Dokument ta' sessjoni

 

A7-0148/2011

14.4.2011

***I

RAPPORT

dwar l-abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi arranġamenti tranżizzjonali għal ftehimiet bilaterali ta' investiment bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi

( COM(2010)0344 – C7‑0172/2010 – 2010/0197(COD) )

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: Carl Schlyter

 

PR_COD_1amOther

 

 

Tifsira tas-simboli użati

  *  Proċedura ta’ konsultazzjoni

  ***  Proċedura ta’ approvazzjoni

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

 

(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)

 

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta’ att

Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.

 

L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].

 

 

 

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  5

NOTA SPJEGATTIVA  17

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji  20

PROĊEDURA  36

 

 

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi arranġamenti tranżizzjonali għal ftehimiet bilaterali ta' investiment bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi

( COM(2010)0344 – C7‑0172/2010 – 2010/0197(COD) )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2010)0344 ),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C7‑0172/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 294(3) u (15) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji ( A7-0148/2011 ),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

 

 

 

 

 

 

 

POŻIZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

 

FL-EWWEL QARI[1]*

---------------------------------------------------------

 

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

 

li jistabbilixxi arranġamenti tranżizzjonali għal ftehimiet bilaterali ta' investiment bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi

 

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

 

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 207(2) tiegħu,

 

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

 

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz ta' att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

 

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

 

Billi:

 

(1)  Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, investiment barrani dirett huwa inkluż fil-lista tas-suġġetti li jagħmlu parti mill-politika kummerċjali komuni. B'konformità mal-Artikolu 3(1) (e) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem "it-Trattat"), l-Unjoni għandha kompetenza esklussiva fir-rigward tal-politika kummerċjali komuni. Skont dan, l-Unjoni biss tista' tilleġiżla u tadotta atti li jorbtu legalment f'dak il-qasam. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dan biss jekk jingħataw is-setgħa mill-Unjoni, b'konformità mal-Artikolu 2(1) tat-Trattat.

 

(2)  B'żieda ma' dan, it-Tielet Parti tal-Kapitolu 4 tat-Titolu IV tat-Trattat jistipula regoli komuni dwar il-moviment tal-kapital bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, inkluż fir-rigward tal-movimenti kapitali li jinvolvu investimenti. Dawk ir-regoli jistgħu jiġu affettwati mill-ftehimiet internazzjonali relatati mal-investiment barrani konklużi mill-Istati Membri.

 

(3)  Fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, l-Istati Membri tal-Unjoni baqgħu jonoraw numru sinifikanti ta' ftehimiet bilateri ma' pajjiżi terzi, liema ftehimiet huma relatati mal-investiment. It-Trattat ma fih l-ebda dispożizzjoni tranżizzjonali espliċita għal ftehimiet bħal dawn li issa ġew taħt il-kompetenza esklussiva tal-Unjoni. Barra minn dan, xi wħud minn dawn il-ftehimiet jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet li jaffettwaw ir-regoli komuni dwar il-movimenti kapitali stipulati fit-Tielet Parti tal-Kapitolu 4 tat-Titolu IV tat-Trattat.

 

(4)  Għalkemm il-ftehimiet bilaterali jibqgħu jorbtu għall-Istati Membri skont il-liġi pubblika internazzjonali u se jinbidlu progressivament fil-futur minn ftehimiet tal-Unjoni relatati mal-istess suġġett, il-kundizzjonijiet għall-eżistenza kontinwa tagħhom u r-relazzjoni tagħhom mal-politiki tal-Unjoni li għandhom x'jaqsmu mal-investiment, inkluża b'mod partikolari l-politika kummerċjali komuni, jeħtieġu maniġment xieraq. Dik ir-relazzjoni se tkompli tiżviluppa hekk kif l-Unjoni teżerċita l-kompetenza tagħha fil-politika komuni tal-investiment bl-objettiv ewlieni li toħloq l-aħjar sistema possibbli għall-protezzjoni tal-investimenti għall-investituri tal-Istati Membri kollha, b'mod ugwali u b'kondizzjonijiet ugwali fi swieq ta’ pajjiżi terzi. Billi l-politika l-ġdida tal-investimenti se tkun żviluppata minħabba fil-validità tranżitorja tal-ftehimiet bilaterali ta' investiment konklużi mill-Istati Membri, din il-politika għandha tagħraf il-jeddijiet tal-investituri li l-investimenti tagħhom jinkwadraw ruħhom fl-ambitu ta’ dawk il-ftehimiet u għandha tiżgura ċ-ċertezza legali tagħhom.

 

(5)  Fl-interess tal-investituri tal-UE u l-investimenti tagħhom f'pajjiżi terzi, u tal-Istati Membri li jilqgħu investituri u investimenti barranin, ftehimiet bilaterali li jispeċifikaw u jiggarantixxu l-kundizzjonijiet tal-investiment għandhom jibqgħu vinkolanti fuq il-partijiet skont id-Dritt Internazzjonali Pubbliku u għandhom jibqgħu fis-seħħ. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi neċessarji ħalli jkun hemm sostituzzjoni progressiva tal-ftehimiet eżistenti kollha fuq l-investiment bi ftehimiet ġodda li għandhom jipprovdu għall-aħjar livell ta’ protezzjoni possibbli.

 

(6)  Dan ir-Regolament jistipula l-kundizzjonijiet skont liema l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati biex iżommu fis-seħħ jew jippermettu li jidħlu fis-seħħ ftehimiet internazzjonali li għandhomx x'jaqsmu mal-investiment.

 

(7)  Dan ir-Regolament jistipula l-kundizzjonijiet skont liema l-Istati Membri jingħataw is-setgħa li jżommu, jemendaw jew jikkonkludu ftehimiet internazzjonali li għandhom x'jaqsmu mal-investiment.

 

(8)  Hekk kif tingħata l-awtorizzazzjoni għaż-żamma, emenda jew konklużjoni tal-ftehimiet koperti minn dan ir-Regolament f'qasam ta' kompetenza esklussiva tal-UE, din għandha titqies bħala miżura tranżizzjonali. L-awtorizzazzjoni hija bla ħsara għall-applikazzjoni tal-Artikolu 258 tat-Trattat fir-rigward tal-fallimenti tal-Istati Membri biex jissodisfaw l-obbligi skont it-Trattati apparti dawk li jikkonċernaw l-inkompatibbiltajiet li jirriżultaw mill-allokazzjoni ta' kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

 

▌

 

(10)  Il-Kummissjoni għandha ▌tirtira l-awtorizzazzjoni ta’ ftehim ma’ pajjiż terz, jekk ftehim ta’ investiment tal-Unjoni mal-istess pajjiż terz negozjat mill-Kummissjoni jkun diġà ġie ratifikat. Il-Kummissjoni tista’ tirtira l-awtorizzazzjoni ta’ ftehim jekk ikun f'kunflitt mal-liġi tal-Unjoni minbarra l-inkompatibbiltajiet li jirriżultaw mill-allokazzjoni tal-kompetenza bejn l-Unjoni u l-Istati Membri dwar investiment barrani dirett, jew jekk jikkostitwixxi ostaklu serju għall-konklużjoni ta’ ftehimiet futuri ma’ dak il-pajjiż terz rigward l-investiment ▌. Finalment, jekk il-Kunsill ma jiħux deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni biex jibdew in-negozjati fi żmien sena mis-sottomissjoni ta' rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 218(3) tat-Trattat, tkun teżisti l-possibbiltà li tiġi rtirata l-awtorizzazzjoni.

 

▌

 

(12)  Mhux aktar tard minn għaxar snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu. ▌Sakemm il-ftehimiet bilaterali konklużi mill-Istati Membri ma' pajjiżi terzi ma jkunux sostitwiti bi ftehim tal-Unjoni dwar investiment, jew inkella jiġu mitmuma, huma jibqgħu jorbtu għall-partijiet skont il-liġi pubblika internazzjonali.

 

(13)  Il-ftehimiet awtorizzati skont dan ir-Regolament jew l-awtorizzazzjonijiet biex jitniedu negozjati li jemendaw ftehimiet bilaterali eżistenti jew li jikkonkludu ftehimiet bilaterali ġodda ma' pajjiż terz ma għandhomx, fi kwalunkwe każ, jitħallew ikunu ta' ostakolu serju għall-konklużjoni ta’ ftehimiet futuri ma’ pajjiżi terzi relatati mal-investiment ▌.

