Dokument ta' sessjoni

 

A7-0134/2011

14.4.2011

RAPPORT

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III – Il-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi

( SEC(2010)0963 – C7‑0211/2010 – 2010/2142(DEC) )

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Jorgo Chatzimarkakis

PR_DEC_Com

WERREJ

Paġna

1.      PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW................................4

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III – Kummissjoni  4

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW.....................................6

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2009  6

3. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW.....................................9

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni għas-sena finanzjarja 2009  9

4. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW...................................12

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi għas-sena finanzjarja 2009  12

5. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW...................................15

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport għas-sena finanzjarja 2009  15

6. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW...................................18

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2009  18

7. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW...................................21

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2009         21

8. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW...................................24

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III – Kummissjoni 24

9. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW.............................26

b’osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III – Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi  26

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin...........................................69

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp....................................................................71

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali.......................74

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel 76

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur.85

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu..........................................88

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali..............................................91

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni................................94

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern..96

OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi       98

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT....................................................102

 

1.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III – Kummissjoni

( SEC(2010)0963 – C7‑0211/2010 – 2010/2142(DEC) )

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009[1],

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 ( SEC(2010)0963 – C7-0211/2010)[2],

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu tal-kwittanza għas-sena finanzjarja 2008 ( COM(2010)0650 ), u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaw dan ir-rapport (( SEC(2010)1437 u SEC(2010)1438 )),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ġunju 2010 bit-titolu “Sinteżi tal-kisbiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni fl-2009” ( COM(2010)0281 ),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni għall-awtorità ta’ kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2009 ( COM(2010)0447 ) u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport ( SEC(2010)0994 ),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar it-tweġibiet tal-Istati Membri għar-rapport annwali tal-2009 tal-Qorti tal-Awdituri ( COM(2011)0104 ),

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit fir-rigward tas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet[3], u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea[4],

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Mejju 2010 bit-titolu “Aktar kontrolli jew anqas? Is-sejbien tal-aħjar bilanċ bejn in-nefqa amministrattiva tal-kontroll u r-riskju ta' żball ( COM(2010)0261 ), u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni maħruġin ma’ dik il-komunikazzjoni ( SEC(2010)0640 u ( SEC(2010)0641 ),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Iskejjel Ewropej għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Iskejjel,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-15 ta' Frar 2011 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009(05891/2011 – C7-0053/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE, l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[5], kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006[6] u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1525/2007 tas-17 ta’ Diċembru 2007[7], u b’mod partikolari l-Artikoli 55, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra ( A7-0134/2011 ),

A. billi skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha timplimenta l-baġit u tiġġestixxi programmi u għandha tagħmel dan, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea b’koperazzjoni mal-Istati Membri fuq ir-responsabilità tagħha stess, wara li jiġi kkunsidrat il-prinċipju ta’ tmexxija finanzjarja tajba,

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009;

2.  Jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-Deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III – Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi, u fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-konklużjonijiet dwar ir-rapporti speċjali maħruġa mill-Qorti tal-Awdituri[8];

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjonijiet li huma parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura l-pubblikazzjoni tagħhom f’“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea” (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2009

( SEC(2010)0963 – C7‑0211/2010 – 2010/2142(DEC) )

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009[9],

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 ( SEC(2010)0963 – C7-0211/2010)[10],

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2009,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta' rilaxx għas-sena finanzjarja 2008 ( COM(2010)0650 ), u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaw dan ir-rapport (( SEC(2010)1437 u SEC(2010)1438 ),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ġunju 2010 bit-titolu “Sinteżi tal-kisbiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni fl-2009” ( COM(2010)0281 ),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni għall-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl-2009 ( COM(2010)0447 ), u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport ( SEC(2010)0994 ),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[11],

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea[12],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009 (05893/2011 – C7-0054/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE, l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[13], kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006[14] u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1525/2007 tas-17 ta’ Diċembru 2007[15], u b’mod partikolari l-Artikoli 55, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[16], u b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004[17] tal-21 ta’ Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003, u b’mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/56/KE tal-14 ta’ Jannar 2005 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Edukattiva, Awdjoviżiva u Kulturali għat-tmexxija tal-azzjoni komunitarja fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-awdjoviżwal u l-kultura fl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003[18],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra ( A7-0134/2011 ),

A. billi skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha timplimenta l-baġit u tiġġestixxi programmi u għandha tagħmel dan, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea b’koperazzjoni mal-Istati Membri fuq ir-responsabilità tagħha stess, wara li jiġi kkunsidrat il-prinċipju ta’ tmexxija finanzjarja tajba,

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2009;

2.  Jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-Deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III – Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni, flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III – Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawk id-Deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura l-pubblikazzjoni tagħhom f’“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea” (serje L).

3. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni għas-sena finanzjarja 2009

( SEC(2010)0963 – C7‑0211/2010 – 2010/2142(DEC) )

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009[19],

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 ( SEC(2010)0963 – C7-0211/2010)[20],

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni għas-sena finanzjarja 2009,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta' rilaxx għas-sena finanzjarja 2008 ( COM(2010)0650 ), u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaw dan ir-rapport (( SEC(2010)1437 u SEC(2010)1438 ),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ġunju 2010 bit-titolu “Sinteżi tal-kisbiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni fl-2009” ( COM(2010)0281 ),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni għall-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl-2009 ( COM(2010)0447 ), u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport ( SEC(2010)0994 ),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[21],

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea[22],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009 (05893/2011 – C7-0054/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE, l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[23], kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006[24] u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1525/2007 tas-17 ta’ Diċembru 2007[25], u b’mod partikolari l-Artikoli 55, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[26], u b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004[27] tal-21 ta’ Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003, u b’mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/20/KE tat-23 ta' Diċembru 2003 li tistabbilixxi aġenzija esekuttiva, l-Aġenzija Esekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti, biex timmaniġġa l-azzjoni tal-Komunità fis-settur tal-enerġija bl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003[28],

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/372/KE tal-31 ta’ Mejju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2004/20/KE sabiex tittrasforma L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti f’Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni[29],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra ( A7-0134/2011 ),

A. billi skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha timplimenta l-baġit u tiġġestixxi programmi u għandha tagħmel dan, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea b’koperazzjoni mal-Istati Membri fuq ir-responsabilità tagħha stess, wara li jiġi kkunsidrat il-prinċipju ta’ tmexxija finanzjarja tajba,

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2009;

2.  Jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-Deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III – Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni, flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III – Kummissjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minn dawn id-Deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura l-pubblikazzjoni tagħhom f’“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea” (serje L).

4. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi għas-sena finanzjarja 2009

( SEC(2010)0963 – C7‑0211/2010 – 2010/2142(DEC) )

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009[30],

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 ( SEC(2010)0963 – C7-0211/2010)[31],

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi għas-sena finanzjarja 2009,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta' rilaxx għas-sena finanzjarja 2008 ( COM(2010)0650 ), u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaw dan ir-rapport (( SEC(2010)1437 u SEC(2010)1438 ),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ġunju 2010 bit-titolu “Sinteżi tal-kisbiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni fl-2009” ( COM(2010)0281 ),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni għall-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl-2009 ( COM(2010)0447 ), u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport ( SEC(2010)0994 ),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[32],

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea[33],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009 (05893/2011 – C7-0054/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE, l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[34], kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006[35] u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1525/2007 tas-17 ta’ Diċembru 2007[36], u b’mod partikolari l-Artikoli 55, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[37], u b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004[38] tal-21 ta’ Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003, u b’mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/858/KE tal-15 ta’ Diċembru 2004 li twaqqaf aġenzija esekuttiva bl-isem Aġenzija Esekuttiva għall-Programm dwar is-Saħħa Pubblika għat-tmexxija tal-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubbilka — b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 58/2003 tal-Kunsill[39],

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/544/KE tal-20 ta’ Ġunju 2008 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2004/858/KE sabiex tittrasforma L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm tas-Saħħa Pubblika fl-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi[40]

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra ( A7-0134/2011 ),

A. billi skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha timplimenta l-baġit u tiġġestixxi programmi u għandha tagħmel dan, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea b’koperazzjoni mal-Istati Membri fuq ir-responsabilità tagħha stess, wara li jiġi kkunsidrat il-prinċipju ta’ tmexxija finanzjarja tajba,

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2009;

2.  Jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-Deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III – Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni, flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III – Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawk id-Deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura l-pubblikazzjoni tagħhom f’“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea” (serje L).

5. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport għas-sena finanzjarja 2009

( SEC(2010)0963 – C7‑0211/2010 – 2010/2142(DEC) )

 

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009[41],

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 ( SEC(2010)0963 – C7-0211/2010)[42],

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport għas-sena finanzjarja 2009,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta' rilaxx għas-sena finanzjarja 2008 ( COM(2010)0650 ), u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaw dan ir-rapport (( SEC(2010)1437 u SEC(2010)1438 ),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ġunju 2010 bit-titolu “Sinteżi tal-kisbiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni fl-2009” ( COM(2010)0281 ),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni għall-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl-2009 ( COM(2010)0447 ), u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport ( SEC(2010)0994 ),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[43],

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea[44],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009 (05893/2011 – C7-0054/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE, l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[45], kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006[46] u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1525/2007 tas-17 ta’ Diċembru 2007[47], u b’mod partikolari l-Artikoli 55, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[48], u b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004[49] tal-21 ta’ Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003, u b’mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/60/KE tas-26 ta’ Ottubru 2006, li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003[50],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra ( A7-0134/2011 ),

A. billi skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha timplimenta l-baġit u tiġġestixxi programmi u għandha tagħmel dan, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea b’koperazzjoni mal-Istati Membri fuq ir-responsabilità tagħha stess, wara li jiġi kkunsidrat il-prinċipju ta’ tmexxija finanzjarja tajba,

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2009;

2.  Jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-Deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III – Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni, flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III – Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-Deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura l-pubblikazzjoni tagħhom f’“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea” (serje L).

6. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2009

( SEC(2010)0963 – C7‑0211/2010 – 2010/2142(DEC) )

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009[51],

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 ( SEC(2010)0963 – C7-0211/2010)[52],

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2009,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta' rilaxx għas-sena finanzjarja 2008 ( COM(2010)0650 ), u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaw dan ir-rapport (( SEC(2010)1437 u SEC(2010)1438 ),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ġunju 2010 bit-titolu “Sinteżi tal-kisbiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni fl-2009” ( COM(2010)0281 ),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni għall-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl-2009 ( COM(2010)0447 ), u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport ( SEC(2010)0994 ),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[53],

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea[54],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009 (05893/2011 – C7-0054/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE, l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[55], kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006[56] u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1525/2007 tas-17 ta’ Diċembru 2007[57], u b’mod partikolari l-Artikoli 55, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[58], u b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004[59] tal-21 ta’ Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003, u b’mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/37/KE tal-14 ta’ Diċembru 2007 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għall-ġestjoni tal-programm speċifiku Komunitarju Ideat fil-qasam tar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien b’applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003[60],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra ( A7-0134/2011 ),

A. billi skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha timplimenta l-baġit u tiġġestixxi programmi u għandha tagħmel dan, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea b’koperazzjoni mal-Istati Membri fuq ir-responsabilità tagħha stess, wara li jiġi kkunsidrat il-prinċipju ta’ tmexxija finanzjarja tajba,

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2009;

2.  Jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-Deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III – Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi;

3.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni, flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III – Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-Deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura l-pubblikazzjoni tagħhom f’“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea” (serje L).

7. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2009

( SEC(2010)0963 – C7‑0211/2010 – 2010/2142(DEC) )

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009[61],

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 ( SEC(2010)0963 – C7-0211/2010)[62],

–   wara li kkunsidra l-kontijiet finali annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2009,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta' rilaxx għas-sena finanzjarja 2008 ( COM(2010)0650 ), u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaw dan ir-rapport (( SEC(2010)1437 u SEC(2010)1438 ),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ġunju 2010 bit-titolu “Sinteżi tal-kisbiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni fl-2009” ( COM(2010)0281 ),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni għall-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl-2009 ( COM(2010)0447 ), u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport ( SEC(2010)0994 ),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[63],

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea[64],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009 (05893/2011 – C7-0054/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE, l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[65], kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006[66] u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1525/2007 tas-17 ta’ Diċembru 2007[67], u b’mod partikolari l-Artikoli 55, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[68], u b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004[69] tal-21 ta’ Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003, u b’mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/46/KE tal-14 ta’ Diċembru 2007 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għall-ġestjoni ta’ ċerti oqsma tal-programmi Komunitarji speċifiċi Nies, Kapaċitajiet u Kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka b’applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003[70],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra ( A7-0134/2011 ),

A. billi skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha timplimenta l-baġit u tiġġestixxi programmi u għandha tagħmel dan, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea b’koperazzjoni mal-Istati Membri fuq ir-responsabilità tagħha stess, wara li jiġi kkunsidrat il-prinċipju ta’ tmexxija finanzjarja tajba,

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2009;

2.  Jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-Deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III – Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni, flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III – Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minn dawn id-Deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura l-pubblikazzjoni tagħhom f’“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea” (serje L).

8. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III – Kummissjoni

( SEC(2010)0963 – C7‑0211/2010 – 2010/2142(DEC) )

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009[71],

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 ( SEC(2010)0963 – C7-0211/2010)[72],

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta' rilaxx għas-sena finanzjarja 2008 ( COM(2010)0650 ), u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaw dan ir-rapport (( SEC(2010)1437 u SEC(2010)1438 ),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ġunju 2010 bit-titolu “Sinteżi tal-kisbiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni fl-2009” ( COM(2010)0281 ),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni għall-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl-2009 ( COM(2010)0447 ), u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport ( SEC(2010)0994 ),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar it-tweġibiet tal-Istati Membri għar-rapport annwali tal-2009 tal-Qorti tal-Awdituri ( COM(2011)0104 ),

    wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit fir-rigward tas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet[73], u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea[74],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ...... tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009(05891/2011 – C7-0053/2011),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009 (05893/2011 – C7-0054/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE, l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[75], kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006[76] u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1525/2007 tas-17 ta’ Diċembru 2007[77], u b’mod partikolari l-Artikoli 55, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità, u b'mod speċjali l-Artikolu 14(2) u (3) tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra ( A7-0134/2011 ),

A. billi skont l-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-kontijiet li jirrelataw għall-implimentazzjoni tal-baġit u tistabbilixxi dikjarazzjoni finanzjarja tal-ativi u l-passivi tal-Unjoni,

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-Deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III – Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi;

3.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura l-pubblikazzjoni tagħhom f’“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea” (serje L).

9. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

b’osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III – Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi

( SEC(2010)0963 – C7‑0211/2010 – 2010/2142(DEC) )

Il-Parlament Ewropew,

–    wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009[78],

–    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 ( SEC(2010)0963 – C7-0211/2010)[79],

–    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta' rilaxx għas-sena finanzjarja 2008 ( COM(2010)0650 ), u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaw dan ir-rapport (( SEC(2010)1437 u SEC(2010)1438 ),

–    wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ġunju 2010 bit-titolu “Sinteżi tal-kisbiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni fl-2009” ( COM(2010)0281 ),

–    wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni għall-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl-2009 ( COM(2010)0447 ), u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport ( SEC(2010)0994 ),

–    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar it-tweġibiet tal-Istati Membri għar-rapport annwali tal-2009 tal-Qorti tal-Awdituri ( COM(2011)0104 ),

    wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit fir-rigward tas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet[80], u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

–    wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea[81],

–    wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Mejju 2010 bit-titolu “Aktar kontrolli jew anqas? Is-sejbien tal-aħjar bilanċ bejn in-nefqa amministrattiva tal-kontroll u r-riskju ta' żball ( COM(2010)0261 ), u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni maħruġin ma’ dik il-komunikazzjoni ( SEC(2010)0640 u ( SEC(2010)0641 ),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-15 ta' Frar 2011 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009(05891/2011 – C7-0053/2011),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009 (05893/2011 – C7-0054/2011),

–    wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE, l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,

–    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[82] ("ir-Regolament Finanzjarju") kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006[83] u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1525/2007 tas-17 ta’ Diċembru 2007[84], u b’mod partikolari l-Artikoli 55, 145, 146 u 147 tiegħu,

–    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità, u b'mod speċjali l-Artikolu 14(2) u (3) tiegħu,

–    wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra ( A7-0134/2011 ),

A.  billi l-Kummissjoni Barroso I kellha objettiv strateġiku li tikseb dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni pożittiva mill-Qorti tal-Awdituri sal-2009, u billi dan l-objettiv ma nltaħaqx,

B.  billi t-Trattat ta’ Lisbona saħħaħ ir-rwol tal-Kummissjoni billi ppreveda li din għandha timplimenta l-baġit u tiġġestixxi programmi (l-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea) u għandha tagħmel dan fuq ir-responsabilità tagħha stess (l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) - irrispettivament mill-metodu ta’ implimentazzjoni applikat - u li l-Istati Membri għandhom jikkoperaw mal-Kummissjoni biex jiġi żgurat li l-approprjazzjonijiet jintużaw b’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba,

C.  billi t-Trattat ta’ Lisbona ppreveda wkoll li l-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta’ evalwazzjoni dwar il-finanzi tal-Unjoni fuq il-bażi tar-riżultati miksuba (l-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea),

D.  billi ċ-ċittadini Ewropej jistennew li l-flus tal-kontribwenti fiskali jintużaw b’mod korrett, effiċjenti u utli u billi l-kwistjoni tad-‘daqs’ tal-baġit tal-Unjoni għandha tiġi diskussa fuq il-bażi tal-objettivi li għandhom jinkisbu, kif ukoll fuq il-bażi tal-kompetenzi u r-responsabilitajiet mogħtija mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

E.  billi l-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jeħtieġ li l-Qorti tal-Awdituri tipprovdi lill-Parlament u l-Kunsill dikjarazzjoni tal-assigurazzjoni fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jżid li d-dikjarazzjoni tista’ tiġi supplimentata minn evalwazzjonijiet speċifiċi għal kull qasam ewlieni tal-attività tal-Unjoni,

F.  billi mhux biss il-Kummissjoni imma anke l-Istati Membri għandhom jinżammu responsabbli għall-fatt li l-Qorti tal-Awdituri, s’issa, għadha ma kinetx kapaċi toħroġ Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni kompleta,

G.  billi d-dikjarazzjonijiet obbligatorji ta’ ġestjoni nazzjonali, maħruġa u ffirmati f’livell ministerjali u debitament ivverifikati minn awditur indipendenti, huma pass neċessarju u indispensabbli biex jagħmel tajjeb għan-nuqqas attwali ta’ sjieda u għall-perċezzjoni mifruxa ta’ ġestjoni finanzjarja ħażina fil-livell tal-Unjoni,

H.  billi s-sistema ta’ assigurazzjoni attwali, liema sistema għandha diversi livelli, għadha ma tiggarantix il-konformità tal-infiq tal-Unjoni mar-rekwiżiti ta’ legalità, regolarità u ġestjoni finanzjarja tajba li huma previsti mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament Finanzjarju,

I.  billi stati indipendenti - u mhux reġjuni – huma membri tal-Unjoni u billi l-Istati Membri, anke jekk l-istruttura tagħhom hija federali, għandhom responsabilità lejn id-dinja ta’ barra u l-Unjoni,

J.  billi l-proċess ta’ ‘responsabilità’ huwa strumentali għal ġestjoni tajba, peress li jtejjeb it-twettiq u l-analiżi, u li jipprevedi t-tibdiliet fil-ġestjoni u l-istrateġija u biex isir użu aħjar mir-riżorsi skarsi u billi, kif ġie osservat mill-Kunsill, l-użu preċiż u responsabbli tar-riżorsi tal-UE huwa wieħed mill-mezzi essenzjali biex tiġi rinfurzata l-fiduċja taċ-ċittadini Ewropej[85],

K.  billi jeħtieġ li nitbiegħdu mill-‘kultura ta’ intitolamenti’ attwali u nieħdu miżuri deċiżivi favur l-implimentazzjoni ta’ kultura ta’ responsabilità kemm f’livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-Unjoni u nindirizzaw kemm il-kwistjonijiet ta’ konformità kif ukoll dawk ta’ prestazzjoni sabiex tissaħħaħ il-leġittimità tal-Unjoni,

L.  billi l-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri għandhom jiġu pprovduti b’evidenza ta’ assigurazzjoni f’forma ta’ Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni minn organizzazzjonijiet internazzjonali li jimplimentaw l-għajnuna tal-Unjoni;

M.  billi t-titjib tal-ġestjoni finanzjarja tal-Unjoni, tal-kwalità tal-infiq u l-arranġamenti biex il-Kummissjoni tinżamm responsabbli għall-ġestjoni tal-fondi tagħha, huwa prijorità għolja u objettiv ewlieni għall-Parlament li għandu jintlaħaq matul ir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju, il-qafas finanzjarju multiannwali l-ġdid u r-riforma fil-baġit,

N.  billi għandhom jitfasslu proposti konkreti għall-implimentazzjoni effiċjenti ta’ laqgħat tripartiti regolari bejn il-President tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni - kif previst fl-Artikolu 324 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex tiġi żgurata koperazzjoni tajba bejn dawn l-istituzzjonijiet,

O.  billi s-simplifikazzjoni u r-regolazzjoni aħjar għandhom jiġu rinfurzati b’ġestjoni aktar effiċjenti fil-Kummissjoni u l-Istati Membri,

P.  billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2010 dwar is-simplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Programmi ta’ Qafas ta’ Riċerka[86], il-Parlament esprima l-opinjoni tiegħu dwar ċerti diffikultajiet marbuta mal-monitoraġġ u ċ-ċertifikazzjoni tar-riċerka,

Q.  billi r-rwol tal-Qorti tal-Awdituri huwa li tiċċekkja l-informazzjoni, u billi l-kapaċità tal-Qorti tal-Awdituri li twettaq ir-responsabilitajiet tagħha b’mod effettiv skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea m’għandha bl-ebda mod tiġi ristretta,

R.  billi l-mandat tal-Qorti tal-Awdituri biex jiġi vverifikat l-użu ta’ fondi tal-Unjoni jinkludi l-verifika minn korpi ta’ sħubija pubblika-privata,

S.  billi l-Qorti tal-Awdituri tista’ tassigura l-koordinazzjoni meħtieġa għall-introduzzjoni tal-mekkaniżmi, bħall-mekkaniżmu ta’ stabilità, li r-regoli ta’ governanza tagħhom għandhom jiżguraw arraġamenti ta’ verifika xierqa, flimkien ma arranġamenti għal responsabilità u trasparenza sħiħa,

T.  billi l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-effiċjenza tal-arranġamenti ta’ verifika esterna attwali tal-Unjoni,

U.  billi s-simplifikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni settorjali – pereżempju permezz tal-istandardizzazzjoni u l-istabbiliment ta’ sett ta’ regoli dwar l-akkwist – u l-konformità mar-Regolament Finanzjarju huma meħtieġa biex jinkiseb titjib sinifikanti fil-prestazzjoni u t-tnaqqis ta’ burokrazija li tfixkel,

V.  billi r-rwol tal-Kummissjoni huwa wkoll li tipprovdi gwida lill-Istati Membri u li tippromwovi kontinwament prattika tajba fost il-korpi nazzjonali,

W.  billi bosta miżuri deċiżi fl-2008, bħall-Faċilità tal-Ikel b’baġit ta’ EUR 1 000 000 000, it-tħaffif tal-ħlasijiet tal-Fondi Strutturali permezz tal-Pjan ta’ Rkupru Ekonomiku Ewropew u l-estensjoni tal-perjodu ta’ eliġibilità għal bosta programmi fl-2009 ppreżentaw sfida għall-kontroll baġitarju fl-2009 u lil hinn,

A. SEJBIET ĠENERALI

Kontijiet

1. Jinnota li l-kontijiet annwali tal-Unjoni sa ċertu punt jippreżentaw, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Unjoni sal-31 ta’ Diċembru 2009, u r-riżultati tal-operazzjonijiet u l-fluss ta’ flus;

2. Jikkundanna l-fatt li l-Kunsill ressaq l-opinjoni tiegħu tard;

3. Iqis li mhuwiex normali għall-kontabilità annwali li tiġi ppreżentata b’kapital proprju negattiv ta’ EUR 44 700 000 000 u jistaqsi jekk l-ammonti rikjesti mill-Istati Membri għandhomx jiddaħħlu bħala assi, peress li l-istima ta’ EUR 37 000 000 000 f’pensjonijiet tal-persunal tikkostitwixxi impenn ċar; jinnota l-ispjegazzjonijiet provduti mill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni li skont hu l-istandards tal-kontabilità internazzjonali applikabbli għas-settur pubbliku ġew rispettati; jipproponi li tingħata kunsiderazzjoni għall-ħolqien ta’ fond tal-pensjonijiet tal-Unjoni sabiex ikunu esternalizzati l-impenji finanzjarji ta’ dan it-tip fir-rigward tal-persunal;

4. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex telimina r-riskju ta’ dikjarazzjonijiet foloz fil-kontijiet fil-futur billi titratta n-nuqqasijiet identifikati mill-Qorti tal-Awdituri mingħajr dewmien;

5. Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri biex tipprovdih, fil-futur, b’dikjarazzjoni ta’ affidabilità unika fuq il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 287(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, bl-istess mod li jiġri għall-affidabilità tal-kontijiet;

Legalità u Regolarità

6. Jinnota li filwaqt li l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Kummissjoni timplimenta l-baġit tal-Unjoni taħt ir-responsabilità tagħha stess, fil-fehim preżenti ta’ ‘ġestjoni kondiviża’, il-biċċa l-kbira tal-funzjonijiet ta’ ġestjoni jsiru minn korpi nazzjonali li mhumiex responsabbli direttament fil-livell tal-Unjoni u li fuqhom il-Kummissjoni għandha setgħat limitati ta’ infurzar; huwa tal-fehma għalhekk li dawn il-korpi għandhom ikunu direttament responsabbli fil-livell tal-Unjoni lejn il-Kummissjoni;

7. Jitlob, għalhekk, skont l-Artikolu 287(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li fir-rigward tal-kontrolli tal-ġestjoni kondiviża tiżdied il-kooperazzjoni bejn il-korpi ta’ verifika nazzjonali u l-Qorti tal-Awdituri; jipproponi li tkun eżaminata l-possibilità li l-korpi ta’ verifika nazzjonali, fil-kapaċità tagħhom bħala awdituri esterni indipendenti, u b’kunsiderazzjoni xierqa tal-istandards tal-verifika internazzjonali, joħorġu ċertifikati ta' verifika nazzjonali għall-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni, li jingħataw lill-gvernijiet tal-Istati Membri sabiex jiġu ppreżentati matul il-proċess ta’ kwittanza skont proċedura interistituzzjonali ad hoc li għandha tiġi introdotta;

8. Ifakkar li l-Istati Membri għandhom ir-responsabilità ewlenija għall-ġestjoni u l-kontroll kwotidjani tan-nefqa tal-Unjoni taħt il-ġestjoni kondiviża u li l-korpi nazzjonali għandhom jiftħu u jipproċessaw fajls għall-għajnuna finanzjarja mill-Unjoni u jivvalidaw talbiet għal rimborż ippreżentati lill-Kummissjoni;

9. Jinnota l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet li skontha l-pagamenti għall-gruppi ta’ politika ‘L-Agrikoltura u r-Riżorsi Naturali’, ‘Il-Koeżjoni’, ‘Ir-Riċerka, l-Enerġija u t-Trasport’, ‘L-Għajnuna esterna, l-Iżvilupp u t-Tkabbir’ u ‘L-Edukazzjoni u ċ-Ċittadinanza’ huma materjalment milquta minn żbalji, u li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll huma biss ‘parzjalment effettivi’ biex jevitaw jew isibu u jikkoreġu r-rimborż iddikjarati iżjed jew ineliġibbli (Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni, paragrafu X);

10. Jinnota li r-rata ta’ żbalji l-aktar probabbli fil-pagamenti stmata mill-Qorti tal-Awdituri għall-gruppi ta’ politika ‘L-Agrikoltura u r-Riżorsi Naturali’ (EUR 56 318 000 000), ‘Ir-Riċerka, l-Enerġija u t-Trasport’ (EUR 7 966 000 000), ‘L-Għajnuna Esterna, l-Iżvilupp u t-Tkabbir’ (EUR 6 596 000 000) u ‘L-Edukazzjoni u ċ-Ċittadinanza’ (EUR 2 153 000 000) hija bejn 2% u 5%;

11. Jinnota li r-rata ta’ żbalji l-aktar probabbli fil-pagamenti, stmata mill-Qorti tal-Awdituri għall-grupp ta’ politika ‘Il-Koeżjoni’ (nefqa ċertifikata rimborżata ta’ EUR 23 081 000 000) hija ogħla minn 5%, għalkemm il-Parlament ma jafx ir-rata ta’ żbalji eżatta;

12. Jinnota wkoll li r-riżultati tal-verifika tal-Qorti tal-Awdituri juru żieda marġinali ħafna fl-istima tagħha tar-rata ta’ żbalji l-aktar probabbli fir-rigward ta’ pagamenti għall-grupp tal-politika ‘L-Agrikoltura u r-Riżorsi Naturali’ u tnaqqis sinifikanti fl-istima tagħha tar-rata ta’ żbalji l-aktar probabbli fir-rigward tal-pagamenti għall-grupp tal-politika ‘Il-Koeżjoni’;

