Dokument ta' sessjoni

 

A7-0157/2011

4.5.2011

***I

RAPPORT

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Armi tan-Nar u jistabbilixxi awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni, l-importazzjoni u miżuri ta' transitu għall-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom u l-munizzjon

( COM(2010)0273 – C7‑0138/2010 – 2010/0147(COD) )

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Relatur Salvatore Iacolino

 

PR_COD_1amCom

 

 

Tifsira tas-simboli użati

  *  Proċedura ta’ konsultazzjoni

  ***  Proċedura ta’ approvazzjoni

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

 

(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)

 

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta’ att

Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.

 

L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].

 

 

 

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  5

NOTA SPJEGATTIVA  19

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAL-LIBERTAJIET ĊIVILI , IL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN  22

PROĊEDURA  40

 

 

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Armi tan-Nar u jistabbilixxi awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni, l-importazzjoni u miżuri ta' transitu għall-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom u l-munizzjon

( COM(2010)0273 – C7‑0138/2010 – 2010/0147(COD) )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill ( COM(2010)0273 ),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li skonthom il-Kummissjoni ressqet proposta lill-Parlament (C7-0138/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, Ġustizzja u l-Affarijiet Interni ( A7-0157/2011 ),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

 

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 18 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dan ir-Regolament huwa konsistenti ma’ dispożizzjonijiet relevanti oħrajn dwar l-armi tan-nar, partijiet, komponenti essenzjali u munizzjon għal użu militari, strateġiji ta’ sigurtà, traffikar illeċitu ta’ armi żgħar u armi leġġeri, inkluża l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta’ Diċembru 2008;

 

Emenda    2

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 14 – punt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) l-armi tan-nar ma jkunux immarkati skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 91/477/KEE, jew

(ii) l-armi tan-nar ma jkunux immarkati skont l-Artikolu 4(1) u 4(2) tad-Direttiva 91/477/KEE, jew

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tqis l-emenda tad-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE li tinsab fid-Direttiva 2008/51/KE fir-rigward tar-rekwiżit tal-immarkar.

 

 

Emenda    3

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. 'partijiet u komponenti essenzjali' tfisser kwalunkwe element jew element ta' sostituzzjoni mfassal apposta għal arma tan-nar u li jkun essenzjali sabiex din taħdem, inklużi l-kanna, il-frame jew ir-receiver, is-slide jew iċ-ċilindru, il-bolt jew il-breech block, u kwalunkwe apparat imfassal jew adattat biex inaqqas il-ħoss ikkawżat mill-isparar ta' arma tan-nar.

2. ‘partijiet’: tfisser kwalunkwe element jew element ta' sostituzzjoni mfassal apposta għal arma tan-nar u li jkun essenzjali sabiex din taħdem, inklużi l-kanna, il-frame jew ir-receiver, is-slide jew iċ-ċilindru, il-bolt jew il-breech block, u kwalunkwe apparat imfassal jew adattat biex inaqqas il-ħoss ikkawżat mill-isparar ta' arma tan-nar.

'Komponent essenzjali' tfisser il-mekkaniżmu tal-għeluq, iċ-chamber u l-kanna ta' l-arma tan-nar, li filwaqt li huma separati, huma inklużi fil-kategorija ta' l-armi tan-nar fejn huma jew huma maħsuba li jiġu mmuntati;

 

Ġustifikazzjoni

 

Jeħtieġ li d-definizzjonijiet fit-test leġislattiv attwali tal-UE jiġu armominazzti, b’mod partikolari d-Direttiva 2008/51/KE, li tinkludi tifsiriet differenti għal “partijiet” u “komponenti essenzjali”.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - paragrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. 'Komponent essenzjali' tfisser il-mekkaniżmu tal-għeluq, iċ-chamber u l-kanna ta' l-arma tan-nar, li filwaqt li huma separati, huma inklużi fil-kategorija ta' l-armi tan-nar fejn huma jew huma maħsuba li jiġu mmuntati;

Ġustifikazzjoni

 

Jeħtieġ li d-definizzjonijiet fit-test leġislattiv attwali tal-UE jiġu armominazzti, b’mod partikolari d-Direttiva 2008/51/KE, li tinkludi tifsiriet differenti għal “partijiet” u “komponenti essenzjali”.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

12. 'awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni' tfisser awtorizzazzjoni mogħtija lil esportatur speċifiku għal utent aħħari jew destinatarju wieħed f'pajjiż terz u tkopri arma tan-nar jew aktar, il-partijiet u komponenti tagħhom u l-munizzjon;

12. "awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni": tfisser awtorizzazzjoni mogħtija lil esportatur speċifiku għal utent aħħari jew destinatarju wieħed f'pajjiż terz u tkopri arma tan-nar jew aktar, il-partijiet u komponenti essenzjali tagħhom u l-munizzjon;

Ġustifikazzjoni

 

Din l-emenda hija koerenti ma’ dik imressqa għall-Artikolu 2, paragrafu 2.

 

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

13. 'awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni multipla' tfisser awtorizzazzjoni mogħtija lil esportatur speċifiku għal utent aħħari jew destinatarju wieħed f'pajjiż terz u tkopri arma tan-nar jew aktar, il-partijiet u komponenti tagħhom u l-munizzjon;

13. “awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni multipla”: tfisser awtorizzazzjoni mogħtija lil esportatur speċifiku għal utent aħħari jew destinatarju wieħed f'pajjiż terz u tkopri arma tan-nar jew aktar, il-partijiet u komponenti essenzjali tagħhom u l-munizzjon;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija koerenti ma’ dik imressqa għall-Artikolu 2, paragrafu 2.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt g

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) vjeġġi bil-baħar u minn ġo portijiet ta' pajjiżi terzi, sakemm ma jkunx hemm trasbordi jew tibdil fil-mezz ta' trasport.

(g) vjeġġi bl-ajru jew bil-baħar u minn ġo ajruporti jew portijiet ta' pajjiżi terzi, sakemm ma jkunx hemm trasbordi jew tibdil fil-mezz ta' trasport, u biss f’każijiet ta’ transitu msemmija fl-Artikolu 5(1)(b).

Ġustifikazzjoni

 

Il-kunsinji bl-ajru mingħajr trasbord jew bidla fil-mezz ta’ trasport għandhom jiġu eżentati bħall-kunsinji bil-baħar.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Qabel ma joħroġ awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni jew awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni multipla għall-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom u munizzjon, l-Istat Membru kkonċernat għandu jivverifika li:

1. Qabel ma toħroġ awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni jew awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni multipla għall-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti essenzjali tagħhom u munizzjon, l-Istat Membru kkonċernat għandu jivverifika li:

(a) il-pajjiż terz li jimporta jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni relevanti u,

(a) il-pajjiż terz li jimporta jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni relevanti u,

(b) il-pajjiżi terzi ta' transitu, jekk hemm, ikunu taw in-notifika bil-miktub – u sa mhux aktar tard mid-data tal-kunsinja – li ma għandhom ebda oġġezzjoni għat-transitu.

(b) il-pajjiżi terzi ta' transitu, jekk hemm, ikunu taw in-notifika bil-miktub – u sa mhux aktar tard mid-data tal-kunsinja – li ma għandhom ebda oġġezzjoni għat-transitu.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija koerenti ma’ dik imressqa għall-Artikolu 2, paragrafu 2.

 

 

 

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-pajjiż terz li jimporta jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni relevanti u,

(a) il-pajjiż terz li jimporta jkun awtorizza l-importazzjoni relevanti u,

 

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jekk ma jaslu ebda oġġezzjonijiet għat-transitu fi żmien għoxrin jum xogħol mill-jum tat-talba bil-miktub għall–approvazzjoni għat-transitu ppreżentata mill-esportatur, il-pajjiż terz ta' transitu kkonsultat għandu jiġi kkunsidrat li ma għandu ebda oġġezzjoni u li ta l-kunsens taċitu tiegħu għat-transitu.

2. Jekk ma jaslu ebda oġġezzjonijiet għat-transitu fi żmien għoxrin jum kalendarju mill-jum tat-talba bil-miktub għall-awtorizzazzjoni għat-transitu ippreżentata mill-esportatur, il-pajjiż terz ta' transitu kkonsultat għandu jiġi kkunsidrat li ma għandu ebda oġġezzjoni u li ta l-kunsens taċitu tiegħu għat-transitu.

