Dokument ta' sessjoni
6.4.2011
RAPPORT
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(C7‑0216/2010 – 2010/2147(DEC) )
Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Crescenzio Rivellini
PR_DEC_Other
WERREJ
Paġna
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW.....................................3
2. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW...............................5
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT........................................................9
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(C7‑0216/2010 – 2010/2147(DEC) )
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009[1],
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 ( SEC(2010)0963 – C7‑0216/2010)[2],
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2009,
– wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet[3],
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea[4],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 272(10) u l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[5], u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit ( A7-0136/2011 ),
1. Jagħti lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew il-kwittanza rigward l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għas-sena finanzjarja 2009;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
2. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(C7‑0216/2010 – 2010/2147(DEC) )
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009[6],
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 ( SEC(2010)0963 – C7‑0216/2010)[7],
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2009,
– wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet[8],
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea[9],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 272(10) u l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[10], u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit ( A7-0136/2011 ),
1. Jinnota li fl-2009 l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) kellu disponibbli approprjazzjonijiet għall-impenji li jammontaw għal total ta' EUR 122 000 000 (EUR 118 000 000 fl-2008), b'rata ta' utilizzazzjoni ta' 98.02%, li hija ogħla mill-medja tal-istituzzjonijiet l-oħra (97,69%);
2. Jinnota bi tħassib l-allegazzjonijiet rigward il-ġestjoni fi ħdan il-KESE li wasslu għal każ sanzjonat ta’ ilment intern (whistleblowing); jinnota li fil-11 ta’ Marzu 2011 l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) iddeċieda li jibda investigazzjoni u jitlob lill-KESE u lill-OLAF sabiex jirrappurtaw lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-progress u r-risultat tal-każ; jitlob lill-kumitat tiegħu responsabbli għall-proċedura ta’ kwittanza sabiex isegwi l-kwistjoni bir-reqqa biex tinkiseb aktar informazzjoni dwar l-impatt tal-investigazzjoni ta’ OLAF u sabiex jiġi kkunsidrat ir-riżultat fil-kwittanza tal-2011;
3. Iqis li l-allegazzjonijiet ippreżentati lill-OALF jaffettwaw b’mod ċar ir-reputazzjoni tal-Unjoni għaliex dawn jirreferu għall-funzjonament intern ta’ waħda mill-organizzazzjonijiet tagħha, il-KESE, u jirrigwardaw funzjonament ħażin serju mis-segretarjat tagħha; iqis li l-prattiki ta’ tfixkil identifikati mhumiex limitati għal azzjoni waħda, iżda jistgħu jirrapreżentaw irregolaritajiet kontinwi u jikkostitwixxu allegazzjoni ta’ każ ta’ amministrazzjoni ħażina;
4. Jindika l-fatt li dawn l-allegazzjonijiet jirrigwardaw l-aktar, iżda mhux biss, dan li ġej:
- irregolaritajiet li jikkawżaw ħsara pekunjarja lill-Unjoni;
- irregolaritajiet fil-ħatra ta’ uffiċjali anzjani, fi proċedimenti dixxiplinarji, kif ukoll l-użurpazzjoni tal-kompetenzi tal-Bureau tal-KESE,
- vjolazzjoni tal-indipendenza tas-servizz legali tal-KESE,
- vjolazzjoni tal-obbligu skont il-liġi tal-Unjoni li l-OLAF tiġi infurmata,
- vjolazzjoni tad-dmir ta’ trasparenza,
- ksur tal-Artikolu 22a(3) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea[11] li jistipula li l-uffiċjali m’għandhomx isofru xi konsegwenzi ta' preġudizzju min-naħa tal-istituzzjoni bħala riżultat tal-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar irregolaritajiet, sakemm ikunu aġixxew b’mod raġjonevoli u onest;
5. Jistieden lill-KESE u b’mod partikolari lis-Segretarju Ġenerali tagħha sabiex jikkooperaw bis-sħiħ ma’ OLAF u jipprovdi l-assistenza kollha lill-aġenti ta’ OLAF sabiex iwettqu l-investigazzjoni tagħhom;
6. Jitlob lill-KESE u b’mod partikolari lis-Segretarju Ġenerali tagħha sabiex jirrappurtaw lill-Kumitat tal-Parlament responsablli għall-proċedura ta’ kwittanza dwar:
- il-proċedimenti dixxiplinarji mwettqa mill-KESE u l-konsegwenzi ekonomiċi ta’ dawn, u b’mod partikolari l-każ dixxiplinarju Nru 2/2007,
- il-politika tal-persunal rigward promozzjoni ta’ persunal għal pożizzjonijiet maniġerjali,
- konflitti fir-rigward tal-indipendenza tas-servizz legali tal-KESE,
