Dokument ta' sessjoni

 

A7-0177/2011

6.6.2011

***II

RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi

(17602/1/2010 – C7-0000/2011 – 2008/0028(COD) )

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Rapporteur: Renate Sommer

 

PR_COD_2am

 

 

Tifsira tas-simboli użati

  *  Proċedura ta’ konsultazzjoni

  ***  Proċedura ta’ approvazzjoni

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

 

(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)

 

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta’ att

Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.

 

L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  5

PROĊEDURA  72

 

 

ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi

(17602/1/2010 – C7 – 2008/0028(COD) )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (17602/1/2010, C7-0000/2011),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill ( COM(2008)0040 ),

–  wara li kkunsidra kif impenjat ruħha l-Kummissjoni fis-seduta plenarja tal-Parlament ta ... Marzu 2011 li tinkorpora l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, u mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra ta Marzu 2011 li tapprova dik il-pożizzjoni, skont it-termini tal-Artikolu 294(8) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 66(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel ( A7-0177/2011 ),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni tiegħu mehmuża ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(2) Il-moviment liberu ta' ikel sikur u sustanzjuż huwa aspett essenzjali tas-suq intern u jikkontribwixxi b'mod sinifikattiv għas-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini, u għall-interessi soċjali u ekonomiċi tagħhom.

(2) Il-moviment ħieles ta’ ikel sigur għas-saħħa huwa parti essenzjali mis-suq intern u jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-saħħa u l-benefiċċju taċ-ċittadini, u għall-interessi soċjali u ekonomiċi tagħhom. Dan ir-Regolament se jaqdi kemm l-interessi tas-suq intern, billi jissemplifika l-liġi, jiżgura ċ-ċertezza legali u jnaqqas il-piż amministrattiv, kif ukoll jibbenefika liċ-ċittadin, billi jirrikjedi li jkun hemm tikketta tal-prodotti tal-ikel li tkun ċara, tinftiehem u tinqara.

 

Emenda    2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 10

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(10) Hemm interess pubbliku fir-relazzjoni bejn id-dieta u s-saħħa u fl-għażla ta’ dieta adattata li tgħodd għall-bżonnijiet individwali. Il-White Paper tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 2007 dwar Strateġija għall-Ewropa fi kwistjonijiet tas-saħħa relatati man-Nutrizzjoni, il-Piż Żejjed u l-Obeżità (“il-White Paper tal-Kummissjoni”) nnotat li t-tikkettar dwar in-nutrizzjoni huwa għodda importanti biex il-konsumaturi jkunu infurmati dwar il-kompożizzjoni tal-ikel u jgħinhom jagħmlu għażliet infurmati. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Marzu 2007 intitolata "L-istrateġija tal-UE fil-politika tagħha dwar il-konsumatur għall-perijodu 2007-2013 - Tisħiħ tal-possibbiltajiet ta’ azzjoni tal-konsumaturi, titjib tal-benessri tagħhom ", u l-protezzjoni effettiva tagħhom" - enfasizzat li huwa essenzjali, kemm għall-kompetizzjoni effettiva kif ukoll għall-benesseri tal-konsumatur, li l-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata. L-għarfien dwar il-prinċipji bażiċi tan-nutrizzjoni u informazzjoni adatta dwar in-nutrizzjoni tal-ikel għandu jikkontribwixxi b'mod sinifikattiv biex il-konsumaturi jkun jistgħu jagħmlu tali għażla infurmata.

(10) Il- pubbliku inġenerali għandu interess fir-relazzjoni bejn id-dieta u s-saħħa u fl-għażla ta’ dieta adattata li tgħodd għall-bżonnijiet individwali. Il-White Paper tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 2007 dwar Strateġija għall-Ewropa f’kwistjonijiet tas-saħħa marbuta man-Nutrizzjoni, il-Piż Żejjed u l-Obeżità nnutat li t-tikkettjar dwar in-nutrizzjoni mezz wieħed kif jingħata tagħrif lill-konsumaturi dwar il-kompożizzjoni ta’ l-ikel u tgħinhom jagħmlu għażliet infurmati. Il-kampanji ta’ edukazzjoni u ta’ informazzjoni huma mekkaniżmu importanti biex il-konsumatur jifhem aħjar it-tagħrif dwar l-ikel. L-istrateġija tal-politika tal-konsumatur 2007-2013 tal-Unjoni enfasizzat li l-fatt li l-konsumaturi jkunu permessi jagħmlu għażliet informati huwa essenzjali kemm għal kompetizzjoni effettiva kif ukoll għal benesseru tal-kosnumatur. L-għarfien dwar il-prinċipji bażiċi tan-nutrizzjoni u informazzjoni adatta dwar in-nutrizzjoni tal-ikel għandu jikkontribwixxi b'mod sinifikattiv biex il-konsumaturi jkun jistgħu jagħmlu tali għażla infurmata. Barra minn hekk, tagħmel sens u hu xieraq li l-konsumaturi fl-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw sors ta’ informazzjoni ġdidtrali sabiex jiċċaraw il-mistoqsijiet tagħhom dwar in-nutrizzjoni. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu hotlines xierqa li jistgħu jkunu ffinanzjati parzjalment mill-industrija tal-ikel.