 

(14)  Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li kwalunkwe informazzjoni identifikata bħala kunfidenzjali tkun trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni[2].

 

(15)  Il-ftehimiet bejn l-Istati Membri relatati ma' investiment mhumiex koperti minn dan ir-Regolament.

 

(16)  Huwa neċessarju li jkun hemm ċerti arranġamenti biex jiżguraw li l-ftehimiet miżmuma skont dan ir-Regolament jibqgħu jintużaw, inkluż fir-rigward tar-riżoluzzjoni ta' tilwim, filwaqt li fl-istess ħin il-kompetenza esklussiva tal-Unjoni tibqa' rrispettata.

 

(17)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom ikunu konferiti lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni[3].

 

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

 

 

KAPITOLU I

 

Kamp ta’ applikazzjoni

 

Artikolu 1

 

Suġġett u ambitu

 

Dan ir-Regolament jistabbilixxi t-termini, il-kundizzjonijiet u l-proċedura skont liema l-Istati Membri huma awtorizzati jżommu fis-seħħ, jemendaw jew jikkonkludu ftehimiet bilaterali relatati mal-investiment ma' pajjiżi terzi.

 

 

KAPITOLU II

 

Awtorizzazzjoni biex il-ftehimiet jinżammu fis-seħħ

 

Artikolu 2

 

Notifika lill-Kummissjoni

 

Fi żmien tletin jum mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'kull ftehim bilaterali relatati mal-investiment ma' pajjiżi terzi konklużi u/jew iffirmati qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament li huma jew jixtiequ jżommu fis-seħħ jew jippermettu li jidħlu fis-seħħ skont dan il-Kapitolu. In-notifika għandha tinkludi kopja ta' dawn il-ftehimiet bilaterali. L-Istati Membri għandhom ukoll jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar bidliet futuri fl-istatus ta’ dawn il-ftehimiet.

 

 

Artikolu 3

 

Awtorizzazzjoni biex il-ftehimiet jinżammu fis-seħħ

 

Minkejja l-kompetenzi tal-Unjoni relatati mal-investiment u bla ħsara għall-obbligi oħra tal-Istati Membri skont il-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri huma awtorizzati b'konformità mal-Artikolu 2(1) tat-Trattat li jżommu fis-seħħ ftehimiet bilaterali relatati mal-investiment li ġew innotifikati skont l-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament.

 

 

Artikolu 4

 

Pubblikazzjoni

 

1.  Kull 12-il xahar il-Kummissjoni għandha tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea lista tal-ftehimiet innotifikati skont l-Artikolu 2 jew l-Artikolu 11(7).

 

2.  L-ewwel pubblikazzjoni tal-lista tal-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandha titwettaq mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-iskadenza għan-notifiki skont l-Artikolu 2.

 

 

Artikolu 5

 

Reviżjoni

 

1.  Il-Kummissjoni tista' tirrevedi l-ftehimiet innotifikati skont l-Artikolu 2 ▌billi tevalwa ▌jekk il-ftehimiet:

 

(a)  humiex f'kunflitt mal-liġi tal-Unjoni apparti mill-inkompatibbiltajiet li jirriżultaw mill-allokazzjoni tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha dwar investiment dirett barrani, jew

▌

 

(c)  jikkostitwixxu ostakolu serju għall-konklużjoni ta’ ftehimiet futuri tal-Unjoni ma’ pajjiżi terzi dwar l-investiment ▌.

▌

 

3.  Mhux aktar tard minn għaxar snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar is-sitwazzjoni tar-reviżjoni tal-ftehimiet ta’ investiment bilaterali eżistenti ma’ pajjiżi terzi.

▌

 

 

Artikolu 6

 

L-irtirar tal-awtorizzazzjoni

 

1.  L-awtorizzazzjoni prevista fl-Artikolu 3 tista' tiġi rtirata f'każijiet meta l-Unjoni tkun diġà rratifikat ftehim mal-istess pajjiż terz b’relazzjoni mal-investiment negozjat mill-Kummissjoni.

 

  L-awtorizzazzjoni prevista fl-Artikolu 3 tista' tiġi rtirata f'każijiet meta:

 

(a)  ftehim ikun f'kunflitt mal-liġi tal-Unjoni minbarra mill-inkompatibbiltajiet li jirriżultaw mill-allokazzjoni tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha dwar investiment dirett barrani, jew

▌

 

(c)  ftehim jikkostitwixxi ostaklu serju għall-konklużjoni ta’ ftehimiet futuri ma’ dak il-pajjiż terz relatati mal-investiment ▌, jew

 

(d)  il-Kunsill ma jkunx ħa deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni biex jibdew in-negozjati dwar ftehim li jkun dupplikat, kollu kemm hu jew parti minnu, fi ftehim innotifikat skont l-Artikolu 2, fi żmien sena mis-sottomissjoni ta' rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 218(3) tat-Trattat.

 

2.  Meta l-Kummissjoni tqis li hemm raġunijiet li jiġġustifikaw l-irtirar tal-awtorizzazzjoni stabbilita mill-Artikolu 3, din għandha tagħha opinjoni motivata lill-Istat Membru kkonċernat ▌. Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat. Dawn il-konsultazzjonijiet jistgħu jinkludu l-possibilità li l-Istati Membri jinnegozjaw mill-ġdid il-ftehim mal-pajjiż terz f’perjodu ta’ żmien miftiehem.

 

3.  Fejn il-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ma jirnexxilhomx isolvu l-problema fiż-żmien stipulat, il-Kummissjoni tista’ tirtira l-awtorizzazzjoni għal dak il-ftehim ikkonċernat jew, fejn xieraq, tagħmel rakkomandazzjoni lill-Kunsill biex jawtorizza n-negozjar ta’ ftehim tal-Unjoni b’relazzjoni mal-investiment bi qbil mal-Artikolu 207(3) tat-Trattat. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar l-irtirar tal-awtorizzazzjoni b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2). Għandha tinkludi rekwiżit li l-Istat Membru jieħu azzjoni xierqa, u fejn meħtieġ itemm il-ftehim rilevanti.

 

4.  F'każijiet fejn awtorizzazzjoni tiġi rtirata, il-Kummissjoni għandha tneħħi l-ftehim mil-lista msemmija fl-Artikolu 4.

 

 

KAPITOLU III

 

Awtorizzazzjoni biex il-ftehimiet jiġu emendati jew konklużi

 

Artikolu 7

 

Awtorizzazzjoni biex il-ftehimiet jiġu emendati jew konklużi

 

Skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli minn 8 sa 12, Stat Membru għandu jkun awtorizzat li jidħol f'negozjati biex jemenda ftehim bilaterali eżistenti ma’ pajjiż terz jew jikkonkludi ftehim ġdid relatat mal-investiment ma' pajjiż terz.

 

 

Artikolu 8

 

Notifika lill-Kummissjoni

 

1.  Fejn Stat Membru bi ħsiebu jidħol f'negozjati ma’ pajjiż terz biex jemenda ftehim bilaterali eżistenti ma’ pajjiż terz jew jikkonkludi ftehim ġdid relatat mal-investiment, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tiegħu bil-miktub.

 

2.  In-notifika għandha tinkludi d-dokumentazzjoni rilevanti u indikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu indirizzati fin-negozjati, l-għanijiet tan-negozjati u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra. Fil-każ ta' emendi għal ftehim eżistenti, in-notifika għandha tindika d-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu negozjati mill-ġdid.

 

3.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel din in-notifika u, fuq talba, id-dokumentazzjoni li tintbagħat magħha, disponibbli għall-Istati Membri l-oħra, skont ir-rekwiżiti tal-kunfidenzalità stipulati fl-Artikolu 14.

 

3a.  Meta Stat Membru jkollu l-ħsieb jikkonkludi ftehim ġdid ma’ pajjiż terz relattiv għall-investiment, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Istati Membri fi żmien tletin ġurnata ħalli tiddetermina jekk ikunx hemm valur miżjud fi ftehim tal-Unjoni.