13. Jinnota li t-tnaqqis fir-rata ta’ żbalji l-aktar probabbli jaf ikun dovut għall-kompożizzjoni tal-kampjun tal-Qorti tal-Awdituri, li kien fih Stati Membri iżgħar, b’sistemi politiċi ċentralizzati, bħal fil-każ tad-Danimarka, l-Estonja, il-Lussemburgu u l-Ungerija; iwissi kontra l-konklużjonijiet prematuri minħabba li s-sistemi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll tal-Istati Membri huma biss ‘parzjalment effettivi’; jiddispjaċih li din il-problema fundamentali għadha teżisti;

14. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwettqu titjib annwali fir-rati ta’ żbalji l-aktar probabbli fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE; iqis li l-għan għandu jkun li r-rata titnaqqas taħt il-livell limitu tal-materjalità, u b’hekk tkun żgurata dikjarazzjoni ta’ affidabilità pożittiva mill-Qorti tal-Awdituri;

15. Ifakkar fl-istediniet ripetuti tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta għall-introduzzjoni ta’ dikjarazzjonijiet obbligatorji ta’ ġestjoni nazzjonali, (NMDs) maħruġa u ffirmati f’livell ministerjali, li jkunu pubbliċi u debitament ivverifikati minn awditur indipendenti minħabba li tali dikjarazzjonijiet huma l-ewwel pass meħtieġ u indispensabbli biex tittejjeb l-effiċjenza tas-sistemi nazzjonali u biex tiżdied ir-responsabilità nazzjonali fl-użu ta’ flus tal-Unjoni; itenni[87] li għall-Istati Membri b’sistemi federali jew b’deċentralizzazzjoni qawwija dawn l-NMDs jistgħu jieħdu l-forma, totalment jew parzjalment, ta’ ġabra ta’ dikjarazzjonijiet reġjonali, sakemm kull komponent tad-dikjarazzjoni jkun ġie vverifikat u ffirmat minn uffiċjal politiku elett; jinsisti li l-Kummissjoni se tippreżenta din il-proposta sa Settembru 2011 irrispettivament mill-fatt li xi Stati Membri jistgħu jkunu għadhom ma qablux ma’ din l-inizjattiva;

16. Jinnota li l-NMDs għandu jkun fihom informazzjoni sħiħa dwar l-użu tal-fondi tal-Unjoni, u li wara l-iffirmar tal-NMDs fil-livell ministerjali għandhom isiru pubbliċi;

17. Jiddispjaċih li fir-rigward tal-programmi ta’ ġestjoni kondiviża, l-Istati Membri għadhom ma jirrikonoxxux bis-sħiħ ir-responsabilità msaħħa tagħhom li tinsab imħaddna fl-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

Mekkaniżmi ta’ rkupru u korrezzjoni

18. Ifakkar li fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha r-responsabilità aħħarija li tiżgura li l-ammonti mħallsa b’mod inkorrett jiġu rkuprati u li n-nuqqasijiet fis-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-Istati Membri jiġu kkoreġġuti kemm jista’ jkun malajr;

19. Ifakkar li mill-proċedura ta’ kwittanza tal-2005 ’l quddiem, il-Parlament Ewropew inkoraġġixxa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu l-passi meħtieġa biex tiġi żgurata l-kompletezza u l-preċiżjoni tal-informazzjoni disponibbli, bl-għan li jipprovdu evidenza affidabbli biex jippermettu lill-Qorti tal-Awdituri tevalwa l-effikaċja tal-mekkaniżmi tal-korrezzjoni multiannwali;

20. Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni, fin-Nota 6 tal-Kontijiet Annwali tal-Unjoni Ewropea, is-sena finanzjarja 2009, irrispondiet għat-talbiet tal-Parlament billi inkludiet aktar informazzjoni dettaljata dwar l-irkupri u l-korrezzjonijiet finanzjarji li hija għamlet fil-passat;

21. Jinnota wkoll id-differenzi importanti bejn ‘l-irkupru’ (ammonti riċevuti b’mod inkorrett jitħallsu lura mir-riċevitur) u ‘l-korrezzjoni finanzjarja’ (li tindirizza n-nuqqasijiet fis-sistema, liema nuqqasijiet jikkawżaw konsegwenzi finanzjarji li jbatuhom il-kontribwenti fiskali nazzjonali); jenfasizza li l-mekkaniżmu ta’ ‘korrezzjoni finanzjarja’ ma għandux jintuża bħala mod sempliċi li bih ikun evitat l-użu tal-proċedura ta’ rkupru u li kull meta possibbli proċedura ta’ rkupru għandha tiġi applikata biex ikun żgurat li dawk li bbenefikaw minn somom imħallsa b’mod mhux korrett ma jżommux dawn il-fondi; ifakkar fir-rikjesta tiegħu li d-data kollha marbuta mal-irkupri għandha tifforma parti integrali u inkluża fil-bażi tad-data tal-benefiċjarji finali;

22. Jiddispjaċih li għall-grupp ta’ politika ‘Il-Koeżjoni’ huma biss 20% tal-ammonti kkonfermati fl-2009 li ġew implimentati u xorta jibqa’ ammont totali ta’ EUR 2 332 000 000 ta’ korrezzjonijiet biex jiġi implimentat fl-aħħar tal-2009 (Rapport Annwali, punt 1.44);

23. Jilqa’b’sodisfazzjon li l-Qorti tal-Awdituri kkonkludiet li l-Kummissjoni tippreżenta informazzjoni kompluta dwar l-irkupri u l-korrezzjonijiet finanzjarji tagħha; jiddeplora, min-naħa l-oħra, il-fatt li l-Kummissjoni mhux dejjem tirċievi informazzjoni kompleta u affidabbli mill-Istati Membri;

24. Jistieden lill-Istati Membri biex itejbu s-sistemi tagħhom għall-kontroll, għas-sejba u għar-rappurtaġġ tal-korrezzjonijiet lill-Kummissjoni, u biex il-Kummissjoni tirfina l-linji gwida tar-rappurtaġġ finanzjarju biex tiżgura li l-informazzjoni relevanti kollha dwar l-operazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ korrezzjoni fuq diversi snin tiġi żvelata b’mod xieraq fil-kontijiet; jistieden ulterjorment lill-Kummissjoni biex iżżomm lill-Parlament infurmat dwar l-isforzi tagħha li tivverifika l-ħidma tal-awtoritajiet tal-verifika nazzjonali;

25. Jinnota li l-biċċa l-kbira tal-korrezzjonijiet skont il-valur jinvolvu korrezzjonijiet finanzjarji fuq Stati Membri jew pajjiżi terzi, aktar milli rkupri minn benefiċjarji individwali li rċevew fondi tal-UE b'mod inkorrett (Rapport Annwali punt 1.50);

26. Jemmen li r-regoli futuri applikabbli għall-baġit u l-programmi tal-Unjoni għandhom jipprovdu li l-fondi mhux minfuqa tal-Unjoni ma jingħatawx lura lill-Istati Membri jekk Stat Membru ma jkunx ħallas lura lill-Unjoni l-ammonti riċevuti b’mod inkorrett u jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra kwalunkwe korrezzjoni finanzjarja li għadha ma tħallsitx mill-Istati Membri qabel ma jintraddu lil dawn tal-aħħar l-approprjazzjonijiet mhux minfuqa allokati mill-baġit annwali;

27. Jissuspetta bi preokkupazzjoni li skont is-sistema attwali, li ma tinkludix multi u tagħmilha possibbli li tiġi sostituta l-biċċa l-kbira tan-nefqa li titqies mhux eliġibbli mill-Kummissjoni jew mill-Qorti tal-Awdituri, jidher li l-Istati Membri għandhom interess limitat fl-iżvilupp ta’ sistemi ta’ kontroll effiċjenti li jistgħu jirriżultaw fi tnaqqis tas-sehem tagħhom fl-infiq tal-Unjoni; għalhekk itenni l-opinjoni tiegħu mir-riżoluzzjoni ta’ kwittanza tal-2008, li r-riallokazzjoni ta’ nefqa mhux eliġibbli għandha tiġi permessa biss jekk tinstab mill-Istati Membri nnifishom; jilqa’ b’sodisfazzjon ukoll li l-Kummissjoni għamlet użu mill-possibilità l-ġdida li tissospendi immedjatament il-ħlasijiet u tirrikjedi li s-sospensjoni tal-ħlasijiet tkompli tintuża b’mod determinat u konsistenti, biex id-deċiżjonijiet meħuda u r-raġunijiet għalihom ikunu ċari għall-Parlament; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa sistema li tikkastiga lil dawk li ma jilħqux il-miri, u tippremja lil dawk li jkollhom prestazzjoni tajba, billi jitnaqqas il-piż amministrattiv tagħhom;

28. Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament b’analiżi tal-kapaċità tal-aġenziji tal-pagament li tipprovdi data affidabbli, ibbażata, barra minn hekk, fuq id-dikjarazzjonijiet ex-ante u kontrolli fuq il-post u tqabbel dawk id-dikjarazzjonijiet u dawk il-verifiki mal-informazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Awdituri, u tivverifika l-veraċità tal-informazzjoni pprovduta minn dawn il-korpi fl-aħħar erba' snin;

29. Hu konxju mill-fatt li sospensjoni tal-ħlasijiet kultant tista’ toħloq kompromess b’implimentazzjoni rapida, iżda konvint li fil-każijiet fejn riskju għoli huwa diġà stabbilit, l-affidabilità għandha tieħu preċedenza fuq il-ħeffa;

30. Għaldaqstant, ma jaqbilx mal-istqarrija tal-Kummissjoni li l-korrezzjonijiet finanzjarji jirrappreżentaw “inċentiva qawwija għall-Istati Membri sabiex itejbu s-sistemi tal-ġestjoni u l-kontroll tagħhom u b’hekk jevitaw jew jidentifikaw u jirkupraw ħlasijiet irregolari lil benefiċjarji finali” (Il-Kontijiet Annwali tal-Unjoni Ewropea, is-sena finanzjarja 2009, Nota 6, paġna 100);

31. Jinnota li l-korrezzjonijiet finanzjarji jistgħu jkunu indikatur dwar jekk politika ġietx implimentata skont ir-regoli stabbiliti u li n-numru regolari u li dejjem jiżdied tal-korrezzjonijiet finanzjarji jista’ jindika mhux biss il-fatt li l-Kummissjoni qed tissodisfa l-irwol ta’ sorveljanza tagħha b’mod aktar strett iżda wkoll li l-korrezzjonijiet finanzjarji kellhom biss effett limitat bħala miżura preventiva u strutturali; jinnota wkoll li l-isforzi tal-Istati Membri biex joħolqu sistemi effiċjenti huma influwenzati mill-effiċjenza tas-sorveljanza tal-Kummissjoni;

32. Jilqa' n-nota ta’ gwida tal-Kummissjoni marbuta mar-rappurtar tal-irkupri; jitlob lill-Kummissjoni tanalizza bir-reqqa r-rapporti tal-Istati Membri dwar l-irkupri u, jekk meħtieġ, twettaq taħriġ ulterjuri;

Ir-responsabilità u t-trasparenza ta’ Stat Membru

33. Jinnota bi tħassib il-pass kajman tat-titjib fil-ġestjoni finanzjarja tal-fondi tal-Unjoni; fl-istess ħin jinnota l-opinjonijiet ripetuti kemm tal-Qorti tal-Awdituri kif ukoll tal-Kummissjoni li l-kwalità tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll huma differenti ħafna fost l-Istati Membri u fost il-programmi differenti; jitlob lill-Kummissjoni biex sistematikament tqis dawn id-differenzi fis-sistemi ta’ kontroll u tagħmel disponibbli evalwazzjonijiet ċari tal-isforzi tal-Istati Membri biex jinstabu l-irregolaritajiet sabiex jiġi żgurat li dawk l-Istati Membri li josservaw irregolaritajiet ogħla minħabba sistemi ta’ kontroll aktar onerużi fl-ebda mument ma jiġu diskriminati;

34. Jaqbel mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill li t-tagħrif dwar l-irkupri, il-korrezzjonijiet finanzjarji u s-sospensjonijiet għandu jkun faċilment aċċessibbli għall-pubbliku;

35. Jistieden lill-Kummissjoni biex tippubblika fir-Rapport ta’ Sinteżi valutazzjoni tal-punti b’saħħithom u ta’ dawk dgħajfa tas-sistemi tal-ġestjoni u l-kontroll tal-Istati Membri individwali fuq il-bażi tax-xogħol ta’ verifika li diġà twettaq kif ukoll informazzjoni relevanti oħra disponibbli; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tinkludi rapport ta' progress dwar it-titjib fl-informazzjoni dwar il-kwittanza; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi “tabella ta’ riżultati” dwar il-kwalità tal-kontrolli għal kull Stat Membru u għal kull qasam tal-politika skont il-mudell matriċi li ġej:

 

 

Qasam ta’ politika A

Qasam ta’ politika B

Qasam ta’ politika C

Eċċ.

Stat Membru A

 

 

 

 

 

Stat Membru B

 

 

 

 

 

Stat Membru C

 

 

 

 

 

Eċċ.

 

 

 

 

 

 

36. Jenfasizza li livelli baxxi ta' frodi u ta' rati ta' żball jistgħu jfissru dgħufijiet fis-sistemi ta' kontroll u viċi versa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, abbażi ta' data konkreta għal kull Stat Membru u għal kull qasam ta' politika, tirrapporta lill-Parlament dwar l-effikaċja tal-mekkaniżmi ta' ġestjoni u ta' kontroll u biex, flimkien mal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), timplimenta kontroll aktar strett fuq l-infiq tal-flus tal-Unjoni;

37. Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 287(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, biex tagħti opinjoni dwar il-kwalità tal-awtoritajiet nazzjonali tal-verifika rigward il-ġestjoni komuni, b'referenza partikolari għall-kompetenza teknika u l-indipendenza;

38. Jinnota li d-Dikjarazzjoni ta’ Affidabilità attwali hija espressjoni tar-regolarità u l-legalità tal-ġestjoni finanzjarja fl-Unjoni kollha, u li ma fihiex informazzjoni dwar ir-rati ta’ żball fl-Istati Membri individwali;

39. Jemmen li huwa ta’ importanza kbira li jiġi analizzat jekk ċerti żbalji jseħħux fl-Istati Membri kollha bejn wieħed u ieħor bl-istess frekwenza; jinnota li, jekk dan ikun il-każ, is-soluzzjoni għandha tkun azzjoni fl-Unjoni kollha; madankollu, jinnota wkoll li jekk ċerti żbalji jinsabu prinċipalment fi Stati Membri jew reġjuni speċifiċi, għandhom jiġu previsti soluzzjonijiet oħra;

40. Jemmen li “tabella ta’ riżultati” dwar il-kwalità tal-kontrolli għal kull Stat Membru u għal kull qasam tal-politika kif mitluba għandha tkun element importanti f’tali analiżi u jistieden lill-Kummissjoni biex issegwi din it-talba, l-ewwel nett bir-Rapport ta' Sinteżi tagħha dwar l-2011 u f’ħin tajjeb għall-proċedura ta' kwittanza 2010;

41. Barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni biex fir-Rapport ta’ Sinteżi tippubblika informazzjoni ċara u mingħajr ekwivoċi dwar il-valur tal-ordnijiet ta’ rkupru li nħarġu kontra l-Istati Membri individwali kif ukoll preżentazzjoni sistematika tar-riżultati tal-mekkaniżmi ta’ rkupru u ta’ korrezzjoni;

42. Jinnota li bosta Stati Membri qed iwettqu aġġustamenti fiskali diffiċli fil-baġits domestiċi tagħhom, u li l-valur għal flus, l-effiċjenza u t-trasparenza saru dejjem aktar importanti fl-infiq pubbliku domestiku;

43. Iqis li tali aġġustamenti u tfaddil fiskali huma għodda importanti fl-irkupru tal-fiduċja tal-pubbliku fl-istituzzjonijiet nazzjonali kif ukoll f'dawk tal-Unjoni;

44. Jikkunsidra li l-iżgurar ta’ ġestjoni finanzjarja sikura u ta' baġit ibbilanċjat u ta' daqs xieraq, għandu jgħin biex ikun hemm valur għal flus fir-rigward kemm tal-baġits domestiċi kif ukoll tal-baġit tal-Unjoni; jemmen, għaldaqstant, li l-prinċipji ta’ valur għal flus u trasparenza għandhom ikunu fil-qalba tal-azzjonijiet kollha biex titjieb il-ġestjoni finanzjarja tal-fondi tal-Unjoni;

45. Għaldaqstant, jitlob lill-Kummissjoni tagħmel disponibbli b’mod pubbliku s-sommarji annwali tal-Istati Membri bħala parti mill-proċedura ta' kwittanza tas-sena d-dieħla u taġġorna l-informazzjoni pprovduta f’dawn is-sommarji biex tippreżenta stampa ċara tal-prestazzjoni tal-ġestjoni finanzjarja tal-Istati Membri; jenfasizza li jekk is-sommarji annwali tal-Istati Membri jsiru disponibbli b’mod pubbliku, dan għandu jiġi kkunsidrat bħala pass lejn l-NMDs u mhux bħala mira fih innifsu;

46. Iqis li rieżami tar-Regolament Finanzjarju għandu jkun ibbażat fuq evalwazzjoni tar-Regolament eżistenti, u jinnota li rieżami mhuwiex għan fih innifsu;

Riskju tollerabbli ta’ żball

47. Jemmen li s-sistemi ta’ kontroll ma jistgħux jimmiraw għal riskju żero fl-oqsma ta’ nfiq kollha, mhux biss minħabba li dan ikun estremament għali, iżda wkoll minħabba li mhuwiex probabbli li jinkiseb riskju żero fl-oqsma ta’ nfiq kollha; jaċċetta li ċertu riskju ta’ żball se jeżisti dejjem meta jiġi implimentat kwalunkwe programm ta’ nfiq; jenfasizza li t-tolleranza ta' riskju mhuwiex l-istess bħat-tolleranza ta' żball u jtenni li l-Kummissjoni trid tieħu approċċ ta' tolleranza żero fir-rigward tal-każijiet kollha ta' ġestjoni ħażina u frodi;

48. Jinnota li din id-diskussjoni qed isseħħ biss fil-livell tal-Unjoni u jfakkar li “r-rati ta’ żbalji” għall-implimentazzjoni ta’ programmi nazzjonali min-naħa tal-amministrazzjonijiet nazzjonali mhumiex magħrufa;

49. Jistieden lill-Kummissjoni biex tidentifika d-dgħufijiet fis-sistemi attwali tal-ġestjoni u l-kontroll kif ukoll biex tanalizza l-ispiża u l-benefiċċji ta’ diversi bidliet possibbli; jenfasizza li fejn hu diffiċli biex jinkiseb livell għoli biżżejjed ta’ konformità mar-regoli ta’ skema, numru ta’ għażliet: bħas-simplifikazzjoni tar-regoli, it-tfassil mill-ġdid tal-programm, kontrolli iktar stretti, jew it-terminazzjoni tal-programm, huma possibbli;

50. Jenfasizza li kwalunkwe paragun bejn il-benefiċċji u l-ispejjeż stmati tal-kontrolli għandu jkun ibbażat fuq twemmin raġjonevoli li skontu l-kontrolli qed jiġu applikati b’mod effiċjenti u effettiv; ikompli jenfasizza li bħalissa dan mhuwiex għalkollox il-każ hekk kif uriet il-Qorti tal-Awdituri għal bosta snin meta ddikjarat li s-sistemi tal-ġestjoni u l-kontroll għadhom effettivi b’mod parzjali biss;

51. Jiddispjaċih li l-Kummissjoni tuża l-kunċett ta’ “riskju tollerabbli ta’ żball” esklussivament biex timmaniġġja r-riskju ta' żball u bħala bażi biex tiddeċiedi liema livell ta’ użu irregolari tal-fondi għandu jiġi kkunsidrat bħala aċċettabbli ex-post; huwa tal-opinjoni li approċċ orjentat lejn il-ġejjieni għal introduzzjoni possibbli ta’ kunċett komprensiv ta' “riskju tollerabbli ta’ zball” għandu jinkludi fir-Regolament Finanzjarju rekwiżit biex il-Kummissjoni tqabbel il-proposti ta’ nfiq mal-evalwazzjoni tar-riskji ta’ irregolarità u għalhekk, ir-"riskju tollerabbli ta' żball" isir għodda fil-ħolqien ta' kontrolli effikaċi u fit-tnaqqis tal-iżbalji fil-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni;

52. Jitlob li jsir studju dwar id-distinzjoni bejn il-livell minimu tal-materjalità, li huwa marbut mat-twettiq ta' verifika u għalhekk huwa suġġett għal valutazzjoni mill-Qorti tal-Awdituri, u r-rata ta' żball aċċettabbli, li huwa kunċett marbut mal-verifiki interni li l-Kummissjoni hija responsabbli għalihom;

Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS)

53. Jinnota li “l-awditjar intern” fil-Kummissjoni jitwettaq mill-IAS orizzontali u mill-Kapaċità ta’ Awditjar Intern (IAC) vertikali f’kull Direttorat Ġenerali; jemmen li dan il-mudell jista’ jkun effiċjenti biss jekk ix-xogħol imwettaq mill-IAC jkun affidabbli; jinnota, madankollu, li verifika min-naħa tal-IAS tar-riżultati tal-verifiki tal-IAC jista’ jiġi kkunsidrat bħala attività ta’ kontroll u jista’ jkun ta’ ħsara għar-relazzjoni bejn l-IAS u l-IAC;

54. Jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, biex twettaq reviżjoni esterna tal-kwalità tal-IAC kollha fil-Kummissjoni u biex tinforma lill-Parlament dwar ir-riżultati;

55. Jipproponi li l-Kummissjoni tissepara s-setgħa ġerarkika bejn persuni b'responsabbiltà tal-kontabilità u persuni responsabbli għat-trasferiment ta' fondi b'applikazzjoni tar-regoli abitwali dwar is-sigurtà u s-separazzjoni tas-setgħat għal kontroll intern fil-ġestjoni tat-teżor;

56. Jinnota r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza ( COM(2010)0447 ) dwar l-awditjar intern imwettaq fl-2009 u li l-awditur intern tal-Kummissjoni huwa tal-opinjoni li ħarsa ġenerali fil-livell tal-istituzzjoni hija meħtieġa jekk il-proċessi komuni bħall-analiżi tar-riskju u l-ġestjoni tal-kontinwità tan-negozju għandhom ikunu effettivi għall-protezzjoni tal-istituzzjoni fit-totalità tagħha u sabiex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja sikura;

57. Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel lill-korpi xierqa responsabbli għall-kisba ta’ din il-ħarsa ġenerali u biex jagħmlu rakkomandazzjonijiet xierqa filwaqt li jieħdu ħsieb li ma titnaqqasx ir-responsabilità għall-implimentazzjoni ta’ kull proċess; jirrakkomanda li l-qafas ta’ governanza tal-Kummissjoni jiġi adattat biex jippermetti ħarsa ġenerali istituzzjonali mtejba; japprezza li kieku jiġi infurmat f’ħin adegwat dwar l-iżviluppi f’din il-kwistjoni;

58. Jistieden lill-IAS jalloka parti mir-riżorsi tiegħu għal eżaminazzjoni dwar jekk l-infiq mid-Direttorati Ġenerali ewlenin huwiex effiċjenti, ekonomiku u effettiv u b’hekk jikkompleta l-verifiki finanzjarji u ta’ konformità attwali;

59. Jistieden ukoll lill-IAS tivverifika l-metodoloġija li għandha tintuża biex jitħejja r-rapport ta’ valutazzjoni dwar l-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u biex jiġi evalwa x-xogħol li jkun sar;

Verifika waħda

60. Iħeġġeġ l-introduzzjoni ta’ mudell ta’ verifika waħda li permezz tiegħu l-verifiki jitwettqu, jiġu rreġistrati u rrappurtati skont standard komuni – kif propost mill-Qorti tal-Awdituri fl-Opinjoni tagħha 2/2004 u kif appoġġjat kemm-il darba mill-Parlament – fejn kull livell ta’ kontroll jinbena fuq dak preċedenti, bl-għan li jitnaqqas il-piż fuq il-korp li qed jiġi verifikat u li titjieb il-kwalità tal-attivitajiet tal-awditjar iżda mingħajr ma tiġi mfixkla l-indipendenza tal-korpi tal-awditjar ikkonċernati; jemmen li l-kontrolli interni għandhom jipprovdu assigurazzjoni raġjonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet, u konformità mal-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività u jenfasizza li l-kontrolli għandhom jiġu kkoordinati biex tiġi evitata duplikazzjoni mhux meħtieġa; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Qorti tal-Awdituri hija l-awditur estern tal-Unjoni u għaldaqstant mhix element tal-kontroll intern;

61. Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta rapport dwar il-vijabilità tal-introduzzjoni ta’ mudell ta’ verifika waħda applikabbli għall-baġit tal-Unjoni biex b’hekk jispiċċa darba għal dejjem il-kuntrast attwali li jeżisti bejn is-sistemi tal-kontroll intern nazzjonali u dawk tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tadotta approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-kampjunar tal-awditjar minflok approċċ ibbażat fuq il-kampjunar statistiku;

62. Ifakkar fl-opinjoni espressa fil-paragrafu 65 tar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2006[88] rigward il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2004 li talbet li "l-entitajiet nazzjonali tal-verifika jerfgħu r-responsabilità li jikkontrollaw l-użu lokali ta' fondi tal-UE, sabiex kwalunkwe konsiderazzjoni ta' ħolqien ta' uffiċċji nazzjonali tal-Qorti tal-Awdituri ma tkunx meħtieġa"; jemmen li jekk l-entitajiet nazzjonali tal-verifika ma jridux li l-entitajiet pubbliċi fl-Istati Membri tagħhom jieħdu f'idejhom il-kontroll tan-nefqa mill-baġit tal-Unjoni, għandha tingħata konsiderazzjoni lir-riorganizzazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri sabiex uħud mill-membri tagħha jkollhom responsabbiltà għal oqsma ta' politika definiti filwaqt li oħrajn ikollhom responsabbiltà għal gruppi ta' Stati Membri; jinnota li billi l-għadd ta' membri tal-Qorti tal-Awdituri kważi rdoppja fis-snin riċenti, filwaqt li l-għadd ta' oqsma ta' politika ma rdoppjax, il-ġestjoni ta' dan il-fatt għandha tkun parti mill-kompetenzi tal-Qorti tal-Awdituri;

Trasparenza

63. Jinnota s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda Volker u Markus Schecke GbR C-92/09 u Hartmut Eifert C-93/09[89] u l-ħtieġa sussegwenti li jiġi bbilanċjat "l-interess tal-Unjoni Ewropea fl-iżgurar tat-trasparenza tal-atti tagħha u fl-iżgurar tal-aħjar użu tal-fondi pubbliċi kontra l-indħil fid-dritt tal-benefiċjarji konċernati għar-rispett tal-ħajja privata tagħhom inġenerali u għall-protezzjoni tad-data personali tagħhom b'mod partikolari (Volker u Markus Schecke GbR C-92/09 paragrafu 77 tas-sentenza); jenfasizza madankollu li l-Qorti tal-Ġustizzja fakkret fil-validità tal-prinċipju tat-trasparenza (Volker u Markus Schecke, paragrafu 68) kif iddikjarat fl-Artikoli 1 u 10 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 15 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u ssottolinjat ukoll li "l-pubblikazzjoni fl-Internet ta' data skont l-isem rigward il-benefiċjarji konċernati [...] issaħħaħ il-kontroll pubbliku tal-użu li għalih dawk il-flus jintużaw u tikkontribwixxi għall-aħjar użu tal-fondi pubbliċi" (Volker u Markus Schecke, paragrafu 75);

64. Jistieden lill-Kummissjoni tilqa' t-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja u tipproponi malajr kriterji li skonthom l-interess pubbliku fit-trasparenza għandu jingħata prijorità fuq il-protezzjoni tad-data personali tal-benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni; ifakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja pproponiet kriterji bħall-perjodi li matulhom persuni fiżiċi rċevew fondi tal-Unjoni, il-frekwenza ta' tali għajnuna jew in-natura u l-ammont tal-għajnuna (Volker u Markus Schecke GbR C-92/09, paragrafu 89);

65. Jitlob lill-Kummissjoni tiddefinixxi l-kriterji msemmija mill-Qorti tal-Ġustizzja fir-Regolament Finanzjarju, fil-leġiżlazzjoni settorjali jew f'kull att ieħor b'mod li jippermetti livell għoli ta' trasparenza, filwaqt li jkun żgurat li d-data dwar il-benefiċjarji li taqa' taħt dawn il-kriterji tkun tista' terġa' tiġi ppubblikata; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tissorvelja l-obbligu tal-Istati Membri li jippubblikaw id-data b’mod korrett u fil-ħin dovut, u jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta r-riżultati tas-sorveljanza tagħha fir-Rapport ta' Sinteżi li jmiss;

66. Ifakkar fit-talba tiegħu mir-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2008 biex jiġu standardizzati l-istruttura u l-preżentazzjoni tad-data tal-benefiċjarji fis-siti nazzjonali, reġjonali u internazzjonali, inklużi dettalji tar-riċevituri u l-proġetti tagħhom;