 

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jipproċessaw it-talbiet għall-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni jew esportazzjoni multipla fi żmien perjodu determinat mill-liġi jew il-prattika tal-pajjiż, li f'kull każ ma għandhiex taqbeż id-disgħin jum xogħol.

4. L-Istati Membri għandhom jipproċessaw it-talbiet għall-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni jew esportazzjoni multipla fi żmien perjodu determinat mill-liġi jew il-prattika tal-pajjiż, li f'kull każ ma għandhiex taqbeż is-sittin jum xogħol, mid-data li fiha lill-awtoritajiet kompetenti tkun ingħatatilhom l-informazzjoni kollha rikjesta.

Ġustifikazzjoni

 

It-tnaqqis fit-tul ta’ żmien meħud għall-kunsiderazzjoni tat-talbiet ta’ awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni għandu l-għan li jħaffef il-proċeduri amministrattivi u burokratiċi, biex b’hekk jippermetti ppjanar aħajr tal-attivitajiet min-naħa tal-operaturi tas-settur.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-perjodu ta' validità ta' awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni jew esportazzjoni multipla għandha tiġi deċiża mill-Istati Membri, iżda ma għandux ikun inqas minn tnax-il xahar.

5. Il-perjodu ta' validità ta' awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni għandu jiġi deċiż mill-Istati Membri. Dan il-perjodu ta’ validità m’għandux ikun anqas minn tnax-il xahar u mhux anqas minn erbgħa u għoxrin xahar f’każ ta’ kunsinji multipli.

Ġustifikazzjoni

 

Iż-żieda aktar fit-tul tal-perjodu ta' awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni jnaqqas l-obbligi amministrattivi kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-operaturi li jwettqu l-kunsinji, b'mod aktar kontinwu u fit-tul.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-Istati Membri jidtgħu jiddeċiedu li jagħmlu użu minn dokumenti elettroniċi għall-għan ta' pproċessar tat-talbiet għall-awtoritzzazzjoni.

6. L-Istati Membri jistgħu jippromwovu użu aktar qawwi ta' teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni bil-għan li tingħata spinta lill-kompetittività u l-effikaċja tas-sistema. B’mod partikolari, jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu użu minn dokumenti elettroniċi għall-għan ta' pproċessar tat-talbiet għall-awtoritzzazzjoni.

Ġustifikazzjoni

 

Użu aktar qawwi ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni jorbot mal-Istrateġija 2020 għal tkabbir intelliġenti bbażat fuq l-innovazzjoni.

 

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-fini ta' traċċar, l-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni jew esportazzjoni multipla, u l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni u dokumentazzjoni mehmuża għandhom flimkien jinkludu informazzjoni li tinkludi:

1. Għall-fini ta' traċċar, l-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni jew esportazzjoni multipla, u l-liċenzji għall-importazzjoni jew l-awtorizzazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni jew għall-importazzjoni u dokumentazzjoni mehmuża għandhom flimkien jinkludu informazzjoni li tinkludi:

Ġustifikazzjoni

Hemm rekwiżit ċar li ssir distinzjoni fit-test li kemm il-liċenzji tal-importazzjoni u kemm forom oħrajn ta’ awtorizzazzjoni għall-importazzjoni jintużaw bħala sostenn għar-rekwiżiti tat-tracing. Kif spjegat fl-Emenda 6, l-esperjenza tagħna tal-operazzjoni tas-sistema tal-liċenzja turi li ċerti destinazzjonijiet ma joperawx reġim ta' liċenzji ta' importazzjoni u għalhekk hija meħtieġa dipendenza minn forom oħrajn ta’ dokumentazzjoni. L-użu ġeneriku ta' "awtorizzazzjoni għall-importazzjoni” mhux ċar biżżejjed. Dan l-approċċ huwa konsistenti mat-test użat fl-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-NU dwar l-Armi tan-Nar.

 

 

 

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) deskrizzjoni u l-kwantità ta' armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom u minizzjon, inkluż il-marka applikat mal-armi tan-nar.

(h) deskrizzjoni u l-kwantità ta' armi tan-nar, il-partijiet essenzjali tagħhom u munizzjon.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija koerenti ma’ dik imressqa għall-Artikolu 2, paragrafu 2.

 

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-informazzjoni msemmija f'paragrafu 1, jekk inkluża fl-awtorizzazzjoni, għandha tiġi pprovduta mill-esportatur bil-quddiem lill-pajjiżi terzi ta' transitu, l-aktar tard qabel jitlaq il-vjeġġ.

2. L-informazzjoni msemmija f'paragrafu 1, jekk inkluża fil-liċenzja għall-importazzjoni jew fl-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni, għandha tiġi pprovduta mill-esportatur bil-quddiem lill-pajjiżi terzi ta' transitu, l-aktar tard qabel jitlaq il-vjeġġ.

Ġustifikazzjoni

Ċerti destinazzjonijiet ma joħorġux liċenzja għall-importazzjoni u hija meħtieġa d-dipendenza mill-awtoritazzjonijiet għall-importazzjoni. L-użu ta’ “awtorizzazzjoni għall-importanza” mhux ċar biżżejjed f’dawn iċ-ċirkostanzi u jirrikjedi kjarifika.

 

 

 

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-proċeduri ssemplifikati stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4 għandhom japplikaw għall-esportazzjoni temporanja ta' armi tan-nar għal raġunijiet legali verifikabbli, li jinkludu l-kaċċa, sparar bħala sport, stima, wirjiet u tiswija.

1. Il-proċeduri ssemplifikati stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4 għandhom japplikaw għall-esportazzjoni temporanja ta' armi tan-nar, tal-partijiet essenzjali tagħhom jew tal-munizzjon għal raġunijiet legali verifikabbli, bħalma huma l-kaċċa, sparar bħala sport, stima u tiswija.

Ġustifikazzjoni

 

 

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-miżuri ta' transitu kif stabbiliti minn dan ir-Regolament ma japplikawx għal-esportazzjonijiet temporanji.

2. Il-miżuri ta' transitu kif stabbiliti minn dan ir-Regolament ma japplikawx għal-esportazzjonijiet temporanji għal raġunijiet legali verifikabbli, li jinkludu l-kaċċa, l-isparar bħala sport, stima, wirjiet u tiswija.

Ġustifikazzjoni

 

 

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta jitilqu territorju doganali tal-Unjoni minn punt ta' qsim tal-fruntiera esterna tal-Istat Membru tar-residenza tagħhom, għall-esportazzjoni temporanja ta' arma tan-nar jew aktar matul vjaġġ f'pajjiż terz, il-kaċċaturi u dilettanti tal-isparar jistgħu jipproduċu pass Ewropew tal-armi tan-nar skont l-Artikoli 1 u 12 tad-Direttiva 91/477/KEE, permess nazzjonali għall-kaċċa, jew dokument nazzjonali validu ieħor maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza tagħhom.

3. Meta jitilqu minn jew jirritornaw lejn territorju doganali tal-Unjoni minn punt ta' qsim tal-fruntiera esterna tal-Istat Membru tar-residenza tagħhom, għall-esportazzjoni temporanja ta' arma tan-nar, tal-partijiet essenzjali tagħhom jew tal-munizzjon aktar matul vjaġġ f'pajjiż terz, il-kaċċaturi u dilettanti tal-isparar li jużaw il-proċedura ssemplifikata għandhom jipproduċu pass Ewropew tal-armi tan-nar skont l-Artikoli 1 u 12 tad-Direttiva 91/477/KEE jew permess nazzjonali għall-kaċċa, jew dokument nazzjonali validu ieħor maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza tagħhom.

 

Ġustifikazzjoni

 

 

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4 - subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Meta jitilqu territorju doganali tal-Unjoni minn punt ta' qsim tal-fruntiera esterna tal-Istat Membru li mhuwiex dak tar-residenza tagħhom, għall-esportazzjoni temporanja ta' arma tan-nar jew aktar matul vjaġġ f'pajjiż terz, il-kaċċaturi u dilettanti tal-isparar jistgħu jipproduċu pass validu Ewropew tal-armi tan-nar maħruġ skont l-Artikoli 1 u 12 tad-Direttiva 91/477/KEE mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza tagħhom.