 

4.  In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi trażmessa mill-inqas ħames xhur kalendarji qabel ma jkunu skedati li jibdew in-negozjati formali mal-pajjiż terz ikkonċernat.

 

5.  Fejn l-informazzjoni trażmessa mill-Istat Membru ma' tkun biżżejjed għall-iskopijiet tal-awtorizzazzjoni għat-tnedija ta' negozjati formali b'konformità mal-Artikolu 9, il-Kummissjoni tista' titlob informazzjoni addizzjonali.

 

 

Artikolu 9

 

Awtorizzazzjoni għat-tnedija ta' negozjati formali

 

1.  Il-Kummissjoni għandha tawtorizza t-tnedija ta' negozjati formali sakemm ma tikkonkludix li t-tnedija tan-negozjati:

 

(a)  ikunu f'kunflitt mal-liġi tal-Unjoni barra mill-inkompatibbiltajiet li jirriżultaw mill-allokazzjoni tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha dwar investiment dirett barrani, jew

 

(b)  ikunu ta' ħsara għall-għaniijiet tan-negozjati ▌bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz ikkonċernat, jew

  

    (ba)  ma jkunux konformi mal-politiki tal-Unjoni rigward l-investimenti, jew

 

(c)  jikkostitwixxu ostakolu serju għall-konklużjoni ta’ ftehimiet futuri ma’ dak il-pajjiż terz relatati mal-investiment ▌.

 

2.  Bħala parti mill-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istat Membru jinkludi f'negozjati bħal dawn kwalunkwe klawżola xierqa.

 

3.  Deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jittieħdu b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2). Il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien 90 jum minn meta tasal għandha n-notifika msemmija fl-Artikolu 8. F'każijiet fejn ikun hemm bżonn ta' informazzjoni addizzjonali, il-90 jum jibdew jgħoddu mid-data ta' meta l-informazzjoni addizzjonali tasal għandha.

 

3a.  Jekk maġġoranza sempliċi ta’ Stati Membri jindikaw l-interess tagħhom, b’konformità mal-Artikolu 9(3a), fil-konklużjoni ta’ ftehim dwar investiment tal-Unjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat, il-Kummissjoni tista’ żżomm l-awtorizzazzjoni u minflok tipproponi mandat ta’ negozjati lill-Kunsill bi qbil mal-Artikolu 207(3) tat-Trattat. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew immedjatament u kompletament infurmat dwar l-istadji kollha tal-proċedura.

 

Meta tieħu d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-prijoritajiet ġeografiċi tal-istrateġija ta’ investiment tal-Unjoni u l-kapaċità tal-Kummissjoni li tinnegozja ftehim ġdid tal-Unjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat.

 

 

Artikolu 10

 

Parteċipazzjoni tal-Kommissjoni fin-negozjati

 

Il-Kummissjoni għandha tinżamm infurmata bil-progress u r-riżultati matul l-istadji differenti tan-negozjati u tista' titlob li tipparteċipa fin-negozjati relatati mal-investiment bejn l-Istat Membru u l-pajjiż terz. Il-Kummissjoni tista' tipparteċipa bħala osservatur fin-negozjati bejn l-Istat Membru u l-pajjiż terz għal dak li għandu x’jaqsam mal-kompetenza esklussiva tal-Unjoni.

 

 

Artikolu 11

 

Awtorizzazzjoni biex il-ftehim jiġi ffirmat u konkluż

 

1.  Qabel ma jiġi ffirmat ftehim, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-eżitu tan-negozjati u għandu jibgħat it-test tal-ftehim lill-Kummissjoni.

 

2.  L-obbligu tan-notifika stipulat fil-paragrafu 1 għandu jinkludi ftehimiet li ġew negozjati qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament imma mhux konkluż u għaldaqstant mhux soġġetti għall-obbligu tan-notifika stipulat fl-Artikolu 2.

 

3.  Ġaladarba tiġi nnotifikata, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni dwar jekk il-ftehim innegozjat hux f’kunflitt mar-rekwiżiti skont l-Artikolu 9(1) u (2), li jkunu ġew ikkomunikati lill-Istat Membru mill-Kummissjoni.

 

4.  Jekk il-Kummissjoni tkun tal-fehma li n-negozjati rriżultaw fi ftehim li ma jissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 3, l-Istat Membru ma għandux jingħata l-awtorizzazzjoni li jiffirma u jikkonkludi l-ftehim.

 

5.  F'każijiet fejn il-Kummissjoni tkun tal-fehma li n-negozjati rriżultaw fi ftehim li jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 3, l-Istat Membru għandu jiġi awtorizzat biex jiffirma u jikkonkludi l-ftehim.

 

6.  Għandhom jittieħdu deċiżjonijiet skont il paragrafi 4 u 5 f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2). Il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjoni fi żmien 60 jum minn meta n-notifika msemmija fil-paragrafi 1 u 2 tasal għandha. Fejn informazzjoni addizzjonali hija meħtieġa biex tittieħed deċiżjoni, id-60 jum għandhom jibdew jgħoddu mid-data ta' meta l-informazzjoni addizzjonali tasal għandha.

 

7.  F'każijiet fejn tkun ingħatat awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 5, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-konklużjoni u d-dħul fis-seħħ tal-ftehim.

 

7a.  Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li tinnegozja ftehim bilaterali dwar l-investiment jew ftehim dwar investiment barrani dirett ma’ pajjiż terz, għandha tinnotifika b’mod dovut lill-Istati Membri kollha dwar l-intenzjoni tagħha u l-ambitu tal-ftehim il-ġdid.

 

 

Artikolu 12

 

Reviżjoni

 

1.  Mhux aktar tard minn għaxar snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu li għandu jirrevedi l-ħtieġa għall-applikazzjoni kontinwa ta’ dan ir-Regolament u ta’ kwalunkwe wieħed mill-Kapitoli tiegħu.

 

2.  Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi ħarsa ġenerali tal-awtorizzazzjonijiet mitluba u mogħtija skont dan ir-Regolament.

 

▌

 

 

KAPITOLU IV

 

Dispożizzjonijiet finali

 

Artikolu 13

 

Imġiba tal-Istati Membri fir-rigward tal-ftehimiet ma' pajjiż terz

 

1.  Għall-ftehimiet kollha li jaqgħu fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien mhux meħtieġ bil-laqgħat kollha li jsiru skont id-dispożizzjonijiet ta' dan il-ftehim. Il-Kummissjoni għandha tiġi pprovduta bl-aġenda u l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li jkun hemm ftehim tas-suġġetti li se jiġu diskussi. Il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istati Membri għal aktar informazzjoni. Fejn kwistjoni li għandha tiġi diskussa tkun tista' taffettwa l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni relatati mal-investiment, inkluża b'mod partikolari l-politika kummerċjali komuni, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istat Membru kkonċernat biex jieħu pożizzjoni partikolari.

 

2.  Għall-ftehimiet kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien mhux meħtieġ dwar kwalunkwe rappreżentazzjoni magħmula lilu li miżura partikolari tkun inkonsistenti mal-ftehim. L-Istat Membru għandu wkoll jinforma immedjatament lill-Kummissjoni bi kwalunkwe talba għal riżoluzzjoni ta' tilwim li tkun ġiet sottomessa skont il-patroċinju tal-ftehim hekk kif l-Istat Membru jsir jaf bit-talba. L-Istat Membru u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw b'mod sħiħ u jieħdu l-miżuri neċessarja kollha biex jiżguraw ħarsien effettiv li jista' jinkludi, fejn xieraq, li l-Kummissjoni tipparteċipa fil-proċedura.

 

3.  Għall-ftehimiet kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istat Membru kkonċernat għandu jfittex il-qbil tal-Kummissjoni qabel ma jattiva kwalunkwe mekkaniżmu rilevanti għar-riżoluzzjoni ta' tilwim kontra pajjiż terz inklużi fil-ftehim, u għandu, fejn mitlub mill-Kummissjoni, jattiva tali mekkaniżmi. Tali mekkaniżmi għandhom jinkludu konsultazzjonijiet mal-parti l-oħra għall-ftehim u riżoluzzjoni ta' tilwim fejn stipulat f'dan il-ftehim. L-Istat Membru u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw b'mod sħiħ fl-imġiba tal-proċeduri fi ħdan il-mekkaniżmi rilevanti, li jistgħu jinkludu, fejn xieraq, li l-Kummissjoni tipparteċipa fil-proċeduri rilevanti.