67. Itenni t-twemmin tiegħu li t-trasparenza hija wieħed mill-istrumenti ewlenin fil-kisba ta’ nfiq legali u regolari u jemmen li l-objettiv għandu jkun il-ħolqien ta' sistema onlajn unika u komprensiva (bażi ta’ data ċentrali) li tkun tista' tiġi aċċessata faċilment minn kwalunkwe individwu u li għalhekk tippermetti lill-pubbliku jkollu aċċess faċli għal informazzjoni kompleta u sħiħa dwar in-nefqa tal-Unjoni skont il-linja baġitarja u skont il-benefiċjarju; jinsisti li l-Kummissjoni tiġbor data rigward il-benefiċjarji tal-fondi f’dik il-bażi ta’ data ċentrali u tagħmel id-data miġbura aċċessibbli faċilment u faċli biex tintuża; barra minn hekk jirrikjedi li d-data tiġi ppubblikata f'format 'open data' paragunabbli, li jista' jsir tiftix fih u li jkun jista’ jinqara bil-magni f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni;

68. Jipproponi, sabiex tiżdied it-trasparenza, li l-bażi ta’ data ċentrali rigward il-benefiċjarji tal-fondi għandha tagħmilha possibbli li jiġu vviżwalizzati mhux biss il-flussi tal-flus f'ċifri, iżda anke l-konnessjonijiet bejn l-atturi differenti fi proġett f’livelli differenti, filwaqt li titqies dejjem il-protezzjoni tal-privatezza;

69. Jistieden lill-Kummissjoni biex, waqt li tkun qed tistabbilixxi din il-bażi ta’ data ċentrali, tislet ispirazzjoni mill-American Recovery Accountability and Transparency Board u l-websajt tiegħu (www.recovery.gov);

Evalwazzjonijiet

70. Jenfasizza li biex il-pubbliku jkollu fiduċja fil-baġit tal-Unjoni, iridu jiġu segwiti tliet objettivi:

–   li l-kontijiet jagħtu 'stampa vera u ġusta' tal-qagħda finanzjarja tal-Unjoni,

–   li n-nefqa kollha tkun 'legali u regolari' u tingħata dikjarazzjoni pożittiva ta' assigurazzjoni mill-Qorti tal-Awdituri,

–   li n-nefqa kollha twassal għar-riżultati kollha li kienet maħsuba għalihom,

u jinnota li anke jekk jintlaħqu l-ewwel żewġ objettivi, fil-fatt jistgħu jibqgħu jinħlew riżorsi konsiderevoli sakemm ma tingħatax biżżejjed attenzjoni lit-tielet wieħed ukoll;

71. Jistieden lill-Kummissjoni teżamina mill-ġdid is-sistemi tagħha għall-evalwazzjoni tal-effikaċja tal-programmi ta' nfiq sabiex tivvaluta jekk humiex qed jagħtu valur miżjud, jekk humiex qed irendu l-valur skont il-flus li qed jintefqu, u jekk humiex qed jilħqu l-objettivi li għalihom ġew stabbiliti; jinsisti li tali evalwazzjonijiet għandhom kemm jitwettqu kif ukoll jiġu vvalutati indipendentement; għalhekk, jitlob li jitressqu evalwazzjonijiet indipendenti lill-Parlament u lill-kumitati rilevanti tiegħu għall-iskrutinju tagħhom;

Mekkaniżmu permanenti għall-kriżijiet

72. Jinnota l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-28 u tad-29 ta’ Ottubru 2010 (EUCO 25/1/10) u li l-“Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern jaqblu dwar il-ħtieġa li l-Istati Membri jistabbilixxu mekkaniżmu permanenti għall-kriżijiet sabiex tkun issalvagwardjata l-istabbiltà finanzjarja taż-żona tal-euro”;

73. Jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri jagħtu l-kunsiderazzjoni dovuta lill-kwestjonijiet li ġejjin meta jfasslu mekkaniżmu permanenti għall-kriżijiet:

–  għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti xierqa għall-verifika esterna pubblika u responsabilità u trasparenza sħiħa għall-mekkaniżmu permanenti għall-kriżijiet;

- għandha tiġi żgurata l-affidabilità tad-dejta u tal-istatistika;

- għandhom jiġu ċċarati l-arranġamenti tar-responsabilità u r-rappurtaġġ u għandhom ikunu involuti wkoll l-atturi kollha li l-kapital tagħhom se jkun involut fit-twaqqif tal-mekkaniżmu;

–   għandhom jiġu definiti l-iskrutinju politiku tal-Parlament ta' kwalunkwe ħruġ ta' eurobonds, inġenerali, u tal-mekkaniżmu permanenti għall-kriżijiet, b'mod partikolari;

Denunzjaturi

74. Jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina mill-ġdid il-briefing u t-taħriġ mogħtija lill-persunal rigward 'Titolu II: Id-Drittijiet u l-Obbligi tal-Uffiċjali’ tar-Regolamenti tal-Persunal biex ikun żgurat li l-persunal kollu jkun jaf sew it-termini tiegħu u b'mod partikolari l-obbligi skont l-Artikolu 22a(96); jitlob lill-Kummissjoni tagħti dettalji lill-kumitat kompetenti tal-Parlament dwar il-ħidma li saret f'dan il-qasam;

L-Iskejjel Ewropej

75. Jilqa’ bi pjaċir il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri ma sabitx żbalji li jistgħu jitfgħu dubju fuq l-affidabilità tal-kontijiet li hija vverifikat u fuq il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawn il-kontijiet.

76. Jistieden lill-Uffiċċju tas-Segretarju Ġenerali tal-Iskejjel Ewropej biex jiżgura bla dewmien li jsir segwitu dettaljat tar-rakkomandazzjonijiet tal-2008 u l-2009 tal-Qorti tal-Awdituri;

77. Jinnota żieda fl-ispejjeż ġenerali fejn għalliema maħtura minn Stati Membri kienu neqsin għal perjodi twal u kellhom jiġu sostitwiti b'għalliema part-time; jistenna li l-iskejjel ikunu jistgħu jipprovdu ċifri ta' dawn l-ispejjeż żejda;

Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

78. Jinnota li r-reputazzjoni tal-Unjoni hija influwenzata b'mod qawwi mill-perċezzjoni pubblika tas-servizz ċivil tagħha; jinnota li l-aħħar riforma tar-Regolamenti tal-Persunal ma adattatx id-dispożizzjonijiet tagħhom għal ambjent tax-xogħol li nbidel u lanqas wasslet għal politika ta' rimunerazzjoni li tipprevedi paga ndaqs għall-istess xogħol; jinnota li fiha vantaġġi u benefiċċji li m'għadhomx jgħoddu għal żmienna; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposti għal modernizzazzjoni komprensiva tar-Regolamenti tal-Persunal, inkluż it-tmiem tal-vantaġġi u l-benefiċċji li m'għadhomx jgħoddu għal żmienna;

79. Ifakkar li l-Artikolu 56 tar-Regolamenti tal-Persunal ma jipprevedix kumpens jew rimunerazzjoni għas-sahra għall-uffiċjali fil-gruppi AD jew AST 5 sa AST 11; jilqa' s-soluzzjonijiet flessibbli fil-kuntest ta' bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; madankollu, jistieden lill-Kummissjoni biex tirrispetta d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal fl-implimentazzjoni tal-'iskema tal-ħin flessibbli';

80. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tneħħi dispożizzjonijiet li m'għadhomx jgħoddu bħall-allowance għall-ivvjaġġar marbuta mad-distanza u ġranet ta' vvjaġġar addizzjonali, li ma jirriflettux l-infrastrutturi tal-ivvjaġġar moderni kemm fir-rigward tad-dewmien kif ukoll tal-prezz, kif ukoll biex tadatta ċ-ċivil tal-Unjoni għal bidliet fiċ-ċivil tal-Istati Membri;

81. Iqis l-isfida demokratika bħala fattur ewlieni fl-evoluzzjoni futura tal-persunal u tal-baġit; jistieden lill-Kummissjoni biex tivvaluta fatturi ta' moderazzjoni, bħal żieda tal-ħin tax-xogħol kull ġimgħa u tal-età tal-pensjoni; jara l-ħtieġa li jiġu rieżaminati l-iskemi ta' pagament għal persunal ġdid fil-livell ta' dħul AD 5 għal professjonijiet speċjalizzati biex tkun żgurata l-kompetittività tal-Unjoni bħala impjegatur;

82. Huwa preokkupat li uffiċjali tal-Unjoni li għadhom kif ġew irreklutati setgħu ħadmu fil-passat għal servizzi tal-intelligence; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura, permezz ta' dikjarazzjoni b'ġurament tal-persunal ġdid fl-istituzzjonijiet u l-korpi kollha, li dawn il-persuni ma kinux u mhumiex marbuta ma' tali servizzi;

B. SEJBIET SPEĊIFIĊI

83. Jilqa' l-miżuri konkreti u l-iskedi ta' żmien korrispondenti ppreżentati mill-Kummissjoni b'riżultat tad-diskussjonijiet kostruttivi fil-proċedura ta' kwittanza;

Agrikoltura u riżorsi naturali - EUR 56 300 000 000

84. Jilqa’ bi pjaċir il-fatt li l-Kummissjoni rnexxielha tnaqqas ir-rata ta’ żball għal madwar 2 % fis-snin reċenti; madankollu, jinnota li r-rata ta' żball żdiedet kemm kemm fl-2009;

85. Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu passi biex tiżgura li t-tnaqqis fir-rata ta' żball issir tendenza li tinżamm sena wara sena sabiex ikun żgurat li l-irregolaritajiet jispiċċaw;

86. Ifakkar li prattikament in-nefqa kollha għall-iżvilupp agrikolu u rurali qed titwettaq permezz ta’ ġestjoni kondiviża;

87. Jinnota li fuq il-bażi tar-riżultati tal-verifika tagħha, il-Qorti Ewropea tistima li l-aktar rata ta’ żball probabbli għall-“Agrikoltura u r-riżorsi naturali”, li tirrappreżenta kważi nofs il-baġit, hija bejn it-2 % u l-5 %.

88. Jinnota wkoll li fl-2009, minn 241 tranżazzjoni eżaminata, 66 (27 %) ġew affettwati minn żball u li 42 (64 %) minn dawn it-tranżazzjonijiet ġew affettwati minn żbalji kwantifikabbli speċjalment l-iżbalji li jikkonċernaw l-eliġibilità u l-preċiżjoni, li jirriżultaw minn dikjarazzjonijiet żejda ta’ art eliġibbli;

89. Iqis li l-effikaċja tal-oqsma ta' nfiq kollha, mhux biss il-proġetti individwali, għandhom ikunu evalwati abbażi tat-tendenza ġenerali tagħha għall-iżbalji;

90. Jinnota t-titjib tas-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll (SIAK) fil-Greċja wara l-attenzjoni kontinwa tal-Parlament;

91. Ifakkar, madankollu, li l-Qorti tal-Awdituri fis-snin reċenti sabet l-effettività tas-SIAK milquta b’mod avvers minn dejta mhux preċiża fil-bażijiet ta’ dejta, minn kontrolli reċiproċi mhux kompleti jew minn segwitu mhux korrett jew inkomplet tal-anomaliji;

92. Jinnota li għall-verifika tagħha fl-2009 ta’ tmien aġenziji tal-pagament, il-Qorti tal-Awdituri sabet li s-sistemi kienu effettivi biex jiżguraw ir-regolarità tal-pagamenti f’aġenzija waħda biss, parzjalment effettivi f’erba’ aġenziji, u mhux effettivi fit-tliet aġenziji l-oħra;

93. Jinnota l-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll għall-Agrikoltura u r-riżorsi naturali kienu, fl-aħjar sitwazzjoni, parzjalment effettivi biex jiżguraw ir-regolarità tal-pagamenti;

94. Jinnota wkoll li l-Qorti tal-Awdituri tikkonkludi li jinħtieġ li s-SIAK tara titjib sinifikanti fi tlieta mit-tmien aġenziji tal-pagament ivverifikati;

95. Jinnota wkoll li l-Qorti tal-Awdituri sabet li r-Rapport Annwali tal-Attivitajiet u d-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura pprovdew biss valutazzjoni parzjalment ġusta tal-ġestjoni finanzjarja b’rabta mar-regolarità tal-pagamenti;

96. Jiddeplora l-fatt li l-prattika tal-Istati Membri li jiddefinixxu indipendentement l-art agrikola użata tirriżulta f’allokazzjoni ħażina sostanzjali ta' pagamenti skont l-erja; jistenna li r-rapport ta' evalwazzjoni tal-Kummissjoni jqis din il-prattika u jiddeskriviha b'eżempji;

97. Jistieden lill-Kummissjoni:

- ittejjeb l-affidabilità u l-kompletezza tad-dejta rreġistrata fis-Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Ħbula tar-Raba’,

–    tieħu miżuri proattivi biex tiżgura li l-bażijiet tad-dejta kollha tas-SIAK jipprovdu sekwenza tal-verifika affidabbli u kompleta għall-modifiki kollha li jsiru, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lil dawk il-pajjiżi li r-riputazzjoni tagħhom ma tantx hi tajba,

- tiċċara u ssaħħaħ aktar ir-regoli sabiex l-għajnuna diretta tal-Unjoni ma tingħatax lil applikanti li la użaw l-art għall-biedja u lanqas ma żammewha f’Kundizzjonijiet Agrikoli u Ambjentali Tajba,

–    tirrevedi u ttejjeb il-linji gwida fir-rigward tax-xogħol li jrid isir mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni, b’mod partikolari x-xogħol relatat mal-validazzjoni tal-istatistika tal-kontroll u l-ispezzjoni tal-Istati Membri, u tagħti lill-Parlament l-għadd tal-aġenziji tal-pagamenti eżistenti u valutazzjoni tas-solidità tagħhom,

–    tkompli tnaqqas aktar il-burokrazija, tissimplifika l-proċeduri u tevita l-effetti negattivi fuq il-bdiewa li joriġinaw mill-pletora ta' regoli, li f'xi każijiet huma konfliġġenti,

- iżżomm lill-Parlament aġġornat regolarment dwar il-progress tax-xogħol;

98. Huwa tal-fehma li l-laqgħat tripartitiċi tal-Qorti tal-Awdituri, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali, li fil-fatt kienu importanti għall-għarfien reċiproku u l-evalwazzjoni tal-problemi b'rabta mal-eżerċizzji annwali tad-DAS (dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni) fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni, għandhom jiġu estiżi għall-qasam tal-politika dwar l-agrikoltura u r-riżorsi naturali sabiex jiġu ffaċilitati interpretazzjoni u applikazzjoni armonizzati tar-regoli dwar il-ġestjoni u l-kontroll tan-nefqa, kif ukoll approċċ koordinat bejn il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri;

99. Jaqbel mal-Qorti tal-Awdituri li l-approvazzjoni ta' konformità tqiegħed wisq enfasi fuq korrezzjonijiet b'rata fissa u fuq aġġustamenti ta' konformità li ma jikkonċernawx il-benefiċjarju aħħari;

Koeżjoni - EUR 35 500 000 000

100. Ifakkar li l-ġestjoni tal-infiq tal-Koeżjoni hu kondiviż mal-Istati Membri, li n-nefqa ssir permezz ta’ numru kbir ta’ programmi operattivi (OPs) multiannwali, li l-Kummissjoni tapprova l-OPs fuq il-bażi ta’ proposti mill-Istati Membri u l-Istati Membri jagħżlu l-proġetti individwali li għandhom jiġu inklużi fl-OPs;

101. Ifakkar li l-Istati Membri jikkofinanzjaw il-proġetti skont in-nefqa ta' koeżjoni; jinnota li sistemi effikaċi ta' ġestjoni u kontroll huma ta' interess għall-Istati Membri, li jipparteċipaw permezz tal-konfinanzjament nazzjonali; jitlob lill-Kummissjoni taħdem b'mod deċiż biex ittejjeb u tegħleb lakuni temporanji fis-sistemi ta' ġestjoni u kontroll;

102. Jinnota li l-istimi tal-Qorti tal-Awdituri li r-rata ta’ żbalji l-aktar probabbli għall-qasam tal-politika tal-Koeżjoni tammonta għal aktar minn 5 %; jinnota li l-frekwenza tal-iżbalji reġgħet naqset għat-tielet sena konsekuttiva;

103. Jinnota wkoll li 36 % tal-pagamenti għal proġetti kien fihom l-iżbalji, u li dan għadu l-qasam bl-ogħla rata ta' żbalji;

104. Iqis li l-oqsma ta' nfiq stess, mhux biss il-proġetti individwali, għandhom ikunu evalwati abbażi tat-tendenza ġenerali għall-iżbalji;

105. Jinnota l-kumplessità tal-qafas regolatorju tal-Koeżjoni, li jirrikjedi konformità kemm mar-rekwiżiti nazzjonali, inklużi s-setgħat reġjonali u dawk lokali, u kemm ma’ varjetà ta’ politiki u regoli tal-Unjoni, bħal dawk relatati mal-akkwist pubbliku u l-għajnuna Statali, in-numru kbir ta’ awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Koeżjoni fl-Istati Membri u n-numru saħansitra akbar ta’ benefiċjarji u riċevituri tal-appoġġ tal-Unjoni;

106. Iqis li tali kumplessità hija kwistjoni importanti li għandha titqies meta jkunu qed jiġu deċiżi titjibiet u simplifikazzjonijiet;

107. Jinnota li l-parti l-kbira tal-proporzjon tar-rata ta’ żbalji stmata hija attribwita għal żbalji ta’ eleġibilità u nuqqasijiet serji ta’ konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku; jinnota wkoll li n-nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku waħdu jammonta għal 43 % tal-iżbalji kwantifikabbli kollha u jifforma madwar tliet kwarti tar-rata ta’ żbalji stmata;

108. Jinnota li l-ksur tal-proċeduri tal-akkwist jiżvela n-nuqqas li jiġi kompletat is-suq intern tal-Unjoni; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri biex jistabbilixxu pjattaforma għall-proċess ta' konsultazzjoni dwar il-metodoloġija użata fir-rigward tal-gravità tal-ksur identifikat fil-qasam tal-akkwist pubbliku;

109. Jinnota wkoll li d-diversità ta’ interessi, bla ebda dubju, se tinfluwenza l-implimentazzjoni effettiva tal-obbligi ta’ kontroll tal-Istati Membri f'dak li jikkonċerna n-nefqa tal-Unjoni fl-Istat Membru rispettiv u l-kontribuzzjonijiet nazzjonali lill-baġit tal-Unjoni mill-Istat Membru rispettiv;

110. Jitlob lill-Kummissjoni tanalizza r-raġunijiet għal dak il-ksur tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku u tikkoopera b'mod deċiż mal-Istati Membri biex jegħilbu d-diffikultajiet identifikati;

111. Jilqa’, f'dan ir-rigward, il-Green Paper tal-Kummissjoni dwar l-immodernizzar tal-politika tal-UE dwar l-akkwist pubbliku - Lejn Suq Ewropew tal-Akkwist iżjed effiċjenti ( COM(2011)0015 ); jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex sal-2012 jiffinalizzaw l-adozzjoni tar-riforma tar-regoli bażiċi tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku (id-Direttivi 2004/17/KE[90] u 2004/18/KE[91]);

112. Jinsab imħasseb li l-Qorti tal-Awdituri sabet ukoll numru sinifikanti ta’ nuqqasijiet fil-proċeduri tas-sejħiet għall-offerti u tal-ikkuntrattar;

113. Jinnota li għal mill-inqas 30 % tal-iżbalji li nstabu mill-Qorti tal-Awdituri kien hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli għall-awtoritajiet tal-Istati Membri inkarigati għall-implimentazzjoni tal-OPs biex l-iżball jinstab u jiġi kkoreġut qabel ma tiġi ċċertifikata n-nefqa lill-Kummissjoni;

114. Jemmen li din is-sejba tpoġġi f’dubju serju l-effiċjenza ta’ sistema li fiha l-Istati Membri għandhom ir-responsabilità ewlenija għall-eżattezza tan-nefqa ddikjarata;

115. Ifakkar li l-verifiki tal-ġestjoni huma kontrolli ewlenin biex jiġu evitati l-irregolaritajiet, u jiddispjaċih li għal 11 mis-16-il OP ivverifikat, il-verifiki mwettqa mill-awtoritajiet tal-ġestjoni tal-Istati Membri kienu konformi b’mod parzjali biss mar-rekwiżiti regolatorji;

116. Jinnota li, b’mod ġenerali, is-sistemi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll għall-perjodu ta’ pprogrammar 2007-13 kienu konformi b’mod parzjali biss mad-dispożizzjonijiet ewlenin ivverifikati tal-qafas regolatorju;

117. Josserva li ċ-ċifri finali jistgħu biss jiġi determinati għas-snin finanzjarji li jistgħu jitqiesu magħluqin, u li, għalhekk, s'issa, is-sena finanzjarja tal-2004 biss tista' titqies magħluqa;

118. Ifakkar li l-irwol tal-Kummissjoni jinkludi l-għotja ta’ gwida lill-Istati Membri u l-iżvilupp ta’ prattiki tajba fost il-korpi nazzjonali; jistieden lid-DĠ kollha tal-Kummissjoni jkomplu jtejbu l-prestazzjoni tagħhom f'dan ir-rigward;

119. Jenfasizza li l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri huma, fil-maġġoranza tagħhom, partijiet interessati ta’ politiki li huma jimplimentaw f’ġestjoni kondiviża; jenfasizza, f’dak ir-rigward, li l-ġestjoni kondiviża bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri tiddependi minn atmosfera ta’ rispett u rikonoxximent reċiproku bejn l-amministrazzjonijiet ikkonċernati; jenfasizza li din l-atmosfera, fil-biċċa l-kbira, tista’ tissaħħaħ ulterjorment f’ġestjoni kwotidjana u tista’ twassal għall-ħolqien ta’ kuntatti bejn l-amministrazzjonijiet tal-Kummissjoni u l-Istati Membri;

120. Jitlob lill-Kummissjoni tidentifika u xxerred l-aqwa prattiki fost l-Istati Membri sabiex tippermetti assorbiment akbar tal-fondi u l-fluss tal-likwidità mtejjeb għall-benefiċjarji billi jiġu emendati u ssemplifikati l-Fondi Strutturali billi jiġu implimentati r-regolamenti fil-livell nazzjonali;

121. Jinsab imħasseb dwar il-fatt li, skont l-OLAF, jeżistu dejjem aktar provi li, f'ħafna każijiet, il-frodi fil-Fondi Strutturali huma organizzati u ppjanati u rriżultawx minn sempliċi opportunità; jistieden lill-partijiet interessati kollha fl-Istati Membri u fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni jikkollaboraw bill-qrib biex isibu tarf ta' dan il-fenomenu. (Rapport Annwali OLAF 2010, p.41);

122. Jiddeplora l-ħruġ tard tas-sommarji annwali tal-Istati Membri dwar il-Fondi Strutturali, li abbażi tagħhom huwa impossibbli li tinkiseb assigurazzjoni adegwata tar-regolarità tal-implimentazzjoni tal-programmi reġjonali; iqis dan bħala raġuni suffiċjenti biex il-pagamenti mill-Fondi Strutturali destinati lill-Istati Membri jiġu sospiżi;

123. Jistieden lill-Kummissjoni, b'rabta mar-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju, teżamina l-effikaċja persważiva u dissważiva kif ukoll il-vantaġġi u t-titjib li dawn jafu jġibu f'termini ta' ġestjoni finanzjarja tajba; iqis li għandu wkoll jittieħed kont li fil-perjodu 2007-2013 ġew introdotti modifiki importanti fis-sistemi ta' ġestjoni u kontroll, u li, għaldaqstant, tinħtieġ valutazzjoni tar-riżultati biex jiġi introdott titjib ġdid; hu tal-opinjoni li l-introduzzjoni ta’ dan l-istrument għandha tassew isservi biex il-Kummissjoni tkun kapaċi tissodisfa l-kompitu tagħha li tissorvelja lill-Istati Membri u tiżgura funzjonament effettiv tas-sistemi nazzjonali ta’ ġestjoni u ta’ kontroll;

124. Jitlob lill-Kummissjoni biex tintensifika l-kuntatti mal-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri għall-iskop ta’ skambju reċiproku ta’ informazzjoni biex jiġu indirizzati kwistjonijiet pendenti bla dewmien;

125. Jinsab tassew imħasseb dwar l-istandard baxx kontinwu ta’ xi sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-Istati Membri u r-rata baxxa ta’ progress fit-titjib ta’ dawn is-sistemi;

126. Jistieden lill-Kummissjoni biex fir-Regolament Finanzjarju tinkludi talba għal NMDs obbligatorji maħruġa u ffirmati f’livell ministerjali u debitament ivverifikati minn awditur indipendenti bħala l-ewwel pass vitali lejn responsabilità nazzjonali akbar għan-nefqa tal-Unjoni; hu tal-opinjoni li mingħajr l-introduzzjoni ta’ dan l-istrument, il-Kummissjoni mhux se tkun kapaċi tissodisfa l-kompitu tagħha li tissorvelja lill-Istati Membri u tiżgura funzjonament effettiv tas-sistemi nazzjonali ta’ ġestjoni u ta’ kontroll;

127. Jiġbed l-attenzjoni lejn ir-Regoli ta’ Proċedura, b’mod partikolari lejn l-Anness VI, l-Artikolu 6(3) tiegħu, li skonthom il-President, f'isem il-Parlament, “fuq il-bażi ta' rapport mill-kumitat kompetenti għall-kontroll tal-baġit, jista' jiftaħ kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kontra l-istituzzjoni kkonċernata skont l-Artikolu 265 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għal nuqqas ta' osservanza ta' l-obbliġi li jirriżultaw mill-kummenti li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza jew ir-riżoluzzjonijiet l-oħra li jikkonċernaw l-implimentazzjoni ta' l-infiq”; ifakkar, barra minn hekk, fil-ħtieġa li tiġi żgurata implimentazzjoni effiċjenti ta’ laqgħat regolari u tripartiti skont il-proċedura baġitarja kif imsemmija fl-Artikolu 324 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

128. Jiddispjaċih li l-korpi taċ-ċertifikazzjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni[92] huma nieqsa minn standards tal-awditjar koerenti u ċari; jitlob lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi grupp ta’ ħidma mal-Istati Membri biex flimkien jippreparaw standards tal-awditjar uniformi sabiex ix-xogħol ta’ verifika tal-korpi li jiċċertifikaw/jivverifikaw ikompli jitjieb;

129. Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament in-numru u valutazzjoni tas-solidità tal-awtoritajiet eżistenti tal-ġestjoni;

Ir-riċerka, l-enerġija u t-trasport - EUR 8 000 000 000

130. Ifakkar li l-maġġoranza tan-nefqa għal dan il-grupp tal-politika hija implimentata mill-Kummissjoni b’ġestjoni ċentralizzata diretta u, kulma jmur, b’ġestjoni ċentralizzata indiretta permezz ta’ aġenziji u Impriżi Konġunti;

131. Jinnota li l-aktar rata probabbli ta’ żbalji stmata mill-Qorti tal-Awdituri għal dan il-qasam ta’ politika tvarja bejn it-2 % u l-5 %.