4. Meta jitilqu minn jew jirritornaw lejn territorju doganali tal-Unjoni minn punt ta' qsim tal-fruntiera esterna tal-Istat Membru li mhuwiex dak tar-residenza tagħhom, għall-esportazzjoni temporanja ta' arma tan-nar jew aktar matul vjaġġ f'pajjiż terz, il-kaċċaturi u dilettanti tal-isparar li jużaw il-proċedura ssemplifikata għandhom jipproduċu bħala dokument waħdieni pass Ewropew tal-armi tan-nar maħruġ skont l-Artikoli 1 u 12 tad-Direttiva 91/477/KEE mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza tagħhom.

Ġustifikazzjoni

 

 

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4 - subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih hemm il-punt tal-qsim tal-fruntiera esterna tal-Unjoni għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' residenza tal-kaċċatur jew dilettant tal-isparar li ħarġet il-pass Ewropew tal-Armi tan-Nar bid-data tal-esportazzjoni temporanja, il-kwantità ta' armi tan-nar li ġew esportati temporanjament u d-data ta' ritorn prospettiva, kid iddikjarata mill-kaċċatur jew mid-dilettant tal-isparar fil-mument tal-esportazzjoni temporanja.

F’każ ta’ suspett raġonevoli, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih hemm il-punt tal-qsim tal-fruntiera esterna tal-Unjoni għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' residenza tal-kaċċatur jew dilettant tal-isparar li ħarġet il-pass Ewropew tal-Armi tan-Nar bid-data tal-esportazzjoni temporanja, il-kwantità ta' armi tan-nar li ġew esportati temporanjament u d-data ta' ritorn prospettiva, kid iddikjarata mill-kaċċatur jew mid-dilettant tal-isparar fil-mument tal-esportazzjoni temporanja.

Ġustifikazzjoni

 

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Jirrifjutaw li joħorġu awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni jew esportazzjoni multipla jekk il-persuna naturali jew legali li tkun qed għal tali awtorizzazzjoni jkollha rekords preċedenti kriminali rigward it-traffikar illegali ta' armi tan-nar, il-parijiet u komponenti essenzjali taghħom jew minizzjon, jew ta' reati serji oħra;

(a) Jirrifjutaw li joħorġu awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni jew esportazzjoni multipla jekk il-persuna naturali jew legali li tkun qed titlob għal tali awtorizzazzjoni jkollha rekords preċedenti kriminali rigward it-traffikar illegali ta' armi tan-nar, il-partijiet u komponenti essenzjali taghħom jew munizzjon, jew reati oħra stipulati fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri1;

 

________

ĠU L 19, 18.7.2002, p.1.

Ġustifikazzjoni

 

La definizione di "reato grave" può dare adito a interpretazioni discordanti tra Stati membri. Pertanto si ritiene utile il riferimento alla legislazione UE esistente, in particolare alla decisione quadro del Consiglio relativa al mandato d'arresto europeo e alle procedure di consegna tra Stati membri ((2002/584/GAI, poi modificata con decisione quadro del Consiglio 2009/299/JHA. All'art.2 par. 2 della sopracitata decisione quadro si elenca una serie di reati per i quali vengono comminate sanzioni che privano dalla libertà per almeno tre anni. La natura di questi reati suggerisce la negazione dell'autorizzazione di esportazione di armi da fuoco.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Stati Membri jistgħu jitolbu lill-pajjiż terz importatur biex jikkonferma li l-kunsinja li tkun telqet ta' armi tan-nar, il-partijiet u l-kompenenti essenzjali tagħhom u l-munizzjon tkun waslet.

1. Stati Membri għandhom jitolbu lill-pajjiż terz importatur biex jikkonferma li l-kunsinja li tkun telqet ta' armi tan-nar, il-partijiet u l-kompenenti essenzjali tagħhom jew il-munizzjon tkun waslet.

 

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom – safejn possibbli – jieħdu tali miżuri kif meħtieġ biex jiżguraw li l-proċeduri ta' awtorizzazzjoni jkunu siguri u li d-dokumenti ta' awtentiċità tal-awtorizzazzjoni jistgħu jkunu vverifikati jew ivvalidati.

L-Istati Membri għandhom jivverifikaw jew jikkonvalidaw, inkluż permezz ta' kanali diplomatiċi, l-awtentiċità tal-awtorizzazzjonijiet.

 

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-verifika u l-validazzjoni jistgħu wkoll, fejn xieraq, jiġu żgurati permezz tal-mezzi diplomatiċi.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għat-test hija maħsuba biex il-proċeduri jsiru bla intoppi, jiġi ssemplifikat it-test u l-użu tiegħu jsir aktar faċli għall-kummerċjanti.

 

 

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Kull ħames snin il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tiegħu, li jista’ jinkludi proposti biex jiġi emendat. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha adatta għat-tħejjija tar-rapport.

3. Ħames snin wara li jkun daħal fis-seħħ u mbagħad kull għaxar snin wara, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tiegħu, li jista’ jinkludi proposti biex jiġi emendat. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha adatta għat-tħejjija tar-rapport.

 

 

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 20

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-mija u għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ wara 18-il xahar wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

Ġustifikazzjoni

 

 

NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta għal regolament imressqa mill-Kummissjoni f’Mejju 2010 tiffoka fuq l-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tal-Protokoll tal-NU kontra l-immanufatturar u t-traffikar illeċitu f'Armi tan-nar, il-partijiet u komponenti tagħhom u munizzjoni (minn hawn ‘il quddiem imsemmi l-“Protokoll tan-NU” jew l-“UNFP”).

 

Il-Protokoll ġie adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti bħala protokoll supplimentari għall-Konvenzjoni tan-NU kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali, f’Mejju 2001. Il-Protokoll daħal fis-seħħ fit-3 ta’ Ġunju 2005, wara li kien ratifikat minn erbgħin pajjiż, u jirrappreżenta l-ewwel strument obbligatorju adottat fil-livell dinji għall-armi tan-nar.

 

Il-Kummissjoni nnegozjat u ffirmat l-UNFP fl-2002 f’isem il-Komunità Ewropea, fuq mandat tal-Kunsill u fil-Komunikazzjoni tagħha tat-18 ta' Lulju 2005 ħabbret il-ħsieb tagħha li ttemm il-proċess ta’ ratifika bit-trasponiment tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10 tal-UNFP li jistipula “l-ħtiġijiet ġenerali għal-liċenzjar ta’ esportazzjoni, l-importazzjoni u transitu jew sistemi ta’ awtorizzazzjoni”.

 

Sal-lum il-Protokoll tan-NU ġie ratifikat minn 83 pajjiż (fosthom 13-il Stat Membru tal-UE: il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, l-Estonja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja u Spanja), u ġie ffirmat minn 52 pajjiż (fosthom il-Komunità Ewropea u 9 Stati Membri tal-UE: l-Awstrija, id-Danimarka, il-Finlandja, il-Ġermanja, il-Greċja, il-Lussemburgu, il-Portugall, l-Isvezja u r-Renju Unit), u għadu ma ġiex ratifikat u ffirmat minn ħafna pajjiżi (fosthom 5 Stati Membri tal-UE: ir-Repubblika Ċeka, Franza, l-Ungerija, l-Irlanda u Malta).

 

Ir-regolament jistipula reġim ta’ esportazzjoni mill-Istati Membri lejn pajjiżi terzi. Għaldaqstant l-adozzjoni tiegħu permezz ta' Proċedura Leġiżlattiva Ordinarja tippermetti l-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-NU fl-Istati Membri kollha, biex b’hekk fl-aħħar, tiġi stabbilita sistema unika għall-kummerċ, tal-partijiet, komponenti u muzzjoni tal-armi tan-nar madwar l-Unjoni Ewropea.

 

B’żieda mal-objettiv ġenerali ta’ armonizzazzjoni u semplifikazzjoni tal-proċeduri, ir-regolament għandu l-għan ukoll li jiġġieled kontra t-traffiku illegali ta’ armi tan-nar, bil-promozzjoni u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-Istati. Objettiv li sar aktar importanti bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru, 2009.



