Dokument ta' sessjoni
6.4.2011
RAPPORT
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni
(C7‑0217/2010 – 2010/2148(DEC) )
Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Crescenzio Rivellini
PR_DEC_Other
WERREJ
Paġna
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW.....................................3
2. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW...............................5
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT........................................................8
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni
(C7‑0217/2010 – 2010/2148(DEC) )
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009[1],
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 ( SEC(2010)0963 – C7‑0217/2010)[2],
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2009,
– wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet[3],
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea[4],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 272(10) u l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[5], u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit ( A7-0139/2011 ),
1. Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat tar-Reġjuni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat tar-Reġjuni għas-sena finanzjarja 2009;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
2. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni
(C7‑0217/2010 – 2010/2148(DEC) )
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009[6],
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 ( SEC(2010)0963 – C7‑0217/2010)[7],
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2009,
– wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet[8],
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea[9],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 272(10) u l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[10], u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit ( A7-0139/2011 ),
1. Jinnota li fl-2009 l-Kumitat tar-Reġjuni (KtR) kellu disponibbli approprjazzjonijiet għall-impenji li jammontaw għal total ta' EUR 88 000 000 (EUR 93 000 000 fl-2008), b'rata ta' utilizzazzjoni ta' 98,37%, li hi ’l fuq mill-medja tal-istituzzjonijiet l-oħra (97,69%);
2. Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri indikat fir-Rapport Annwali tagħha li l-verifika ma tatx lok għal xi kummenti sinifikanti fir-rigward tal-KtR;
3. Jinnota li l-KtR kiseb 10 postijiet oħra fl-2009 (u 4 oħra fl-2010), u jilqa’ l-adozzjoni tar-regolament dwar il-flexitime, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2011; jinnota l-isforzi tal-KtR fl-analiżi tal-possibilitajiet ta' teleworking; jinnota wkoll iż-żieda konsiderevoli fil-baġit tat-taħriġ tal-KtR (12% iżjed meta mqabbel mal-2008) u ż-żieda fl-għadd ta’ korsijiet ta’ taħriġ, b’inklinazzjoni lejn aktar korsijiet immirati li jfittxu li jsaħħu t-tagħrif f'qasam speċifiku;
4. Jinnota b'sodisfazzjon li fl-2009 l-KtR aġġorna l-għodda analitiċi u ta’ monitoraġġ tal-baġit ("BudgetWatch"), li jipprovdu informazzjoni aktar komprensiva dwar il-baġit tal-KtR, li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tar-riżorsi baġitarji tal-KtR u jidentifikaw l-oqsma li jeħtieġu attenzjoni amministrattiva;
5. Jinnota b'sodisfazzjon li skont il-kummenti tal-KtR bi tweġiba għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-5 ta' Mejju 2010 dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2008[11], il-Ftehim ta' Kooperazzjoni Amministrattiva bejn il-KtR u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) għall-perjodu 2008 - 2014 huwa implimentat biżżejjed u jinnota li fil-preżent ma ġew identifikati ebda ħtiġijiet oħra biex jitjiebu l-aspetti prattiċi, u li l-kumitati għandhom jibqgħu attenti għall-ħtieġa li jinżamm livell għoli ta' armonizzazzjoni u dan huwa assigurat mill-istruttura ta' governanza tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni Amministrattiva; Jistieden lill-KtR u l-KESE biex jgħarrfu jekk is-separazzjoni li tirriżulta mill-Ftehim kinitx newtrali f'dak li jirrigwardja l-baġit, u jirrappurtaw lill-awtorità tal-kwittanza dwar ir-riżultati tar-rieżami ta’ nofs it-terminu ta’ dan il-ftehim, li hija mistennija fl-2011;
6. Jinnota l-isforzi fil-qasam tal-kooperazzjoni interistituzzjonali, b’mod partikolari, l-introduzzjoni li għaddejja bħalissa tas-sistema tal-ġestjoni tal-persunal ‘Sysper2’, u t-tħejjijiet imwettqa f’dan ir-rigward;
7. Jinnota li s-Servizz ta' Verifika Interna (IAS) wettaq verifiki dwar l-adegwatezza tas-sistemi ta’ ppjanar tal-baġit (finalizzati fl-2009), u fuq il-konformità tad-dritt ta’ stabbiliment (għadha għaddejja), kif ukoll segwiti mir-rendiment tal-ispejjeż marbuta mal-missjonijiet, tal-istudji esterni u tal-konsulenzi esperti, u t-tieni segwitu dwar l-applikazzjoni tal-istandards tal-kontroll intern u l-adegwatezza tas-sistemi finanzjarji; josserva fir-rigward ta’ dan tal-aħħar, li minkejja li dan it-tieni segwitu, xorta għadu juri indikatur tar-riżultat relattivament baxx (i.e. l-għadd ta’ rakkomandazzjonijiet implimentati fi żmien 12-il xahar); jinnota wkoll li l-istudju ppjanat dwar il-kwalità tal-funzjoni tal-IAS ma seħħx;
8. Jikkonferma l-pożizzjoni tiegħu li, fl-interess tat-trasparenza, id-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji tal-membri tal-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni għandhom ikunu aċċessibbli fuq l-Internet permezz ta' reġistru pubbliku; Ifakkar lill-KtR fir-rikjesta tiegħu li l-membri tal-KtR jiddikjaraw l-interessi finanzjarji tagħhom, jiżvelaw informazzjoni rilevanti dwar attivitajiet professjonali li għandhom jiġu ddikjarati kif ukoll karigi jew attivitajiet imħallsa; jinnota b’sodisfazzjon it-tweġiba tal-KtR dwar il-kwistjoni, b’mod partikolari, l-ittra tal-president tal-KtR tal-11 ta' Frar 2011; jistieden lill-KtR biex isegwi din il-kwistjoni fir-Rapport tiegħu tal-Attività Annwali;
9. Ifaħħar lill-KtR għall-kwalità għolja konsistenti tar-Rapporti tal-Attività Annwali, u jilqa' b'sodisfazzjon l-inklużjoni tas-segwitu għad-deċiżjonijiet preċedenti ta' kwittanza tal-Parlament.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni | 22.3.2011 |
|
|
| |
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 20 1 0 | |||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Andrea Češková, Andrea Cozzolino, Luigi de Magistris, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Gerben-Jan Gerbrandy, Ingeborg Gräßle, Ville Itälä, Iliana Ivanova, Bogusław Liberadzki, Monica Luisa Macovei, Jan Olbrycht, Aldo Patriciello, Crescenzio Rivellini, Christel Schaldemose, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard | ||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Chris Davies, Derk Jan Eppink, Christofer Fjellner, Véronique Mathieu | ||||