132. Ikompli jinnota li l-Qorti tal-Awdituri sabet li s-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll kienu biss parzjalment effettivi fl-iżgurar tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet;

133. Jinnota li s-sors prinċipali ta’ żbalji f’dan il-grupp tal-politika jibqa’ r-rimborż ta’ spejjeż tal-persunal u spejjeż indiretti ddikjarati żżejjed għall-proġetti tar-riċerka; jieħu nota wkoll biż-żieda fir-riżervi dwar il-ġestjoni diretta (minn 4 għal 9) l-aktar b'konsegwenza ta' kriterji kumplessi ta' eliġibilità;

134. Josserva wkoll li, fid-dawl tal-importanza partikolari tar-riċerka u l-iżvilupp għall-ekonomija tal-Unjoni, l-iżbalji f'dan il-qasam huma partikolarment allarmanti;

135. Ifakkar li r-rendikonti tal-ispejjeż tal-benefiċjarji tal-FP6 sottomessi għar-rimborż għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tal-verifika maħruġ minn awditur indipendenti li jiċċertifikaw li huma għandhom assigurazzjoni raġjonevoli li l-ispejjeż iddikjarati jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-eleġibilità; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, mill-ammissjoni tal-Kummissjoni stess, il-kriterji ta' aċċettabilità adottati għall-ksib taċ-ċertifikazzjoni huma restrittivi wisq;

136. Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri sabet żbalji fi 43 % tar-rendikonti tal-ispejjeż ivverifikati – kemm fl-2009 kif ukoll fl-2008 – li kienu rċevew opinjoni mhux kwalifikata mill-awditur li jiċċertifika qabel ma ġew sottomessi għar-rimborż;

137. Jinnota li filwaqt li l-Kummissjoni żiedet sostanzjalment l-ammont ta’ spejjeż ineliġibbli li ġew irkuprati matul l-2009, l-ammonti dovuti li jistgħu jiġu rkuprati wrew żieda simili u kważi ttriplikaw għal EUR 31 500 000;

138. Iqis li l-fiduċja tal-pubbliku fil-qasam tar-riċerka, enerġija u trasport hija ferm importanti, billi huwa previst li, fis-snin li ġejjin, dan il-qasam se jżid il-perċentwal tiegħu fil-baġit tal-UE;

139. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-awdituri indipendenti li ċċertifikaw b’mod inkorrett ir-rendikonti tal-ispejjeż jintgħamlu konxji mill-kriterji tal-eleġibilità għall-ispejjeż iddikjarati u jekk ikun applikabbli jinżammu responsabbli, tirrevedi l-operat tas-sistema għaċ-ċertifikazzjoni tal-metodoloġiji għall-kalkolu tal-ispejjeż tal-benefiċjarji, tnaqqas id-dewmien fl-irkupru ta’ ammonti mħallsa mhux dovuti u timponi sanzjonijiet fejn ikun meħtieġ, tkompli tissimplifika aktar ir-regoli tal-finanzjament tar-riċerka, ittejjeb b'mod sinifikanti l-aċċess għall-SMEs għall-finanzjamenti għar-riċerka u tiżgura responsabilità sħiħa għall-użu xieraq tal-flus tal-Unjoni;

140. Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tipprovdi ċertezza ġuridika billi tastjeni milli tapplika retroattivament definizzjoni aktar rigoruża tar-regoli għall-parteċipazzjoni u billi tastjeni milli titlob lill-benefiċjarji jerġgħu jikkalkulaw ir-rendikonti finanzjarji diġà approvati mis-servizzi tal-Kummissjoni, b'hekk jitnaqqas il-bżonn ta' verifiki ex-post u korrezzjonijiet retroattivi; jitlob lill-Kummissjoni ssolvi malajr sitwazzjonijiet preċedenti li ġejjin minn kontrolli li għadejjin, billi taġixxi b'għaqal u b'rispett lejn il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba; jirrakkomanda li t-tilwim rigward sitwazzjonijiet preċedenti bħal dawn jinħall permezz ta’ ftehim bejn il-partijiet kollha, abbażi, pereżempju, ta’ verifika oħra indipendenti u/jew bl-intervent ta’ medjatur indipendenti ad hoc;

141. Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni bdiet tagħmel użu tas-sanzjonijiet tagħha fil-qasam tar-riċerka (34 azzjoni, EUR 514 330 riċevutu); madankollu, jappoġġa l-konklużjoni tal-IAS li hemm il-ħtieġa ta’ mekkaniżmu b’saħħtu għas-sejbien tal-frodi;

142. Barra minn hekk jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-IAS jeżerċita l-istess setgħat fuq il-korpi stabbiliti mill-Unjoni li jkollhom personalità ġuridika u li jirċievu kontribuzzjonijiet mill-baġit (l-Impriżi Konġunti tal-Unjoni) bħal dawk li hija teżerċita fuq id-dipartimenti tal-Kummissjoni, skont l-Artikolu 185(3) tar-Regolament Finanzjarju;

143.  Jemmen li l-FP8 għandu jkun ibbażat fuq bidla radikali tal-opinjoni inkluża l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ bonus li parzjalment tissostitwixxi s-sistema attwali ta’ ħlas bil-quddiem u inkluż l-aċċess aħjar għal kapital ta’ riskju sabiex tittejjeb l-effiċjenza;

L-Għajnuna Esterna, l-Iżvilupp u t-Tkabbir - EUR 6 600 000 000

144. Ifakkar li l-parti l-kbira tan-nefqa f’dan il-qasam ta’ politika hija soġġetta għal ġestjoni ċentralizzata diretta mis-servizzi tal-Kummissjoni, jew fil-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni jew fil-livell tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni (id-“Delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea” wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea); jieħu nota wkoll bl-użu dejjem akbar tal-ġestjoni konġunta, pereżempju, fil-Faċilità tal-Ikel;

145. Iqis li l-effikaċja tal-oqsma ta' nfiq stess, mhux biss il-proġetti individwali, għandhom ikunu evalwati abbażi tat-tendenza ġenerali tagħha għall-iżbalji;

146. Jinnota li l-aktar rata probabbli ta’ żbalji stmata mill-Qorti tal-Awdituri għad-dominju vverifikat tvarja bejn it-2 % u l-5 %;

147. Jinnota wkoll li l-valutazzjoni ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri dwar is-sistemi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll hija biss parzjalment effettiva;

148. Jinnota wkoll li l-Qorti tal-Awdituri sabet li r-Rapport Annwali tal-Attività u d-dikjarazzjoni mogħtija mid-Direttur Ġenerali tal-EuropeAid jipprovdu biss valutazzjoni parzjalment ġusta tal-ġestjoni finanzjarja f’relazzjoni mar-regolarità;

149. Josserva li l-valutazzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll fil-pajjiżi kandidati u potenzjalment kandidati hija proċess kontinwu li jsir fil-qafas tal-pjan tar-rotta relatati mal-proċess ta' ġestjoni deċentralizzata għall-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) li jwassal għall-għoti ta' setgħat ta' ġestjoni min-naħa tal-Kummissjoni lill-komponent, programm jew miżura speċifiċi fl-ambitu tal-IPA;

150. Jitlob lill-Kummissjoni tikkoopera mill-qrib mal-pajjiżi kandidati u potenzjalment kandidati bil-għan li ttejjeb b'mod effikaċi s-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll, tippromwovi l-aħjar prattiki għall-ġlieda kontra l-frodi u tiggarantixxi li l-prattiki tagħhom huma konformi mar-regoli u mal-istandards kollha tal-Unjoni;

151. Jiddeplora l-fatt li f'xi wħud mill-pajjiżi potenzjalment kandidati, il-ħatriet fl-ambitu tal-amministrazzjoni pubblika għadhom isiru bi ksur tal-liġi tas-servizz pubbliku; jiddispjaċih li f'ħafna każijiet, il-ġudikatura ma taħdimx b'mod sodisfaċenti; jistieden lill-Kummissjoni tippovdi lill-pajjiżi potenzjalment kandidati kollha bil-kompetenza esperta meħtieġa u bl-għarfien istituzzjonali meħtieġ għall-ġlieda effikaċi tal-korruzzjoni u għat-tkomplija tar-riformi neċessarji;

152. Jinsab imħasseb bir-rati ta' rifjut għoljin fil-pajjiżi b'implimentazzjoni deċentralizzata, jiġifieri fejn id-Delegazzjonijiet tal-Unjoni jikkontrollaw ex-ante il-fajls tal-akkwist; jenfasizza li jidher li l-awtoritajiet nazzjonali f'dawk il-pajjiżi jsibu diffikultajiet fl-implimentazzjoni ta' titjib deċiżiv meħtieġ biex jiġu evitati l-kontrolli ex-ante min-naħa tal-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni u l-pajjiżi kandidati jtejbu d-djalogu u jiggarantixxu kooperazzjoni effikaċi;

153. Jieħu nota tar-Rapport Speċjali Nru 12/2009 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-effettività tal-proġetti tal-Kummissjoni fil-qasam tal-Ġustizzja u Affarijiet Interni għall-Balkani tal-Punent;

154. Jilqa' b'sodisfazzjon il-valutazzjoni pożittiva tal-Qorti tal-Awdituri dwar is-sistemi ta' superviżjoni u ta' kontroll applikati fil-qasam tal-għajnuna umanitarja; jistieden, madankollu, lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni akbar lis-segwitu tad-dgħufijiet żvelati mill-verifiki tagħha fuq is-sħab li jimplimentaw u tislet benefiċċju sħiħ minn dan is-segwitu kif ukoll tagħti attenzjoni akbar lill-monitoraġġ ta’ kemm qed isir użu taċ-ċentri ta' akkwist umanitarju;

155. Jistieden lis-suċċessur tad-DĠ RELEX biex ilesti l-metodoloġija ta’ kontrolli ex-post tiegħu u jindirizza mingħajr dewmien ir-rakkomandazzjonijiet relatati li jsiru mill-awditur intern;

156. Jistieden lid-DĠ ELARG biex jiżviluppa u jistabbilixxi mekkaniżmi biex jiffaċilita l-analiżi u s-segwitu tar-riżultati tal-missjonijiet ta’ verifika mwettqa u biex jiddedika biżżejjed riżorsi għall-analiżi tad-dikjarazzjonijiet finali pendenti ppreżentati mill-Istati Membri li ngħaqdu reċentament mal-Unjoni, iżda li jirrelataw mal-perjodu ta’ qabel l-adeżjoni;

157. Jistieden lid-DĠ ECHO jtejjeb il-valutazzjonijiet tad-dokumentazzjoni tal-proposti għal azzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja (bħalma hi l-introduzzjoni ta’ rapporti ta’ evalwazzjoni standardizzati) u jirrapporta dwar l-esperjenza tiegħu bl-implimentazzjoni tal-Faċilità tal-Ikel fir-Rapport Annwali dwar l-Attività tiegħu għall-2010;

158. Josserva li jaf ikun hemm ukoll effetti negattivi fl-għoti tal-għajnuna barranija, ngħidu aħna meta reġimi korrotti fil-pajjiżi benefiċjarji jiġġestixxu ħażin il-fondi, u li l-ħidma għall-prevenzjoni tat-tali effetti għandha tingħata l-ogħla prijorità;

159. Jilqa' favorevolment il-fatt li l-Kummissjoni nefqet EUR 396 000 000 bejn l-2007 u l-2010 biex tagħti sostenn lill-kandidati għall-adeżjoni għall-impenn tagħhom biex itejbu s-sistemi ġudizzjarji u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni kif ukoll il-progress li sar f'dan ir-rigward; iwissi, madankollu, kontra ottimiżmu eċċessiv u jitlob lill-Kummissjoni tforni provi li juru li dan l-ammont ta' flus intefaq b'mod effiċjenti u jekk strutturi ta' kontroll imtejba wasslux effettivament għal żieda tas-sanzjonijiet kontra atturi korrotti, fosthom każijiet bi profil għoli, jekk il-liġijiet ġewx implimentati bis-sħiħ, u jekk ir-riformi ngħatawx sostenn;

160. Josserva bi tħassib id-dgħufijiet identifikati mill-Qorti tal-Awdituri fis-sistema ta' implimentazzjoni deċentralizzata (DIS) fil-Kroazja u fit-Turkija; jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta dwar kull miżura meħuda biex tiġi indirizzata din il-problema u tipprovdi stimi tal-ammont ta' nfiq f'riskju;

161. Jitlob lill-Kummissjoni, u partikolarment lid-DĠ ELARG, tintensifika l-isforzi tagħha biex tittratta d-dikjarazzjonijiet finali għall-programm PHARE, il-programm CARDS u l-faċilità ta' tranżizzjoni u tipproċedi bl-għeluq ta' dawn il-programmi b'mod prudenti u fil-ħin;

162. Jiddispjaċih bil-fatt li perċentwal konsiderevoli tal-għajnuna ta' qabel l-adeżjoni huwa ttrattat fil-kapitoli 3 (agrikoltura – EUR 254 000 000) u 4 (koeżjoni – EUR 65 000 000) tar-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri; jinsab sorpriż bl-assenza ta' informazzjoni fir-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar żjarat ta' verifika għal kull pajjiż li jsiru fil-pajjiżi mhux membri tal-Unjoni, għall-kuntrarju tas-snin preċedenti;

163. Jiddispjaċih bil-fatt li DĠ REGIO ma wettaq l-ebda missjoni ta' verifika fil-Kroazja fl-2009 minkejja li hemm problemi kbar fil-proċess tas-sejħa għal offerti fil-pajjiżi msemmi;

164. Jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tinforma lill-organizzazzjonijiet internazzjonali li l-għajnuna futura tal-Unjoni se tkun soġġetta għat-tressiq ta’ evidenza tal-assigurazzjoni fil-forma ta’ Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni;

165. Jitlob lill-Qorti tal-Awdituri tispjega r-raġunijiet għaliex l-għażla tat-tranżazzjonijiet għall-kapitolu tal-għajnuna esterna tagħti rata ta' żbalji relattivament baxxa (13 %), proporzjon kbir ta' żbalji mhux kwantifikabbli fil-livell tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni u l-ebda prova ta' żball relatati mal-preċiżjoni jew l-okkorrenza f'qasam li, skont in-natura stess tiegħu, jinsab f'riskju għoli ta' użu ħażin ta' fondi; jitlob lill-Kummissjoni, u partikolarment lid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, jipprovdu rendikont tal-entrati ċar u kull informazzjoni oħra meħtieġa biex tiġi faċilitata l-analiżi tal-Qorti tal-Awdituri;

Edukazzjoni u Ċittadinanza - EUR 2 200 000 000

166. Ifakkar li l-maġġoranza tan-nefqa f’dan il-qasam hija ġestita b’ġestjoni ċentralizzata indiretta jew permezz ta’ ġestjoni kondiviża;

167. Jilqa’ l-irwol pożittiv tal-Kummissjoni f’dan il-qasam billi jipprovdi gwida lill-Istati Membri u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli tippromwovi prattika tajba fost korpi nazzjonali;

168. Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri sabet li r-rata ta’ żball għall-għeluq għandha tkun bejn it-2 % u l-5 % u li s-sistemi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll għal dan il-qasam tal-politika kienu biss parzjalment effettivi għall-iżgurar tar-regolarità tal-għeluq imwettaq fl-2009;

169. Huwa mħasseb li 29 mill-120 għeluq verifikat (24 %) kien fihom żbalji kwantifikabbli;

170. Huwa mħasseb li s-sistemi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll fil-livell tal-Kummissjoni fl-2009 ħallew għadd sinifikanti ta’ żbalji mhux misjuba u mhux korretti fl-għeluq li sar dik is-sena;

171. Jistieden lill-Kummissjoni tkompli ssaħħaħ il-kontrolli fuq l-għeluq sabiex jiġi żgurat li żbalji jinstabu u jiġu kkorreġuti u sabiex jiġi evitat li żbalji identifikati preċedentement jerġgħu jseħħu.

Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji - EUR 700 000 000

172. Ifakkar li l-programmi ewlenin f’dan il-grupp tal-politika huma partijiet mis-Sitt u s-Seba’ Programmi ta’ Qafas (FP) għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku (EUR 222 000 000), il-finanzjament relatat tal-aġenziji tal-Unjoni (EUR 116 000 000), il-Fond ta’ Garanzija għal azzjonijiet esterni (EUR 92 000 000) u l-Programm ta’ Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) li segwa l-Programm Multiannwali għall-Intrapriża u l-Intraprenditorija (MAP) (EUR 175 000 000);

173. Ifakkar ukoll li l-maġġoranza tal-azzjonijiet taħt il-FP6, il-FP7 u s-CIP huma ffinanzjati permezz ta’ ftehim dwar l-għajnuna finanzjarja mal-Kummissjoni, u l-għotjiet għandhom jitħallsu kif ġej: pagament bil-quddiem mal-iffirmar tal-ftehim dwar l-għajnuna finanzjarja, segwit b’pagamenti interim u finali li jirrimborżaw in-nefqa eliġibbli fuq il-bażi tar-rendikonti tal-ispejjeż ippreżentati mill-benefiċjarji.

174. Ifakkar li r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament dwar il-kwittanza għas-sena 2007 u għas-sena 2008 t-tnejn jistiednu lill-Kummissjoni tippermetti lill-benefiċjarji jużaw l-ispejjeż medji għall-persunal għal kull ċentru tal-ispejjeż u tastjeni milli titlob spejjeż individwali għal kull persuna involuta attivament fi proġett ta' riċerka speċifiku; jilqa' b'sodisfazzjon, f'dan ir-rigward, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011)0174 tal-24 ta' Jannar 2011 dwar it-tliet miżuri li jissemplifikaw l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 970/2006/Euratom;

175. Jinnota li r-riskju ewlieni għar-regolarità huwa li l-ispejjeż eliġibbli fir-rendikonti tal-ispejjeż jiġu ddikjarati iżjed u li dan ma jinstabx mis-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Kummissjoni u li l-Qorti tal-Awdituri tevalwa bħala “għoli” ir-riskju għar-regolarità ta’ pagamenti magħmula fuq il-bażi ta’ rendikonti tal-ispejjeż;

176. Jinnota l-eżempji illustrattivi msemmija mill-Qorti tal-Awdituri fir-rigward ta’:

–  is-Sitt Programm ta’ Qafas fejn in-nuqqasijiet serji fir-rendikonti tal-ispejjeż la nstabu mill-kumpanija li pprovdiet iċ-ċertifikat tal-verifika, u lanqas ma nstabu matul iż-żewġ kontrolli ex-post imwettqa minn kumpanija esterna tal-verifika oħra f’isem il-Kummissjoni,

–  is-Seba’ Programm ta’ Qafas fejn benefiċjarju applika metodoloġija għall-kalkolu tal-ispejjeż tal-persunal li ma kinitx tikkonforma la mar-regoli FP6 u lanqas tal-FP7 u għalhekk, għal proġett wieħed ivverifikat, l-ispejjeż kienu ddikjarati żejda b’aktar minn 17 % u li l-istess metodoloġija kienet applikata għal 13-il proġett ieħor,

–  l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) - Ġestjoni kondiviża - fejn il-Qorti tal-Awdituri nnutat li ġew inklużi spejjeż li m’għandhomx ikunu ffinanzjati mill-Komunità jew spejjeż li ma ngħatawx biżżejjed sostenn li ammontaw għal kważi 10 % tal-kampjun li saritlu verifika, kif ukoll nuqqasijiet serji fir-regoli u l-proċeduri tal-akkwist.

177. Jinnota bi tħassib u huwa inkwetat bil-fatt li l-Qorti tal-Awdituri tkompli ssib żbalji f’pagamenti li għalihom tkun ingħatat opinjoni mhux kwalifikata mill-awditur approvat u li l-Qorti tal-Awdituri tqis iċ-ċertifikazzjoni tal-verifika bħala waħda li hija biss parzjalment effettiva għall-identifikazzjoni ta’ żbalji fl-ispejjeż iddikjarati;

178. Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri tikkonkludi li pagamenti f’dan il-grupp tal-politika ma kienx fihom żbalji materjali imma wkoll li l-Qorti tal-Awdituri tirrakkomanda li għandha tingħata attenzjoni lit-tip u lil-limitu ta’ żbalji misjuba fin-nefqa qafas għar-riċerka; jinnota li filwaqt li tnejn minn kull tliet sistemi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll għal dan il-grupp tal-politika ġew evalwati bħala effettivi, sistema waħda kienet biss parzjalment effettiva għall-iżgurar tar-regolarità tal-pagamenti;

179. Jistieden lill-Kummissjoni:

–   tanalizza l-arranġamenti eżistenti għall-verifika ex-ante, bil-għan li tistabbilixxi l-livell ta' effikaċja,

–   tqis, abbażi tal-esperjenza miksuba, jekk l-użu ta' ċertifikazzjoni minn awditur estern maħtur minn benefiċjarju jikkostitwixxix kontroll effikaċi, u tanalizza metodi alternattivi ta' verifika,

–   tkabbar l-għarfien tal-awdituri li jiċċertifikaw dwar ir-regoli tal-eliġibilità tan-nefqa bl-għan li titjieb l-affidabilità taċ-ċertifikati tal-verifika li joħorġu, u, jekk huwa applikabbli, dawn l-awdituri jinżammu responsabbli,

–   tkompli ttejjeb il-kwalità tal-kontrolli ex-ante fuq il-proċeduri ta’ akkwist u l-pagamenti interim/finali tagħha u tiżgura li l-funzjonijiet ta’ kontroll ex-post ikunu koperti minn programmi ta’ xogħol.

C. AZZJONIJIET PRIJORITARJI

180. Jistieden lill-Kummissjoni tressaq lill-kumitat kompetenti tal-Parlament pjan li jippreżenta l-azzjonijiet li biħsiebha tieħu fir-rigward tal-NMDs, it-tlestija għalkollox tal-istruttura ta' governanza tal-Kummissjoni, l-interruzzjoni u s-sospensjoni sistematiċi tal-pagamenti kif ukoll it-tneħħija tal-miżura u t-titjib tal-mekkaniżmi korrettivi;

Riforma tal-proċedura ta' kwittanza attwali

181. Jistieden lill-Kummissjoni torganizza diskussjoni interistituzzjonali li, fil-fażi inizjali, tinvolvi, fl-ogħla livell, rappreżentanti tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Awdituri u tal-Parlament, u fit-tieni fażi r-rappreżentanti mill-Istati Membri, ta' parlamenti nazzjonali u istituzzjonijiet ta' verifika supremi, bil-għan li jingħata bidu għal dibattitu komprensiv dwar is-sistema attwali tal-proċedura tal-kwittanza;

182. Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta proposti biex jonqsu l-perjodi involuti fil-proċess ta’ kwittanza, sabiex il-votazzjoni fil-plenarja ssir fis-sena wara s-sena finanzjarja li tkun qed tiġi riveduta; jinkoraġġixxi lill-Qorti tal-Awdituri u lill-istituzzjonijiet kollha jqassru u jsaħħu l-proċedura ta' kwittanza biex issir iktar trasparenti u tinftiehem miċ-ċittadini tal-Unjoni li jħallsu t-taxxi;

Dikjarazzjonijiet nazzjonali ta’ mmaniġġjar

183. Jenfasizza li d-dikjarazzjonijiet nazzjonali ta’ mmaniġġjar (NMDs) għandhom jitqiesu bħala strument li jiffaċilita responsabilità nazzjonali akbar għall-infiq tal-Unjoni billi kemm il-parlamenti nazzjonali kif ukoll l-istituzzjonijiet nazzjonali ta’ verifika jingħataw l-opportunità jipparteċipaw fl-iżgurar tal-legalità, ir-regolarità u l-prestazzjoni tal-infiq tal-Unjoni; huwa tal-opinjoni li l-NMDs huma strument li jippermetti li l-istituzzjonijiet nazzjonali u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jaħdmu flimkien filwaqt li jirrispettaw l-irwoli u r-responsabilitajiet ta’ xulxin;

184. Ifakkar li mill-2005 ’l quddiem, il-Parlament talab lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għall-introduzzjoni ta’ NMDs obbligatorji;

185. Jenfasizza li mhux biss il-maniġer tal-Unjoni iżda l-ġestjoni nazzjonali wkoll għandhom jinżammu responsabbli għall-infiq sakemm madwar 80 % tal-baġit jiġi implimentat mill-awtoritajiet nazzjonali;

186. Huwa talab ripetutament li kull ministru tal-finanzi nazzjonali għandu joħroġ u jiffirma dikjarazzjoni nazzjonali ta’ mmaniġġjar (NMD) rigward l-użu tal-fondi u ssuġġerixxa wkoll li l-istituzzjoni tal-verifika nazzjonali jew awditur indipendenti ieħor għandhom jivverifikaw id-dikjarazzjoni nazzjonali ta’ mmaniġġjar tal-ministru tal-finanzi għaliex l-ivverifikar ta’ dikjarazzjoni maħruġa minn ministeru nazzjonali normalment taqa’ taħt il-mandat ta’ xi istituzzjoni nazzjonali indipendenti ta’ verifika;

187. Jilqa' favorevolment il-fatt li xi Stati Membri (jiġifieri d-Danimarka, il-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju Unit u l-Isvezja) jipproduċu NMDs, iżda josserva li jvarjaw f’dawk li huma kwalità u ċarezza;

188. Iqis li l-fatt li dawn l-Istati Membri jipproduċu NMDs juri lill-bqija tal-Istati Membri li huwa fattibbli li dan isir;

189. Jinnota li l-proposta tal-Kummissjoni dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni ( COM(2010)0815 , l-Artikolu 56) tipprevedi l-introduzzjoni ta’ dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni f’livell maniġerjali; jenfasizza li l-Parlament iqis li din il-proposta għandha tkun pass ’il quddiem lejn NMDs li huma l-objettiv aħħari;

190. Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta formali għall-introduzzjoni ta’ NMDs obbligatorji debitament iffirmati minn kull ministru tal-finanzi nazzjonali skont il-passi li ġejjin:

–    analiżi tal-kwalità, tal-kompletezza, l-objettività, ir-relevanza u l-utilità tal-NMDs eżistenti inkluża l-valutazzjoni tal-valur miżjud tal-informazzjoni mogħtija kif ukoll nuqqasijiet possibbli fihom,

–    it-tfassil ta’ linji gwida dwar id-definizzjoni ta’ aspetti ewlenin komuni tal-NMDs li jiżguraw li huma se jkunu utli kemm għall-Kummissjoni kif ukoll għall-Qorti tal-Awdituri,

–    it-tħejjija ta’ pjan direzzjonali li jindika d-data li fiha l-Istati Membri għandhom ikunu ħadu l-passi ewlenin fil-proċess ta’ introduzzjoni tal-NMDs, id-data li fiha l-NMDs kompleti, affidabbli u utli se jkunu kundizzjoni biex jingħataw fondi mill-Unjoni kif ukoll id-data għall-introduzzjoni tal-NMDs obbligatorji fir-Regolament Finanzjarju;

u jipproponi li s-sostanza tal-NMDs għandha tkun konformi mal-istandards internazzjonali tal-awditjar u għandha tgħin il-verifika li ssir mill-Qorti tal-Awdituri;

Il-kompletar tal-istruttura ta’ governanza tal-Kummissjoni

191. Jenfasizza li kemm ir-Rapport Annwali dwar l-Attività tad-Direttorat Ġenerali kif ukoll ir-Rapport ta’ Sinteżi tal-Kulleġġ tal-Kummissarji huma elementi importanti biex il-Kummissjoni tkun tista’ tagħti spjegazzjoni lill-awtorità ta’ kwittanza;

192. Jistieden lill-Kummissjoni b’analoġija mas-sejħa għat-tħejjija tal-NMDs fuq livell politiku biex tiġi ffinalizzata l-istruttura ta’ governanza tagħha biż-żieda tal-firma tal-Kummissarju responsabbli għar-Rapport Annwali dwar l-Attività tad-Direttorat Ġenerali u billi r-Rapport ta’ Sinteżi – li għandu jinkludi wkoll tabella ta’ valutazzjoni dwar il-kwalità tal-kontrolli għal kull Stat Membru u qasam tal-politika - jiġi ffirmat mill-President tal-Kummissjoni Ewropea;

193. Jinnota li sabiex tiġi finalizzata l-istruttura ta’ governanza tal-Kummissjoni, jista’ jkun hemm il-ħtieġa li jissaħħu l-proċeduri biex jippermettu li l-Kulleġġ jadotta Rapport ta’ Sinteżi u jippermettu l-involviment u l-parteċipazzjoni ta’ Kummissarji individwali fit-tħejjija tar-Rapport Annwali dwar l-Attività tad-Direttorat Ġenerali li jinkludi l-miżuri applikabbli li ġejjin għas-sena finanzjarja 2010:

–   it-trażmissjoni lill-kumitat kompetenti tal-Parlament u l-pubblikazzjoni tal-minuti tal-laqgħa li fiha l-Kulleġġ jadotta r-Rapport ta’ Sinteżi,

–   it-trażmissjoni lill-kumitat kompetenti tal-Parlament tad-dikjarazzjoni mid-Direttorat Ġenerali dwar il-laqgħa tiegħu mal-Kummissarju responsabbli li tispjega b’mod ċar u komplet il-kontenut tad-deliberazzjonijiet tagħhom dwar ir-Rapporti Annwali dwar l-Attività kif ukoll xi riservi;

194. Jenfasizza li dawn il-miżuri m'għandhom bl-ebda mod inaqqsu r-responsabilità diretta ta' kull Direttorat Ġenerali jew ta' uffiċjali oħra li jawtorizzaw b'delega;

Attivazzjoni sistematika tal-interruzzjoni u s-sospensjoni tal-pagamenti kif ukoll it-tneħħija tal-miżura

195. Jinnota li l-korrezzjonijiet finanzjarji totali kkonfermati fl-2009 għall-azzjonijiet strutturali weħidhom jammontaw għal EUR 7 719 000 000 (il-Kontijiet Annwali tal-Unjoni Ewropea, is-sena finanzjarja 2009, paġna 112); josserva, madankollu, li biss () (paġna 103) ġew implimentati u rreġistrati fil-kontijiet; huwa tal-opinjoni li d-differenza bejn l-ammonti li għandhom jiġu korretti u l-ammonti li ġew korretti attwalment tagħmel neċessarja l-ħtieġa li tiġi introdotta sospensjoni awtomatika, mingħajr deċiżjoni tal-Kummissjoni, ta’ pagamenti hekk kif l-evidenza turi nuqqasijiet sinifikanti fil-funzjonament tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll;

196. Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi attivazzjoni sistematika tal-interruzzjonijiet u s-sospensjonijiet tal-pagamenti hekk kif l-evidenza tissuġġerixxi nuqqasijiet sinifikanti fil-funzjonament tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-Istati Membri;

197. Jemmen li l-proċess li jwassal għall-kisba ta’ interruzzjoni sistematika u ta’ sospensjoni sistematika ta’ pagamenti għandu jinkludi:

–    it-trażmissjoni lill-kumitat kompetenti tal-Parlament tal-informazzjoni li turi b’mod ċar l-interruzzjonijiet u s-sospensjonijiet kollha tal-pagamenti s’issa, kif ukoll ir-raġunijiet għal dawn id-deċiżjonijiet,

–    deskrizzjoni ta’ kriterji ċari u mhux ekwivoki applikabbli għad-Direttorati Ġenerali kollha u li ma jħallu l-ebda spazju għal interpretazzjoni ta’ interruzzjonijiet/sospensjonijiet futuri tal-pagamenti kif ukoll it-tneħħija ta’ interruzzjonijiet/sospensjonijiet tal-pagamenti li bihom għandu jinħoloq mekkaniżmu sistematiku mingħajr ma tittieħed deċiżjoni minn qabel fil-livell politiku,