 

 

Artikolu 14

 

Kunfidenzjalità

 

Meta jinnotifikaw lill Kummissjoni dwar in-negozjati u l-eżiti tagħhom b'konformità mal-Artikoli 8 u 11, l-Istati Membri jistgħu jindikaw jekk xi informazzjoni pprovduta hix se tiġi kkunsidrata bħala kunfidenzjali u jekk tistax tinqasam ma’ Stati Membri oħra.

 

 

Artikolu 15

 

Kumitat

 

 

1.  IL-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat ta' Konsultazzjoni għall-Immaniġġjar tal-Arranġamenti Tranżizzjonali dwar Ftehimiet Internazzjonali ta' Investiment. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

2.  F’każijiet fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

 

Artikolu 16

 

Dħul fis-seħħ

 

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

 

 

Magħmul fi Brussel, […]

 

 

 

 

Għall-Parlament Ewropew        Għall-Kunsill

Il-President            Il-President

 

 

NOTA SPJEGATTIVA

Ir-rapporteur tagħkom jilqa’ l-implimantazzjoni tal-Artikolu 207(1) tat-TFUE, li jipprevedi għall-kompetenza esklussiva tal-UE dwar l-investiment barrani dirett, bħala parti mill-politika kummerċjali komuni, li huwa l-iskop tar-Regolament propost. F’dinja ta’ trasferimenti globalizzati tal-prodotti u l-kapital, u bħala konsegwenza loġika tal-politika kummerċjali komuni tal-Unjoni, anki l-politika tal-investiment tal-Istati Membri għandha tiġi kkoordinata u deċiża fil-livell tal-Unjoni. Dan ifisser li s-sistema preżenti espressa minn numru ta’ Trattati Bilaterali ta’ Investiment tal-Istati Membri b’dupplikazzjonijiet u xi kultant b’kunflitti jridu jinbidlu - f’perjodu ta’ żmien raġunat – b’qafas ġdid ta’ trattati ta’ investiment tal-UE moderni konsistenti mal-għanijiet tal-politika orizzontali tal-UE.

 

Minħabba n-natura riskjuża u li twassal ’il bogħod tal-investiment barrani dirett, irid jitqies bħala ħidma importanti tar-Regolament li jiġi previst livell għoli ta’ ċertezza legali matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni. F’dan ir-rigward, ir-rapporteur tagħkom jappoġġja sew l-approċċ tal-koeżistenza tal-Abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni. Huwa tabilħaqq essenzjali li permezz ta’ proċess ta’ awtorizzazzjoni, it-Trattati Bilaterali ta’ Investiment eżistenti jibqgħu fis-seħħ u li, taħt kundizzjonijiet ċari, l-Istati Membri huma permessi li jerġgħu jinnegozjaw Trattati Bilaterali ta’ Investiment eżistenti, jiffinalizzaw oħrajn pendenti, u jibdew in-negozjati għal oħrajn ġodda. Huwa essenzjali bl-istess mod, bil-kundizzjoni ta’ perjodu ta’ koeżistenza, li l-awtorizzazzjoni ta’ Trattati Bilaterali ta’ Investiment tal-Istati Membri eżistenti jew innegozjati ġodda ma tfixkilx il-bidu ta’ politika tal-investiment mal-UE kollha u ta’ trattati tal-investiment internazzjonali tal-UE ma’ ċerti pajjiżi terzi u b’mod ġenerali. Għalhekk għandu jiġi appoġġat li r-Regolament jipprovdi l-fakultà lill-Kummissjoni li żżomm l-awtorizzazzjoni milli tingħata, li titlob lil Stati Membri biex jerġgħu jinnegozjaw jew itemmu Trattat Bilaterali ta’ Investiment, u biex ikun hemm l-approvazzjoni tal-Kummissjoni għal Trattati Bilaterali ta’ Investiment innegozjati ġodda.

 

Iċ-ċertezza legali tibqa’, madankollu, terminu relattiv sakemm it-tranżizzjoni tar-reġim tal-protezzjoni tal-investiment ma jiġix ikkompletat, u jsiru termini ta’ validità ta’ Trattati Bilaterali ta’ Investiment eżistenti ta’ Stati Membri skont il-liġi pubblika internazzjonali. Ir-rapporteur tagħkom għandu jiċċara ċ-ċertezza legali skont il-kundizzjonijiet ta’ perjodu ta’ żmien neċessarju ta’ tranżizzjoni, permezz ta’ żewġ settijiet ta’ emendi:

 

1) L-introduzzjoni ta’ perjodu ta’ żmien għat-tranżizzjoni

 

Il-Parlament għandu jinsisti li r-Regolament jistipula l-perjodu ta’ żmien għat-tranżizzjoni. Mingħajr perjodu ta' żmien, ir-Regolament jippermetti l-emerġenza ta’ reġimi tal-investiment paralleli, potenzjalment inkompatibbli, b’hekk jiżdiedu mal-inċertezza legali. Filwaqt li żgur hemm bżonn ta’ tranżizzjoni suffiċjentament twila, duwaliżmu miftuħ fil-politika tal-investiment tal-UE m’għandux ikun aċċettabbli għall-Parlament, minħabba li l-Artikolu 207(1) tat-TFUE jiddikjara b’mod ċar li l-politika tal-investiment hija l-kompetenza tal-Unjoni. F’dan is-sens, perjodu estiż li fih it-Trattat ma jiġix implimentat jaf ukoll jiġi miġġieled, li jżid għal darba oħra l-inċertezza legali.

 

Id-dispożizzjonijiet tar-reviżjoni fl-Artikolu 5 u 12 tal-abbozz tar-regolament – mhux aktar tard minn 5 snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, il-Kummissjoni trid tivvaluta l-bżonn ta’ applikazzjoni kontinwata tal-possibilità tal-Istati Membri li jerġgħu jinnegozjaw it-Trattati Bilaterali ta’ Investiment jew jidħlu f’oħrajn ġodda – mhumiex sodisfaċenti. Il-Parlament għandu jagħmilha ċara li huwa jqis il-koeżistenza tat-Trattati Bilaterali ta’ Investiment mal-bidu ta’ trattati tal-investiment internazzjonali tal-UE bħala eċċezzjoni, iġġustifikata b’mod temporanju biss għar-raġuni li tiġi provduta ċ-ċertezza legali kontinwa.

 

2) L-iċċarar tal-kundizzjonijiet għaż-żamma tal-awtorizzazzjoni

 

L-abbozz tar-Regolament jissuġġerixxi distinzjoni bejn tliet kategoriji ta’ raġunijiet biex tinżamm milli tingħata l-awtorizzazzjoni għal Trattat Bilaterali ta’ Investiment.

 

B’mod partikolari, id-distinzjoni bejn “f’kunflitt mal-liġi tal-Unjoni” (punt a) u “dupplikazzjoni, f’parti jew kollha kemm hi, bi ftehim fis-seħħ ma’ dak il-pajjiż terz u din id-duplikazzjoni speċifika mhijiex indirizzata fil-ftehim tal-aħħar” (punt b) iżżid b’mod mhux neċessarju l-inċertezza. Hija tissuġġerixxi li ftehim tal-UE futur ma’ pajjiż terz ma jistax jindirizza d-dupplikazzjoni jew jippermetti għal reġimi paralleli, li m’għandhomx jiġu aċċettati bħala fatt ta’ prinċipju. Barra minn hekk, id-distinzjoni waqgħet għax il-ftehimiet tal-UE fis-seħħ ma’ pajjiżi terzi huma parti mil-liġi tal-Unjoni, u kwalunkwe Trattat Bilaterali ta’ Investiment innotifikat skont l-Artikolu 2 huwa awtomatikament awtorizzat taħt l-Artikolu 3 u għalhekk mhux kompatibbli mal-allokazzjoni ta’ kompetenzi.

 

Ir-rapporteur tagħkom jissuġġerixxi li dawn iż-żewġ kategoriji jitpoġġew flimkien f’referenza ċara għall-kunflitti mal-liġi tal-UE.

