Dokument ta' sessjoni

 

A7-0123/2011

5.4.2011

RAPPORT

dwar kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2009

(C7‑0237/2010 – 2010/2177(DEC) )

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Georgios Stavrakakis

PR_DEC_Agencies

WERREJ

Paġna

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW.....................................3

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW.....................................5

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW...............................7

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu..........................................11

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT......................................................14

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2009

(C7‑0237/2010 – 2010/2177(DEC) )

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet finali definittivi tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2009,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[1],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 (5892/2011 – C7‑0052/2011),

 

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[2], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 [3]dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 60 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002[4] tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu ( A7-0123/2011 ),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2009;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2009

(C7‑0237/2010 – 2010/2177(DEC) )

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet finali definittivi tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2009,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[5],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 (5892/2011 – C7‑0052/2011),

 

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[6], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 [7]dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 60 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002[8] tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu ( A7-0123/2011 ),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet ta’ l-Aġenzija tas-Sigurtà ta’ l-Avjazzjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-direttur tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2009

(C7‑0237/2010 – 2010/2177(DEC) )

Il-Parlament Ewropew,

–    wara li kkunsidra l-kontijiet finali definittivi tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2009,

–    wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[9],

–    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 (5892/2011 – C7‑0052/2011),

 

–    wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[10], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–    wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 [11]dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 60 tiegħu,

–    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002[12] tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–    wara li kkunsidra l-Artikolu 77, u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu ( A7-0123/2011 ),

A.  billi l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2009 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,

B.  billi fit-5 ta’ Mejju 2010, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008[13], u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta’ kwittanza, il-Parlament:

- Jiddispjaċih li, fl-2008, is-sistema tal-miżati fissi annwali ġġenerat dħul li kien ogħla b’mod sinifikanti mill-ispejjeż attwali tas-servizzi mogħtija u jistieden lill-Aġenzija biex tressaq, bħala kwistjoni urġenti, pjan dettaljat sabiex jiġi garantit li dan ma jerġax iseħħ fis-snin li ġejjin,

- Ġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-Aġenzija ttrasferiet għall-2009 livell għoli ta’ approprjazzjonijiet għall-infiq operattiv (aktar minn EUR 53 000 000, li kien 79% tal-approprjazzjonijiet operattivi),

- insista dwar kemm kien importanti għall-Aġenzija li jiġu stabbiliti għanijiet SMART u indikaturi RACER fit-tfassil tal-programm tagħha bl-iskop ta’ evalwazzjoni tal-prestazzjoni tagħha,

- Esprima t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn il-ħtiġijiet, il-persunal u r-regolament finanzjarju tal-Aġenzija u, b’mod partikulari, li l-proċeduri tal-għażla tal-persunal għamluha diffiċli li jiġi rreklutat persunal li jkun ikkwalifikat kif jixraq,

 

C. billi l-baġit tal-Aġenzija għall-2009 kien ta' EUR 92 500 000, jiġifieri 6% aktar mill-baġit tal-2008; billi r-riżerva għal attitivajiet tal-miżati u l-ħlasijiet għall-2009 kienet ta' EUR 29 500 000,

1.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri sabet li l-kontabilità tal-Aġenzija għall-2009 hija affidabbli u t-tranżazzjonjiet sottostanti, meħuda bħala entità sħiħa, huma legali u regolari;

 

Żieda sostanzjali tal-baġit

2. Jenfasizza li l-baġit tal-Aġenzija jiżdied bi 28% mill-2007 sal-2009;

 

3.  Jinnota li l-Aġenzija rċeviet EUR 31 540 000 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 29 180 000 f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet mill-Baġit tal-Unjoni għall-2009;

 

4.  Jinnota, barra minn hekk, li l-baġit globali tal-Aġenzija żdied bi kważi 20% minn EUR 102 000 000 għal EUR 122 000 000 mill-2008 sal-2009 u li l-għadd tal-persunal żdied minn 440 għal 509;

 

Ir-rendiment

5.  Jerġa jisħaq għal darba oħra fuq l-importanza li l-Aġenzija tfassal objettivi SMART u indikaturi RACER fil-programmazzjoni tagħha sabiex tevalwa l-operazzjonijiet tagħha; jinnota t-tweġiba mill-Aġenzija, li tagħti assigurazzjoni li tejbet il-programm ta' ħidma tagħha għall-2010, li jistabbilixxi għanijiet u indikaturi ewlenin ta' prestazzjoni u sistema ta' ppjanar aħjar tar-riżorsi; Jitlob, barra minn hekk, lill-Aġenzija tikkunsidra tagħmel dijagramma ta’ Gantt parti mill-programmazzjoni għal kull waħda mill-attivitajiet operattivi tagħha, bil-ħsieb li jiġi indikat f'forma konċiża l-ammont ta' ħin li jkun għadda kull membru tal-persunal fuq proġett u jitħeġġeġ l-approċċ immirat lejn il-kisba tar-riżultati;

 