 

Emenda    3

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 11

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(11) Sabiex titjieb iċ-ċertezza legali u jkun żgurat li l-infurzar isir b’mod razzjonali u konsistenti, jixraq li jitħassru d-Direttivi 90/496/KEE u 2000/13/KE u li jiġu sostitwiti b’Regolament uniku li jiżgura ċ-ċertezza kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-industrija u jnaqqas il-piż amministrattiv.

(11) Sabiex titjieb iċ-ċertezza legali u jkun żgurat li l-infurzar isir b’mod razzjonali u konsistenti, jixraq li jitħassru d-Direttivi 90/496/KEE u 2000/13/KE u li jiġu sostitwiti b’Regolament uniku li jiżgura ċ-ċertezza kemm għall-konsumaturi kif ukoll dawk li għandhom interess u jnaqqas il-piż amministrattiv.

 

Emenda    4

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 15

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(15) Ir-regoli tal-Unjoni għandhom japplikaw biss għal impriżi, kunċett li jimplika ċerta kontinwità ta' attivitajiet u ċertu grad ta' organizzazzjoni. L-operazzjonijiet bħat-trattament, proviżjoni u bejgħ okkażjonali ta’ ikel minn persuni privati f'okkażjonijiet bħalma huma avvenimenti ta' karità, jew fieri lokali ta’ komunitajiet u laqgħat m’għandhomx jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(15) Ir-regoli tal-Unjoni għandhom japplikaw biss għal impriżi, kunċett li jimplika ċerta kontinwità ta' attivitajiet u ċertu grad ta' organizzazzjoni. Operazzjonijiet bħat-twassil okkażjonali ta’ ikel, proviżjoni tal-ikliet u l-bejgħ ta' ikel minn persuni privati ngħidu aħna waqt avvenimenti għall-karità jew fieri lokali tal-komunità u laqgħat kif ukoll il-bejgħ ta’ ikel permezz ta’ forom differenti ta’ marketing dirett mill-bdiewa, ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta' dan ir-regolament.

 

 

Emenda    5

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 18

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(18) Sabiex il-liġi tal-informazzjoni dwar l-ikel tkun tista’ tadatta għat-tibdil fil-ħtiġijiet ta' informazzjoni tal-konsumaturi, kwalunkwe konsiderazzjoni dwar il-ħtieġa ta' informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tqis ukoll l-interess muri b'mod ċar tal-maġġoranza tal-konsumaturi fil-kxif ta' ċerta informazzjoni.

(18) Sabiex il-liġi ta’ informazzjoni dwar l-ikel tkun tista’ tadatta għat-tibdil fil-bżonnijiet ta' informazzjoni tal-konsumaturi u sabiex jiġi evitat kull tip ta’ ħela fl-ippakkjar addizzjonali, l-ittikkettjar obbligatorju fuq l-ikel għandu jinżamm biss għal finijiet ta' informazzjoni li huwa ta’ interess kbir għall-maġġoranza tal-konsumaturi.

 

Emenda  6

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 23

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(23) Sabiex jitqiesu l-bidliet u l-iżviluppi fil-qasam tal-informazzjoni dwar l-ikel, għandhom ikunu previsti dispożizzjonijiet li jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni li tagħmel ċerti dettalji disponibbli permezz ta' mezzi alternattivi. Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati għandha tgħin biex isiru bidliet fil-ħin u mmirati sew tar-rekwiżiti tal-informazzjoni dwar l-ikel.

imħassar

 

 

Emenda    7

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 24

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(24) Fejn jintużaw fil-produzzjoni tal-ikel u jibqgħu preżenti fih, ċerti ingredjenti jew sustanzi jew prodotti oħrajn (bħal għajnuniet għall-ipproċessar) jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi lill-konsumaturi, u xi wħud minn dawk l-allerġiji jew l-intolleranzi joħolqu periklu għal saħħet dawk konċernati. Hu importanti li tingħata informazzjoni dwar il-preżenza ta’ addittivi fl-ikel, għajnuniet għall-ipproċessar u sustanzi jew prodotti oħrajn li jistgħu jikkawżaw allerġiji u intolleranzi sabiex il-konsumaturi li jbatu minn allerġija ta’ ikel jew intolleranza jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati u sikuri.

