaġġ f’termini ta’ trasparenza, kif indikat mill-Qorti tal-Awdituri;
7. Iħeġġeġ, għall-darba oħra, lill-EEA biex tkompli bl-isforzi tagħha li tkompli tiżviluppa l-metodi ta’ komunikazzjoni sabiex tattira aktar rappurtaġġ mill-midja dwar is-sejbiet tagħha u b’hekk tikkontribwixxi għad-dibattitu pubbliku dwar kwistjonijiet ambjentali importanti, bħat-tibdil fil-klima, il-bijodiversità u l-ġestjoni tar-riżorsi naturali; iqis li miżuri bħal dawn jistgħu jwasslu għal metodu ta’ xogħol aktar trasparenti u interess pubbliku akbar fil-ħidma tal-EEA;
8. Jitlob lill-Qorti tal-Awdituri biex twettaq verfika tar-rendiment tal-EEA;
9. Hu tal-fehma, abbażi tad-dejta disponibbli, li d-Direttur Eżekuttiv tal-EEA jista' jingħata l-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-EEA għas-sena finanzjarja 2009.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni | 16.3.2011 |
|
|
| |
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 51 0 6 | |||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | János Áder, Kriton Arsenis, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Sandrine Bélier, Sergio Berlato, Martin Callanan, Nessa Childers, Chris Davies, Bairbre de Brún, Bas Eickhout, Edite Estrela, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Julie Girling, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Dan Jørgensen, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Holger Krahmer, Jo Leinen, Corinne Lepage, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Gilles Pargneaux, Antonyia Parvanova, Andres Perello Rodriguez, Sirpa Pietikäinen, Mario Pirillo, Pavel Poc, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Dagmar Roth-Behrendt, Daciana Octavia Sârbu, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Bogusław Sonik, Salvatore Tatarella, Åsa Westlund, Glenis Willmott, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis | ||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Jutta Haug, Marisa Matias, Bill Newton Dunn, Bart Staes, Eleni Theocharous, Thomas Ulmer, Anna Záborská | ||||
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni | 21.3.2011 |
|
|
| |
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 17 0 2 | |||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Inés Ayala Sender, Jorgo Chatzimarkakis, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Iliana Ivanova, Elisabeth Köstinger, Monica Luisa Macovei, Aldo Patriciello, Crescenzio Rivellini, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard | ||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Thijs Berman, Zuzana Brzobohatá, Derk Jan Eppink, Marian-Jean Marinescu, Véronique Mathieu | ||||