–   l-inklużjoni fir-Regolament Finanzjarju tal-prinċipju tal-interruzzjoni u s-sospensjoni sistematiċi tal-pagamenti attivati minn provi ta' nuqqasijiet sinifikattivi fil-funzjonament tas-sistem ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-Istati Membri u l-iżvilupp ta’ linji gwida komprensivi għall-Istati Membri sabiex jgħinu lill-awtoritajiet nazzjonali jevitaw in-nuqqas ta’ fehim u l-irregolaritajiet,

–    it-trażmissjoni mill-Kummissjoni ta’ kopja ta’ kwalunkwe ittra ta’ rkupru u kwalunkwe ittra li tħabbar korrezzjonijiet finanzjarji lill-parlament nazzjonali u lill-istituzzjoni suprema nazzjonali ta’ verifika tal-Istat Membru kkonċernat kif ukoll lill-kumitat kompetenti tal-Parlament;

Titjib ta’ mekkaniżmi ta’ korrezzjoni

198. Jinsisti li l-Kummissjoni ttejjeb il-mekkaniżmi ta’ korrezzjoni biex jiġi żgurat li l-konsegwenzi finanzjarji ta’ pagamenti li saru b’mod inkorrett jinġarru mill-benefiċjarji u mhux minn dawk li jħallsu t-taxxi;

199. Jemmen li l-proċess li jwassal għall-kisba ta’ dan l-objettiv għandu jinkludi wkoll il-preżentazzjoni ta’ dan li ġej lill-kumitat kompetenti tal-Parlament:

–    lista ċara, komprensiva u korretta bis-sħiħ tal-korrezzjonijiet finanzjarji kollha implimentati mill-2000 ’l quddiem, kif ukoll l-informazzjoni dwar jekk il-pagamenti rċevuti b’mod inkorrett ġewx irkuprati jew sostitwiti bi proġetti oħra, f’liema każ għandha tiġi ppreżentata wkoll valutazzjoni kwalitattiva ta’ dawn il-proġetti ta’ sostituzzjoni,

–    il-miżuri li għandhom jittieħdu wara l-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li “il-Kummissjoni mhux dejjem tirċievi informazzjoni affidabbli mill-Istati Membri” (Rapport Annwali 2009, punt 1.49), b’lista tal-Istati Membri kkonċernati u l-ammont ta’ irregolaritajiet kif ukoll l-informazzjoni dwar ir-riżultati tal-“proċedura standardizzata” (it-tweġiba tal-Kummissjoni fir-Rapport Annwali 2009, punt 1.34) introdotta għall-perjodu 2007-2013,

–    pjan ta' azzjoni dwar il-mod kif jiġu integrati u rikonċiljati aħjar il-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar ir-rati annwali ta' żbalji fil-livell tal-benefiċjarji u l-ħidma tal-Kummissjoni dwar is-segwitu mogħti lil dawn il-konklużjonijiet kif ukoll il-korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri magħmulin matul iċ-ċiklu ta' ħajja kollu tad-diversi programmi sal-proċedura ta' għeluq u inkluża l-identifikazzjoni tal-pagamenti li jistgħu jkunu suġġetti għal verifika ulterjuri u għal proċeduri ta' approvazzjoni tal-kontijiet u segwitu aħjar għall-isforzi ta' rkupru tal-Istati Membri;

Eżaminatur tal-Prestazzjoni

200. Jistieden lill-Kummissjoni taħtar “eżaminatur tal-prestazzjoni” responsabbli għall-preparazzjoni tar-rapport ta’ evalwazzjoni meħtieġ skont l-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li għandu jiġi approvat mill-Kulleġġ tal-Kummissarji sabiex tiġi stabbilita “sjieda” ċara ta’ dan ir-rapport;

201. Jemmen li r-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jitfassal sabiex ir-relazzjoni bejn l-indikaturi prinċipali ta’ prestazzjoni, il-bażi legali/politika tagħhom, l-ammont tan-nefqa u r-riżultati miksuba tkun ċara u trasparenti u l-metodoloġija li għandha tintuża għall-produzzjoni ta’ dan ir-rapport għandha tiġi vverifikata mill-IAS, li għandu jivvaluta wkoll ix-xogħol li jkun sar, u li l-indikaturi prinċipali ta’ prestazzjoni użati mid-dipartimenti kollha fil-Kummissjoni għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku;

202. Huwa tal-opinjoni li r-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jiġi ppreżentat fis-sessjoni Plenarja matul dibattitu li fih anki l-Qorti tal-Awdituri se tkun mistiedna biex tippreżenta l-opinjoni tagħha dwar ir-rapport ta’ evalwazzjoni;

Introduzzjoni ta’ loġika ġdida għall-infiq

203. Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi loġika ġdida għall-infiq bil-għan li tittejjeb il-kwalità tal-infiq u li jiġi żgurat li l-fondi pprovduti minn dawk li jħallsu t-taxxi fl-Unjoni jintefqu kemm b’mod korrett kif ukoll b’mod għaqli, u inklużi l-prinċipji li ġejjin:

–    l-istabbiliment tal-baġit tal-Unjoni fuq il-bażi ta’ eżaminazzjoni tal-politiki proposti, l-ispejjeż ta’ ‘twettiq’ għall-korpi involuti u l-benefiċjarji u l-objettivi li jistgħu jintlaħqu bil-fondi disponibbli,

–    l-iżgurar li l-iskemi u l-programmi jkunu realistiċi u sempliċi kemm jista’ jkun,

–    l-iżgurar ta’ responsabilità għall-infiq li tkun sħiħa u li dwarha jkun intlaħaq ftehim;

u jipproponi li l-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Qorti tal-Awdituri, tistudja proċedura bil-ħsieb li tikseb dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni ġenerali għal kull Perspettiva Finanzjarja u, fl-istennija ta' bażi ġuridika li tagħmel tali proċedura obbligatorja, tapplikaha b'mod volontarju;

D. OSSERVAZZJONIJIET MILL-KUMITATI LI TAW OPINJONI

Kumitat għall-Iżvilupp

204. Jinsab imħasseb li l-Qorti tal-Awdituri sabet li s-sistemi ta’ superviżjoni u ta’ kontroll għall-għajnuna esterna u l-iżvilupp kienu biss parzjalment effettivi fl-iżgurar tar-regolarità tal-ħlasijiet u li l-ħlasijiet kienu affettwati minn żbalji materjali; jinsab imħasseb li l-iżbalji f’xi ħlasijiet finali misjuba mill-Qorti tal-Awdituri ma nstabux mill-Kummissjoni u li l-Kummissjoni ma tissorveljax kemm iċ-Ċentri ta’ Akkwist Umanitarju qed jintużaw mill-imsieħba; jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li għadd ta’ tranżazzjonijiet affettwati mill-iżball (13 %) kien inqas minn nofs il-għadd tas-snin ta’ qabel, madankollu jenfasizza li jeħtieġ li jsiru sforzi biex dan il-persentaġġ ikompli jonqos aktar;

205. Jinnota li “dgħufijiet identifikati matul il-verifiki regolari tas-sistemi tal-imsieħba mhux dejjem jiġu indirizzati ... b’manjiera f’waqtha"[93] mid-DĠ ECHO; għalhekk, iħeġġeġ lid-DĠ ECHO jagħmel il-kapaċità tiegħu ta’ monitoraġġ u segwitu aktar b’saħħitha u effikaċi;

206. Jistieden lill-Kummissjoni tintegra l-aspetti ambjentali b’mod aktar komprensiv fil-proġetti ta’ żvilupp, inklużi l-programmi ta’ appoġġ mill-baġit, u tevalwa l-integrazzjoni ambjentali fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp; jiddispjaċih li dawn in-nuqqasijiet jistgħu jkunu kkawżati min-nuqqas fil-għadd tal-persunal u jistenna bil-ħerqa l-progress mal-wasla tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna;

207. Jitlob għal darba oħra li jkun hemm involviment akbar tal-parlamenti u konsultazzjoni akbar tas-soċjetà ċivili lokali fil-pajjiżi sħab meta jkunu qed jitfasslu u jiġu rieżaminati d-Dokumenti Strateġiċi tal-Pajjiż li jirrigwardaw l-Istrument ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI);

208. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tgħin lill-pajjiżi sħab jiżviluppaw il-kapaċitajiet tal-kontroll parlamentari u tal-ivverifikar u żżid it-trasparenza u l-aċċess pubbliku għat-tagħrif, b’mod partikolari meta l-għajnuna tiġi pprovduta permezz tal-appoġġ mill-baġit, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25(1), punt (b), tar-Regolament dwar id-DCI[94], u jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta regolarment dwar il-progress li jsir;

209. Jistieden għal darba oħra lill-Kummissjoni turi li nefqet mill-inqas 20 % tal-għajnuna għall-iżvilupp f’edukazzjoni bażika u sekondarja kif ukoll f’kura bażika tas-saħħa, inkluż l-aċċess sikur għall-ilma u għal kondizzjonijiet iġjeniċi tajba; barra minn hekk jissuġġerixxi li l-valutazzjonijiet tal-impatt li jispjegaw din in-nefqa għandhom jitwettqu bir-reqqa bil-għan li tiġi massimizzata l-effikaċja tal-programmi li jsiru;

210. Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel aktar enfasi fuq is-saħħa tan-nisa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw b'mod ġenerali, u fuq it-titjib tas-saħħa materna b'mod partikolari, peress li dan huwa l-qasam fejn il-miri tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju huma l-aktar ’il bogħod milli jintlaħqu;

211. Jenfasizza li l-mekkaniżmi tal-għajnuna għall-iżvilupp għandu jkollhom l-għan ukoll li joħolqu l-ġid, u li jsostnu intrapiżi żgħar u ta' daqs medju, peress li l-ħolqien tal-ġid jibqa' għodda kruċjali fit-taffija tal-faqar; ifakkar li hu stmat li kull sena jintilfu mat-EUR 800 000 000 000 mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw permezz tal-flussi illeċiti tal-kapital, sitwazzjoni li jekk tiġi pprevenuta tista’ toħroġ deċiżiva biex jittaffa l-faqar u jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju;

212. Japprezza l-fatt li l-organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti spiss ikollhom esperjenza u għarfien espert speċifiċi li mhux lakemm issibhom faċilment f'postijiet oħra; jesprimi tħassib, madankollu, li l-Kummissjoni ma turix b'mod konvinċenti minn qabel jekk l-għażla ta' organizzazzjoni tan-NU tkunx fil-fatt aktar effiċjenti u effikaċi minn modi oħra ta’ kif titwassal l-għajnuna[95]; jistieden lill-Kummissjoni timplimenta proċess aktar trasparenti u oġġettiv biex jintgħażlu l-mezzi li bihom tiġi implimentata l-għajnuna;

213. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżgura viżibbiltà aħjar tal-attivitajiet iffinanzjati mill-Unjoni lil hinn minn xtutha.

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

214. Jinnota li l-allokazzjonijiet ta' ħlas tal-qafas finanzjarju 2000-2006 għall-Fond Soċjali Ewropew (FSE) previsti għall-2009 ġew utilizzati fil-livell ta' 97,1 % (EUR 1 540 000 000); jirrimarka li l-pagamenti intermedji u l-prefinanzjament għall-qafas finanzjarju tal-2007-2013 ammontaw għal EUR 11 300 000 000; jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni għal titjib tal-ġestjoni finanzjarja; jiddeplora l-fatt li, minkejja l-kriżi finanzjarja, l-Istati Membri mhumiex qed jużaw riżorsi tal-FSE;

215. Jinnota li l-frekwenza tal-iżbalji ilha tonqos dawn l-aħħar tliet snin, minn 54 % fl-2007 għal 36 % fl-2009; jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni biex tnaqqas ir-rata ta' żbalji; jitlob għal aktar sforz biex titnaqqas b'mod speċjali r-rifużjoni ta' spejjeż li mhumiex eliġibbli;

216. Jitlob lill-Kummissjoni tikkontribwixxi għat-titjib tal-ġestjoni finanzjarja billi ssegwi l-pjan ta' azzjoni li jħaffef il-proċeduri ta' deċiżjoni dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji;

217. Jilqa' l-fatt li l-implimentazzjoni tal-programm tal-FSE fl-2009 ffoka fuq l-Istrateġija Ewropea għall-Impjiegi, b'mod partikolari fuq il-miżuri mmirati biex itejbu l-impjegabbiltà fis-suq tax-xogħol (30,6 %[96]) u fuq l-attivitajiet għall-iżvilupp ta-taħriġ edukattiv u vokazzjonali (22,8 %), l-inklużjoni soċjali (20,8 %) u l-opportunitajiet indaqs (6,5 %);

218. Jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni biex iżżomm lill-Istati Membri kollha responsabbli għalkollox li jagħtu rendikont permezz ta' rapporti annwali ta' kontrolli ta' verifika u sommarji ta' rapporti annwali;

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

219. Jenfasizza l-importanza tal-linji tal-baġit 17 02 02 (attivitajiet favur il-konsumaturi) u 17 01 04 03 (relatati mal-ġestjoni amministrattiva) għal implimentazzjoni effettiva ta’ kull programm annwali ta’ ħidma taħt il-Programm tal-Konsumaturi 2007-2013 u jistieden lill-Kummissjoni żżid il-pubbliċità mogħtija lill-għotjiet disponibbli (speċjalment fir-rigward tal-azzjonijiet konġunti fil-qafas tar-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi (Regolament (KE) Nru 2006/2004[97]), fejn ma ġiet irċevuta l-ebda applikazzjoni); huwa sodisfatt bl-użu b’riżultati tajba tar-riżorsi addizzjonali (EUR 2 000 000) ipprovduti fl-2009 għall-proġett pilota rigward miżuri ta’ monitoraġġ fil-qasam tal-politika tal-konsumaturi;

220. Jilqa’ l-edizzjonijiet sussegwenti tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur (CMS) bħala għodda importanti għal monitoraġġ aħjar u klassifikazzjoni innovattiva tas-swieq; iqis li l-bażi empirika li nħolqot għandha tkun fil-bażi ta’ ideat ġodda ta’ politika fil-livell tal-Unjoni u fil-livell nazzjonali u jitlob lill-Kummissjoni tuża r-riżultati tas-CMS fit-tfassil tal-politika tagħha fl-oqsma kollha relevanti;

221. Jinnota b’interess kbir it-trasformazzjoni tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa Pubblika għall-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi (EAHC) u l-ewwel sena ta’ operazzjoni tagħha taħt mandat estiż; jifraħ lill-EAHC talli laħqet il-miri stabbiliti għall-immaniġġjar tal-għotjiet u l-kuntratti skont il-Programm tal-Konsumaturi (Deċiżjoni Nru 1926/2006/KE[98]); iqis, madanakollu, li huwa problematiku l-fatt li 3 % tal-pagamenti saru wara d-data ta’ skadenza tal-pagament;

222. Jilqa’ t-titjib li sar sabiex tinkiseb rata ta’ eżekuzzjoni ta’ 92 % għall-krediti ta’ ħlas għall-implimentazzjoni u l-iżvilupp tas-suq intern (linja baġitarja 12 02 01); jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni għall-programm SOLVIT (linja baġitarja 12 02 02) mistennija tkun qrib it-92 % meta jitqiesu l-pagamenti tul l-2008, l-2009 u l-2010 flimkien; itenni l-bżonn li tinżamm linja separata tal-baġit għas-SOLVIT;

223. Jenfasizza l-importanza tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tanalizza l-effikaċja tal-programmi kurrenti ta' finanzjament għall-SMEs u tiffaċilita l-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi tar-riċerka tal-Unjoni permezz tal-introduzzjoni ta' strumenti finanzjarji fil-baġit tal-Unjoni;

224. Jinnota l-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar markanzija introdotta illeċitament fit-territorju tal-Unjoni (fil-punt 2.22 tar-Rapport Annwali tagħha) u t-tweġiba tal-Kummissjoni, li tindika l-kjarifika pprovduta mill-Kodiċi Doganali Modernizzat; jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta lura kemm jista’ jkun malajr dwar is-segwitu li ngħata lis-sentenzi relevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja;

225. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw metodi xierqa tal-analiżi tar-riskju biex jiffukaw il-kontrolli doganali fuq kummerċjanti jew kunsinni ta' riskju kbir; barra minn hekk, jistieden lill-Istati Membri jissupplimentaw il-kontrolli abbażi tar-riskju b’għadd ta' kontrolli magħżula b'mod aleatorju; jitlob lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari, hija u tfassal id-dispożizzjonijiet implimentattivi tal-Kodiċi Doganali Modernizzat, għat-twettiq ta' kontrolli fiżiċi fuq l-oġġetti, sew għal raġunijiet fiskali kif ukoll għal dawk ta' sikurezza/sigurtà; u jitlob li jittejbu l-kontrolli ta' qabel/wara l-verifika fir-rigward ta' proċeduri simplifikati u l-ikklerjar ċentralizzat;

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

226. Jinnota li fil-baġit tal-2009, kif kien finalment adottat u mbagħad emendat matul is-sena, speċifikament għall-politiki li jaqgħu fil-kamp ta’ attività tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, kien inkluż total ta' EUR 2 427 000 000 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 2 103 000 000 f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet; jinnota wkoll li minnhom

–   EUR 934 582 000 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 830 594 000 f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet kienu destinati għan-Netwerks Trans-Ewropej tat-Trasport (TEN-T),

–   EUR 17 600 000 kienu disponibbli f'approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 14 500 000 f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għas-sikurezza tat-trasport,

–   EUR 64 971 000 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 29 054 000 f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet kienu destinati għall-Programm Marco Polo,

–   EUR 146 902 000 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 109 257 000 f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet kienu destinati għall-aġenziji tat-trasport u l-Aworità Superviżorja Ewropea tal-GNSS,

–   EUR 427 424 000 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 388 859 000 f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet kienu destinati għat-trasport, inkluż il-qasam ta’ prijorità dedikat għall-mobilità sostenibbli fl-ibliet, fis-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp teknoloġiku,

–   f’approprjazzjonijiet għall-impenji kienu dedikati għat-tneħħija tal-perikli fit-trasport,

–    kienu disponibbli f'approprjazzjoniet għall-impenji u f'approprjazzjoniet għall-ħlasijiet għat-turiżmu;

227. Jiddispjaċih li fil-verifika tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009, il-Qorti tal-Awdituri għal darba oħra għażlet li tikkonċentra fuq il-politika tar-riċerka u l-enerġija u mhux wisq fuq il-politika tat-trasport;

228. Jilqa’ r-rata għolja sostnuta ta’ użu tal-fondi għall-approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet għall-proġetti fil-qasam tat-TEN-T, li t-ntejn jammontaw għal kważi 100 %; jitlob lill-Istati Membri jiżguraw li finanzjament xieraq mill-baġits nazzjonali jkun disponibbli biex jissodisfa dan l-impenn tal-Unjoni; ifakkar li l-Parlament appoġġja livell ogħla ta’ finanzjament tal-Unjoni; jilqa’ r-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-proġetti tal-Programm Multiannwali tal-2007-2013 TEN-T ppubblikata fis-27 ta’ Ottubru 2010, li timmira lejn ottimizzazzjoni tal-użu tal-fondi TEN-T u tenfasizza l-importanza ta’ proġetti ta’ ppjanar finanzjarju affidabbli;

229. Huwa mħasseb dwar il-fatt li għal darb’oħra r-rata tal-użu tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għas-sigurtà u l-ottimizzazzjoni tas-sistemi tat-trasport u għad-drittijiet tal-passiġġieri kienu baxxi (73 %); jiddispjaċih li r-rata ta’ użu ta’ 100 % tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-Programm Marco Polo II inkisbet biss għaliex nofs l-approprjazzjonijiet oriġinarjament allokati għalih ġew riallokati matul is-sena 2009;

230. Jilqa’ ż-żieda sostanzjali fir-rata ta’ użu tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-Programm Galileo meta mqabbel mal-2008 u jenfasizza l-importanza kunsiderevoli ta’ dak il-programm għas-setturi tal-loġistika u t-trasport sostenibbli;

231. Jinnota l-fatt li testijiet ta’ spezzjoni ta’ kampjuni fuq tranżazzjonijiet jirrivelaw marġini ta’ żball wisq probabbli bejn 2 % u 5 %; jistieden lill-Kummissjoni tintensifika l-isforzi tagħha biex tkompli tnaqqas din il-figura;

232. Jinnota b’sodisfazzjon li l-Qorti tal-Awdituri esprimiet il-fehma li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport huma legali u regolari fl-aspetti sinifikattivi kollha; jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija rnexxielha timla l-postijiet li kienu għadhom vakanti fi tmiem l-2008;

233. Jenfasizza li hemm ħtieġa urġenti li l-politika reġjonali u l-politika tat-trasport ikunu trasparenti permezz tal-forniment ta’ informazzjoni xierqa lill-kontributuri tat-taxxi u lill-awtoritajiet baġitarji, u li jkunu aktar ikoordinati mill-qrib, partikolarment fir-rigward tal-iffinanzjar tat-TEN-T, peress li fil-preżent il-valur miżjud potenzjali Ewropew tal-proġetti bil-kemm jiġi eżaminat u konsegwentement il-fondi ma jintużawx bl-aktar mod effettiv possibbli biex jiġu eliminati l-konġestjoni u l-problemi b’konnessjoni mal-qsim tal-fruntieri jew il-konnessjonijiet inadegwati;

234. Jinsisti li l-proċedura għall-għażla u l-approvazzjoni tal-proġetti tat-trasport fil-qafas tal-Politika ta’ Koeżjoni għandu jkollha bażi aktar soda;

235. Jilqa’ r-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 8/2010 dwar l-investiment fl-infrastruttura tal-ferrovija tal-UE u, fuq kollox, l-affermazzjoni li l-koordinaturi attwali tat-TEN-T kellhom sehem importanti, b’mod partikolari billi ffaċilitaw il-kuntatti bejn il-partijiet interessati; jappoġġa r-rakkomandazzjoni li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-ħatra ta’ aktar koordinaturi għall-proġetti l-oħra ta’ prijorità;

236. Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-proġetti ta’ prijorità ma ntgħażlux fuq il-bażi tal-fluss tat-traffiku reali u antiċipat u li jista’ jsir użu akbar tal-analiżijiet bejn l-ispejjeż magħmula u l-benefiċċju miksub; jinnota, madankollu, li l-proġetti ta’ prijorità jissodisfaw ukoll l-objettivi Ewropej ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u x-xewqa li t-tibdil fil-klima jiġi miġġieled permezz ta’ appoġġ għal mezzi ta’ trasport li jirrispettaw aktar lill-ambjent;

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

237. Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li sar progress sinifikanti fil-livell tal-implimentazzjoni tal-impenji fil-baġit għaż-Żona ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (97,7 % meta mqabbel ma' 87,5 % fl-2008), kif ukoll fil-livell tal-implimentazzjoni tal-ħlasijiet (89,6 % meta mqabbel ma’ 80,9 % fl-2008);

238. Jiddeplora l-fatt li l-livell ta’ kanċellazzjonijiet ta’ ħlasijiet kien għoli daqshekk (8,5 %) primarjament minħabba kanċellazzjonijiet ta’ ħlasijiet fil-baġit għall-Aġenziji u għas-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni (IT) fuq skala kbira (SIS II and VIS);

239. Jilqa’ b’sodisfazzjon ir-rati għoljin ta’ implimentazzjoni tal-erba’ Fondi ta’ “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi Migratorji”; jinnota li l-livelli għoljin ta' implimentazzjoni jirriflettu wkoll l-utilità ta' dawk il-fondi u jitlob li dan il-fatt jitqies għall-ippjanar baġitarju tal-ġejjieni u fid-diskussjonijiet tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss, fid-dawl tar-rapporti ta’ evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu mħejjija mill-Kummissjoni;

240. Jiddispjaċih li l-livell ta' implimentazzjoni tal-ħlasijiet kien inqas fir-rigward tal-programmi “Id-Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja” u “Is-sigurtà u s-salvagwardjar tal-libertajiet”; jieħu nota tal-ġustifikazzjonijiet mogħtija mill-Kummissjoni, jiġifieri li r-riżultati tas-sejħiet għall-proposti ma kinux sodisfaċenti u li l-kriżi ekonomika għamlitha aktar diffiċli għall-applikanti li jiżguraw li jkollhom il-kofinanzjament;

241. Jiddeplora l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri nnotat li xi aġenżiji naqqsu milli jressqu dikjarazzjonijiet dwar l-ammonti konsolidati tagħhom jew ressqu dikjarazzjonijiet modifikati u li t-tagħrif li huma meħtieġa jipprovdu kien eċċellenti għal bosta snin;

242. Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika r-rapporti ta' evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu dwar il-fondi u l-programmi differenti malajr kemm jista' jkun.

Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

243. Jistieden lill-Kummissjoni tkompli bl-isforzi tagħha biex kostantement tnaqqas ir-rata tal-iżbalji biex isir l-għeluq u tivvaluta mill-qrib il-ġenerazzjoni preċedenti ta' programmi; jinnota li r-rata ta' żbalji fil-ġestjoni tal-ġenerazzjoni l-ġdida ta' programmi turi tendenza ta' tnaqqis meta mqabbla mal-ġenerazzjoni preċedenti, fatt li jirrifletti l-utilità tal-bidliet tekniċi mdaħħla fir-regoli tal-programmi attwali;

244. Jinnota li, fil-qasam ta' politika "Edukazzjoni u Kultura", il-biċċa l-kbira tat-tranżazzjonijiet kollha huma implimentati permezz tal-aġenziji nazzjonali; jilqa' f'dan ir-rigward l-isforzi li l-Kummissjoni għamlet biex tassisti lill-aġenziji nazzjonali jtejbu s-sistemi ta' kontabilità tagħhom u jitlob lill-Kummissjoni tieħu l-passi meħtieġa fil-każ ta' nonkonformità mar-rekwiżiti ta' verifika tal-Unjoni;

245. Jesprimi s-sodisfazzjoni tiegħu dwar l-estensjoni tal-użu tal-għodda tal-informatika, peress li dan inaqqas il-burokrazija żejda u jista' jgħin b'mod konsiderevoli biex jiffaċilita l-proċeduri għall-applikanti u jnaqqas iż-żmien meħtieġ biex jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet;

246. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura u l-aġenziji nazzjonali jkomplu l-ħidma tagħhom dwar proċeduri flessibbli u biex inaqqsu ulterjurment id-dewmien fil-ħlasijiet, peress li l-benefiċjarji huma intitolati jistennew li l-iskedi taż-żmien indikati fil-gwidi għall-programmi jew komunikazzjonijiet uffiċjali oħra jiġu rispettati;

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

247. Jikkunsidra r-rati ta’ implimentazzjoni ġenerali tal-intestaturi bagitarji għall-ambjent, is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel bħala sodisfaċenti;

248. Jenfasizza r-rata globali ta’ 97,12 % ta’ implimentazzjoni tal-baġit fil-qasam tal-ambjent li tirrapreżenta riżultat aħjar meta mqabbel mal-95,15 % f'approprijazzjonijiet ta' impenn tas-sena ta' qabel; jinnota, barra minn hekk, li l-implimentazzjoni tal-ħlasijiet kienet fil-livell għoli ta’ 99,92 %;

249. Jilqa’ l-livell ta' implimentazzjoni ġeneralment notevoli ta' krediti ta' impenn u krediti ta' ħlasijiet fil-qasam tas-saħħa pubblika, li hi qrib il-100 % għall-approprijazzjonijiet ta' impenn fil-linji baġitarji kollha;

250. Jinnota li l-livell għoli ta’eżekuzzjoni fil-qasam tas-Sikurezza tal-Ikel, is-Saħħa tal-Annimali u l-benesseri u s-saħħa tal-pjanti ta’ 98 % f’impenji, baqa’ stabbli meta mqabbel mas-sena ta’ qabel; jirrikonoxxi implimentazzjoni ta’ ħlasijiet kemmxejn anqas (82 %); jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-isforzi tagħhom biex jippreżentaw lill-Kummissjoni bi stimi aktar preċiżi rigward il-miżuri ta’ eradikazzjoni;

251. Jilqa’ l-kisba ta’ rata ta’ implimentazzjoni ta’ 99,35 % tal-baġit operattiv ta’ LIFE+, speċjalment għaliex l-awtorità baġitarja kienet żiedet l-approprijazzjonijiet għall-impenji b'EUR 29 000 000 meta mqabbla mal-proposta inizjali tal-Kummissjoni; jinnota li, skont it-tielet sejħa għall-programm LIFE+, intgħażlu 210 proġett li jkopru azzjonijiet fl-oqsma tan-Natura u l-Bijodiversità (84), il-Politika tal-Ambjent u l-Governanza (115), u l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (11);

252. Jenfasizza l-fatt li l-kontribut għall-attivitajiet ambjentali internazzjonali, hu maħsub biex ikopri l-kontribuzzjonijiet obbligatorji u volontarji għall-konvenzjonijiet, protokolli u ftehimiet internazzjonali u biex tintlaħaq ir-rata ta’ implimentazzjoni ġenerali ta’ 84,46 % meta mqabbla mar-rata ta’ 76,12 % fl-2008; jirrikonoxxi li r-rata ta’ implimentazzjoni hi soġġetta wkoll għal varjazzjonijiet tar-rata ta’ skambju, peress li ħafna kontribuzzjonijiet jitħallsu f’dollari Amerikani;