(24) Meta jintużaw fil-produzzjoni tal-ikel u xorta jkunu għadhom preżenti, ċerti ingredjenti jew sustanzi oħra jistgħu jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi lil xi nies, u xi wħud minn dawk l-allerġiji jew l-intolleranzi joħolqu periklu għal saħħet dawk konċernati. Hu importanti għalhekk, li tingħata informazzjoni dwar il-preżenza ta’ addittivi fl-ikel, għajnuniet għall-ipproċessar u sustanzi oħra b’effett allerġeniku ppruvat xjentifikament sabiex il-konsumaturi partikolarment dawk li jbatu minn allerġija ta’ ikel jew intolleranza jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati li jkunu sikuri għalihom. Traċċi ta’ tali sustanzi għandhom ukoll ikunu indikati, sabiex dawk li jbatu minn allerġiji aktar serji jkunu jistgħu jagħmlu għażliet bla periklu. Għandhom jiġu redatti regoli komuni għall-indikazzjoni ta’ tali traċċi.

 

Emenda    8

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 25

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(25) It-tikketti tal-ikel għandhom ikunu ċari u jinftiehmu sabiex jgħinu lill-konsumaturi li jridu jagħmlu għażliet infurmati aħjar u dwar id-dieta. Xi studji juru li l-leġibbiltà hija element importanti biex tkabbar il-possibbiltà li l-informazzjoni fuq it-tikketta tkun tista’ tinfluwenza l-udjenza tagħha u li l-istampar b’daqs żgħir huwa wieħed mill-kawżi ewlenin għaliex il-konsumaturi ma jkunux kuntenti bit-tikketti dwar l-ikel. Madankollu, għandu jiġi żviluppat approċċ komprensiv sabiex jittieħed kont tal-aspetti kollha relatati mal-leġġibbiltà.

(25) It-tikketti tal-ikel għandhom ikunu ċari u jinftiehmu sabiex jgħinu lill-konsumaturi li jridu jagħmlu għażliet infurmati aħjar u dwar id-dieta. Xi studji juru li l-leġibbiltà faċli hija element importanti biex tkabbar il-possibbiltà ħalli l-informazzjoni fuq it-tikketta tkun tista’ tinfluwenza l-udjenza tagħha u l-informazzjoni dwar il-prodott li ma tkunx tista’ tinqara hija waħda mill-kawżi ewlenin għaliex il-konsumaturi ma jkunux kuntenti bit-tikketti dwar l-ikel. Għaldaqstant, għandu jiġi żviluppat approċċ komprensiv sabiex jittieħed kont tal-aspetti kollha relatati mal-leġġibbiltà, inkluża t-tipa, il-kulur u l-kuntrast.

 

Emenda    9

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 27 a (ġdida)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(27a) B’konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew, l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew1, ix-xogħol tal-Kummissjoni u t-tħassib tal-pubbliku ġenerali dwar il-ħsara relatata mal-alkoħol speċjalment lil konsumaturi żgħar u vulnerabbli, il-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri għandhom jistabbilixxu definizzjoni għax-xarbiet bħal ‘alcopops’ immirati speċifikament għaż-żgħażagħ. Minħabba n-natura alkoħolika tagħhom, dawn għandu jkollhom rekwiżiti aktar stretti ta’ ttikkettjar, u jkunu separati b’mod ċar mix-xorb mhux alkoħoliku fil-ħwienet.

 

1 ĠU C 77, 31.3.2009, p. 81.