Il-proposta tittratta l-armi mhux awtomatiċi, il-partijiet u l-munizzjon tagħhom għall-użu ċivili (mhux militari) u l-kummerċ jew it-trasferiment sussegwenti tagħhom lejn pajjiżi terzi, inkluż pajjiżi mhux kontraenti tal-Protokoll tan-NU; l-elenku tal-punti li ser ikunu koperti mir-regolament jinsab fl-Anness 1.

 

It-test jistipula l-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni, l-importazzjoni u t-transitu ta’ dawn l-oġġetti lejn pajjiżi terzi L-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni għandha tingħata biss wara l-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni għall-importazzjoni mill-pajjiż terz u wara l-ħruġ ta’ notifika ta’ “ebda oġġezzjoni” min-naħa tal-Pajjiżi ta’ transitu. Ir-regolament jintroduċi proċedura innovattiva – il-kunsens taċitu – f’każ li pajjiż ta’ transitu ma jressaqx l-oġġezzjonijiet tiegħu fi żmien stipulat.

 

Ser jiġu żgurati proċeduri ssemplifikati għal ċerti tipi ta' esportazzjoni u għal ċerti kategoriji ta’ utenti, bħall-kaċċaturi jew dilettanti tal-isparar; l-Istati Membri għandhom jgħaddu setgħat adegwati lill-awtoritajiet kompetenti u għandhom jiddefinixxu s-sanzjonijiet għall-ksur tar-regolament; ir-Regolament jistipula wkoll il-ħolqien ta’ Grupp ta’ Koordinament għall-esportazzjonijiet tal-armi tan-nar.

 

L-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-Politika Kummerċjali Komuni, jirrappreżenta l-bażi ġuridika tal-proposta leġiżlattiva, li skont l-Artikolu 3 tat-Trattat ta’ Lisbona hi ta’ kompetenza esklussiva tal-Unjoni Ewropea.

 

Fl-analiżi tat-test ir-rapporteur iqis, kemm il-kwistjonijiet ta' sostenibilità tal-industrija kif ukoll dawk rigward is-sikurezza pubblika. Fil-fatt min-naħa l-waħda, l-implikazzjonijiet soċjoekonomiċi tal-implimentazzjoni tar-Regolament għandhom importanza qawwija. Is-settur tal-armi fl-Ewropa, fil-fatt, jammonta għal madwar EUR 694 miljun f’esportazzjonijiet u għal aktar minn EUR 220 miljun f'importazzjonijiet, u b'hekk jirrappreżenta sors qawwi ta' PGD u ta' impjiegi, li għandu jikkonforma mas-sistema ta’ produzzjoni. Min-naħa l-oħra, il-Programm ta’ Stokkolma jqis it-traffiku tal-armi bħala waħda mit-theddidiet għas-sikurezza interna tal-Unjoni Ewropea.

 

Il-valutazzjoni tal-impatt ippubblikata mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament turi żieda annwali ta’ bejn il-EUR 1.3 u l-EUR 1.6 miljun fl-ispejjeż tal-intrapriżi u tal-amministrazzjonijiet pubbliċi, dan jirriżulta f’nefqa totali ta’ bejn il-EUR 3.8 u l-EUR 4.6 miljun għal-liċenzji tal-armi tan-nar għall-użu ċivili.

 

Ir-rapporteur għaldaqstant jemmen li għandu jiffoka primarjament fuq il-ħeffa u l-effikaċja tal-proċeduri applikati għall-kummerċ tal-armi tan-nar.

 

Għandu jiġi enfasizzat ukoll li d-dewmien u l-ineffiċjenzi mill-amministrazzjoni nazzjonali partikolari ma għandhomx ixekklu il-kummerċ, iżda għandhom jitnaqqsu gradwalment permezz ta’ skambju korrett tal-aħjar prattiki fost l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

 

Madankollu t-test propost mill-Kummissjoni ġeneralment jidher ibbilanċjat u għandu jiġi approvat b'xi emendi.

 

B’mod partikolari fir-rigward tal-Kapitolu I (Għan, Definizzjonijiet u Ambitu) ir-rapporteur evalwa b’attenzjoni l-possibilità li jitwettqu xi emendi, għalissa fuq il-livell testwali, biex id-definizzjonijiet isiru aktar adegwati, ċari u teknikament validi. Għalhekk ir-rapporteur ħaseb li jiċċara aktar id-differenza bejn il-partijiet u komponenti biex din tikkonforma mal-leġiżlazzjoni attwali tal-UE, b’mod partikolari d-Direttiva 2008/51/KE tal-Parlament u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 91/477/KEE tal-Kunsill, dwar il-kontroll, l-akkwist u l-pussess tal-armi.

 

Barra minn hekk, b’referenza għall-eċċezzjonijiet elenkati fit-test tal-Artikolu 3, ir-rapporteur jikkunsidra li l-kunsinji bl-ajru bl-użu ta’ ajruporti ta’ pajjiżi terzi, bħal dawk stipulati għall-kunsinji bil-baħar, għandhom ukoll jiġu eżentati, sakemm ma jkunx hemm trasbord jew bidla ta’ mezz ta’ trasport.

 

B’referenza għad-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-proċeduri proposti mill-Kummissjoni (Awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni, proċeduri u kontrolli, Artikoli 4-14) madankollu, ġiet nnutata l-ħtieġa ta’ intervent rigward il-perjodu ta’ stennija għall-ipproċċessar tal-applikazzjoni għall-esportazzjoni min-naħa tal-Istati Membri (bejn sittin u disgħin ġurnata ta’ xogħol) u l-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni għal esportazzjoni multipla (minn 12 sa 18-il xahar), sabiex il-proċeduri jitħaffu u jkunu anqas stretti għall-operaturi tas-settur.

 

Ir-rapporteur ipprova jiċċara it-test fit-taqsima dwar il-proċeduri semplifikati għall-esportazzjoni temporanja. Il-proċeduri ta’ transitu normali ma japplikawx fil-każ tal-kaċċa, l-isparar għad-dilettanti, evalwazzjoni, wirjiet u tiswija. Il-kaċċaturi u d-dilettanti tal-isparar jistgħu jibbenefikaw minn semplifikazzjonijiet ulterjuri għall-esportazzjonijiet temporanji marbutin mat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ rikreazzjoni. Madankollu, l-attivitajiet ta’ evalwazzjoni, wirjiet jew tiswija, għadhom esposti wisq għal riskju ta’ abbuż, inkluż it-traffiku illegali ta' armi tan-nar, li l-Protokoll tan-NU beħsiebu jittratta.

 

Ir-rapporteur jissuġġerixxi, li biex ikun hemm ċertezza ġuridika aktar b’saħħitha, il-kunċett ta’ reat, diġà definit fl-Artikolu 9, għandu jiġi estiż billi ssir referenza diretta għal-lista ta’ reati stipulati fid-Direttiva Qafas tal-Kunsill dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (2002/584/ĠAI, emendata b’deċiżjoni qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI). In-natura tar-reati msemmija hawn fuq, u l-gravità tal-pieni ta’ kustodja li jingħataw normalment, ma jħallu l-ebda dubju dwar l-inkompatibilità tal-parteċipazzjoni tal-ħatja f’attivitajiet ta' esportazzjoni tal-armi tan-nar u konsegwentement tal-mekkaniżmu ta’ inibizzjoni.

 

Ir-rapporteur jtenni l-importanza li l-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-NU jiġi implimentat fl-Istati Membri kollha, sabiex il-proċeduri jiġu armonizzati u biex fl-aħħar tinħoloq sistema komuni għall-kummerċ tal-armi tan-nar.

1.3.2011

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAL-LIBERTAJIET ĊIVILI , IL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Armi tan-Nar u jistabbilixxi awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni, l-importazzjoni u miżuri ta' transitu għall-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom u l-munizzjon

( COM(2010)0273 – C7‑0138/2010 – 2010/0147(COD) )

Rapporteur għal opinjoni: Véronique Mathieu

 

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Din il-proposta għal regolament tindirizza l-bżonn għall-Unjoni Ewropea li tittrasponi fil-liġi tal-Unjoni l-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Manifattura u t-Traffikar Illegali tal-Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti Tagħhom u Munizzjon, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali.