253. Jinnota li l-Istrument Finanzjarju għall-Prevenzjoni Ċivili li jkopri r-reazzjoni għad-diżastri, l-azzjonijiet ta’ tħejjija u l-miżuri għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis tal-effetti ta’ emerġenza kiseb rata ta’ implimentazzjoni ta’ 72,56 %, li jikkorrispondu għal EUR 15 411 000; konsegwentement jirrimarka li r-rata ta’ implimentazzjoni fl-approprijazzjonijiet ta’ ħlasijiet hi ta’ 44,52 %, peress li s-sejħiet għall-offerti kienu ppubblikati biss fl-ewwel nofs tal-2009 u għalhekk il-proġetti għadhom mhumiex lesti;

254. Jirrimarka li fir-rigward tal-fondi ta’ emerġenza u tal-fondi marbutin mal-okkorenza tad-diżastri, id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż finali għall-ħlasijiet mill-Istati Membri spiss huma ħafna onqos mill-istima inizjali; jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-isforzi tagħhom biex jippreżentaw lill-Kummissjoni stimi aktar preċiżi u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa appoġġ ulterjuri għall-Istati Membri fil-proċess ta’ stima;

255. Jinnota, li skont il-baġit għall-2009, tliet proġetti pilota u żewġ azzjonijiet preparatorji kienu implimentati fil-qasam tal-ambjent u erba’ fil-qasam tas-saħħa pubblika; jinnota l-kwalità fqira ta’ proposti mressqa għall-proġett pilota “Skambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tad-dijossidu tal-kubrit fil-Baħar Baltiku” fejn, konsegwentement ma kien iffirmat l-ebda kuntratt; jirrikonoxxi t-tneħħija tal-azzjoni preparatorja fuq postijiet ta’ kontroll fir-rigward tat-trasport tal-annimali, minħabba l-kwalità fqira tal-proposti, li ma laħqux il-kriterji ta’ evalwazzjoni minimi mitluba;

256. Jenfasizza kemm hu importanti li s-sejħiet għall-offerti jkunu ffukkati aħjar u li tingħata aktar għajnuna lill-applikanti, speċjalment fil-programmi tas-saħħa pubblika, sabiex jiġi evitat it-tressiq ta' applikazzjonijiet għal proġetti li jkunu jidhru ċar li mhumiex eliġibbli għall-iffinanzjar jew li huma ta' kwalità fqira; Jirrikonoxxi, madankollu, li xi proġetti dejjem ser jiffaċċjaw diffikultajiet ta’ implimentazzjoni;

257. Jinnota li l-konformità mad-dispożizzjonijiet amministrattivi u finanzjarji tar-Regolament Finanzjarju ma għandhiex toħloq dewmien żejjed fl-għoti ta’ għotjiet jew fl-għażla ta' proġetti għal finanzjament; jistieden lill-Kummissjoni tkompli bl-isforzi tagħha biex ittejjeb il-proċeduri amministrattivi li għandhom impatt fuq l-implimentazzjoni ta' approprijazzjonijiet ta' impenn u ta' ħlasijiet;

258. Jinnota li fl-aħħar tal-2009, l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi, entità amministrattiva tal-Kummissjoni, kellha f’idejha l-ġestjoni ta’ portafoll ta’ 361 proġett għal programmi tas-saħħa pubblika bi spejjeż maqsuma, li minnhom 287 kienu ftehimiet iffirmati, u li kienu jirrappreżentaw total ta' kontribuzzjonijiet tal-Unjoni ta' EUR 156 000 000; jenfasizza li l-baġit amministrattiv neċessarju għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni b’kollox kien jammonta għal total ta' EUR 6 400 000 għall-Aġenzija eżekuttiva għall-Programm tas-Saħħa Pubblika (PHEA); jieħu nota tal-metodi l-ġodda ta’ rappurtar strutturat li jippermettu monitoraġġ aħjar tal-implimentazzjoni tal-baġit biex jiġu evitati t-trasferimenti bil-quddiem u biex il-prinċipju ta’ annwalità tal-baġit jiġi applikat b’mod strett;

259. Iqis li l-komunikazzjoni bejn l-aġenziji u l-Istituzzjonijiet, iżda wkoll bejn l-aġenziji u l-opinjoni pubblika Ewropea, għandha xi lakuni; iħeġġeġ lill-partijiet ikkonċernati kollha fi ħdan l-aġenziji kif anki fl-istituzzjonijiet itejbu l-komunikazzjoni bejnjiethom u jiżviluppaw aktar ir-relazzjonijiet pubbliċi;

260. Iħeġġeġ lid-DĠ SANCO u lid-DĠ ENVI tal-Kummissjoni tirrapporta kull sena lill-kumitati rispettivi tal-Parlament fi ħdan il-proċedura ta' kwittanza dwar l-effiċjenza u l-effikaċja tal-proġetti u l-programmi implimentati;

Kumitat għall-Affarijiet Barranin

261. Jinnota li, fir-rapport tagħha dwar l-eżekuzzjoni tal-Baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2009, il-Qorti tal-Awdituri tosserva “li l-pagamenti għas-sena li ntemmet fil- 31 ta’ Diċembru 2009 għall-grupp tal-politika l-Għajnuna Esterna, l-Iżvilupp u t-Tkabbir ġew milquta minn livell sinifikanti ta’ żbalji materjali”[99]; jinsab imħasseb minħabba l-fatt li l-iżbalji huma relatati mal-eliġibbiltà kif ukoll ma’ irregolaritajiet li jaffettwaw il-proċeduri tal-iffirmar ta’ kuntratti, jiġifieri s-setturi l-aktar vulnerabbli għall-ġestjoni ħażina u għall-frodi[100];

262. Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu b’dak li jikkonċerna r-regolarità tat-tranżazzjonijiet għall-infiq fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni, taż-żieda fil-frekwenza tat-tranżazzjonijiet li ġew iġġudikati għalkollox "regolari" mill-Qorti meta mqabbla maċ-ċifri tal-2008 u tal-2007;

263. Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu ukoll bl-introduzzjoni, fl-2009, ta’ proċeduri ġodda u ta’ listi ta' kontroll li ppermettew li jiġu msaħħa l-proċeduri ta’ kontroll ex ante fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni (DĠ RELEX);

264. Jinsisti, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-PESK u tal-Politika Ewropea ta' Sigurtà u ta' Difiża (PESD), fuq il-fatt li l-Parlament ikun informat malajr bid-definizzjoni tal-objettivi u l-għażliet tal-missjonijiet sabiex ikun jista' jifformula aħjar ir-rakkomandazzjonijet tiegħu lill-Kunsill u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà;

265. Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu għall-fatt li l-Kummissjoni nefqet EUR 396 000 000 bejn l-2007 u l-2010 biex tgħin lill-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni fl-isforzi tagħhom biex itejbu s-sistemi ġudizzjarji u biex jiġġieldu kontra l-korruzzjoni u jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu ukoll għall-progress li sar f’dan ir-rigward; Iwissi, madankollu, kontra ottimiżmu eċċessiv u jitlob lill-Kummissjoni tagħti provi li juru li dawn il-flejjes ġew utilizzati b'mod effikaċi u tiddikjara jekk it-titjib tal-istrutturi ta' kontroll wassalx verament għal taħrix tas-sanzjonijiet kontra l-persuni korrotti, inklużi fl-affarijiet li huma koperti ħafna mill-midja, jekk il-liġijiet humiex implimentati għalkollox u jekk ir-riformi humiex humiex sostnuti;

266. Jinnota li qed isir rikors dejjem akbar għall-ġestjoni komuni fil-qafas tal-Faċilità tal-Ikel u jistieden lid-Direttorat Ġenerali għall-Għajnuna Umanitarja u l-Protezzjoni Ċivili (DĠ ECHO) jagħti rendikont tal-esperjenza tiegħu fl-implimentazzjoni tal-Faċilità tal-Ikel fir-rapport annwali tal-attività tiegħu għall-2010;

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

267. Jinnota li l-fondi ta’ koeżjoni huma suġġetti għal regoli partikolarment kumplessi u jkunu implimentati b'mod differenti minn infiq ieħor tal-Unjoni, u dan jagħmilhom aktar vulnerabbli għall-iżbalji; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-rata tal-iżbalji fl-infiq għall-koeżjoni għadha l-ogħla mill-pagamenti kollha tal-Unjoni b’iktar minn 5 % fl-2009; jenfasizza, madankollu, it-tnaqqis kbir fir-rata tal-iżbalji meta mqabbel mal-2008, u għalhekk jitlob għal aktar simplifikazzjoni u sostenn tekniku akbar sabiex l-Istati Membri u r-reġjuni jkunu jistgħu jiżguraw implimentazzjoni aktar effikaċi; ifakkar li l-awtoritajiet reġjonali għandhom jingħataw l-għarfien tekniku u l-ħiliet mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri li jippermettulhom itejbu l-effikaċja u l-effettività tar-riżorsi li tqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħhom;

268. Jinnota li l-ksur tar-regoli tal-akkwist pubbliku għadu waħda mir-raġunijiet l-aktar frekwenti għall-irregolaritajiet, li huma parzjalment dovuti għall-kumplessità tiegħu; jirrakkomanda s-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tar-regoli tal-akkwist pubbliku sabiex titnaqqas l-inċidenza ġenerali tal-iżbalji;

269. Huwa mħasseb li d-DĠ REGIO jiddikjara fid-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni tal-Attività Annwali tiegħu għall-2009 li għal 38 mid-79 programm ikkonċernat, id-DĠ REGIO ma jkollux assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi fir-rigward tar-rimborżi fl-2009 tan-nefqa ddikjarata; jitlob iktar dettalji dwar l-informazzjoni nieqsa rigward ir-rimborżi fl-2009; jinnota li l-Istati Membri għandhom obbligu li jipprovdu biżżejjed informazzjoni fir-Rapporti ta’ Attività Annwali tagħhom u jitlob lill-Kummissjoni sabiex tipproponi sistema ta’ penali fil-każ li l-informazzjoni pprovduta ma tippermettix lill-Kummissjoni tikkonstata l-legalità u r-regolarità;

270. Jilqa’ l-Opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri Nru 1/2010 dwar “It-titjib tal-ġestjoni finanzjarja tal-baġit tal-Unjoni Ewropea: Riskji u sfidi” u jiġbed l-attenzjoni għall-effettività parzjali ta’ sistemi ta’ sorveljanza u kontroll f'numru ta’ oqsma ta’ riskju għoli rigward il-Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku (PERE), b'mod partikolari l-koeżjoni u l-iżvilupp rurali;

271. Fil-kuntest tar-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju, jenfasizza l-ħtieġa li jiġu ċċarati r-regoli u l-iskemi ta’ mmaniġġjar taħt il-ġestjoni konġunta, u fir-rigward tal-politika ta' koeżjoni jenfasizza li din il-kjarifika għandha tkun kemm jista' jkun attwata sabiex ikunu evitati kontradizzjonijiet mar-Regolament Finanzjarju; jinnota li l-problemi ta’ governanza bejn ir-Regolament Finanzjarju u r-regolamenti ta’ koeżjoni jistgħu jkunu evitati b’allinjament aħjar tar-regoli ta’ eliġibilità bejn diversi politiki; hu tal-fehma, madankollu, li s-simplifikazzjoni, b'mod partikolari fil-kuntest tar-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju, teħtieġ li tiżgura l-istabbiltà tar-regoli u l-iskemi ta’ ġestjoni fuq medda twila ta’ żmien;

272. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirriflettu fuq l-opportunità li jiġi żviluppat il-prinċipju tar-"rabta ta' fiduċja" li jippermetti li jitnaqqsu l-kontrolli li rriżultaw effikaċi fil-ġlieda kontra l-iżbalji u l-frodi;

273. Jinnota li s-sistemi ta’ kontroll u verifika għall-programmi INTERREG huma parzjalment nieqsa minn approċċ uniformi rikonoxxut mill-korpi ta’ verifika tal-Istati Membri parteċipanti kollha; jitlob rikonoxximent reċiproku ta’ sett komuni ta’ regoli u standards fost l-awtoritajiet tal-Istati Membru involuti fil-verifika u l-kontroll għall-programmi transkonfinali;

°

° °

274. Jirreferi, għal osservazzjonijiet oħra ta’ natura speċifika, li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni ta’ kwittanza tiegħu, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta’ ... ta’ Mejju 2011 dwar il-konklużjonijiet fir-rigward tar-rapporti speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni 2009[101]

 

17.3.2011

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza 2009: Baġit ġenerali tal-UE, Taqsima III - Il-Kummissjoni u l-Aġenziji Eżekuttivi

SEC(2010)0963 – C7-0211/2010 – 2010/2142(DEC)

Rapporteur għal opinjoni: Véronique De Keyser

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jitlob lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.   Jirrimarka li, fir-rapport tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena 2009, il-Qorti tal-Awdituri tosserva "li l-pagamenti għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2009 għall-grupp tal-politika, l-Għajnuna Esterna, l-Iżvilupp u t-Tkabbir ġew milquta minn żbalji materjali"[102]; huwa mħasseb dwar il-fatt li l-iżbalji huma relatati mal-eliġibbiltà kif ukoll l-irregolaritajiet fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku, li huma l-oqsma l-aktar vulnerabbli għall-ġestjoni ħażina u l-frodi[103];

2.   Jilqa', fir-rigward tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet għall-infiq fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni, iż-żieda fil-frekwenza tat-tranżazzjonijiet meqjusa "regolari" għal kollox mill-Qorti meta mqabbla maċ-ċifri tal-2008 u tal-2007;

3.   jilqa' wkoll l-introduzzjoni fl-2009 ta' proċeduri u listi ta' kontroll ġodda li ppermettew li jissaħħew l-proċeduri ta’ kontroll ex-ante fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni (DĠ RELEX);

4.   Jirrimarka li, fil-kuntest tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK), l-azzjoni tal-Unjoni f'sitwazzjonijiet diffiċli (Stati fraġli, xenarji ta' wara kunflitt, dgħufija tal-gvernijiet waqt tranżizzjoni demokratika) qatt mhija mingħajr riskju u li l-marġni ta' żball, f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali ħafna, jista' jkun ittollerat meta dan huwa ġġustifikat mir-rieda politika li jiġu promossi l-istabbiltà, id-demokrazija u l-preminenza tal-liġi;

5.   Jinsisti, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-PESK u tal-Politika Ewropea ta' Sigurtà u ta' Difiża (PESD), fuq il-fatt li l-Parlament ikun informat malajr bl-objettivi u l-għażliet tal-missjonijiet sabiex ikun jista' jifformula aħjar ir-rakkomandazzjonijet tiegħu lill-Kunsill u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà;

6.   Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni nefqet EUR 396 000 000 bejn l-2007 u l-2010 biex tagħti sostenn lill-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni fl-isforzi tagħhom fit-titjib tas-sistemi ġudizzjarji u fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u jilqa' l-progress li sar f'dan ir-rigward; iwissi, madankollu, kontra ottimiżmu eċċessiv u jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi provi li juru li dan l-ammont ta' flus intefaq b'mod effiċjenti u tiddikjara jekk strutturi ta' kontroll imtejba jwasslux effettivament għal żieda fis-sanzjonijiet kontra atturi korrotti, fosthom każijiet bi profil għoli, jekk il-liġijiet humiex implimentati bis-sħiħ, u jekk ir-riformi humiex qed jingħataw sostenn;

7.  Jinnota l-użu li dejjem qed jikber tal-ġestjoni konġunta fil-Faċilità tal-Ikel u jistieden lid-Direttorat Ġenerali għall-Għajnuna Umanitarja u l-Protezzjoni Ċivili (DĠ ECHO) jirrapporta dwar l-esperjenza tiegħu fl-implimentazzjoni tal-Faċilità tal-Ikel fir-rapport annwali dwar l-attività tiegħu għall-2010.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

16.3.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

53

1

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriele Albertini, Pino Arlacchi, Bastiaan Belder, Frieda Brepoels, Elmar Brok, Marietta Giannakou, Andrzej Grzyb, Richard Howitt, Ioannis Kasoulides, Tunne Kelam, Nicole Kiil-Nielsen, Maria Eleni Koppa, Andrey Kovatchev, Paweł Robert Kowal, Eduard Kukan, Alexander Graf Lambsdorff, Vytautas Landsbergis, Ryszard Antoni Legutko, Krzysztof Lisek, Sabine Lösing, Ulrike Lunacek, Barry Madlener, Willy Meyer, Francisco José Millán Mon, María Muñiz De Urquiza, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Norica Nicolai, Ria Oomen-Ruijten, Justas Vincas Paleckis, Pier Antonio Panzeri, Ioan Mircea Paşcu, Bernd Posselt, Cristian Dan Preda, Fiorello Provera, Libor Rouček, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Nikolaos Salavrakos, Jacek Saryusz-Wolski, Werner Schulz, Ernst Strasser, Hannes Swoboda, Charles Tannock, Inese Vaidere, Kristian Vigenin, Graham Watson

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

John Attard-Montalto, Malika Benarab-Attou, Véronique De Keyser, Liisa Jaakonsaari, Evgeni Kirilov, Jacek Protasiewicz, Potito Salatto, Alf Svensson, Luis Yáñez-Barnuevo García, Janusz Władysław Zemke

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marije Cornelissen, Marie-Christine Vergiat

 

 

 

8.2.2011

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III – Il-Kummissjoni

( SEC(2010)0963 - C7-0211/2010 - 2010/2142(DEC) )

Rapporteur għal opinjoni: Thijs Berman

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

 

1.   Jinsab imħasseb li l-Qorti tal-Awdituri sabet li s-sistemi ta’ superviżjoni u ta’ kontroll għall-għajnuna esterna u l-iżvilupp kienu biss parzjalment effettivi fl-iżgurar tar-regolarità tal-ħlasijiet u li l-ħlasijiet kienu affettwati minn żball sinifikanti; jinsab imħasseb li l-iżbalji f’xi ħlasijiet finali misjuba mill-Qorti tal-Awdituri ma nstabux mill-Kummissjoni u li l-Kummissjoni ma tissorveljax kemm iċ-Ċentri ta’ Akkwist Umanitarju qed jintużaw mill-imsieħba; jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li għadd ta’ transazzjonijiet affettwati mill-iżball (13%) kien inqas minn nofs il-għadd tas-snin ta’ qabel, madankollu jenfasizza li jeħtieġ li jsiru sforzi biex dan il-persentaġġ ikompli jonqos aktar;

2.  Jinnota li “dgħufijiet identifikati matul il-verifiki regolari tas-sistemi tal-imsieħba mhux dejjem jiġu indirizzati ... b’manjiera f’waqtha"[104] mid-DĠ ECHO; għalhekk, iħeġġeġ lid-DĠ ECHO jagħmel il-kapaċità tiegħu ta’ monitoraġġ u segwitu aktar b’saħħitha u effikaċi;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni tintegra l-aspetti ambjentali b’mod aktar komprensiv fil-proġetti ta’ żvilupp, inklużi l-programmi ta’ appoġġ mill-baġit, u tevalwa l-integrazzjoni ambjentali fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp; jiddispjaċih li dawn in-nuqqasijiet jistgħu jkunu kkawżati min-nuqqas fil-għadd tal-persunal u jistenna bil-ħerqa l-progress mal-wasla tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna;

4.   Jitlob għal darba oħra li jkun hemm involviment akbar tal-parlamenti u konsultazzjoni akbar tas-soċjetà ċivili lokali fil-pajjiżi sħab meta jkunu qed jitfasslu u jiġu rieżaminati d-Dokumenti Strateġiċi tal-Pajjiż li jirrigwardaw l-Istrument ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI);

5.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tgħin lill-pajjiżi sħab jiżviluppaw il-kapaċitajiet tal-kontroll parlamentari u tal-ivverifikar u żżid it-trasparenza u l-aċċess pubbliku għat-tagħrif, b’mod partikolari meta l-għajnuna tiġi pprovduta permezz tal-appoġġ mill-baġit, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25(1), punt (b), tar-Regolament dwar id-DCI[105], u jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta regolarment dwar il-progress li jsir;

6.   Jistieden għal darba oħra lill-Kummissjoni turi li nefqet mill-inqas 20 % tal-għajnuna għall-iżvilupp f’edukazzjoni bażika u sekondarja kif ukoll f’kura bażika tas-saħħa, inkluż l-aċċess sikur għall-ilma u għal kondizzjonijiet iġjeniċi tajba; barra minn hekk jissuġġerixxi li l-valutazzjonijiet tal-impatt li jispjegaw din in-nefqa għandhom jitwettqu bir-reqqa bil-għan li tiġi massimizzata l-effikaċja tal-programmi li jsiru;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel aktar enfasi fuq is-saħħa tan-nisa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw b'mod ġenerali, u fuq it-titjib tas-saħħa materna b'mod partikolari, peress li dan huwa l-qasam fejn il-miri tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju huma l-aktar ’il bogħod milli jintlaħqu;

8.   Jenfasizza li l-mekkaniżmi tal-għajnuna għall-iżvilupp għandhom ikunu mmirati wkoll lejn il-promozzjni tal-ħolqien tal-ġid u lejn is-sostenn għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, peress li l-ħolqien tal-ġid għadu għodda kruċjali biex jittaffa l-faqar; ifakkar li hu stmat li kull sena jintilfu EUR 800 biljun mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw permezz tal-flussi illeċiti tal-kapital, sitwazzjoni li jekk tiġi pprevenuta tista’ toħroġ deċiżiva biex jittaffa l-faqar u jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju;

9.  Japprezza l-fatt li l-organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti spiss ikollhom esperjenza u għarfien espert speċifiċi li mhux lakemm issibhom faċilment f'postijiet oħra; jesprimi tħassib, madankollu, li l-Kummissjoni ma turix b'mod konvinċenti minn qabel jekk l-għażla ta' organizzazzjoni tan-NU tkunx fil-fatt aktar effiċjenti u effikaċi minn modi oħra ta’ kif titwassal l-għajnuna[106]; jistieden lill-Kummissjoni timplimenta proċess aktar trasparenti u oġġettiv għall-għażla tal-mezzi li bihom tiġi implimentata l-għajnuna;

10. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura viżibilità aħjar għall-attivitajiet iffinanzjati mill-Unjoni lil hinn minn xtutha.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

7.2.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Nirj Deva, Leonidas Donskis, Charles Goerens, Catherine Grèze, Filip Kaczmarek, Miguel Angel Martínez Martínez, Gay Mitchell, Norbert Neuser, Bill Newton Dunn, Maurice Ponga, Birgit Schnieber-Jastram, Michèle Striffler, Eleni Theocharous, Ivo Vajgl, Iva Zanicchi

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Kriton Arsenis, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Santiago Fisas Ayxela, Emma McClarkin, Csaba Őry, Åsa Westlund

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Andres Perello Rodriguez, Teresa Riera Madurell

 

 

 

2.2.2011

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III - Il-Kummissjoni u l-Aġenziji Eżekuttivi

( SEC(2010)0963 - C7-0211/2010 - 2010/2142(DEC) )

Rapporteur għal opinjoni: Csaba Őry

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota li l-allokazzjonijiet ta' ħlas tal-qafas finanzjarju 2000-2006 għall-Fond Soċjali Ewropew (FSE) previsti għall-2009 ġew utilizzati fil-livell ta' 97,1% (EUR 1 540 000 000); jirrimarka li l-pagamenti intermedji u l-prefinanzjament għall-qafas finanzjarju tal-2007-2013 ammontaw għal EUR 11 300 000 000; jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni għal titjib tal-ġestjoni finanzjarja; jiddispjaċih li l-Istati Membri, minkejja l-kriżi finanzjarja, ma jirrikorrux għar-riżorsi tal-FSE;

2.  Jinnota li l-frekwenza tal-iżbalji ilha tonqos dawn l-aħħar tliet snin, minn 54 % fl-2007 għal 36 % fl-2009; jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni biex tnaqqas ir-rata ta' żbalji; jitlob għal aktar sforz biex titnaqqas b'mod speċjali r-rifużjoni ta' spejjeż li mhumiex eliġibbli;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni tikkontribwixxi għat-titjib tal-ġestjoni finanzjarja billi ssegwi l-pjan ta' azzjoni li jħaffef il-proċeduri ta' deċiżjoni dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji;

4.  Jilqa' l-fatt li l-implimentazzjoni tal-programm tal-FSE fl-2009 ffoka fuq l-Istrateġija Ewropea għall-Impjiegi, b'mod partikolari fuq il-miżuri mmirati biex itejbu l-impjegabbiltà fis-suq tax-xogħol (30,6 %[107]) u fuq l-attivitajiet għall-iżvilupp ta-taħriġ edukazzjonali u vokazzjonali (22,8 %1), l-inklużjoni soċjali (20,8 %1) u l-ugwaljanza tal-opportunitajiet (6,5 %1);

5.  Jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni biex titlob rendikont komprensiv mill-Istati Membri kollha permezz ta' rapporti annwali ta' kontroll mill-uffiċċji ta' verifika u sommarji ta' rapporti annwali;

6.  Jitlob lill-Qorti tal-Awdituri tivverifika wkoll il-linji l-oħra tal-oqsma soċjali u tal-impjiegi u tistabbilixxi għalfejn ir-riżorsi allokati ma ġewx utilizzati għalkollox.

 

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

1.2.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Philippe Boulland, Milan Cabrnoch, David Casa, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Sergio Gaetano Cofferati, Marije Cornelissen, Tadeusz Cymański, Frédéric Daerden, Karima Delli, Sari Essayah, Richard Falbr, Ilda Figueiredo, Thomas Händel, Marian Harkin, Roger Helmer, Nadja Hirsch, Stephen Hughes, Liisa Jaakonsaari, Danuta Jazłowiecka, Martin Kastler, Ádám Kósa, Jean Lambert, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Csaba Őry, Siiri Oviir, Rovana Plumb, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Jutta Steinruck, Traian Ungureanu

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Raffaele Baldassarre, Kinga Göncz, Ria Oomen-Ruijten, Evelyn Regner, Csaba Sógor, Dirk Sterckx, Gabriele Zimmer

 

 

 

16.3.2011

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III – Il-Kummissjoni

( SEC(2010)0963 - C7-0211/2010 - 2010/2142(DEC) )

Rapporteur għal opinjoni: Jutta Haug

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jikkunsidra r-rati ta’ implimentazzjoni ġenerali tal-intestaturi bagitarji għall-ambjent, is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel bħala sodisfaċenti;

2.  Jenfasizza r-rata globali ta’ 97.12% ta’ implimentazzjoni tal-baġit fil-qasam tal-ambjent li tirrapreżenta riżultat aħjar meta mqabbel mal-95.15% f'approprijazzjonijiet ta' impenn tal-2008; jinnota, barra minn hekk, li l-implimentazzjoni tal-ħlasijiet kienet fil-livell għoli ta’ 99.92 %;

3.  Jilqa’ l-livell ta' implimentazzjoni ġeneralment notevoli ta' krediti ta' impenn u krediti ta' ħlasijiet fil-qasam tas-saħħa pubblika, li hi qrib il-100 % għall-approprijazzjonijiet ta' impenn fil-linji baġitarji kollha;

4.  Jinnota li l-livell għoli ta’eżekuzzjoni fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel, is-saħħa tal-annimali u l-benesseri u s-saħħa tal-pjanti ta’ 98 % f’impenji, baqa’ stabbli meta mqabbel mal-2008; jirrikonoxxi implimentazzjoni ta’ ħlasijiet kemmxejn anqas (82 %); jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-isforzi tagħhom biex jippreżentaw lill-Kummissjoni bi stimi aktar preċiżi rigward il-miżuri ta’ eradikazzjoni;

5.  Jilqa’ l-kisba ta’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit operattiv LIFE+ ta’ 99.35 %, speċjalment għaliex l-awtorità baġitarja kabbret l-approprijazzjonijiet ta' impenn b'EUR 29 000 000 miljun meta mqabbel mal-proposta inizjali tal-Kummissjoni; jinnota, li skont it-tielet sejħa għall-programm LIFE+, intgħażlu 210 proġett li jkopru azzjonijiet fl-oqsma tan-natura u l-bijodiversità (84), il-politika tal-ambjent u l-governanza (115), u l-informazzjoni u l-komunikazzjoni (11);

6.  Jenfasizza l-fatt li l-kontribut għall-attivitajiet Ambjentali internazzjonali, li hu maħsub biex ikopri l-kontribuzzjonijiet obbligatorji u volontarji għall-konvenzjonijiet internazzjonali, protokolli u ftehimiet, għandu jilħaq ir-rata ta’ implimentazzjoni ġenerali ta’ 84.46 % meta mqabbel mar-rata ta’ 76.12 % fl-2008; jirrikonoxxi li r-rata ta’ implimentazzjoni hi soġġetta wkoll għal varjazzjonijiet tar-rata ta’ skambju, peress li ħafna kontribuzzjonijiet jitħallsu f’dollari Amerikani;

7.  Jinnota li l-Istrument ta’ Prevenzjoni Finanzjarja Ċivili[108] li jkopri l-qasam ta’ reazzjoni għad-diżastri, l-azzjonijiet u l-miżuri ta’ tħejjija għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis tal-effetti ta’ emerġenza miksuba b’rata ta’ implimentazzjoni ta’ 72.56 %, jikkorrispondu għal EUR 15 411 miljun; konsegwentement, jirrimarka li r-rata ta’ implimentazzjoni fl-approprijazzjonijiet ta’ ħlasijiet hi ta’ 44.52 %, peress li s-sejħiet għall-offerti kienu ppubblikati biss fl-ewwel nofs tal-2009 u għalhekk il-proġetti għadhom mhumiex lesti;

8.  Jirrimarka li fir-rigward tal-fondi ta’ emerġenza u tal-fondi marbutin mal-okkorenza tad-diżastri, id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż finali għall-ħlasijiet mill-Istati Membri spiss huma ħafna onqos mill-istima inizjali; jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-isforzi tagħhom biex jippreżentaw lill-Kummissjoni stimi aktar preċiżi u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa appoġġ ulterjuri għall-Istati Membri fil-proċess ta’ stima;

9.  Jinnota, li skont il-baġit għall-2009, tliet proġetti pilota u żewġ azzjonijiet preparatorji kienu implimentati fil-qasam tal-ambjent u erba’ fil-qasam tas-saħħa pubblika; jinnota l-kwalità fqira ta’ proposti mressqa għall-proġett pilota “Skambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tad-dijossidu tal-kubrit fil-Baħar Baltiku” fejn, konsegwentement ma kien iffirmat l-ebda kuntratt; jirrikonoxxi t-tneħħija tal-azzjoni preparatorja fuq postijiet ta’ kontroll fir-rigward tat-trasport tal-annimali, minħabba l-kwalità fqira tal-proposti, li ma laħqux il-kriterji ta’ evalwazzjoni minimi mitluba;

10. Jenfasizza l-importanza ta’ sejħiet għall-offerti ffukkati aħjar u l-għoti ta’ aktar għajnuna lill-applikanti sabiex tiġi evitata l-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għal proġetti li jidhru ċar li mhumiex eliġibbli għall-iffinanzjar jew li huma ta' kwalità fqira, speċjalment fir-rigward ta' programmi ta' Saħħa Pubblika; jirrikonoxxi, madankollu, li xi proġetti dejjem ser jiffaċċjaw diffikultajiet ta’ implimentazzjoni;

11. Jinnota li l-konformità mad-dispożizzjonijiet amministrattivi u finanzjarji tar-Regolament Finanzjarju ma għandhiex toħloq dewmien żejjed fl-għoti ta’ għotjiet jew fl-għażla ta' proġetti għal finanzjament; jistieden lill-Kummissjoni tkompli bl-isforzi tagħha biex ittejjeb il-proċeduri amministrattivi li għandhom impatt fuq l-implimentazzjoni ta' approprijazzjonijiet ta' impenn u ta' ħlasijiet;

12. Jinnota li fl-aħħar tal-2009, l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi, entità amministrattiva tal-Kummissjoni Ewropea, kellha l-ġestjoni ta’ portafoll ta’ 361 proġett għal programmi ta’ saħħa pubblika bi spejjeż maqsuma, li 287 minnhom kienu ftehimiet iffirmati, u li kienu jirrappreżentaw total ta' kontribuzzjonijiet tal-Unjoni ta' EUR 156 000 000 miljun; jenfasizza li l-baġit amministrattiv neċessarju għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni jammonta għal total ta' EUR 6 400 000 għall-Aġenzija eżekuttiva għall-Programm tas-Saħħa Pubblika; jieħu nota tal-metodi l-ġodda ta’ rappurtar strutturat li jippermettu monitoraġġ aħjar tal-implimentazzjoni tal-baġit biex jiġu evitati t-trasferimenti bil-quddiem u biex il-prinċipju ta’ annwalità tal-baġit jiġi applikat b’mod strett;

13. Iqis li l-komunikazzjoni bejn l-aġenziji u l-istituzzjonijiet, iżda wkoll bejn l-aġenziji u l-opinjoni pubblika Ewropea, għandha xi lakuni; iħeġġeġ lill-partijiet ikkonċernati kollha fi ħdan l-aġenziji kif anki fl-istituzzjonijiet itejbu l-komunikazzjoni bejnjiethom u jiżviluppaw aktar ir-relazzjonijiet pubbliċi;

14  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni (DĠ SANCO u DĠ ENVI) tirrapporta kull sena lill-kumitati rispettivi tal-Parlament fi ħdan il-proċedura ta' kwittanza dwar l-effiċjenza u l-effikaċja tal-proġetti u l-programmi implimentati.