6. Iħeġġeġ lill-Aġenzija biex timplimenta struttura bbażata fuq l-attività għall-baġit funzjonali sabiex tistabilixxi konnessjoni ċara bejn il-programm tax-xogħol u t-tħabbir finanzjarju u biex ittejjeb il-monitoraġġ u r-rappourtar tal-prestazzjoni; Jenfasizza li l-Aġenzija tipprepara pjan multiannwali kull sena, li jiġi diskuss ma' dawk kollha interessati u approvat mill-Bord tal-Ġestjoni, fejn jiġi preżentat il-baġit għal kull attività; Jagħraf l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-istruttura tal-baġit funzjonali tal-Aġenzija (Titlu III) baqgħet parzjalment relatata mal-input u li l-emendi tal-baġit saru mingħajr aġġornament tal-programm tax-xogħol, anki meta kellhom impatt sinifikanti fuq l-allokazzjoni tar-riżorsi umani u finanzjarji;

 

7.  Jistieden għal darb’oħra lill-Aġenzija tistabbilixxi, f’tabella li għandha tinhemeż mar-rapport li jmiss tal-Qorti tal-Awdituri, tqabbil tal-operazzjonijiet li twettqu matul is-sena li għaliha għandha tingħata l-kwittanza u fis-sena finanzjarja ta’ qabel bil-għan li l-awtorità ta' kwittanza tkun tista' tevalwa b’mod aktar effettiv il-prestazzjoni tagħha minn sena għall-oħra;

 

Trasferiment ta’ approprjazzjonijiet għas-sena ta' wara

 

8.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li għal darb'oħra l-Aġenzija ttrasferiet għall-2010 livell għoli ta' approprjazzjonijiet għan-nefqa operattiva (65% mit-Titolu III – Attività operattiva – meta d-dħul allokat jiġi eskluż mit-trasferimenti, il-persentaġġ tal-impenji ttrasferiti huwa ta' 13%); jenfasizza li dan imur kontra l-prinċipju tal-annwalità; jirrikonoxxi li ċerta inċertezza dwar il-livell tad-drittijiet u l-ħlasijiet hija inerenti fiċ-ċiklu inizjali ta' ħidma tal-Aġenzija minħabba l-multiannwalità tal-proġetti; barra minn hekk, jenfasizza li din is-sitwazzjoni tikxef nuqqasijiet fis-sistema tal-pjanifikazzjoni tar-riżorsi tal-Aġenzija, li jirriżultaw minħabba dewmien fl-iffirmar tal-kuntratt ta' servizz; għalhekk, jitlob li l-kuntratti jiġu ġestiti b'mod aktar eżatt u f'waqtu u li jiġi ppreżentat tbassir ħafna aktar realistiku lill-Parlament u lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja li jmiss, waqt li jitħalla biżżejjed żmien biex dan jiġi analizzat;

 

9.  Jitlob li mal-baġit ta' kull sena jiġi mehmuż rapport speċjali dwar il-bilanċ pożittiv trasferit minn snin preċedenti, li jispjega għalfejn l-approprjazzjonijiet imsemmija ma ntużawx, u kif u meta se jintużaw;

 

Drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija

10.  Jinnota li l-2009 kienet l-ewwel sena sħiħa ta’ implimentazzjoni tal-ħidmiet ta’ ċertifikazzjoni skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 593/2007 tal-31 ta’ Mejju 2007 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni;

 

11. Jerġa' jitlob lill-Aġenzija biex ittejjeb sistema ta’ sorveljanza fil-livell tal-proġetti ta’ ċertifikazzjoni biex tiżgura li, matul il-perjodu kollu tal-proġett, id-drittijiet imposti ma jvarjawx min-nefqa reali b’mod sinifikanti;

 

12. Jitlob lill-Aġenzija, speċifikament, biex tistima b'mod korrett, għall-istabbiliment tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-2010, l-ispiża relatata mal-ġesjoni ta' xogħlijiet ta' ċertifikazzjoni li jiġu esternalizzati lill-awtoritajiet tal-avjazzjoni nazzjonali; Jenfasizza, fil-fatt, li l-Qorti tal-Awdituri rrapurtat li n-nefqa dovuta relatata fl-aħħar tas-sena ġiet stmata billi jiġi assunt il-persentaġġ għat-tlestija li mhuwiex ġustifikat minn esperjenza storika; jirrikonoxxi, madankollu, l-intenzjoni tal-Aġenzija li ddaħħal "ftehim dwar rata fissa" għal ċerti servizzi (bidliet żgħar, tiswijiet żgħar, Ċertifikati tat-Tip Supplementari standard, sorveljanza tal-organizzazzjonijiet) biex ikunu disponibbli kosti affidabbli tal-proġetti meta servizz jiġi esternalizzat;

 

Ir-riżorsi umani

 

13. Jinnota, barra minn hekk, nuqqasijiet fil-proċeduri ta' għażla tal-persunal li jipperikolaw it-trasparenza ta' dawn il-proċeduri; Jirrikonoxxi li l-Qorti tal-Awdituri rrappurtat fir-rigward ta' dawn il-proċeduri li d-deċiżjonijiet tal-bordijiet tal-għażla ma kinux iġġustifikati u ddokumentati biżżejjed billi r-riżultati minimi sabiex wieħed jiġi mistieden għal intervista jew sabiex jitqiegħed fil-lista tar-riżervi ma ġewx iddefiniti minn qabel u billi ma ttiħdux il-minuti;