Il-Protokoll tan-NU, innegozjat u ffirmat mill-Kummissjoni fis-16 ta' Jannar 2002 f'isem il-Komunità Ewropea, jipprevedi fl-Artikolu 10 tiegħu t-tisħiħ tal-kontrolli fuq l-esportazzjoni, l-importazzjoni u l-miżuri ta' transitu lejn pajjiż terz ta' armi tan-nar b'użu ċivili, kif ukoll il-partijiet, il-komponenti u l-munizzjon tagħhom. L-Artikolu 10 jipprovdi li kull Stat kontraenti għandu jistabbilixxi jew iżżomm sistema effettiva ta' liċenzjar jew awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni u l-importazzjoni, kif ukoll ta' miżuri ta' transitu internazzjonali għat-trasferiment tal-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom u l-munizzjon.

Bħalisssa, il-liġijiet nazzjonali fis-seħħ fil-qasam tal-esportazzjoni, l-importazzjoni u t-transitu extraKomunitarji ta' armi tan-nar b'użu ċivili jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor. Il-Protokoll jistabbilixxi sensiela ta' miżuri riprodotti f'din il-proposta għal regolament li jistabbilixxi prinċipji unformi għall-Istati Membri kollha. L-għan essenzjali ta' dawn il-miżuri kollha huwa li tissaħħaħ il-ġlieda kontra t-traffikar illegali tal-armi tan-nar permezz ta' kontrolli aktar stretti fuq it-trasferimenti legali u billi tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali.

Ir-Rapporteur hija tal-opinjoni li huwa importanti li tiżdied is-sigurtà interna fl-Unjoni Ewropea billi jitnaqqsu r-riskji ta' devjazzjoni tal-armi tan-nar mis-suq legali tal-armi tan-nar. Il-Programm ta' Stokkolma jelenka t-traffikar tal-armi fost waħda mill-attivitajiet illegali li jheddu s-sigurtà interna tal-Unjoni u din il-proposta għal regolament sempliċiment timplimenta il-Programm ta' Stokkolma. Mandankollu, dan ma jistax iseħħ għad-detriment tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju Ewropej stabbiliti fis-suq tal-armi tan-nar. L-adozzjoni ta' miżuri armonizzati fil-livell tal-UE ma għandhiex twassal ukoll għall-adozzjoni ta' piżijiet amministrattivi inutli u eċċessivi li jistgħu jikkawżaw ħsara lill-kompetittività tal-industrija tal-UE. Peress li l-Unjoni Ewropea bħalissa għaddejja minn kriżi ekonomika li qatt ma għaddiet minnha qabel, huwa importanti li jiġi evitat li l-SMEs stabbiliti fl-UE jiġu suġġetti għal piżijiet amministrattivi addizzjonali, ħalli jkunu jistgħu jikkompetu f'kundizzjonijiet ugwali ma' impriżi stabbiliti f'pajjiżi terzi.

F'dan ir-rigward, ir-Rapporteur tilqa' l-introduzzjoni ta' proċeduri ssimplifikati fil-proposta għal regolament, iżda tqis li dawn il-proċeduri għandhom japplikaw għal kull każ ta' esportazzjoni temporanja tal-armi tan-nar għal skopijiet legali verifikabbli, inklużi l-evalwazzjoni, il-wirja u t-tiswija tagħhom. Dawn l-esportazzjonijiet huma diġà suġġetti għal-leġiżlazzjoni eżistenti fil-qasam ta' kontrolli doganali u għandhom ikun eżenti minn kull piż amministrattiv inutli.

Ir-Rapporteur tilqa' wkoll l-eżistenza ta' terminu ta' żmien massimu għall-ipproċessar tat-talbiet ta' awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni. Jidhrilha neċessarju mandankollu li dan it-terminu jitqassar għal sittin jum kalendarju ħalli jiġi evitat li jittawlu inutilment il-proċeduri ta' esportazzjoni u ħalli jiġi evitat li l-kompetittività tal-impriżi Ewropej tkun affettwata ħażin meta mqabbla ma' impriżi kompetittivi stabbiliti f'pajjiżi terzi li ta' spiss jibbenefikaw minn termini ta' ħruġ ta' awtorizzazzjoni qosra ħafna.

 

Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur tqis li t-terminu inizjali ta' 120 jum previst għad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament mhuwiex realistiku u tipproponi terminu ta' sitta u tletin xhar.

EMENDI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Artikolu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar l-awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni, u l-miżuri ta' importazzjoni u transitu ta' armi tan-nar, il-partijiet u kompoenti essenzjali tagħhom u munizzjon, bil-għan li jiġi implimentat l-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Manifattura Illegali u t-Traffikar tal-Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti Tagħhom u munizzjon, u jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Orgaizzata Transnazzjonali (minn hawn 'il quddiem "il-Protokoll tan-NU dwar l-Armi tan-Nar").

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar l-awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni, u l-miżuri ta' importazzjoni u transitu ta' armi tan-nar, il-partijiet essenzjali tagħhom u munizzjon, bil-għan li jiġi implimentat l-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Manifattura u t-Traffikar Illegali tal-Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti Tagħhom u munizzjon, u jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Orgaizzata Transnazzjonali (minn hawn 'il quddiem "il-Protokoll tan-NU dwar l-Armi tan-Nar").

 

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv inkwistjoni kollu: l-adozzjoni tagħha se tinvolvi bidliet tekniċi fit-test kollu)

 

Emenda    2

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. 'partijiet u komponenti essenzjali' tfisser kwalunkwe element jew element ta' sostituzzjoni mfassal apposta għal arma tan-nar u li jkun essenzjali sabiex din taħdem, inklużi l-kanna, il-frame jew ir-receiver, is-slide jew iċ-ċilindru, il-bolt jew il-breech block, u kwalunkwe apparat imfassal jew adattat biex inaqqas il-ħoss ikkawżat mill-isparar ta' arma tan-nar.

2. 'partijiet essenzjali' tfisser kwalunkwe element jew element ta' sostituzzjoni mfassal apposta għal arma tan-nar u li jkun essenzjali sabiex din taħdem, inklużi l-kanna, il-frame jew ir-receiver, is-slide jew iċ-ċilindru, il-bolt jew il-breech block, u kwalunkwe apparat imfassal jew adattat biex inaqqas il-ħoss ikkawżat mill-isparar ta' arma tan-nar.

'Komponent essenzjali' tfisser il-mekkaniżmu tal-għeluq, iċ-chamber u l-kanna ta' l-arma tan-nar, li filwaqt li huma separati, huma inklużi fil-kategorija ta' l-armi tan-nar fejn huma jew huma maħsuba li jiġu mmuntati;

 

Ġustifikazzjoni

It-termini "partijiet u komponenti" huma sinomini. Id-definizzjoni ta' "elementi essenzjali" għandha titħassar. Il-partijiet kollha ta' arma tan-nar huma neċessarjament koperti mid-definizzjoni preċedenti u, f'termini tekniċi, dan huwa żbaljat peress li l-kunċett ta' għeluq tal-mekkaniżmu ma jistax jiġi ddefinit. Dan in-nuqqas ta' preċiżjoni joħloq ir-riskju li jiġu inklużi f'din id-definizzjoni bħala partijiet essenzjali partijiet standard żgħar li jagħmlu parti mill-mekkaniżmu tal-għeluq (pinns, vitijiet eċċ) li ma jirrpreżentaw l-ebda periklu għas-sigurtà pubblika u li mhumiex partijiet essenzjali tal-arma.

 

Emenda    3

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. 'munizzjon' tfisser ir-round sħiħ jew il-komponenti tiegħu, inklużi l-kaxxi ta' l-iskrataċ, il-kaps, il-porvli tal-propellant, il-balal jew il-projettili, li jintużaw f’arma tan-nar, sakemm dawk il-komponenti stess ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni fl-Istat Membru rilevanti;

3. 'munizzjon' tfisser ir-round sħiħ, kif użat f'arma tan-nar, li jinkludi l-kaxxi tal-iskrataċ, il-kaps, il-porvli tal-propellant u l-projettili;

Ġustifikazzjoni

Il-porvli tal-propellant biss jeħtieġu awtorizzazzjoni fil-livell Komunitarju (Direttiva 93/15/KEE et seq).