 

Minn naħa l-oħra, l-abbozz tar-Regolament ma jirnexxilux jiċċara taħt it-tielet kategorija tar-raġunijiet biex tinżamm milli tingħata awtorizzazzjoni għal Trattat Bilaterali ta’ Investiment (punt c) x’inhu li jista’ “jikkostitwixxi ostaklu għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni relatati mal-investiment”. Billi jirreferi għal politika li qed issir, anki dan iżid mal-inċertezza.

 

Ir-Rapporteur tagħkom jissuġġerixxi li ssir referenza għall-għadd ta’ mandati li qed jikber għal negozjati tal-investiment ma' pajjiżi terzi lill-Kummissjoni u l-prinċipji ta’ koerenza bażika fit-Trattat ta’ Lisbona skont l-Artikolu 3(5) u 6(1) tat-TUE u t-Titolu II tal-Ewwel Parti tat-TFUE.

 

Fil-kuntest tal-politika tal-investiment tal-UE l-ġdida li qed tiżviluppa, ir-Rapporteur jissuġġerixxi wkoll li jiżdied obbligu għall-Istati Membri fil-każ ta’ nnegozjar mill-ġdid tat-Trattati Bilaterali ta’ Investiment eżistenti jew in-negozjar ta’ Trattati Bilaterali ta’ Investiment ġodda biex ikun previst mekkaniżmu għar-riżoluzzjoni tal-kwsitjonijiet billi jiġi żgurat li l-Kummissjoni tkun permessa tipparteċipa fil-proċedimenti għall-inqas bħala amicus curiae u li r-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità jitneħħew sabiex il-Kummissjoni tkun permessa tintervjeni b’dan il-mod. Dan għandu jitqies bħala element indispensabbli tal-politika tal-investiment tal-UE l-ġdid u t-tranżizzjoni lejha.

 

Bħala referenza għall-prattiki stabbiliti skont il-Ftehim Nord-Amerikan għall-Kummerċ Ħieles (NAFTA), huwa rikonoxxut b’mod wiesa’ li n-nuqqas ta’ trasparenza fil-mekkaniżmi tar-riżoluzzjoni tal-kwistjonijiet stabbiliti f’ħafna mit-Trattati Bilaterali ta’ Investiment eżistenti tal-Istati Membri tal-Unjoni jikkostitwixxi ruħu bħala nuqqas ta’ kompatibilità mal-liġi tal-Unjoni. Dan huwa għalhekk dimensjoni li l-Istati Membri għandhom bżonn iqisu fin-negozjati tagħhom ta’ Trattati Bilaterali ta’ Investiment ġodda. F’dan ir-rigward, ir-Rapporteur tagħkom jissuġġerixxi li tiġi inkluża referenza fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar aċċess mill-pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

1.3.2011

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi arranġamenti tranżizzjonali għal ftehimiet bilaterali ta' investiment bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi

( COM(2010)0344 – C7‑0172/2010 – 2010/0197(COD) )

Rapporteur għal opinjoni: David Casa

 

 

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal Regolament

Premessa 2 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-7 ta' Lulju 2010 bl-isem "Lejn politika komprensiva ta' investiment internazzjonali Ewropew" ( COM(2010)0343 ), il-Kummissjoni tesplora kif l-Unjoni tista' tiżviluppa politika ta' investiment internazzjonali li tqawwi l-kompetittività tal-UE u b'hekk tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-miri ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv".

 

Emenda  2

Proposta għal Regolament

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, l-Istati Membri tal-Unjoni baqgħu jonoraw numru sinifikanti ta' ftehimiet bilateri ma' pajjiżi terzi, liema ftehimiet huma relatati mal-investiment. It-Trattat ma fih l-ebda dispożizzjoni tranżizzjonali espliċita għal ftehimiet bħal dawn li issa ġew taħt il-kompetenza esklussiva tal-Unjoni. Barra minn dan, xi wħud minn dawn il-ftehimiet jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet li jaffettwaw ir-regoli komuni dwar il-movimenti kapitali stipulati fit-Tielet Parti tal-Kapitolu 4 tat-Titolu IV tat-Trattat.

(3) Fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, l-Istati Membri tal-Unjoni baqgħu jonoraw numru sinifikanti ta' ftehimiet bilateri ma' pajjiżi terzi, liema ftehimiet huma relatati mal-investiment dirett barrani. It-Trattat ma fih l-ebda dispożizzjoni tranżizzjonali espliċita għal ftehimiet bħal dawn li issa ġew taħt il-kompetenza esklussiva tal-Unjoni. Barra minn dan, xi wħud minn dawn il-ftehimiet jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet li jaffettwaw ir-regoli komuni dwar il-movimenti kapitali stipulati fit-Tielet Parti tal-Kapitolu 4 tat-Titolu IV tat-Trattat.

 

Emenda    3

Proposta għal Regolament

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Għalkemm il-ftehimiet bilaterali jibqgħu jorbtu għall-Istati Membri skont il-liġi pubblika internazzjonali u se jinbidlu progressivament fil-futur minn ftehimiet tal-Unjoni relatati mal-istess suġġett, il-kundizzjonijiet għall-eżistenza kontinwa tagħhom u r-relazzjoni tagħhom mal-politiki tal-Unjoni li għandhom x'jaqsmu mal-investiment, inkluża b'mod partikolari l-politika kummerċjali komuni, jeħtieġu manġiment xieraq. Dik ir-relazzjoni se tkompli tiżviluppa hekk kif l-Unjoni teżerċita l-kompetenza tagħha.

(4) Għalkemm il-ftehimiet bilaterali jibqgħu jorbtu għall-Istati Membri skont il-liġi pubblika internazzjonali u se jinbidlu progressivament fil-futur minn ftehimiet tal-Unjoni relatati mal-istess suġġett, il-kundizzjonijiet għall-eżistenza kontinwa tagħhom u r-relazzjoni tagħhom mal-politiki tal-Unjoni li għandhom x'jaqsmu mal-investiment dirett barrani, inkluża b'mod partikolari l-politika kummerċjali komuni, jeħtieġu manġiment xieraq. Dik ir-relazzjoni se tkompli tiżviluppa hekk kif l-Unjoni teżerċita l-kompetenza tagħha.

 

Emenda    4

Proposta għal Regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Fl-interess tal-investituri tal-UE u l-investimenti tagħhom f'pajjiżi terzi, u tal-Istati Membri li jilqgħu investituri u investimenti barranin, ftehimiet bilaterali li jispeċifikaw u jiggarantixxu l-kundizzjonijiet tal-investiment għandhom jibqgħu fis-seħħ.

(5) Fl-interess tal-investituri tal-UE u l-investimenti tagħhom f'pajjiżi terzi, u tal-Istati Membri li jilqgħu investituri u investimenti barranin, ftehimiet bilaterali li jispeċifikaw u jiggarantixxu l-kundizzjonijiet tal-investiment dirett barrani jibqgħu vinkolanti skont id-dritt pubbliku internazzjonali bla ħsara għad-dritt tal-Kummissjoni li gradwalment tissostitwixxi ftehimiet eżistenti tal-investiment dirett barrani bi ftehimiet ġodda li joffru kundizzjonijiet ugwali jew aħjar għall-Istati Membri.

 

Emenda    5

Proposta għal Regolament

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Dan ir-Regolament jistipula l-kundizzjonijiet skont liema l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzata biex iżommu fis-seħħ jew jippermettu li jidħlu fis-seħħ ftehimiet internazzjonali li għandhomx x'jaqsmu mal-investiment.

(6) Dan ir-Regolament jistipula l-kundizzjonijiet skont liema l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzata biex iżommu fis-seħħ jew jippermettu li jidħlu fis-seħħ ftehimiet internazzjonali li għandhomx x'jaqsmu mal-investiment dirett barrani.

 

Emenda    6

Proposta għal Regolament

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Dan ir-Regolament jistipula l-kundizzjonijiet skont liema l-Istati Membri jingħataw is-setgħa li jemendaw jew jikkonkludu ftehimiet internazzjonali li għandhom x'jaqsmu mal-investiment.

(7) Dan ir-Regolament jistipula l-kundizzjonijiet skont liema l-Istati Membri jingħataw is-setgħa li jemendaw jew jikkonkludu ftehimiet internazzjonali li għandhom x'jaqsmu mal-investiment dirett barrani.