 

14.  Iħeġġeġ lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-azzjonijiet li ttieħdu biex titġi rimedjata din is-sitwazzjoni u biex il-proċeduri tal-għażla tal-esperti/istaff tagħha jsiru aktar trasparenti; jenfasizza li l-impatt ta' dawn in-nuqqasijiet huwa saħansitra aktar kruċjali meta jitqies li l-Aġenzija għandha l-objettivi li toħroġ speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni, tieħu deċiżjonijiet rigward l-ajrunavigabbiltà u ċ-ċertifikazzjoni ambjentali, u twettaq spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri;

 

Verifika Interna

 

15.  Jirrikonoxxi li l-Aġenzija implimentat 20 rakkomandazzjoni mis-26 li saru mis-Servizz tal-Verifika Interna (IAS) mill-2006 'l hawn;

 

16.  Jirrikonoxxi li l-Aġenzija bagħtet lill-awtorità tal-kwittanza rapport imfassal mid-Direttur Eżekuttiv tagħha li jagħti sommarju tal-kontenut tar-rakkomandazzjoni tal-IAS kif stipulat fl-Artikolu 72(5) tar-Regolament Finanzjarju ta' qafas; madankollu, jistieden lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija biex jipprovdi informazzjoni speċifika dwar il-kontenut tar-rakkomandazzjonijiet miftuħa kollha tal-IAS fl-2009;

 

o

o o

 

17. Jirreferi, fir-rigward tal-osservazzjonijiet l-oħra li qegħdin mad-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... ta' Mejju 2011[14] dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

1.3.2011

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar kwittanza b’rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009

(C7-0237/2010 - 2010/2177(DEC) )

Rapporteur għal opinjoni: Giommaria Uggias

 

 

SUĠĠERIMENTI

 

1.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri sabet li l-kontabilità tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tal-Avjazzjoni għall-2009 hija affidabbli u t-tranżazzjonjiet sottostanti, meħuda bħala entità sħiħa, huma legali u regolari;

2.  Jinnota li l-Aġenzija rċeviet EUR 31 540 000 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 29 180 000 f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet mill-Baġit tal-Unjoni għall-2009;

3.  Jinnota, barra minn hekk, li l-baġit globali tal-Aġenzija żdied b’20% minn EUR 102 miljun għal EUR 122 miljun mill-2008 sal-2009 u li l-għadd tal-persunal żdied minn 440 għal 509;

4.  Jaċċetta li l-livell għoli ta’ approprjazzjonijiet (65% tal-attivitajiet operattivi) li tmexxew ‘il quddiem għall-2010 jmur kontra l-prinċipju tal-annwalità;

5.  Jilqa’ l-impenn tal-Aġenzija biex tadotta struttura baġitarja marbut bis-sħiħ mal-produzzjoni (“baġit bbażat fuq l-attività”) li, kif dikjarat fir-rapport tal-Qorti, għandu jtejjeb il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ tal-prestazzjoni;

6.   Jitlob li mal-baġit ta' kull sena jiġi mehmuż rapport speċjali dwar il-bilanċ pożittiv trasferit minn snin preċedenti, li jispjega għalfejn l-approprjazzjonijiet imsemmija ma ntużawx, u kif u meta se jintużaw;

7.  Jesprimi tħassib li l-Qorti sabet li l-proċeduri tal-għażla tal-persunal ma kienux ġustifikati u dokumentati biżżejjed iżda jinnota l-garanzija tal-Aġenzija li ġew applikati limiti massimi fissi għall-proċeduri kollha magħżula sa minn Mejju 2010;

8.  Jipproponi, madankollu, li l-Parlament jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tal-Avjazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2009.

 

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

28.2.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Antonio Cancian, Saïd El Khadraoui, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Dieter-Lebrecht Koch, Georgios Koumoutsakos, Eva Lichtenberger, Hella Ranner, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Dirk Sterckx, Keith Taylor, Giommaria Uggias, Thomas Ulmer, Peter van Dalen, Artur Zasada, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Philip Bradbourn, Frieda Brepoels, Spyros Danellis, Ádám Kósa, Janusz Władysław Zemke

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach

 

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

21.3.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Inés Ayala Sender, Jorgo Chatzimarkakis, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Iliana Ivanova, Elisabeth Köstinger, Monica Luisa Macovei, Aldo Patriciello, Crescenzio Rivellini, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Zuzana Brzobohatá, Derk Jan Eppink, Véronique Mathieu

 

 

[1] ĠU C 338, 14.12.2010, p.22.
[2] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1
[3] ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.
[4] ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
[5] ĠU C 338, 14.12.2010, p.22.
[6] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1
[7] ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.
[8] ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
[9] ĠU C 338, 14.12.2010, p.22.
[10] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1
[11] ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.
[12] ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
[13] ĠU L 252, 25.9.2010, p. 136.
[14] Testi adottati, P7_TA-PROV(2011).