Il-komponenti inerenti u l-kaps ma jippreżentaw l-ebda periklu kemm fil-livell ta' sigurtà kif ukoll fil-livell ta' sikurezza.

Għalhekk id-definizzjoni ta' munizzjon għandha tkopri biss il-kaxxa kompluta u lesta.

 

Emenda    4

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

13. 'awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni multipla' tfisser awtorizzazzjoni mogħtija lil esportatur speċifiku għal utent aħħari jew destinatarju wieħed f'pajjiż terz u tkopri arma tan-nar jew aktar, il-partijiet u komponenti tagħhom u l-munizzjon;

13. 'awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni multipla' tfisser awtorizzazzjoni mogħtija fuq talba lil esportatur speċifiku għal vjeġġi multipli għal utent aħħari wieħed jew aktar jew destinatarji u/jew f'pajjiż terz speċifiku wieħed jew aktar u tkopri arma tan-nar jew aktar, il-partijiet essenzjali tagħhom u l-munizzjon;

 

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 15 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

15a. 'pajjiz terz' tfisser pajjiż li jinsab barra mit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea.

 

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Tranżazzjonijiet Stat ma' Stat jew trasferimenti tal-Istat;

(a) Member Tranżazzjonijiet minn Stat Membru għal Stat Membru jew trasferimenti tal-Istati Membri;

 

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema preliminari għal-liċenzji tal-importazzjoni biex il-pajjiżi terzi jkunu jistgħu jimportaw l-armi tan-nar mill-UE.

 

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom idaħħlu sistema li tistabbilixxi r-rekwiżit għal liċenzja li tippermetti transitu minn fuq Stati li ma jagħmlux parti mill-Protokoll tan-NU dwar l-Armi tan-Nar.

 

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-pajjiż terz li jimporta jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni relevanti u,

(a) il-pajjiż terz li jimporta jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni relevanti jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ hekk tipprovdi; u

Ġustifikazzjoni

Ċerti Stati terzi ma jeħtiġux l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni.

 

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) l-esportazzjoni jew it-trasferiment ikunu konformi mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/CFSP tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari1, b’mod partikolari li l-esportazzjoni jew it-trasferiment bl-ebda mod jmorru kontra l-politiki tal-Unjoni kontra l-kriminalità transnazzjonali, il-ġlieda kontra t-traffikar tal-armi, il-ġlieda kontra l-proliferazzjoni u l-firxa tal-armi ż-żgħar fi ħdan u barra l-Unjoni.

 

________________

1ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99.

 

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Punt (b) ma għandux japplika għall-vjeġġi bl-ajru jew bil-baħar u minn ġo portijiet jew ajruporti ta' pajjiżi terzi, sakemm ma jkunx hemm trasbordi jew tibdil fil-mezz ta' trasport.

 

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jekk ma jasluj ebda oġġezzjonijiet għat-transitu fi żmien għoxrin jum xogħol mill-jum tat-talba bil-miktub għall–approvazzjoni għat-transitu ippreżentata mill-esportatur, il-pajjiż terz ta' transitu kkonsultat għandu jiġi kkunsidrat li ma għandu ebda oġġezzjoni u li ta l-kunsens taċitu tiegħu għat-transitu.

2. Jekk ma jaslu ebda oġġezzjonijiet għat-transitu fi żmien għoxrin jum kalendarju mill-jum tat-talba bil-miktub għall–approvazzjoni għat-transitu ippreżentata mill-esportatur, il-pajjiż terz ta' transitu kkonsultat għandu jiġi kkunsidrat li ma għandu ebda oġġezzjoni u li ta l-kunsens taċitu tiegħu għat-transitu.

Ġustifikazzjoni

Ir-riferiment għal "jum xogħol" ma jistax jintuża bħala kriterju ta' żmien, peress li dan huwa differenti skont il-pajjiżi u jista' joħloq inċertezza. Għandu jiġi osservat li "għoxrin jum xogħol" jippreżenta terminu massimu ta' xahar, li huwa ċertament eċċessiv fid-dawl tal-vjeġġi neċessarjament rapidi imposti attwalment mis-suq dinji għal dan il-kummerċ ta' prodotti civili.

 

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-identità tal-aġenti involuti f'tranżazzjoni jew trasferiment partikolari għandha tiġi żvelata bis-sħiħ u b'mod ċar fuq id-dokumenti kollha rilevanti ta' importazzjoni jew esportazzjoni.

 

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jipproċessaw it-talbiet għall-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni jew esportazzjoni multipla fi żmien perjodu determinat mill-liġi jew il-prattika tal-pajjiż, li f'kull każ ma għandhiex taqbeż id-disgħin jum xogħol.

4. L-Istati Membri għandhom jikkompletaw il-proċeduri għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni jew esportazzjoni multipla f'perjodu ta' żmien li għandux jaqbeż is-sittin jum kalendarju.

Ġustifikazzjoni

Hawnhekk ukoll, ir-riferiment għall-"jum xogħol" ma jidhirx prattiku. Peress li t-termini ta' ħruġ ta' awtorizzazzjoni huma fattur kruċjali llum il-ġurnata fil-kummerċ internazzjonali, it-termini ta' żmien li jeċċedu d-disgħin jum jaffettwaw sew il-kompetittività tal-impriżi Ewropej fil-konfront ta' kompetituri esterni li ta' spiss jibbenefikaw minn termini ta' ħruġ ta' awtorizzazzjoni qosra ħafna, u għalhekk ikunu f'pożizzjoni kompetittiva aħjar fis-swieq internazzjonali.

 

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-perjodu ta' validità ta' awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni jew esportazzjoni multipla għandha tiġi deċiża mill-Istati Membri, iżda ma għandux ikun inqas minn tnax-il xahar.

5. Il-perjodu ta' validità ta' awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni deċiż mill-Istati Membri ma għandux ikun inqas minn 12-il xahar, filwaqt li l-perjodu ta' validiltà ta' awtorizzazzjoni għall-esportazzjonijiet multipli ma għandux ikun inqas minn 24 xahar.

Ġustifikazzjoni

Huwa evidenti li l-perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjonijiet multipli għandu jiġi estiż. Il-proċedura tal-awtorizzazzjoni unika għal diversi vjeġġi għandha tkun inkuraġġuta sabiex jitnaqqas il-piż kemm fuq l-Istati Membri kif ukoll fuq l-ispejjeż anċillari tal-operaturi u b'hekk isir l-aħjar użu tal-kompetittività tas-sistema implimentata.

 

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-Istati Membri jidtgħu jiddeċiedu li jagħmlu użu minn dokumenti elettroniċi għall-għan ta' pproċessar tat-talbiet għall-awtoritzzazzjoni.

6. L-Istati Membri għandhom jippruvaw jużaw it-teknoloġiji moderni ta' komunikazzjoni u dokumenti elettroniċi sabiex jiġu ffaċilitati l-proċeduri ta' esportazzjoni u komunikazzjoni ma' pajjiżi terzi.

Ġustifikazzjoni

Għandhom jintużaw ukoll kemm jista' jkun il-metodi tekniċi moderni ta' komunikazzjoni u ta' proċessar għall-komunikazzjoni bejn il-pajjiżi peress li dawn jippermettu li tiġi stabbilita sistema aktar rapida, effikaċi u kompetittiva.

 

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) deskrizzjoni u l-kwantità ta' armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom u minizzjon, inkluż il-marka applikat mal-armi tan-nar.

(h) deskrizzjoni u l-kwantità ta' armi tan-nar, il-partijiet essenzjali tagħhom u munizzjon.

Ġustifikazzjoni

Ir-riferiment għad-deskrizzjoni u l-immarkar tal-armi tan-nar, il-partijiet tagħhom u munizzjoni jista' twassal għall-perċezzjoni li l-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni (u l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni korrispondenti) għandha jkun fiha l-informazzjoni kollha dwar l-immarkar ta' kull arma, il-partijiet essenzjali tagħha jew l-ippakkjar u l-munizzjon tagħha.