 

Emenda    7

Proposta għal Regolament

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Hekk kif tingħata l-awtorizzazzjoni għaż-żamma, emenda jew konklużjoni tal-ftehimiet koperti minn dan ir-Regolament f'qasam ta' kompetenza esklussiva tal-UE, din għandha titqies bħala miżura. L-awtorizzazzjoni hija bla ħsara għall-applikazzjoni tal-Artikolu 258 tat-Trattat fir-rigward tal-fallimenti tal-Istati Membri biex jissodisfaw l-obbligi skont it-Trattati apparti dawk li jikkonċernaw l-inkompatibbiltajiet li jirriżultaw mill-allokazzjoni ta' kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

(8) Hekk kif tingħata l-awtorizzazzjoni għaż-żamma, emenda jew konklużjoni tal-ftehimiet ta' investiment dirett barrani koperti minn dan ir-Regolament f'qasam ta' kompetenza esklussiva tal-UE, din għandha titqies bħala miżura. L-awtorizzazzjoni hija bla ħsara għall-applikazzjoni tal-Artikolu 258 tat-Trattat fir-rigward tal-fallimenti tal-Istati Membri biex jissodisfaw l-obbligi skont it-Trattati apparti dawk li jikkonċernaw l-inkompatibbiltajiet li jirriżultaw mill-allokazzjoni ta' kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

 

Emenda    8

Proposta għal Regolament

Premessa 9 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li trattati bilaterali ta' investiment ikunu kumpatibbli bis-sħiħ mal-prinċipju tal-UE ta' koerenza tal-politiki għall-iżvilupp.

 

Ġustifikazzjoni

 

Il-Kummissjoni hija ċara ħafna fil-memorandum spjegattiv tal-proposta tagħha. Peress li l-UE hija esklussivament kompetenti għall-Investiment Dirett Barrani, il-proċedura stabbilita mill-proposta għandha titqies bħala miżura eċċezzjonali ta' tranżizzjoni. L-Istati Membri huma intitolati jinnegozjaw mill-ġdid it-Trattati Bilaterali ta' Investiment jekk jissodisfaw l-obbligi stipulati fl-Abbozz tar-Regolament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li Trattati Bilaterali ta' Investiment bejnhom u bejn pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw ikunu kumpatibbli bis-sħiħ mal-prinċipju tal-UE ta' koerenza tal-politika għall-iżvilupp.

 

Emenda    9

Proposta għal Regolament

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tirtira l-awtorizzazzjoni jekk ftehim ikun f'kunflitt mal-liġi tal-Unjoni minbarra l-inkompatibbiltajiet li jirriżultaw mill-allokazzjoni tal-kompetenza bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. L-awtorizzazzjoni tista' tiġi rtirata wkoll jekk ftehim tal-Unjoni fis-seħħ ma' pajjiż terz ikun fih dispożizzjonijiet dwar l-investiment simili għal dawk ta' ftehim ta' Stat Membru. Sabiex tassigura li l-ftehimiet tal-Istati Membri ma jdgħajfux l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni relatati mal-investiment, inklużi b'mod partikolari l-miżuri awtonomi tal-politika kummerċjali komuni, l-awtorizzazzjoni tista' tiġi rtirata. Finalment, jekk il-Kunsill ma jieħux deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni biex jibdew in-negozjati fi żmien sena mis-sottomissjoni ta' rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 218(3) tat-Trattat, tkun teżisti l-possibbiltà li tiġi rtirata l-awtorizzazzjoni.

(10) Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tirtira l-awtorizzazzjoni jekk ftehim ta' investiment dirett barrani jkun f'kunflitt mal-liġi tal-Unjoni, li tinkludi r-rispett għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll leġiżlazzjoni soċjali u ambjentali, minbarra l-inkompatibbiltajiet li jirriżultaw mill-allokazzjoni tal-kompetenza bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. Awtorizzazzjonijiet ta' dan it-tip jistgħu jiġu rtirati biss wara talba mill-Kummissjoni lill-Istat Membru biex dan jinnegozja mill-ġdid il-ftehim ta' investiment dirett barrani li l-Istat Membru jkun naqas li jkun konformi miegħu. L-awtorizzazzjoni tista' tiġi rtirata wkoll jekk ftehim ta' investiment dirett barrani tal-Unjoni fis-seħħ ma' pajjiż terz ikun fih dispożizzjonijiet dwar l-investiment li jkunu essenzjalment,ekwivalenti għal dawk ta' ftehim ta'investiment dirett barrani ta' Stat Membru. Sabiex tassigura li l-ftehimiet tal-Istati Membri ma jdgħajfux l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni relatati mal-investiment, inklużi b'mod partikolari l-miżuri awtonomi tal-politika kummerċjali komuni, l-awtorizzazzjoni tista' tiġi rtirata. Finalment, jekk il-Kunsill ma jieħux deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni biex jibdew in-negozjati fi żmien sena mis-sottomissjoni ta' rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 218(3) tat-Trattat, tkun teżisti l-possibbiltà li tiġi rtirata l-awtorizzazzjoni.

 

Emenda    10

Proposta għal Regolament

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) L-awtorizzazzjoni li temenda jew li tikkonkludi ftehimiet ippreveduti minn dan ir-Regolament notevolment tippermetti lill-Istati Membri li jindirizzaw kwalunkwe inkompatibbiltà bejn il-ftehimiet internazzjonali relatati mal-investiment u mal-liġi tal-Unjoni, apparti minn inkompatibbiltajiet li jirriżultaw mill-allokazzjoni ta' kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, li huma ttrattati f'dan ir-Regolament.

(11) L-awtorizzazzjoni li temenda jew li tikkonkludi ftehimiet ta' investiment dirett barrani ppreveduti minn dan ir-Regolament notevolment tippermetti lill-Istati Membri li jindirizzaw kwalunkwe inkompatibbiltà bejn il-ftehimiet internazzjonali relatati mal-investiment dirett barrani u mal-liġi tal-Unjoni, apparti minn inkompatibbiltajiet li jirriżultaw mill-allokazzjoni ta' kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, li huma ttrattati f'dan ir-Regolament.

 

 

Emenda    11

Proposta għal Regolament

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni tal-Kapitoli II u III ta' dan ir-Regolament. Dan ir-rapport għandu, fost oħrajn, jirrevedi l-ħtieġa għall-applikazzjoni kontinwa ta' dawn il-kapitoli. Fejn ir-rapport jirrakkomanda li l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dawn il-kapitoli tintemm jew fejn jiġi propost li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu mmodifikati, dan għandu jintbagħat flimkien ma' proposta leġiżlattiva xierqa. Sakemm il-ftehimiet bilaterali konklużi mill-Istati Membri ma' pajjiżi terzi ma jkunux sostitwiti bi ftehim tal-Unjoni dwar investiment, jew inkella jiġu mitmuma, huma jibqgħu jorbtu għall-partijiet skont il-liġi pubblika internazzjonali.

(12) Mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni tal-Kapitoli II u III ta' dan ir-Regolament. Dan ir-rapport għandu, fost oħrajn, jirrevedi l-ħtieġa għall-applikazzjoni kontinwa ta' dawn il-kapitoli. Fejn ir-rapport jirrakkomanda li l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dawn il-kapitoli tintemm jew fejn jiġi propost li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu mmodifikati, dan għandu jintbagħat flimkien ma' proposta leġiżlattiva xierqa. Sakemm il-ftehimiet bilaterali ta' investiment dirett barrani konklużi mill-Istati Membri ma' pajjiżi terzi ma jkunux sostitwiti bi ftehim tal-Unjoni dwar investiment dirett barrani, jew inkella jiġu mitmuma, huma jibqgħu jorbtu għall-partijiet skont il-liġi pubblika internazzjonali. Għandu jitfassal kalendarju indikattiv li jikkontempla meta tista' tiġi kkompletata t-tranżizzjoni mit-trattati bilaterali ta' investiment eżistenti tal-Istati Membri għal trattati ta' investiment internazzjonali tal-Unjoni.