15. Abbażi tad-dejta disponibbli, huwa tal-opinjoni li l-Kummissjoni tista' tingħata kwittanza fir-rigward tan-nefqa fl-oqsma tal-politika tal-ambjent, is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel fl-2009.

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

 

 

Din l-opinjoni teżamina l-implimentazzjoni tal-baġit fl-oqsma tal-politika tal-ambjent, tas-saħħa pubblika u tas-sikurezza tal-ikel għas-sena finanzjarja 2009.

 

 

L-ambjent

 

Il-livell globali tal-implimentazzjoni tal-baġit ta’ 97,12% kien meqjus bħala sodisfaċenti bi progress fuq il-linji tal-Baġit kollha meta mqabbel mas-sena ta' qabel.

 

LIFE+

L-implimentazzjoni tal-Programm LIFE+ tista' titqies sodisfaċenti ħafna f'termini ta' approprjazzjonijiet għall-impenji. Tul il-proċedura tal-Baġit, l-awtorità Baġitarja żiedet l-approprjazzjonijiet tal-impenn bi kważi EUR 29.3 miljun, meta mqabbel mal-proposta APB tal-Kummissjoni, u ntużaw bis-sħiħ il-fondi addizzjonali kollha. Il-Kummissjoni laħqet livell ta' impenn ta' 99.35% tal-baġit operattiv LIFE+ (linja baġitarja 07 03 07):

- EUR 250.000.000 għas-sejħa għall-proposti għal proġetti li għandhom jiġu megħjuna permezz ta’ għotjiet ta’ azzjoni, ippubblikata fil-15 ta’ Mejju 2009 u kopruti mill-impenn globali magħmul bi qbil mal-artikolu 76 FR / 92 IR li jikkorrispondi għall-istess ammont, biex b’hekk jippermettu l-proċeduri ta’ għażla u ta’ premjazzjoni jseħħu fl-2009-2010; l-għażla tal-proġett tħabbret bejn Lulju u Awwissu 2010 u l-ftehimiet mal-benefiċjarji dwar l-għotjiet għandhom jiġu ffirmati sa’ tmiem l-2010

- EUR 8,749,860 f'appoġġ għal attivitajiet operattivi tal-NGOs li huma attivi primarjament fil-protezzjoni u t-titjib tal-ambjent fil-livell Ewropew u li huma involuti fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni Komunitarja – is-sejħa għal proposti kienet ippubblikata fl-1 ta’ Diċembru 2008, u l-ftehimiet dwar l-għotjiet kienu ffirmati fl-ewwel nofs tal-2009.

- EUR 39.302.812 għal miżuri maħsuba bħala appoġġ għar-rwol tal-Kummissjoni fit-tnehid u l-monitoraġġ tal-iżvilupp ta’ politika u ta’ leġiżlazzjoni, kif ukoll il-komunikazzjoni u ż-żieda tal-għarfien (il-Ġimgħa Ambjentali, il-Ġimgħa ta’ Mobilità Ewropea, kampanji ta’ żieda tal-għarfien dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Bijodiversità)

- EUR 15 029 334 għal spejjeż ta’ appoġġ amministrattiv, bil-kisba ta’ livell ta’ implimentazzjoni ta’ 87.63% (fuq baġit ivvutat ta’ EUR 17.150.000) li jirrappreżenta progress mill-75.65% tal-2008. Għandu jiġi nnutat, madankollu, li l-ħtiġijiet ta’ appoġġ amministrattiv marbutin mal-monitoraġġ ta’ proġetti magħżula skont is-sejħa għall-proposti tal-2009 (b’kunsiderazzjoni taż-żieda tal-approprijazzjonijiet mogħtija mill-Awtorità Baġitarja) sejrin jinħassu l-iktar mis-sena 2010 ’il quddiem.

 

Strument Finanzjarju għall-protezzjoni ċivili

Il-bażi legali l-ġdida għall-Protezzjoni Ċivili adottata fil-5 ta' Marzu 2007, tespandi l-ambitu ta' dan l-istrument u issa tkopri l-protezzjoni, primarjament tan-nies, iżda wkoll tal-ambjent u l-proprjetà, inkluż il-wirt kulturali, fil-każ ta' diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, atti ta' terroriżmu u inċidenti teknoloġiċi, radjoloġiċi u ambjentali.

L-Istrument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili jkopri:

Ir-reazzjoni għad-diżastri, inkluż it-trasport tal-għajnuna fl-UE f'azzjonijiet ta' reazzjoni koperti mill-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili – meta r-reazzjoni sseħħ bi tweġiba għal diżastru li jseħħ fi Stati Membri u f’pajjiżi parteċipanti fil-programm, bl-azzjonijiet jiġu ffinanzjati mil-linja baġitarja 07 04 01 – meta r-reazzjoni sseħħ bi tweġiba għal diżastru li jseħħ f'pajjiżi terzi, l-azzjonijiet jiġu ffinanzjati mil-linja baġitarja 19 06 05.

Azzjonijiet ta' tħejjija (sejba, taħriġ, netwerking, eżerċizzji, skambji ta' esperti, sistemi u għodda tal-ICT) – kollha ffinanzjati mil-linja baġitarja 07 04 01;

Il-miżuri għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis tal-effetti ta’ emerġenza (studju tal-kawżi tad-diżastri, tbassir u informazzjoni pubblika), huma kollha ffinanzjati mil-linja baġitarja 07 04 01.

 

"Reazzjoni għad-diżastri":

Dan huwa l-qasam fejn il-bażi legali l-ġdida tipprovdi, b’mod partikolari, appoġġ u kofinanzjament għat-trasport tal-għajnuna tal-protezzjoni ċivili għal pajjiż affettwat minn emerġenza, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. Fit-8 ta' Awwissu 2007, il-Kummissjoni adottat regoli ta’ implimentazzjoni għal dawn l-azzjoniiet ġodda[109]. L-2009 kienet l-ewwel sena li fiha kien hemm id-disponibilità ta’ qafas kontrattwali għat-trasport tal-assistenza tal-protezzjoni ċivili lejn pajjiż milqut b’emerġenza: il-kuntratt qafas għal dawn l-operazzjonijiet ma’ sensar kien iffirmat fis-17 ta’ Diċembru 2008.

Ammont ta' EUR 10.742.000 miljun twarrab inizjalment fid-deċiżjoni ta' finanzjament għal dawn l-azzjonijiet ġodda (EUR 8.192.000 fil-linja baġitarja 19 06 05 għal interventi f'pajjiżi terzi u EUR 2.550.000 fil-linja baġitarja 07 04 01 għal interventi fl-UE).

L-użu reali tal-fondi huwa direttament marbut mal-okkorrenza ta' diżastri u mat-talbiet mill-Istati Membri għal trasportazzjoni addizzjonali, jiġifieri, huwa diffiċli li jitbassru. L-aġġustamenti tal-approprijazzjonijiet jistgħu jsiru matul is-sena, u tul l-2009, it-total ta’ EUR 1.500.000 ntuża għat-trasferiment tal-approprijazzjonijiet mil-linja tal-baġit 07 04 01(DEC 41/2009) lejn il-programm tas-Saħħa (azzjonijiet addizzjonali marbutin mal-prevenzjoni tal-pandemija H1N1); trasferiment ta’ fondi ta’ EUR 5.000.000 kien ukoll magħmul mil-linja tal-baġit 19 06 05 ta' reazzjoni għad-diżastri ta' pajjiżi terzi favur l-appoġġ tal-Afganistan (trasferiment DEC 37/2009).

Final implementation on the "response" actions was of EUR 784.968. Fl-2009 il-Komunità pprovdiet appoġġ għall-protezzjoni ċivili permezz tal-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili fl-Istati Membri (nirien fil-foresti fil-Bulgarija, Franza, il-Portugall u l-Greċja, terremont fl-Italja) u f’pajjiżi terzi (il-Moldova (nuqqas ta’ gass), il-Fiġi (għargħar), Gaza (kunflitt armat), Namibja (għargħar), it-Taġikistan (għargħar), il-Benin (għargħar), l-Albanija (nirien fil-foresti), it-Tajwan (tifun), il-Burkina Faso (għargħar), il-Filippini (għargħar), l-Indoneżja (terremot), is-Samoa (tsunami), l-Ukraina (H1N1), il-Ġeorġja (terremot)).

Kmieni fl-2010, il-Kummissjoni, permezz tal-MIC, ipprovdiet riżorsi sinifikanti għat-trasportazzjoni tal-għajnuna għall-emerġenza lill-Ħaiti wara t-terremot.

Fir-rigward tal-objettivi ta' "Tħejjija" u "Prevenzjoni", ir-rata ta' implimentazzjoni titqies sodisfaċenti, b'rata ta' implimentazzjoni ta' 89% fuq l-EUR 16 100 000 li jkopru s-sejħiet għal proposti u s-sejħiet għall-offerti ppubblikati fl-ewwel semestru tal-2009.

Cf. kif ukoll skont is-sezzjoni 1.4 l-implimentazzjoni tal-azzjoni ta’ tħejjija fil-qasam tal-protezzjoni ċivili.

Sa mill-2010, l-Istrument tal-Protezzjoni Ċivili hu ġestit mid-DĠ ECHO fi ħdan il-Kummissjoni.

 

Kontribuzzjoni għal attivitajiet ambjentali internazzjonali

Din l-approprjazzjoni għandha l-għan li tkopri kontributi obbligatorji u volontarji lil numru ta' konvenzjonijiet, protokolli u ftehimiet internazzjonali li l-Komunità hi parti għalihom u l-ħidma preparatorja għal ftehimiet internazzjonali futuri li jinvolvu lill-Komunità. Ħafna mill-kontribuzzjonijiet jitħallsu f'Dollari Amerikani u għalhekk l-implimetazzjoni reali tista’ tkun soġġetta għall-varjazzjonijiet tar-rata ta’ skambju. Ir-rata ta’ implimentazzjoni ta’ 84.46% għall-2009 kienet sodisfaċenti.

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji

Skont il-baġit 2009 ġew implimentati ħames proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji;

 

Il-linja tal-baġit

Titolu

Approprjazzjonijiet għall-impenji

% tal-implimentazzjoni

07 02 03

Proġett pilota - Monitoraġġ ambjentali tal-aċir tal-baħar l-iswed u programm qafas ewropew komuni għall-iżvilupp tar-reġjun tal-baħar l-iswed (it-tieni sena)

 

1.000.000

 

100 %

07 03 15

Proġett pilota – Skambju tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-kubrit fil-baħar baltiku (it-tieni sena)

2.000.000

100 %

07 03 16

Proġett pilota ‑ Żvilupp ta' attivitajiet ta' prevenzjoni biex titwaqqaf id-deżertifikazzjoni fl-ewropa (l-ewwel sena)

1.000.000

99,98 %

07 03 17

Azzjoni preparatorja - Il-klima tal-baċir tal-karpazji (l-ewwel sena)

2.500.000

100 %

07 04 05

Azzjoni preparatorja - Il-kapaċità tal-ue għal reazzjoni ta' malajr (it-tieni sena)

7.500.000

87,84 %

 

Ir-rata ta’ implimentazzjoni kienet sodisfaċenti: tlieta mill-ħames azzjonijiet kienu għadhom fit-tieni sena u bbenefikaw mill-esperjenza tas-sena ta’ qabel.

L-azzjoni għall-kapaċità ta’ reazzjoni tal-UE għaqqdet flimkien żewġ azzjonijiet preċedenti skont il-baġit għall-2008, b’mod partikolari l-proġett pilota biex “Tiżdied il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-ġlieda kontra n-nirien fil-foresti” (baġit għall-2008 ta’ EUR 3.500.000) u l-azzjoni ta’ tħejjija “Il-kapaċità ta’ reazzjoni rapida tal-UE” (baġit għall-2008 ta’ EUR 4.000.000). Ir-rata ta’ implimentazzjoni tqieset ukoll bħala sodisfaċenti, b'rata ta' implimentazzjoni ta' 87.85% fuq l-EUR 7 500 000 li jkopru sejħa waħda għall-proposta, sejħa waħda għall-offerti u studju wieħed li wassal għall-firma ta’ tliet kuntratti ta' servizz, studju ta' kuntratt wieħed u seba' ftehimiet ta' għotjiet.

 

 

 

Approprijazzjonijiet ta' ħlasijiet

Inkiseb livell globali ta’ 87.26%, li turi progress mil-livell miksub fl-2008 (79.1%).

deskrizzjoni

approprijazzjonijiet ta’ ħlasijiet (inkluż BR u trasferimenti)

imħallas

persentaġġ 2009

persentaġġ 2008

Linji ta’ assistenza teknika / approprijazzjonijiet mhux dissoċjati

18.004.160

4.062.036

22,56%

21,86%

Linji operattivi / approprijazzjonijiet dissoċjati

282.353.590

258.020.101

91,38%

85,14%

LIFE + / LIFE III / NGOs / Forest Focus

208.562.150

201.859.366

96,79%

92,28%

EEA

35.389.440

35.389.440

100,00%

97,72%

Strument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili

15.274.400

8.984.275

58,82%

44,52%

Kontribut għall-attivitajiet Ambjentali Internazzjonali (kontribuzzjonijiet obbligatorji għall-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali)

4.150.000

3.087.506

74,40%

55,31%

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji

18.577.600

8.699.514

46,83%

24,44%

Programm ta’ Kompetittività u Innovazzjoni (CIP)

400.000

0

0,00%

Mhux applikabbli

TOTAL

300.357.750

262.082.137

87,26%

79,71%

 

 

Saħħa Pubblika

 

Il-livell ġenerali għoli ta’ eżekuzzjoni ta’ krediti ta’ impenn fl-2009 (100%) turi titjib meta mqabbel mas-sena ta’ qabel (98% fl-2008). Il-livell ta’ eżekuzzjoni hu daqs jew qrib il-100%, għall-linji baġitarji kollha.

Il-livell ta’ implimentazzjoni ta’ ħlasijiet ta’ kreditu hi sodisfaċenti, 87%, li jirrapreżenta titjib meta mqabbel mal-2008 (84%).

 

Progamm ta' Saħħa Pubblika

Il-livell ta’ implimentazzjoni tal-ħlasijiet ta’ kreditu tjieb konsiderevolment meta mqabbel mas-snin ta’ qabel u laħaq id-99.37% (għal paragun, 89% fl-2008).

 

Il-Fondi tat-Tabakk

Fir-rigward tal-ħlasijiet ta’ kreditu dawn huma meqjusa bħala krediti mhux dissoċjati u l-ħlasijiet tagħhom jistgħu jitwettqu sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ wara dik li fiha jkunu saru l-impenji. F’dan il-każ partikolari, il-kuntratt kien iffirmat fl-2009 u għandu jitlesta fl-2010. B’hekk il-ħlasijiet korrispondenti ser iseħħu fl-2010 meta qed nistennew li l-livell ta’ implimentazzjoni sejjer jilħaq il-100%. Il-persentaġġ ta’ ħlasijiet ta’ implimentazzjoni fl-aħħar tal-2009 kien ta’ 51% u jikkorrispondi għall-ħlasijiet tal-impenji magħmula fl-2008. Għalhekk hawnhekk ma hawnx nuqqas ta’ implimentazzjoni.

 

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji

Dawn il-krediti huma dissoċjati u l-ħlasijiet sejrin jitwettqu tul bosta snin.

Rigward BL 17 03 08 fl-2009, id-DĠ SANCO ħallas l-impenji magħmula fl-2008 (EUR 0.5 miljun). Fl-2009 dan il-proġett pilota kien imtawwal u rċieva impenn addizzjonali u ħlasijiet ta’ kreditu ta’ EUR 1 miljun mill-awtorità Baġitarja. Il-ħlasijiet ta’ kreditu addizzjonali ma kienux meħtieġa fl-2009 peress li l-ħlasijiet għandhom iseħħu fl-2010 u fl-2011.

Rigward 17 03 09, l-2009 kienet l-ewwel sena ta’ implimentazzjoni, li kienet dedikata għat-tnehid tal-proġett, l-organizzazzjoni tas-sejħa għall-proposti u l-għażla ta’ kuntrattur. L-awtorità Baġitarja allokat ħlasijiet ta’ kreditu li ma kienux meħtieġa fl-2009 peress li l-ħlasijiet sejrin iseħħu tul il-perjodu 2010-2012.

 

Is-Sikurezza tal-ikel, is-Saħħa u l-benesseri tal-annimali u s-Saħħa tal-pjanti

a) Krediti ta’ impenn: livell għoli ta’ implimentazzjoni ta’ 98%

Il-livell ġenerali għoli ta’ implimentazzjoni ta’ krediti ta’ impenn fl-2009 baqa’ stabbli meta mqabbel mas-sena ta’ qabel (98% fl-2008).

Għal-linji baġitarji kollha, il-livell ta’ implimentazzjoni hu daqs jew qrib id-95%.

L-unika qasam li fih jidher livell anqas ta’ implimentazzjoni hu BL 17 04 04 01, ftehimiet Internazzjonali u sħubija f’organizzazzjonijiet internazzjonali, fejn il-ħlas ta’ sħubija jitħallas f’CHF u r-rata ta' skambju bejn l-EUR u l-CHF effettwat kemm l-istima tal-krediti mitluba mill-Awtorità Baġitarja kif ukoll il-krediti impenjati u mħallsa sena wara.

b) Ħlasijiet ta’ Kreditu: livell ta’ implimentazzjoni sodisfaċenti ta’ 82%

Dan il-livell ta’ implementazzjoni jirrappreżenta tnaqqis marġinali meta mqabbel mal-2008 (87%).

Meta jitqiesu l-livelli għoljin ta’ krediti disponibbli, il-krediti mhux użati jammontaw għal EUR 20 miljun kemm għall-miżuri ta’ eradikazzjoni u wkoll għall-fondi ta’ emerġenza.

Rigward il-miżuri ta’ Eradikazzjoni, id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż finali mressqa għall-ħlasijiet mill-Istati Membri ta' spiss ikunu inqas mill-istima inizjali, li ntużaw biex jiddetterminaw l-ammonti li għandhom jiġu impenjati. L-ammont ta’ ħlasijiet ta’ kreditu mitluba jikkorrispondu għal stima ta’ ħlas finali li għandu jsir lill-Istati Membri bħala persentaġġ tal-ammont impenjat tul is-sena ta’ qabel. Fl-2009 illimitajna l-ħlasijiet ta' kreditu mitluba mill-awtorità Baġitarja għal 83% tal-ammont impenjat. Fl-2010 illimitajna aktar l-ħlasijiet ta’ kreditu mitluba mill-awtorità baġitarja u għalhekk qegħdin nistennew li jkollna imolimentazzjoni mtejba tal-ħlasijiet ta’ kreditu.

Rigward il-Fond tal-Emerġenza, minħabba li-kumplessità tad-dikjarazzjonijiet ta’ spejjeż u tar-riskji involuti, id-DĠ SANCO ddeċieda li jwettaq kontrolli finanzjarji ex-ante fuq il-post qabel il-ħlas tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż li jeċċedu l-EUR 2 miljun. Dan tawwal il-perjodu ta’ validazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ ħlasijiet u ppostpona numru ta’ ħlasijiet għall-2010.

B’żieda ma’ dan, fl-2009, ġew impenjati EUR 4 miljun għall-azzjoni preparatorja mitluba mill-PE fuq il-postijiet ta’ kontroll f’rabta mat-trasport tal-annimali, iżda kif spjegat aktar kmieni, il-ħlasijiet kien sejrin iseħħu fl-2010 u fis-snin ta' wara. Fl-2008, il-krediti milqugħa għall-istess proġett pilota ma ntużawx. Fil-fatt, il-kumitat ta’ evalwazzjoni kkunsidra li l-ebda waħda miż-żewġ proposti milqugħa ma laħqu l-kriterji minimi ta’ evalwazzjoni tas-sejħa. Wara li ġew ikkunsidrati possibilitajiet differenti għall-użu tal-baġit allokat kien deċiż li l-azzjoni għall-2008 tiġi kkanċellata.

Rigward il-linji tal-awtorità Baġitarja (17 01 04 01, 17 01 04 05 u 17 01 04 06) il-kumplament ta’ krediti sejrin jitħallsu fl-2010.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

16.3.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

5

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

János Áder, Kriton Arsenis, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Sandrine Bélier, Sergio Berlato, Martin Callanan, Nessa Childers, Chris Davies, Bairbre de Brún, Bas Eickhout, Edite Estrela, Julie Girling, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Dan Jørgensen, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Holger Krahmer, Jo Leinen, Corinne Lepage, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Gilles Pargneaux, Antonyia Parvanova, Andres Perello Rodriguez, Sirpa Pietikäinen, Mario Pirillo, Pavel Poc, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Dagmar Roth-Behrendt, Daciana Octavia Sârbu, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Bogusław Sonik, Salvatore Tatarella, Åsa Westlund, Glenis Willmott, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jutta Haug, Marisa Matias, Bill Newton Dunn, Bart Staes, Eleni Theocharous, Thomas Ulmer, Anna Záborská

 

 

 

1.3.2011

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III - Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi

( SEC(2010)0963 - C7-0211/2010 - 2010/2142(DEC) )

Rapporteur għal opinjoni: Christel Schaldemose

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza l-importanza tal-linji tal-baġit 17 02 02 (attivitajiet favur il-konsumaturi) u 17 01 04 03 (relatati mal-ġestjoni amministrattiva) għal implimentazzjoni effettiva ta’ kull programm annwali ta’ ħidma taħt il-Programm tal-Konsumaturi 2007-2013 u jistieden lill-Kummissjoni żżid il-pubbliċità mogħtija lill-għotjiet disponibbli (speċjalment fir-rigward tal-azzjonijiet konġunti fil-qafas tar-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi (Regolament (KE) Nru 2006/2004), fejn ma ġiet irċevuta l-ebda applikazzjoni); huwa sodisfatt bl-użu b’riżultati tajba tar-riżorsi addizzjonali (EUR 2 000 000) ipprovduti fl-2009 għall-proġett pilota rigward miżuri ta’ monitoraġġ fil-qasam tal-politika tal-konsumaturi;

2.  Jilqa’ l-edizzjonijiet sussegwenti tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur (CMS) bħala għodda importanti għal monitoraġġ aħjar u klassifikazzjoni innovattiva tas-swieq; iqis li l-bażi empirika li nħolqot għandha tkun il-bażi ta’ ideat ġodda ta’ politika fil-livell Ewropew u nazzjonali u jitlob lill-Kummissjoni tuża r-riżultati tas-CMS fit-tfassil tal-politika fl-oqsma kollha relevanti;

3.  Jinnota b’interess kbir it-trasformazzjoni tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa Pubblika għall-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi (EAHC) u l-ewwel sena ta’ operazzjoni tagħha taħt mandat estiż; jifraħ lill-EAHC talli laħqet il-miri stabbiliti għall-immaniġġjar tal-għotjiet u l-kuntratti skont il-Programm tal-Konsumaturi (Deċiżjoni Nru 1926/2006/KE); iqis, madanakollu, li huwa problematiku l-fatt li 3% tal-pagamenti saru wara d-data ta’ skadenza tal-pagament;

4.  Jilqa’ t-titjib li sar sabiex tinkiseb rata ta’ eżekuzzjoni ta’ 92% għall-krediti ta’ ħlas għall-implimentazzjoni u l-iżvilupp tas-suq intern (linja baġitarja 12 02 01); jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni għall-programm SOLVIT (linja baġitarja 12 02 02) mistennija tkun qrib it-92% meta jitqiesu l-pagamenti tul l-2008, l-2009 u l-2010 flimkien; itenni l-bżonn li tinżamm linja separata tal-baġit għas-SOLVIT;

5.  Jenfasizza l-importanza tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tanalizza l-effikaċja tal-programmi kurrenti ta' finanzjament għall-SMEs u tiffaċilita l-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi tar-riċerka tal-UE permezz tal-introduzzjoni ta' strumenti finanzjarji fil-baġit tal-UE;

6.  Jinnota l-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar markanzija introdotta illeċitament fit-territorju tal-UE (fil-punt 2.22 tar-Rapport Annwali tagħha) u t-tweġiba tal-Kummissjoni, li tindika l-kjarifika pprovduta mill-Kodiċi Doganali Modernizzat; jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta lura kemm jista’ jkun malajr dwar is-segwitu li ngħata lis-sentenzi relevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja;

7.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw metodi adegwati tal-analiżi tar-riskju biex jiffukaw il-kontrolli doganali fuq kummerċjanti jew kunsinni ta' riskju kbir; barra minn hekk, jistieden lill-Istati Membri jissupplimentaw il-kontrolli abbażi tar-riskju ma' għadd ta' kontrolli magħżula b'mod aleatorju; jitlob lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari, hija u tfassal id-dispożizzjonijiet implimentattivi tal-Kodiċi Doganali Modernizzat, għat-twettiq ta' kontrolli fiżiċi fuq l-oġġetti, sew għal raġunijiet fiskali kif ukoll għal dawk ta' sikurezza/sigurtà; u jitlob li jittejbu l-kontrolli ta' qabel/wara l-verifika fir-rigward ta' proċeduri simplifikati u l-ikklerjar ċentralizzat;

 