Din il-miżura tagħmel kull esportazzjoni impossibbli fil-prattika, peress li ġeneralment fil-mument li fih din it-talba għal esportazzjoni tiġi fformulata, il-merkanziji jkunu għadhom ma ġewx prodotti u għalhekk din l-informazzjoni dwar l-immarkar tagħhom ma tkunx disponibbli.

 

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt h a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha) l-iktar tard fil-mument tat-tagħbija, dikjarazzjoni li l-armi tan-nar, il-partijiet essenzjali tagħhom u l-munizzjon ġew immarkati b'konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/477/KEE.

Ġustifikazzjoni

Konsegwentement, fir-rigward tal-Artikolu 6(ha), huwa importanti li l-esportatur jiddikjara li l-armi tan-nar ikkonċernati, il-partijiet essenzjali u l-munizjon tagħhom huma kollha mmarkati skont ir-regoli fis-seħħ fi ħdan l-UE.

 

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-informazzjoni msemmija f'paragrafu 1, jekk inkluża fl-awtorizzazzjoni, għandha tiġi pprovduta mill-esportatur bil-quddiem lill-pajjiżi terzi ta' transitu, l-aktar tard qabel jitlaq il-vjeġġ.

2. L-informazzjoni msemmija f'paragrafu 1, jekk inkluża fl-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni, għandha tiġi pprovduta mill-esportatur lill-pajjiżi terzi ta' transitu qabel jitlaq il-vjeġġ.

Ġustifikazzjoni

Dan il-paragrafu ġie ssimplifikat sabiex ikun iktar ċar.

 

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-proċeduri ssimplifikati stipulati fil-paragrafi 2,3 u 4 għandhom japplikaw għall-esportazzjoni temporanja ta' armi tan-nar għal raġunijiet legali verifikabbli, li jinkludu l-kaċċa, sparar bħala sport, evalwazzjoni, wirjiet u tiswija.

1. Il-proċeduri ssimplifikati stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4 għandhom japplikaw għall-esportazzjoni temporanja ta' armi tan-nar, tal-partijiet essenzjali tagħhom jew tal-munizzjon għal raġunijiet legali verifikabbli, li jinkludu l-kaċċa, sparar bħala sport, evalwazzjoni, wirjiet u tiswija.

 

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-miżuri ta' transitu kif stabbiliti minn dan ir-Regolament ma japplikawx għal-esportazzjonijiet temporanji.

2. Il-miżuri ta' transitu kif stabbiliti minn dan ir-Regolament ma japplikawx għal-esportazzjonijiet temporanji ta' armi tan-nar, tal-partijiet essenzjali tagħhom jew tal-munizzjon għal raġunijiet legali verifikabbli, li jinkludu l-kaċċa, l-isparar bħala sport, l-evalwazzjoni, il-wirjiet u t-tiswija.

 

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta jitilqu territorju doganali tal-Unjoni minn punt ta' qsim tal-fruntiera esterna tal-Istat Membru tar-residenza tagħhom, għall-esportazzjoni temporanja ta' arma tan-nar jew aktar matuul vjaġġ f'pajjiż terz, il-kaċċaturi u dilettanti tal-isparar jistgħu jipproduċu pass Ewropew tal-armi tan-nar skont l-Artikoli 1 u 12 tad-Direttiva 91/477/KEE, permess nazzjonali għall-kaċċa, jew dokument nazzjonali validu ieħor maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza tagħhom.

3. Meta jitilqu territorju doganali tal-Unjoni jew jerġgħu jidħlu fih, minn punt ta' qsim tal-fruntiera esterna tal-Istat Membru tar-residenza tagħhom, għall-esportazzjoni temporanja ta' arma tan-nar jew aktar, tal-partijiet essenzjali tagħhom jew tal-munizzjon matul vjaġġ f'pajjiż terz, il-kaċċaturi u dilettanti tal-isparar jistgħu jipproduċu pass Ewropew tal-armi tan-nar skont l-Artikoli 1 u 12 tad-Direttiva 91/477/KEE, permess nazzjonali għall-kaċċa, jew dokument nazzjonali validu ieħor maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza tagħhom.

 

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Meta jitilqu territorju doganali tal-Unjoni minn punt ta' qsim tal-fruntiera esterna tal-Istat Membru li mhuwiex dak tar-residenza tagħhom, għall-esportazzjoni temporanja ta' arma tan-nar jew aktar matuul vjaġġ f'pajjiż terz, il-kaċċaturi u dilettanti tal-isparar jistgħu jipproduċu pass Ewropew tal-armi tan-nar maħruġ skont l-Artikoli 1 u 12 tad-Direttiva 91/477/KEE mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza tagħhom.

4. Meta jitilqu territorju doganali tal-Unjoni jew jerġgħu jidħlu fih, minn punt ta' qsim tal-fruntiera esterna tal-Istat Membru li mhuwiex dak tar-residenza tagħhom, għall-esportazzjoni temporanja ta' arma tan-nar jew aktar, tal-partijiet essenzjali tagħhom jew tal-munizzjon matul vjaġġ f'pajjiż terz, il-kaċċaturi u dilettanti tal-isparar jistgħu jipproduċu pass Ewropew tal-armi tan-nar maħruġ skont l-Artikoli 1 u 12 tad-Direttiva 91/477/KEE mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza tagħhom.

 

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni ma għandhiex tiġi rikjesta għall-esportazzjoni temporanja ta' armi tan-nar, il-partijiet essenzjali tagħhom u l-munizzjon għall-finijiet legali verifikabbli bħall-fieri, l-evalwazzjoni, il-wirjiet jew it-tiswija sakemm l-esportatur jiġġustifika l-pussess legali ta' dawn l-armi tan-nar u jesportahom skont il-proċedura ta' proċċessar lejn barra jew il-proċedura ta' esportazzjoni temporanja doganali.

 

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) konsiderazzjonijiet dwar użu finali intenzjonat, id-destinatarju u r-riskju ta’ devjazzjoni.

(d) konsiderazzjonijiet dwar użu finali intenzjonat, id-destinatarju u r-riskju reali ta’ devjazzjoni, waqt li jiġu kkunsidrati l-isforzi tal-Unjoni f'termini ta' non-proliferazzjoni, il-ġlieda kontra t-traffikar tal-armi illegali f'żoni ta' kunflitt u l-ġlieda kontra t-tixrid tal-armi ż-żgħar fid-dinja.

 

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Jirrifjutaw li joħorġu awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni jew esportazzjoni multipla jekk il-persuna naturali jew legali li tkun qed għal tali awtorizzazzjoni jkollha rekords preċedenti kriminali rigward it-traffikar illegali ta' armi tan-nar, il-parijiet u komponenti essenzjali taghħom jew minizzjon, jew ta' reati serji oħra;

(a) jirrifjutaw li joħorġu awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni jew esportazzjoni multipla jekk il-persuna naturali jew legali li tkun qed tapplika għal tali awtorizzazzjoni jkollha rekords preċedenti kriminali rigward it-traffikar illegali ta' armi tan-nar, il-partijiet essenzjali taghħom jew minizzjon, jew ta' reati intenzjonalment vjolenti oħra;

Ġustifikazzjoni

Il-kunċett ta' serjetà ta' ksur huwa diffiċli li jiġi stabbilit u r-riferiment ġeneriku tiegħu jwassal għal applikazzjonijiet arbitrarji li jistgħu jkunu r-riżultat ta' diskriminazzjonijiet fortuwiti. Ir-riferiment għal "reat intenzjonalment vjolenti" (jew "violent intentional crime" bl-Ingliż) imsemmi fl-Artikolu 5(1)(b) tad-Direttiva 91/477/KE emendata bid-Direttiva 2008/51/KEE huwa intiż bħala soluzzjoni għal din il-generalizzazzjoni.

 

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Stati Membri jistgħu jitolbu lill-pajjiż terz importatur biex jikkonferma li l-kunsinja li tkun telqet ta' armi tan-nar, il-partijiet u l-kompenenti essenzjali tagħhom u l-munizzjoni tkun waslet.

1. Stati Membri għandhom jitolbu lill-pajjiż terz importatur biex jikkonferma li l-kunsinja li tkun telqet ta' armi tan-nar, il-partijiet u l-kompenenti essenzjali tagħhom jew il-munizzjon tkun waslet.