 

Emenda    12

Proposta għal Regolament

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Il-ftehimiet awtorizzati skont dan ir-Regolament jew l-awtorizzazzjonijiet biex jitniedu negozjati li jemendaw ftehimiet bilaterali eżistenti jew li jikkonkludu ftehimiet bilaterali ġodda ma' pajjiż terz ma għandhomx, fi kwalunkwe każ, jitħallew ikunu ta' ostakolu għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni relatati mal-investiment, b'mod partikolari l-politika kummerċjali komuni.

(13) Il-ftehimiet dwar investiment dirett barrani awtorizzati skont dan ir-Regolament jew l-awtorizzazzjonijiet biex jitniedu negozjati li jemendaw ftehimiet bilaterali eżistenti jew li jikkonkludu ftehimiet bilaterali ġodda ma' pajjiż terz ma għandhomx, fi kwalunkwe każ, jitħallew ikunu ta' ostakolu għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni relatati mal-investiment dirett barrani, b'mod partikolari l-politika kummerċjali komuni.

 

Emenda    13

Proposta għal Regolament

Premessa 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Il-ftehimiet bejn l-Istati Membri relatati ma' investiment ma għandhomx ikunu koperti minn dan ir-Regolament.

(15) Il-ftehimiet bejn l-Istati Membri relatati ma' investiment mhumiex koperti minn dan ir-Regolament.

 

Emenda    14

Proposta għal Regolament

Artikolu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi t-termini, l-kundizzjonijiet u l-proċedura skont liema l-Istati Membri huma awtorizzati jżommu fis-seħħ, jemendaw jew jikkonkludu ftehimiet bilaterali relatati mal-investiment ma' pajjiżi terzi.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi t-termini, l-kundizzjonijiet u l-proċedura skont liema l-Istati Membri huma awtorizzati jżommu fis-seħħ, jemendaw jew jikkonkludu ftehimiet bilaterali ma' pajjiżi terzi relatati mal-investiment dirett barrani ('IDB'). IDB jinkludi kwalunkwe investiment barrani li jservi biex jistabbilixxi rabtiet li jservu u diretti ma' impriża li jingħatalha ammont ta' kapital għad-dispożizzjoni tagħha biex twettaq attività ekonomika. Meta IDB jieħu s-sura ta' azzjonarjat, dawk r-rabtiet diretti u li jservu jirrappreżentaw il-kapaċità tal-azzjonist li jipparteċipa b'mod aktar effettiv fil-ġestjoni jew il-kontroll tal-impriża kkonċernata. IDB ma jinkludix investimenti barranin fejn ma jkun hemm l-ebda intenzjoni li tiġi eżerċitata xi influwenza fuq il-ġestjoni u l-kontroll ta' impriża. Investimenti bħal dawn, li spiss huma ta' żmien qasir, u ġieli ta' natura aktar spekulattiva, is-soltu jissejħu investimenti ta' portafoll.

 

Emenda    15

Proposta għal Regolament

Artikolu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi żmien 30 jum mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'kull ftehim bilaterali relatati mal-investiment ma' pajjiżi terzi konklużi qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament li huma jew jixtiequ jżommu fis-seħħ jew jippermettu li jidħlu fis-seħħ skont dan il-Kapitolu. In-notifika għandha tinkludi kopja ta' dawn il-ftehimiet bilaterali.

Fi żmien 30 jum mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'kull ftehim bilaterali ma' pajjiżi terzi, relatati ma' IDB konklużi qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament li se jibgħu fis-seħħ jew li se jitħallew jidħlu fis-seħħ skont dan il-Kapitolu. In-notifika għandha tinkludi kopja ta' dawn il-ftehimiet bilaterali.

 

Emenda    16

Proposta għal Regolament

Artikolu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Minkejja l-kompetenzi tal-Unjoni relatati mal-investiment u bla ħsara għall-obbligi oħra tal-Istati Membri skont il-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri huma awtorizzati b'konformità mal-Artikolu 2(1) tat-Trattat li jżommu fis-seħħ ftehimiet bilaterali relatati mal-investiment li ġew innotifikati skont l-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament.

Minkejja l-kompetenzi tal-Unjoni relatati ma' IDB u bla ħsara għall-obbligi oħra tal-Istati Membri skont il-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri huma awtorizzati b'konformità mal-Artikolu 2(1) tat-Trattat li jżommu fis-seħħ ftehimiet bilaterali relatati ma' IDB li ġew innotifikati skont l-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament.

 

Emenda    17

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ta' ostakolu għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni relatati mal-investiment, inkluża b'mod partikolari l-politika kummerċjali komuni.

(c) ta' ostakolu għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni relatati ma' IDB, inkluża b'mod partikolari l-politika kummerċjali komuni;

 

Emenda    18

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) huma kumpatibbli mal-prinċipju tal-Unjoni ta' koerenza tal-politiki għall-iżvilupp.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni hija ċara ħafna fil-memorandum spjegattiv tal-proposta tagħha. Peress li l-UE hija esklussivament kompetenti għall-Investiment Dirett Barrani, il-proċedura stabbilita mill-proposta għandha titqies bħala miżura eċċezzjonali ta' tranżizzjoni. L-Istati Membri huma intitolati jinnegozjaw mill-ġdid it-Trattati Bilaterali ta' Investiment jekk jissodisfaw l-obbligi stipulati fl-Abbozz tar-Regolament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li Trattati Bilaterali ta' Investiment bejnhom u bejn il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw ikunu kumpatibbli bis-sħiħ mal-prinċipju tal-UE ta' koerenza tal-politika għall-iżvilupp.

 

Emenda    19

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Abbażi tar-reviżjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istat Membru bi kwalunkwe raġuni li tista' tikkostitwixxi kawża għall-irtirar tal-awtorizzazzjoni prevista fl-Artikolu 3.

 

Emenda    20

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4 – subparagrafu 4 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Abbażi tar-reviżjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha toħroġ Komunikazzjoni li fiha tidentifika l-aħjar prattiki. Għandha wkoll toħroġ mudell ta' trattat bilaterali ta' investiment li l-Istati Membri jistgħu jużaw, parzjalment jew bis-sħiħ, biex jiffaċilitaw in-negozjati ta' tali trattati.

 

Emenda    21

Proposta għal Regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) ftehim huwa inkompatibbli mal-prinċipju tal-Unjoni ta' koerenza tal-politiki għall-iżvilupp. jew

Ġustifikazzjoni

 

Il-Kummissjoni hija ċara ħafna fil-memorandum spjegattiv tal-proposta tagħha. Peress li l-UE hija esklussivament kompetenti għall-Investiment Dirett Barrani, il-proċedura stabbilita mill-proposta għandha titqies bħala miżura eċċezzjonali ta' tranżizzjoni. L-Istati Membri huma intitolati jinnegozjaw mill-ġdid it-Trattati Bilaterali ta' Investiment jekk jissodisfaw l-obbligi stipulati fl-Abbozz tar-Regolament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li Trattati Bilaterali ta' Investiment bejnhom u bejn il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw ikunu kumpatibbli bis-sħiħ mal-prinċipju tal-UE ta' koerenza tal-politika għall-iżvilupp.

 

Emenda    22

Proposta għal Regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn il-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ma jirnexxilhomx isolvu l-problema, il-Kummissjoni għandha tirtira l-awtorizzazzjoni għal dak il-ftehim ikkonċernat. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar l-irtirar tal-awtorizzazzjoni b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2). Għandha tinkludi rekwiżit li l-Istat Membru jieħu azzjoni xierqa, u fejn meħtieġ itemm il-ftehim rilevanti.

3. Fejn il-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ma jirnexxilhomx isolvu l-problema, il-Kummissjoni għandha tirtira l-awtorizzazzjoni għal dak il-ftehim ikkonċernat. Tali rtirar tal-awtorizzazzjoni ma jistax iseħħ qabel ma tkun għaddiet tal-anqas sena mid-data tal-wasla tal-opinjoni motivata msemmija fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar l-irtirar tal-awtorizzazzjoni b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2). Għandha tinkludi rekwiżit li l-Istat Membru jieħu azzjoni xierqa, u fejn meħtieġ itemm il-ftehim rilevanti.

 

Emenda    23

Proposta għal Regolament

Artikolu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli minn 8 sa 12, Stat Membru għandu jkun awtorizzat li jidħol f'negozjati biex jemenda ftehim eżistenti jew jikkonkludi ftehim ġdid relatat mal-investiment ma' pajjiż terz.

Skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli minn 8 sa 12, Stat Membru għandu jkun awtorizzat li jidħol f'negozjati biex jemenda ftehim eżistenti jew jikkonkludi ftehim ġdid relatat ma' IDB ma' pajjiż terz.

 

Emenda    24

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn Stat Membru bi ħsiebu jidħol f'negozjati ma’ pajjiż terz biex jemenda ftehim eżistenti jew jikkonkludi ftehim ġdid relatat mal-investiment, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tiegħu bil-miktub.

1. Fejn Stat Membru bi ħsiebu jidħol f'negozjati ma’ pajjiż terz biex jemenda ftehim eżistenti jew jikkonkludi ftehim ġdid relatat ma' IDB, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tiegħu bil-miktub.

 

Emenda    25

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi trażmessa mill-inqas ħames xhur kalendarji qabel ma jkunu skedati li jibdew in-negozjati formali mal-pajjiż terz ikkonċernat.

4. In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi trażmessa mill-inqas xharejn kalendarji qabel ma jkunu skedati li jibdew in-negozjati formali mal-pajjiż terz ikkonċernat.

 

Emenda    26

Proposta għal Regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ta' ostakolu għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni relatati mal-investiment, inkluża b'mod partikolari l-politika kummerċjali komuni.

imħassar

 

Emenda    27

Proposta għal Regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) huma inkompatibbli mal-prinċipju tal-Unjoni ta' koerenza tal-politiki għall-iżvilupp.

Ġustifikazzjoni

 

Il-Kummissjoni hija ċara ħafna fil-memorandum spjegattiv tal-proposta tagħha. Peress li l-UE hija esklussivament kompetenti għall-Investiment Dirett Barrani, il-proċedura stabbilita mill-proposta għandha titqies bħala miżura eċċezzjonali ta' tranżizzjoni. L-Istati Membri huma intitolati jinnegozjaw mill-ġdid it-Trattati Bilaterali ta' Investiment jekk jissodisfaw l-obbligi stipulati fl-Abbozz tar-Regolament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li Trattati Bilaterali ta' Investiment bejnhom u bejn il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw ikunu kumpatibbli bis-sħiħ mal-prinċipju tal-UE ta' koerenza tal-politika għall-iżvilupp.

 

Emenda    28

Proposta għal Regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jittieħdu b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2). Il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien 90 jum minn meta tasal għandha n-notifika msemmija fl-Artikolu 8. F'każijiet fejn ikun hemm bżonn ta' informazzjoni addizzjonali, id-90 jum jibdew jgħoddu mid-data ta' meta l-informazzjoni addizzjonali tasal għandha.

3. Deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jittieħdu b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2). Il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien 35 jum minn meta tasal għandha n-notifika msemmija fl-Artikolu 8. F'każijiet fejn ikun hemm bżonn ta' informazzjoni addizzjonali, il-35 jum jibdew jgħoddu mid-data ta' meta l-informazzjoni addizzjonali tasal għandha.

 

Emenda    29

Proposta għal Regolament

Artikolu 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tinżamm infurmata bil-progress u r-riżultati matul l-istadji differenti tan-negozjati u tista' titlob li tipparteċipa fin-negozjati relatati mal-investiment bejn l-Istat Membru u l-pajjiż terz.

Il-Kummissjoni għandha tinżamm infurmata bil-progress u r-riżultati matul l-istadji differenti tan-negozjati u tista' titlob li tipparteċipa fin-negozjati relatati mal-IDB bejn l-Istat Membru u l-pajjiż terz.

 

Emenda    30

Proposta għal Regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ta' ostakolu għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni relatati mal-investiment, inkluża b'mod partikolari l-politika kummerċjali komuni, jew

imħassar

 

Emenda    31

Proposta għal Regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għall-ftehimiet kolla li jaqgħu fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien mhux meħtieġ bir-rappreżentazzjonijiet magħmula lilu li miżura partikolari tkun inkonsistenti mal-ftehim. L-Istat Membru għandu wkoll jinforma immedjatament lill-Kummissjoni bi kwalunkwe talba għal riżoluzzjoni ta' tilwim li tkun ġiet sottomessa skont il-patroċinju tal-ftehim hekk kif l-Istat Membru jsir jaf bit-talba. L-Istat Membru ul-Kummissjoni għandhom jikkooperaw b'mod sħiħ u jieħdu l-miżuri neċessarja kollha biex jiżguraw ħarsien effettiv li jista' jinkludi, fejn xieraq, li l-Kummissjoni tipparteċipa fil-proċedura.

2. Għall-ftehimiet kolla li jaqgħu fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien mhux meħtieġ bir-rappreżentazzjonijiet magħmula lilu li miżura partikolari tkun inkonsistenti mal-ftehim. L-Istat Membru għandu wkoll jinforma immedjatament lill-Kummissjoni bi kwalunkwe talba għal riżoluzzjoni ta' tilwim li tkun ġiet sottomessa skont il-patroċinju tal-ftehim hekk kif l-Istat Membru jsir jaf bit-talba. L-Istat Membru u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw bis-sħiħ u jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw ħarsien effettiv. Il-Kummissjoni għandha tipparteċipa fil-proċedura.

Ġustifikazzjoni

 

L-UE għandha kompetenza esklussiva fejn jidħol l-Investiment Dirett Barrani (IDB). Huwa neċessarju li l-Kummissjoni, fir-rigward tal-IDB, mhux biss hija involuta fi proċeduri li kontra l-UE, iżda wkoll fi proċeduri istitwiti kontra Stati Membri individwali. Hawn wieħed jista’ jinnota similarità mal-istrateġija għar-riżoluzzjoni tat-tilwim fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, li fiha l-UE tkun involuta f'kawżi li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħha, iżda li jkunu ġew istitwiti kontra Stati Membri individwali

 

 

PROĊEDURA

Titolu

Arranġamenti tranżizzjonali għal ftehimiet bilaterali ta’ investiment bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi

Referenzi

COM(2010)0344 – C7-0172/2010 – 2010/0197(COD)

Kumitat responsabbli

INTA

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

7.9.2010

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

David Casa

6.9.2010

 

 

Eżami fil-kumitat

10.1.2011

10.2.2011

 

 

Data tal-adozzjoni

28.2.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Pascal Canfin, Nikolaos Chountis, George Sabin Cutaş, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Markus Ferber, Vicky Ford, Ildikó Gáll-Pelcz, Jean-Paul Gauzès, Sylvie Goulard, Gunnar Hökmark, Wolf Klinz, Jürgen Klute, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Philippe Lamberts, Werner Langen, Astrid Lulling, Hans-Peter Martin, Ivari Padar, Anni Podimata, Antolín Sánchez Presedo, Edward Scicluna, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Corien Wortmann-Kool

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, David Casa, Sari Essayah, Robert Goebbels, Carl Haglund, Olle Ludvigsson, Gay Mitchell, Gianluca Susta

 

 

PROĊEDURA

Titolu

Arranġamenti tranżizzjonali għal ftehimiet bilaterali ta’ investiment bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi

Referenzi

COM(2010)0344 – C7-0172/2010 – 2010/0197(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

7.7.2010

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

7.9.2010

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

7.9.2010

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Carl Schlyter

17.3.2010

 

 

Eżami fil-kumitat

30.8.2010

2.12.2010

25.1.2011

3.3.2011

Data tal-adozzjoni

13.4.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

13

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, Kader Arif, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Marielle De Sarnez, Christofer Fjellner, Metin Kazak, Bernd Lange, David Martin, Emilio Menéndez del Valle, Vital Moreira, Paul Murphy, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Gianluca Susta, Keith Taylor, Iuliu Winkler, Pablo Zalba Bidegain, Paweł Zalewski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Catherine Bearder, George Sabin Cutaş, Mário David, Elisabeth Köstinger, Jörg Leichtfried, Carl Schlyter

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Sajjad Karim, Véronique Mathieu

Data tat-tressiq

15.4.2011

 

 

[1]* Emendi: test ġdid jew emendat huwa indikat b’tipa korsiva qawwija; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
[2]  ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.
[3]   ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.