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

28.2.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Arias Echeverría, Cristian Silviu Buşoi, Anna Maria Corazza Bildt, António Fernando Correia De Campos, Jürgen Creutzmann, Louis Grech, Małgorzata Handzlik, Philippe Juvin, Eija-Riitta Korhola, Mitro Repo, Robert Rochefort, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Catherine Stihler, Kyriacos Triantaphyllides, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Damien Abad, Cornelis de Jong, María Irigoyen Pérez, Constance Le Grip, Emma McClarkin, Antonyia Parvanova, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Olga Sehnalová, Wim van de Camp

 

 

 

1.3.2011

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-Aġenziji Eżekuttivi

( SEC(2010)0963 - C7-0211/2010 - 2010/2142(DEC) )

Rapporteur: Mathieu Grosch

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota li l-baġit 2009, kif adottat b’mod definittiv u modifikat tul is-sena, kien jipprevedi speċifikament għall-politiki fil-qafas tal-attività tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu total ta’ EUR 2,427,000,000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 2,103,000,000 f’approprjazzjonijiet ta’ pagament; jinnota wkoll li minnhom

–   EUR 934,582,000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 830,594,000 f’approprjazzjonijiet ta’ pagament kienu destinati għan-Netwerks Trans-Ewropej tat-Trasport (TEN-T),

–   EUR 17,600,000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 14,500,000 f’approprjazzjonijiet ta’ pagament kienu destinati għas-sigurtà tat-trasport,

–   EUR 64,971,000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 29,054,000 f’approprjazzjonijiet ta’ pagament kienu destinati għall-Programm Marco Polo,

–   EUR 146,902,000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 109,257,000 f’approprjazzjonijiet ta’ pagament kienu destinati għall-aġenziji tat-trasport u l-Aworità Superviżorja Ewropea tal-GNSS,

–   EUR 427,424,000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 388,859,000 f’approprjazzjonijiet ta’ pagament kienu destinati għat-trasport, inkluż il-qasam ta’ prijorità dedikat għall-mobilità sostenibbli fl-ibliet, fis-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp teknoloġiku,

–   EUR 2,750,000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn kienu dedikati għat-tneħħija tal-perikli fit-trasport,

–   EUR 3,800,000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 3,600,000 f’approprjazzjonijiet ta’ pagament kienu destinati għat-turiżmu;

2.  Jiddispjaċih li fil-verifika tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009, il-Qorti tal-Awdituri għal darba oħra għażlet li tikkonċentra fuq il-politika tar-riċerka u l-enerġija u mhux wisq fuq il-politika tat-trasport;

3.  Jilqa’ r-rata għolja sostnuta ta’ użu tal-fondi għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament għall-proġetti fil-qasam tat-TEN-T, li t-ntejn jammontaw għal kważi 100%; jitlob lill-Istati Membri biex jiggarantixxu finanzjament xieraq mill-baġits nazzjonali biex jissodisfaw dan l-impenn tal-UE; ifakkar li l-Parlament appoġġa livell ogħla ta’ finanzjament min-naħa tal-Unjoni; jilqa’ r-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-proġetti tal-Programm Multiannwali tal-2007-2013 TEN-T ppubblikata fis-27 ta’ Ottubru 2010, li timmira lejn ottimizzazzjoni tal-użu tal-fondi TEN-T u tenfasizza l-importanza ta’ proġetti ta’ ppjanar finanzjarju affidabbli;

4.  Huwa mħasseb dwar il-fatt li għal darb’oħra r-rata tal-użu tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament għas-sigurtà u l-ottimizzazzjoni tas-sistemi tat-trasport u għad-drittijiet tal-passiġġieri kienu baxxi (73%); jiddispjaċih li r-rata ta’ użu ta’ 100% tal-approprjazzjonijiet ta’ ħlas għall-Programm Marco Polo II inkisbet biss għaliex nofs l-approprjazzjonijiet oriġinarjament allokati għalih ġew riallokati matul is-sena 2009;

5.  Jilqa’ ż-żieda sostanzjali fir-rata ta’ użu tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-Programm Galileo meta mqabbel mal-2008 u jenfasizza l-importanza kunsiderevoli ta’ dak il-programm għas-setturi tal-loġistika u t-trasport sostenibbli;

6.  Jinnota l-fatt li testijiet ta’ spezzjoni ta’ kampjuni fuq tranżazzjonijiet jirrivelaw marġini ta’ żball wisq probabbli bejn 2 u 5%; jistieden lill-Kummissjoni tintensifika l-isforzi tagħha biex tkompli tnaqqas din il-figura;

7.  Jinnota b’sodisfazzjon li l-Qorti tal-Awdituri esprimiet il-fehma li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport huma legali u regolari fl-aspetti sinifikattivi kollha; jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija rnexxielha timla l-postijiet li kienu għadhom vakanti fi tmiem l-2008;

8.  Jenfasizza li hemm ħtieġa urġenti li l-politika reġjonali u l-politika tat-trasport ikunu trasparenti permezz tal-forniment ta’ informazzjoni xierqa lill-kontributuri tat-taxxi u lill-awtoritajiet baġitarji, u li jkunu aktar ikoordinati mill-qrib, partikolarment fir-rigward tal-iffinanzjar tat-TEN-T, peress li fil-preżent il-valur miżjud potenzjali Ewropew tal-proġetti bil-kemm jiġi eżaminat u konsegwentement il-fondi ma jintużawx bl-aktar mod effettiv possibbli biex jiġu eliminati l-konġestjoni u l-problemi b’konnessjoni mal-qsim tal-fruntieri jew il-konnessjonijiet inadegwati;

9.  Jinsisti li l-proċedura għall-għażla u l-approvazzjoni tal-proġetti tat-trasport fil-qafas tal-Politika ta’ Koeżjoni għandu jkollha bażi aktar soda;

10. Jilqa’ r-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 8/2010 dwar l-investiment fl-infrastruttura tal-ferrovija tal-UE u, fuq kollox, l-affermazzjoni li l-koordinaturi attwali tat-TEN-T kellhom sehem importanti, b’mod partikolari billi ffaċilitaw il-kuntatti bejn il-partijiet interessati; jappoġġa r-rakkomandazzjoni li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-ħatra ta’ aktar koordinaturi għall-proġetti l-oħra ta’ prijorità;

11. Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-proġetti ta’ prijorità ma ntgħażlux fuq il-bażi tal-fluss tat-traffiku reali u antiċipat u li jista’ jsir użu akbar tal-analiżijiet bejn l-ispejjeż magħmula u l-benefiċċju miksub; Jinnota, madankollu, li l-proġetti ta’ prijorità jissodisfaw ukoll l-objettivi Ewropej ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u x-xewqa li t-tibdil fil-klima jiġi miġġieled permezz ta’ appoġġ għal mezzi ta’ trasport aktar favorevoli għall-ambjent;

12. Jipproponi, wara li jinstemgħu l-ispjegazzjonijiet tal-Kummissjoni għall-użu baxx ħafna tal-approprjazzjonijiet, li, fir-rigward tas-setturi li għalihom huwa responsabbli l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Parlament jagħti lill-Kummissjoni l-kwittanza rigward l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

 

Data tal-adozzjoni

28.2.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Antonio Cancian, Saïd El Khadraoui, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Dieter-Lebrecht Koch, Georgios Koumoutsakos, Eva Lichtenberger, Hella Ranner, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Dirk Sterckx, Keith Taylor, Giommaria Uggias, Thomas Ulmer, Peter van Dalen, Artur Zasada, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Philip Bradbourn, Frieda Brepoels, Spyros Danellis, Ádám Kósa, Janusz Władysław Zemke

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach

 

 

 

22.3.2011

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III - Il-Kummissjoni u l-Aġenziji Eżekuttivi

( 2010/2142(DEC) )

Rapporteur għal opinjoni: Jens Geier

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.   Jinnota li l-fondi ta’ koeżjoni huma suġġetti għal regoli partikolarment kumplessi u jkunu implimentati b'mod differenti minn infiq ieħor tal-UE, u dan jagħmilhom aktar vulnerabbli għall-iżbalji; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-rata tal-iżbalji fl-infiq għall-koeżjoni għadha l-ogħla mill-pagamenti kollha tal-UE b’iktar minn 5 % fl-2009; jenfasizza, madankollu, it-tnaqqis kbir fir-rata tal-iżbalji meta mqabbel mal-2008, u għalhekk jitlob għal aktar simplifikazzjoni u sostenn tekniku akbar sabiex l-Istati Membri u r-reġjuni jkunu jistgħu jiżguraw implimentazzjoni aktar effikaċi; ifakkar li l-awtoritajiet reġjonali għandhom jingħataw l-għarfien tekniku u l-ħiliet mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri li jippermettulhom itejbu l-effikaċja u l-effettività tar-riżorsi li tqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħhom;

2.  Jinnota li l-ksur tar-regoli tal-akkwist pubbliku għadu waħda mir-raġunijiet l-aktar frekwenti għall-irregolaritajiet, li huma parzjalment dovuti għall-kumplessità tiegħu; jirrakkomanda s-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tar-regoli tal-akkwist pubbliku sabiex titnaqqas l-inċidenza ġenerali tal-iżbalji;

3.   Huwa mħasseb li d-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali (DĠ REGIO) jiddikjara fid-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni tal-Attività Annwali tiegħu għall-2009 li għal 38 mid-79 programm ikkonċernat, id-DĠ REGIO ma jkollux assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi fir-rigward tar-rimborżi fl-2009 tan-nefqa ddikjarata; jitlob iktar dettalji dwar l-informazzjoni nieqsa rigward ir-rimborżi fl-2009; jinnota li l-Istati Membri għandhom obbligu li jipprovdu biżżejjed informazzjoni fir-Rapporti ta’ Attività Annwali tagħhom u jitlob lill-Kummissjoni sabiex tipproponi sistema ta’ penali fil-każ li l-informazzjoni pprovduta ma tippermettix lill-Kummissjoni tikkonstata l-legalità u r-regolarità;

4.  Jilqa’ l-opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 1/2010 dwar “It-titjib tal-ġestjoni finanzjarja tal-baġit tal-Unjoni Ewropea: riskji u sfidi” u jiġbed l-attenzjoni għall-effettività parzjali ta’ sistemi ta’ sorveljanza u kontroll f'numru ta’ oqsma ta’ riskju għoli rigward il-Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku (PERE), b'mod partikolari l-koeżjoni u l-iżvilupp rurali;

5.   Fil-kuntest tar-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju, jenfasizza l-ħtieġa li jiġu ċċarati r-regoli u l-iskemi ta’ mmaniġġjar taħt il-ġestjoni konġunta, u fir-rigward tal-politika ta' koeżjoni jenfasizza li din il-kjarifika għandha tkun kemm jista' jkun attwata sabiex ikunu evitati kontradizzjonijiet mar-Regolament Finanzjarju; jinnota li l-problemi ta’ governanza bejn ir-Regolament Finanzjarju u r-regolamenti ta’ koeżjoni jistgħu jkunu evitati b’allinjament aħjar tar-regoli ta’ eliġibilità bejn diversi politiki; hu tal-fehma, madankollu, li s-simplifikazzjoni, b'mod partikolari fil-kuntest tar-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju, teħtieġ li tiżgura l-istabbiltà tar-regoli u l-iskemi ta’ ġestjoni fuq medda twila ta’ żmien;

6.   Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirriflettu fuq l-opportunità li jiġi żviluppat il-prinċipju tar-"rabta ta' fiduċja" li jippermetti li jitnaqqsu l-kontrolli li rriżultaw effikaċi fil-ġlieda kontra l-iżbalji u l-frodi;

7.  Jinnota li s-sistemi ta’ kontroll u verifika għall-programmi INTERREG huma parzjalment nieqsa minn approċċ uniformi rikonoxxut mill-korpi ta’ verifika tal-Istati Membri parteċipanti kollha; jitlob rikonoxximent reċiproku ta’ sett komuni ta’ regoli u standards fost l-awtoritajiet tal-Istati Membru involuti fil-verifika u l-kontroll għall-programmi transkonfinali.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

22.3.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Luís Paulo Alves, Charalampos Angourakis, Sophie Auconie, Victor Boştinaru, Zuzana Brzobohatá, Francesco De Angelis, Tamás Deutsch, Rosa Estaràs Ferragut, Danuta Maria Hübner, María Irigoyen Pérez, Seán Kelly, Evgeni Kirilov, Constanze Angela Krehl, Petru Constantin Luhan, Ramona Nicole Mănescu, Riikka Manner, Iosif Matula, Erminia Mazzoni, Miroslav Mikolášik, Franz Obermayr, Jan Olbrycht, Markus Pieper, Tomasz Piotr Poręba, Monika Smolková, Georgios Stavrakakis, Csanád Szegedi, Nuno Teixeira, Michail Tremopoulos, Lambert van Nistelrooij, Oldřich Vlasák, Joachim Zeller, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Andrea Cozzolino, Karima Delli, Jens Geier, Ivars Godmanis, Karin Kadenbach, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, Vilja Savisaar-Toomast, Elisabeth Schroedter, László Surján

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Vladko Todorov Panayotov, Britta Reimers, Ivo Strejček

 

 

 

8.3.2011

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III – Il-Kummissjoni

( 2010/2142(DEC) )

Rapporteur għal opinjoni: Morten Løkkegaard

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' l-fatt li, fil-grupp ta' politika "Edukazzjoni u Ċittadinanza", il-Qorti tal-Awdituri ma sabet l-ebda żball fir-rigward tal-ħlasijiet minn qabel, li jikkostitwixxu 87% tal-ħlasijiet għall-grupp ta' politika kollu; jinnota madankollu li l-impatt stmat tal-iżbalji kwantifikabbli għall-grupp ta' politiki kollu kemm hu kien ftit aktar minn 2% fl-2009, filwaqt li fl-2008 kien anqas minn 2%, u li dan huwa primarjament dovut għall-iżbalji għall-ħlasijiet ta' għeluq;

2.  Jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni tkompli bl-isforzi tagħha biex kostantement tnaqqas ir-rata tal-iżbalji għall-għeluq u tivvaluta mill-qrib il-ġenerazzjoni preċedenti ta' programmi; jinnota li r-rata ta' żbalji fil-ġestjoni tal-ġenerazzjoni l-ġdida ta' programmi turi tendenza ta' tnaqqis meta mqabbla mal-ġenerazzjoni preċedenti, fatt li jirrifletti l-utilità tal-bidliet tekniċi mdaħħla fir-regoli tal-programmi attwali;

3.  Jinnota li, fil-qasam ta' politika "Edukazzjoni u Kultura", il-biċċa l-kbira tat-tranżazzjonijiet kollha huma implimentati permezz tal-aġenziji nazzjonali; jilqa' f'dan ir-rigward l-isforzi li l-Kummissjoni għamlet biex tassisti lill-aġenziji nazzjonali jtejbu s-sistemi ta' kontabilità tagħhom u jitlob lill-Kummissjoni tieħu l-passi meħtieġa fil-każ ta' nonkonformità mar-rekwiżiti ta' verifika tal-UE;

4.  Jesprimi s-sodisfazzjoni tiegħu dwar l-estensjoni tal-użu tal-għodda tal-informatika, peress li dan inaqqas il-burokrazija żejda u jista' jgħin b'mod konsiderevoli biex jiffaċilita l-proċeduri għall-applikanti u jnaqqas iż-żmien meħtieġ biex jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet;

5.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura u l-aġenziji nazzjonali jkomplu l-ħidma tagħhom dwar proċeduri flessibbli u biex inaqqsu ulterjurment id-dewmien fil-ħlasijiet, peress li l-benefiċjarji huma intitolati jistennew li l-iskedi taż-żmien indikati fil-gwidi għall-programmi jew komunikazzjonijiet uffiċjali oħra jiġu rispettati.

 

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

3.3.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Piotr Borys, Silvia Costa, Mary Honeyball, Petra Kammerevert, Morten Løkkegaard, Marek Henryk Migalski, Katarína Neveďalová, Doris Pack, Chrysoula Paliadeli, Marietje Schaake, Timo Soini, Emil Stoyanov, Helga Trüpel, Marie-Christine Vergiat, Milan Zver

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Ivo Belet, Iosif Matula, Georgios Papanikolaou, Hella Ranner, Mitro Repo, Joanna Katarzyna Skrzydlewska

 

 

 

1.3.2011

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi

(C7–0211/2010 – 2010/2142(DEC) )

Rapporteur għal opinjoni: Simon Busuttil

 

 

SUĠĠERIMENTI

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li sar progress sinifikanti fil-livell ta’ implimentazzjoni tal-impenji fil-baġit għaż-Żona ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (97,7% meta mqabbel ma' 87,5 % fl-2008), kif ukoll fil-livell ta’ implimentazzjoni tal-ħlasijiet (89,6 % meta mqabbel ma' 80,9 % fl-2008);

2.  Jikkundanna l-fatt li l-livell ta’ kanċellazzjonijiet ta’ ħlasijiet kien għoli daqshekk (8,5%) primarjament minħabba kanċellazzjonijiet ta’ ħlasijiet fil-baġit għall-Aġenziji u għas-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni (IT) fuq skala kbira (SIS II and VIS);

3.  Jilqa’ b’sodisfazzjon ir-rati għoljin ta’ implimentazzjoni tal-erba’ fondi ta’ “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni”; jinnota li l-livelli għoljin ta' implimentazzjoni jirriflettu wkoll l-utilità ta' dawk il-fondi u jitlob li dan il-fatt jitqies għall-ippjanar baġitarju tal-ġejjieni u fid-diskussjonijiet tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss, fid-dawl tar-rapporti ta’ evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu mħejjija mill-Kummissjoni;

4.  Jiddispjaċih li l-livell ta' implimentazzjoni tal-ħlasijiet kien inqas fir-rigward tal-programmi “Id-Drittijiet Fundamentali u l-Ġustizzja” u “Is-sigurtà u s-salvagwardjar tal-libertajiet”; jieħu nota tal-ġustifikazzjonijiet mogħtija mill-Kummissjoni, jiġifieri li r-riżultati tas-sejħiet għall-proposti ma kinux sodisfaċenti u li l-kriżi ekonomika għamlitha aktar diffiċli għall-applikanti li jiżguraw li jkollhom il-kofinanzjament;

5.  Jikkundanna l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri nnotat li xi aġenżiji naqqsu milli jressqu dikjarazzjonijiet dwar l-ammonti konsolidati tagħhom jew ressqu dikjarazzjonijiet modifikati u li t-tagħrif li huma meħtieġa jipprovdu kien eċċellenti għal bosta snin;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tippubblika r-rapporti ta' evalwazzjoni ta’ nofs il-perjodu dwar il-fondi u l-programmi differenti kemm jista' jkun malajr.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

28.2.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Sonia Alfano, Alexander Alvaro, Rita Borsellino, Emine Bozkurt, Simon Busuttil, Carlos Coelho, Cornelis de Jong, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Kinga Gál, Kinga Göncz, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Ágnes Hankiss, Salvatore Iacolino, Sophia in ‘t Veld, Lívia Járóka, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Juan Fernando López Aguilar, Monica Luisa Macovei, Véronique Mathieu, Louis Michel, Claude Moraes, Georgios Papanikolaou, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Renate Sommer, Rui Tavares, Wim van de Camp, Daniël van der Stoep, Axel Voss, Renate Weber, Tatjana Ždanoka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Bauer, Leonidas Donskis, Monika Hohlmeier, Stanimir Ilchev, Franziska Keller

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marina Yannakoudakis

 

 

 

1.2.2011

OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III - Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi

( SEC(2010)0963 – C7-0211/2010 – 2010/2142(DEC) )

Rapporteur għal opinjoni: Iratxe García Pérez

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

–   wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 17/2009 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-azzjonijiet ta’ taħriġ vokazzjonali għan-nisa kofinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-istudju dwar il-fattibilità u l-għażliet għall-introduzzjoni ta' elementi ta' bbaġitjar ibbażat fuq il-ġeneru fil-proċess baġitarju tal-UE,[110]

A. billi l-istudju dwar il-fattibilità msemmi hawn fuq dwar l-ibbaġitjar skont il-ġenerujindika li l-ibbaġitjar skont il-ġenerujista’ jiġi applikat fl-istadji kollha tal-proċess baġitarju mill-ippjanar u l-preparazzjoni għall-verifika u l-evalwazzjoni tal-baġit,

1.  Ifakkar lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Kummissjoni li skont l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija prinċipju fundamentali tal-Unjoni Ewropea fl-attivitajiet tagħha kollha; għaldaqstant, l-aspetti tal-ġeneru għandhom jiġu kkunsidrati fl-istadji kollha tal-proċedura baġitarja inkluż fil-preparazzjoni, l-implimentazzjoni u l-verifika tal-baġit tal-Unjoni Ewropea;

2.  Ifakkar lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Kummissjoni dwar is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-istudju dwar il-fattibilità msemmi hawn fuq dwar l-ibbaġitjar skont il-ġeneri;

3.  Jilqa’ r-Rapport Speċjali Nru 17/2009 tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-azzjonijiet ta’ taħriġ vokazzjonali għan-nisa kofinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew u jilqa’ aktar rapporti speċjali mill-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni ta’ aktar azzjonijiet li jippromwovu l-ugwaljanza bejn il-ġeneru;

4.  Jiddispjaċih mid-diversi nuqqasijiet żvelati fir-Rapport Speċjali li jikkonċernaw it-twaqqif ta' miżuri u l-għażla tal-proġetti vverifikati mill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll in-nuqqasijiet fir-rigward tal-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-programmi;

5.  Jinnota r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri fir-Rapport Speċjali li programmi operattivi ġejjiena jiġu stabbiliti fid-dawl ta' analiżi tas-suq tax-xogħol u li proċedura ta’ selezzjoni tal-proġetti ddisinjata kif xieraq tibda titħaddem mill-Istati Membri;

6.  Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tikkunsidra n-nota tal-Kummissjoni fir-Rapport Annwali dwar l-implimentazzjoni tal-baġit, rigward l-intestaturi 4 u 13 tal-baġit, li tgħid li huma usa’ fl-ambitu u jinkludu inter alia l-politika tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

7.  Jiddispjaċih mill-kummenti tal-Qorti tal-Awdituri fir-Rapport Annwali li jirrigwardaw il-pagamenti mhux dovuti fl-implimentazzjoni tal-proġett Daphne II; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssegwi s-sitwazzjoni u tiżgura implimentazzjoni xierqa tal-programm Daphne fil-ġejjieni;

8.  Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri li l-informazzjoni dwar il-politiki tal-'gender mainstreaming' u d-dejta speċifika għall-ġeneri jiġu inklużi fir-rapport tal-kwittanza baġitarja.

 

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

27.1.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Emine Bozkurt, Andrea Češková, Marije Cornelissen, Edite Estrela, Ilda Figueiredo, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Nicole Kiil-Nielsen, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Siiri Oviir, Raül Romeva i Rueda, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Marc Tarabella, Britta Thomsen, Marina Yannakoudakis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Anne Delvaux, Christa Klaß, Mariya Nedelcheva, Norica Nicolai, Antigoni Papadopoulou, Rovana Plumb, Joanna Senyszyn

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Stanimir Ilchev

 

 

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

28.3.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Inés Ayala Sender, Andrea Češková, Jorgo Chatzimarkakis, Luigi de Magistris, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Gerben-Jan Gerbrandy, Ingeborg Gräßle, Ville Itälä, Cătălin Sorin Ivan, Iliana Ivanova, Elisabeth Köstinger, Monica Luisa Macovei, Bart Staes

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Monika Hohlmeier, Véronique Mathieu, Derek Vaughan

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Gahler, Karin Kadenbach, Evgeni Kirilov, Brian Simpson

 

 

[1]       ĠU L 69, 13.3.2009.
[2]       ĠU C 308, 12.11.2010, p. 1.
[3]       ĠU C 303, 9.11.2010, p. 1.
[4]       ĠU C 308, 12.11.2010, p. 129.
[5]       ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
[6]       ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1.
[7]       ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9.
[8]       Testi adottati, P7_TA(2011)0000 ( 2010/2204(INI) )
[9]       ĠU L 69, 13.3.2009.
[10]     ĠU C 308, 12.11.2010, p. 1.
[11]     ĠU C 338, 14.2.2010, p. 65.
[12]     ĠU C 308, 12.11.2010, p. 129.
[13]     ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
[14]      ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1.
[15]      ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9.
[16]     ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
[17]     ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
[18]     ĠU L 24, 27.1.2005, p. 35.
[19]     ĠU L 69, 13.3.2009.
[20]     ĠU C 308, 12.11.2010, p. 1.
[21]     ĠU C 338, 14.2.2010, p. 83.
[22]     ĠU C 308, 12.11.2010, p. 129.
[23]     ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
[24]      ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1.
[25]      ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9.
[26]     ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
[27]     ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
[28]     ĠU L 5, 9.1.2004, p. 85.
[29]     ĠU L 140, 1.6.2007, p. 52.
[30]     ĠU 69, 13.3.2009.
[31]     ĠU C 308, 12.11.2010, p. 1.
[32]     ĠU C 338, 14.2.2010, p. 96.
[33]     ĠU C 308, 12.11.2010, p. 129.
[34]     ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
[35]      ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1.
[36]      ĠU L 3437.12.2007, p. 9.
[37]     ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
[38]      ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
[39]     ĠU L 369, 16.12.2004, p. 73.
[40]      ĠU L 173, 3.7.2008, p. 27.
[41]     ĠU L 69, 13.3.2009.
[42]     ĠU C 308, 12.11.2010, p. 1.
[43]     ĠU C 338, 14.2.2010, p. 77.
[44]     ĠU 308, 12.11.2010, p. 129.
[45]     ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
[46]      ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1.
[47]      ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9.
[48]    ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
[49]      ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
[50]     ĠU L 32, 6.2.2007, p. 88.
[51]     ĠU L 69, 13.3.2009.
[52]     ĠU C 308, 12.11.2010, p. 1.
[53]     ĠU C 338, 14.2.2010, p. 71.
[54]     ĠU C 308, 12.11.2010, p. 129.
[55]     ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
[56]      ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1.
[57]      ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9.
[58]    ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
[59]      ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
[60]      ĠU L 9, 12.1.2008, p. 15
[61]     ĠU L 69, 13.3.2009.
[62]     ĠU C 308, 12.11.2010, p. 1.
[63]     ĠU C 338, 14.2.2010, p. 90.
[64]     ĠU C 308, 12.11.2010, p. 129.
[65]     ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
[66]      ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1.
[67]      ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9.
[68]    ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
[69]      ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
[70]     ĠU L 11, 15.1.2008, p. 9.
[71]     ĠU L 69, 13.3.2009.
[72]     ĠU C 308, 12.11.2010, p. 1.
[73]     ĠU C 303, 9.11.2010, p. 1.
[74]     ĠU C 308, 12.11.2010, p. 129.
[75]     ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
[76]      ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1.
[77]      ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9.
[78]     ĠU L 69, 13.3.2009.
[79]     ĠU C 308, 12.11.2010, p. 1.
[80]     ĠU C 303, 9.11.2010, p. 1
[81]     ĠU C 308, 12.11.2010, p. 129.
[82]     ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
[83]      ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1.
[84]      ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9.
[85]      Konklużjonijiet tal-Kunsill Ecofin dwar il-linji gwida baġitarji għall-2011 adottati fis-16 ta’ Marzu 2010, dok. 6794/10, l-24 ta’ Frar 2010, paġna 9.
[86]      Testi adottati, P7_TA(2010)0401
[87]            Pereżempju l-paragrafi 23 u 24 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ April 2007 b'kummenti li jiffurmaw parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2005, Taqsima III – Kummissjoni (ĠU L 187, 15.7.2008, p. 25).
[88]            ĠU L 340, 6.12.2006, p. 5.
[89]            Sentenza tad-9 ta' Novembru 2010 fil-Każijiet Magħquda C-92/09 u C-93/09, Volker u Markus Schecke GbR u Hartmut Eifert v Land Hessen, għadha mhix ippubblikata fl-ECR.
[90] ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.
[91] ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.
[92]      ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.
[93]    Rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (2010/C 303/01), p. 144, paragrafu 6.42.
[94]    Ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41).
[95]    Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 15/2009 dwar ‘Assistenza tal-UE implimentata permezz ta’ organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti: it-teħid tad-deċiżjonijiet u l-monitoraġġ'.
[96] Tal-infiq iċċertifikat.
[97] ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1.
[98] ĠU L 404, 30.12.2006, p. 39.
[99] ĠU C 303, 9.11.2010, p. 146.
[100] ĠU C 303, 9.11.2010, p. 140.
[101]    Testi adottati, P7_TA(2011)0000 ( 2010/2204(DEC) )
[102] ĠU C 303, 9.11.2010, p. 146.
[103] ĠU C 303, 9.11.2010, p. 140.
[104]   Rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (2010/C 303/01), p. 144, paragrafu 6.42.
[105]   Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.).
[106]   Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 15/2009 dwar ‘Assistenza tal-UE implimentata permezz ta’ organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti: it-teħid tad-deċiżjonijiet u l-monitoraġġ'.
[107] tal-infiq iċċertifikat.
[108] ĠU L 71, 10.3.2007, p. 9.
[109]         Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/606/KE, Euratom tat-8 ta’ Awwissu 2007 li tistipula regoli għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar it-trasport fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/162/KE, Euratom li tistabbilixxi Strument Finanzjarju tal-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 241, 14.9.2007, p. 17)
[110] Kuntratt speċifiku tad-DĠ Baġit tal-Kummissjoni Ewropea ABAC 132007, Taħt il-Kuntratt ta' Qafas BUDG06/PO/01/Lot 002/ABAC-101922 Rapport Finali Mejju 2008 A.