 

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom – safejn possibbli – jieħdu tali miżuri kif meħtieġ biex jiżguraw li l-proċeduri ta' awtorizzazzjoni jkunu siguri u li d-dokumenti ta' awtentiċità tal-awtorizzazzjoni jistgħu jkunu vverifikati jew ivvalidati.

L-Istati Membri għandhom jieħdu tali miżuri kif meħtieġ biex jiżguraw li l-proċeduri ta' awtorizzazzjoni jkunu siguri u li d-dokumenti ta' awtentiċità tal-awtorizzazzjoni jistgħu jkunu vverifikati jew ivvalidati.

 

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997, u b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet f'dak ir-Regolament dwar il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni, għandhom japplikaw mutatis mutandis, mingħajr preġudizzju għal Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament.

2. (Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Ġustifikazzjoni

Dan sabiex jittranġa żball fil-verżjoni Franċiża li tirreferi għal dan ir-regolament minflok għar-Regolament (KE) Nru 515/97.

 

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Kull ħames snin il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tiegħu, li jista’ jinkludi proposti biex jiġi emendat. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha adatta għat-tħejjija tar-rapport.

3. Kull 10 snin il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tiegħu, li jista’ jinkludi proposti biex jiġi emendat. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha adatta għat-tħejjija tar-rapport.

 

Emenda    31

Proposta għal regolament

Anness - punt A

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

A: Armi tan-nar

A : Armi tan-nar

9302 00 00 Rivolvers u pistoli, ħlief dawk tal-intestatura 9303 jew 9304

9302 00 00 Rivolvers u pistoli, ħlief dawk tal-intestatura 9303

9303 Armi tan-nar oħra inklużi snieter u azzarini tal-kaċċa.

9303 Armi tan-nar oħra inklużi snieter u azzarini tal-kaċċa.

9303 20 Snieter oħrajn tal-isports, għal kaċċa jew sparar għal targits, inklużi snieter-azzarini kombinati:

9303 20 00 Snieter oħrajn tal-isports, għal kaċċa jew sparar għal targits, inklużi snieter-azzarini kombinati:

9303 20 10 - B’kanna waħda, bit-toqba lixxa

9303 20 10 − Armi tan-nar b’kanna waħda, bit-toqba lixxa

9303 20 95 Oħrajn

 

9303 30 00 Azzarini oħrajn tal-isports, għal kaċċa jew sparar għal targits.

9303 30 00 Azzarini oħrajn tal-isports, għal kaċċa jew sparar għal targits.

9303 90 00 Oħrajn.

 

9304 00 00 Armi oħrajn (pereżempju,snieter u pistoli fil-molla, bl-arja jew gass).

 

Ġustifikazzjoni

Kull riferiment għal prodotti "oħrajn" għandu jitħassar u kull oġġett għandu jiġi ddefinit b'mod ċar fl-Anness sabiex tiġi evitata kull ambigwità għas-servizzi doganali u l-impriżi. Kull riferiment għal armi jew oġġetti li ma jidħlux fl-ambitu tal-Protokoll tan-NU, bħall-armi bil-molla, bl-arja jew gass għandu jitħassar. Huwa evidenti li tali prodotti mhumiex ikkonċernati mill-kriminalità internazzjonali organizzata. Oġġetti oħra li fihom nfushom mhumiex perikolużi bħall-projettili jew iċ-ċomb għandhom jiġu esklużi mill-ambitu ta' dawn ir-regoli.

 

Emenda    32

Proposta għal regolament

Anness - punt B

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B: Partijiet u komponenti essenzjali

B: Partijiet essenzjali li jikkostitwixxu parti minn:

9305 Partijiet u aċċessorji tal-apparat tal-intestatura 9302 sa 9304:

9305 Partijiet u aċċessorji tal-apparat tal-intestaturi 9302 sa 9303:

9305 10 00 − Ta’ rivolvers jew pistoli

9305 10 00 − Ta’ rivolvers jew pistoli

− Ta’ snieter jew azzarini ta’ intstaturi 9303:

− Ta’ snieter jew azzarini tal-intestatura 9303:

9305 21 00 – – Kanen tas-snieter

9305 21 00 – – Kanen tas-snieter

9305 29 00 – – Oħrajn

 

9305 99 00 – – Oħrajn

 

 

Emenda    33

Proposta għal regolament

Anness - punt C

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

C: Munizzjon

C: Munizzjon, hekk fik definit fl-Artikolu 2(3), ikklassifikat taħt

9306 Skrataċ u munizzjon u projettili oħrajn u munizzjon u partijiet tagħhom, inklużi tiri

 

− Skrataċ tas-snieter u partijiet tagħhom:

 

9305 21 00 – – Skrataċ

9305 21 00 – – Skrataċ għal snieter

9306 29 – – Oħrajn:

 

9306 29 40 – – – Każi

 

9306 29 70 – – – Oħrajn

 

9306 30 Skrataċ oħrajn u l-partijiet tagħhom:

 

9306 30 10 – – Għal rivolvers u pistoli tal-intestatura 9302

9306 30 10 – – Għal rivolvers u pistoli tal-intestatura 9302

– – – Oħrajn:

 

9306 30 91– – – – Skrataċ jisparaw ċentru

9306 30 91– – – – Skrataċ sparati miċ-ċentru tagħhom

9306 30 93– – – – Skrataċ jisparaw fix-xfar

9306 30 93– – – – Skrataċ sparati mix-xifer tagħhom

9306 30 97 – – – – Oħrajn

 

9306 90 – Oħrajn:

 

9306 90 90 – – Oħrajn

 

 

 

 

 

 

PROĊEDURA

Titolu

Implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Armi tan-Nar u l-istabbiliment ta’ awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni, l-importazzjoni u miżuri ta’ transitu għall-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom u l-munizzjon

Referenzi

COM(2010)0273 – C7-0138/2010 – 2010/0147(COD)

Kumitat responsabbli

INTA

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

15.6.2010

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

 Data tal-ħatra

Véronique Mathieu

2.9.2010

 

 

Eżami fil-kumitat

26.10.2010

31.1.2011

28.2.2011

 

Data tal-adozzjoni

28.2.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

14

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Sonia Alfano, Alexander Alvaro, Rita Borsellino, Emine Bozkurt, Simon Busuttil, Carlos Coelho, Cornelis de Jong, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Kinga Gál, Kinga Göncz, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Ágnes Hankiss, Salvatore Iacolino, Sophia in ‘t Veld, Lívia Járóka, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Juan Fernando López Aguilar, Monica Luisa Macovei, Véronique Mathieu, Louis Michel, Claude Moraes, Georgios Papanikolaou, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Renate Sommer, Rui Tavares, Wim van de Camp, Daniël van der Stoep, Axel Voss, Renate Weber, Tatjana Ždanoka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Bauer, Leonidas Donskis, Monika Hohlmeier, Stanimir Ilchev, Franziska Keller

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marina Yannakoudakis

 

 

PROĊEDURA

Titolu

Implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Armi tan-Nar u l-istabbiliment ta’ awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni, l-importazzjoni u miżuri ta’ transitu għall-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom u l-munizzjon

Referenzi

COM(2010)0273 – C7-0138/2010 – 2010/0147(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

31.5.2010

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

15.6.2010

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

15.6.2010

IMCO

15.6.2010

LIBE

15.6.2010

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

14.7.2010

IMCO

24.6.2010

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Salvatore Iacolino

23.6.2010

 

 

Eżami fil-kumitat

28.9.2010

1.12.2010

15.3.2011

 

Data tal-adozzjoni

13.4.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

0

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, Kader Arif, David Campbell Bannerman, Marielle De Sarnez, Christofer Fjellner, Metin Kazak, Bernd Lange, David Martin, Emilio Menéndez del Valle, Paul Murphy, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Helmut Scholz, Robert Sturdy, Gianluca Susta, Keith Taylor, Iuliu Winkler, Jan Zahradil, Pablo Zalba Bidegain, Paweł Zalewski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Catherine Bearder, George Sabin Cutaş, Salvatore Iacolino, Elisabeth Köstinger, Jörg Leichtfried, Georgios Papastamkos, Carl Schlyter

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Véronique Mathieu

Data tat-tressiq

4.5.2011