- l-aċċess tal-membri tal-KESE u l-membri tal-Bureau għall-informazzjoni kollha meħteġa,
- l-istat attwali tal-proċedura u tar-risultati ta’ verifiki interni magħmula mill-KESE;
7. Jistieden lill-Ombudsman sabiex jinforma kemm jista’ jkun malajr lill-kumitat tal-Parlament responsabbli għall-kwittanza dwar ir-riżultati tal-investigazzjonijiet tiegħu, b’mod partikulari dwar l-irregolaritajiet rigward il-proċedura ta’ promozzjoni tal-persunal, billi l-Ombudsman intalab jaġixxi f’dan il-każ speċifiku;
8. Jirrimarka li l-Qorti tal-Awdituri indikat fir-Rapport Annwali tagħha li l-verifika ma rriżultat f’ebda osservazzjoni sinifikanti fir-rigward tal-KESE; madankollu jistieden lill-Qorti tal-Awdituri sabiex tikkonferma jekk il-verifiki tar-rapporti tal-2009 sabux provi ta’ irregolaritajiet li diġà kienu s-suġġett tal-każ dixxiplinarju Nru 2/2007;
9. Jinnota wkoll iż-żieda żgħira fin-numru ta’ postijiet permanenti (704 postijiet fl-2009, 700 fl-2008 u 695 fl-2007) allokati għall-KESE u li l-postijiet jimtlew b’mod konsistenti (7 postijiet battala fl-2009, 19 fl-2008 u 9 fl-2007); jinnota l-preżenza ta’ pjan għal perjodu medju ta’ żmien (strateġija 2008-2013) sabiex jippromwovi opportunitajiet indaqs u diversità fis-segretarjat, partikolarment permezz ta’ aktar użu ta’ arranġamenti tal-flexitime, u jistenna bil-ħerqa rapporti rigward aktar progress fil-politika għar-risorsi umani;
10. Jinnota b’sodisfazzjon li skont il-kummenti tal-KESE bi tweġiba għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-5 ta’ Mejju 2010 rigward kwittanza għas-sena finanzjarja 2008[12], il-Ftehim ta' Kooperazzjoni Amministrattiva bejn il-KESE u l-Kumitat għar-Reġjuni għall-perjodu 2008 – 2014 ġie implimentat b’mod suffiċjenti u jinnota li attwalment ma jeħtiegx li jiġu identifikati bżonnijiet aktar sabiex jittejbu aspetti prattiċi, u li l-kumitati għadhom qed joqgħodu attenti għall-bżonn li jinżamm livell għoli ta’ armonizzazzjoni u dan huwa żgurat bl-istruttura ta’ governanza tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni Amministrattiva; jistieden lill-KESE u lill-Kumitat tar-Reġjuni sabiex jgħidu jekk is-separazzjoni li tirriżulta minn dan il-ftehim kenitx newtrali għall-baġit u sabiex jirrappurtaw lill-awtorità ta’ kwittanza dwar ir-riżultati tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu ta’ dak il-ftehim, mistennija fl-2011;
11. Jinnota l-isforzi fil-qasam tal-kooperazzjoni interistituzzjonali, b’mod partikolari, l-introduzzjoni li għaddejja bħalissa tas-sistema tal-ġestjoni tal-persunal ‘Sysper2’, u l-preparazzjonijiet imwettqa f’dan ir-rigward; jieħu nota tal-fatt li l-introduzzjoni tas-sistema hija ppjanata għal Jannar 2012;
12. Jikkonferma l-pożizzjoni tiegħu li, fl-interess tat-trasparenza, id-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji tal-membri tal-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni għandhom ikunu aċċessibbli fuq l-Internet permezz ta' reġistru pubbliku; jinnota t-tweġiba tal-KESE, b’mod partikolari l-ittra tal-Viċi President tal-KESE dwar l-osservazzjoni tal-Parlament li l-membri tal-KESE ma ddidkjarawx l-interessi finanzjarji tagħhom, u jitlob lill-KESE sabiex jieħu passi sabiex l-informazzjoni relevanti ssir pubblika u sabiex isegwi din il-kwistjoni fir-Rapport ta’ Attività Annwali tagħha;
13. Jilqa’ bi pjaċir il-fatt li l-KESE lest jilqa’ s-suġġeriment tal-Parlament fir-riżoluzzjoni msemmija aktar ’il fuq tal-5 ta’ Mejju 2010 li spejjeż tal-ivvjaġġar tal-membri tal-KESE għandhom ikunu bbażati fuq spejjeż tal-ivvjaġġar attwali (u li l-allowances ta’ kuljum għandhom ikunu daqs dawk li jirċievu l-Membri tal-Parlament Ewropew) u jieħu nota tal-ittra tal-President tal-KESE rigward dan; jitlob li l-KESE biex jirrapporta dwar progress ulterjuri rigward din il-kwistjoni;
14. Jitlob lill-KESE sabiex jirrapporta dwar l-iżvilupp rigward progress fir-reviżjoni tal-istatut finanzjarju tal-membri u sabiex jikkomunika lill-awtorità ta’ kwittanza r-riżultat ta’ dak il-proċess;
15. Ifaħħar lill-KESE għall-kwalità għolja konsistenti tar-rapporti tal-attività annwali, u jilqa' b'sodisfazzjon l-inklużjoni tas-segwitu għad-deċiżjonijiet preċedenti ta' kwittanza tal-Parlament.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni | 28.3.2011 |
|
|
| |
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 9 13 2 | |||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Inés Ayala Sender, Andrea Češková, Jorgo Chatzimarkakis, Luigi de Magistris, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Gerben-Jan Gerbrandy, Ingeborg Gräßle, Ville Itälä, Cătălin Sorin Ivan, Iliana Ivanova, Elisabeth Köstinger, Monica Luisa Macovei, Bart Staes | ||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Monika Hohlmeier, Véronique Mathieu, Derek Vaughan | ||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Michael Gahler, Iratxe García Pérez, Sergio Gutiérrez Prieto, Karin Kadenbach, Evgeni Kirilov, Brian Simpson | ||||