Ġustifikazzjoni

L-ewwel qari ta’ Emenda 21

Emenda    10

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 29

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(29) Huwa meħtieġ li x-xorb komparabbli ma' nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat, cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid u xorb spirituż jiġi ttrattat bl-istess mod, u li tkun żgurata l-applikazzjoni tal-istess rekwiżiti legali dwar l-informazzjoni dwar l-ikel għal dak ix-xorb. Għalhekk, l-eżenzjoni mill-obbligu għall-elenkar tal-ingredjenti u li tiġi pprovduta dikjarazjoni dwar in-nutrizzjoni għandha tapplika wkoll għax-xorb li fih aktar minn 1,2 % b'volum ta' alkoħol li jsir mill-fermentazzjoni ta' frott jew ta' ħxejjex, mead u t-tipi kollha ta' birra.

imħassar

 

Emenda    11

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 30

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(30) Madankollu, il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament dwar jekk xi kategorjiji ta' xorb għandhomx jiġu eżentati, b'mod partikolari, milli jipprovdi informazzjoni dwar il-valur enerġetiku, u r-raġunijiet li jiġġustifikaw eżenzjonijiet possibbli, b'kont meħud tal-ħtieġa li tkun żgurata l-koerenza ma' linji politiċi rilevanti oħra tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni tista' wkoll tipproponi, jekk meħtieġ, rekwiżiti speċifiċi fil-kuntest ta' dan ir-Regolament.

(30) Madankollu, il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament dwar jekk xi kategorjiji ta' xorb alkoħoliku għandhomx jiġu eżentati, b'mod partikolari, milli jipprovdi informazzjoni dwar il-valur enerġetiku, u r-raġunijiet li jiġġustifikaw eżenzjonijiet possibbli, b'kont meħud tal-ħtieġa li tkun żgurata l-koerenza ma' linji politiċi rilevanti oħra tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha wkoll tipproponi, jekk xieraq, rekwiżiti speċifiċi fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament.

 

Emenda    12

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 31

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(31) L-indikazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ikel għandu jingħata kull meta n-nuqqas tagħha probabbli jiżgwida lill-konsumaturi fir-rigward tal-pajjiż veru ta' oriġini jew il-post veru ta' provenjenza ta' dak il-prodott. Fil-każijiet kollha, l-indikazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini jew tal-post ta’ provenjenza għandha tingħata b’mod li ma tiżgwidax lill-konsumatur u abbażi ta’ kriterji definiti b’mod ċar li jiżguraw kondizzjonijiet ugwali għall-industrija u jtejbu l-għarfien tal-konsumatur tal-informazzjoni relatata mal-pajjiż ta’ oriġini jew il-post ta’ provenjenza tal-ikel. Kriterji bħal dawn m’għandhomx japplikaw għal indikazzjonijiet relatati mal-isem jew l-indirizz tal-operatur fin-negozju tal-ikel.

(31) L-indikazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini jew il-post ta’ provenjenza tal-ikel għandu jingħata bħala rekwiżit obbligatorju skont l-Artikolu 25 kull meta n-nuqqas tagħha probabbli jiżgwida lill-konsumaturi fir-rigward tal-pajjiż veru ta’ oriġini jew il-post veru ta’ provenjenza ta’ dak il-prodott. Fil-każijiet kollha, l-indikazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini jew tal-post ta’ provenjenza għandha tingħata b’mod li ma tiżgwidax lill-konsumatur u abbażi ta’ kriterji definiti b’mod ċar li jiżguraw kondizzjonijiet ugwali għall-industrija u jtejbu l-għarfien tal-konsumatur tal-informazzjoni relatata mal-pajjiż ta’ oriġini jew il-post ta’ provenjenza tal-ikel. Kriterji bħal dawn m’għandhomx japplikaw għal indikazzjonijiet relatati mal-isem jew l-indirizz tal-operatur fin-negozju tal-ikel.

Ġustifikazzjoni

Ara l-Emenda 309 fil-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari.

Emenda    13

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 34

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(34) Ġew żviluppati dispożizzjonijiet obbligatorji tal-oriġini abbażi ta' approċċi vertikali bħal pereżempju għal għasel, frott u ħxejjex, ħut, ċanga u prodotti taċ-ċanga u żejt taż-żebbuġa. Hemm il-ħtieġa li tiġi esplorata l-possibbiltà li jiġi estiż it-tikkettar obbligatorju tal-oriġini għal-oġġetti oħra tal-ikel. Għalhekk huwa adatt li l-Kummissjoni tintalab tħejji rapporti li jkopru l-oġġetti tal-ikel li ġejjin: tipi oħra ta' laħam barra ċ-ċanga, il-majjal, il-laħam tan-nagħaġ, il-laħam tal-mogħoż u l-laħam tat-tjur; ħalib: ħalib użat bħala ingredjent fi prodotti tal-ħalib; laħam użat bħala ingredjent; ikel mhux ipproċessat; prodott b'ingredjent wieħed; u ingredjenti li jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-ikel. Ħalib użat bħala ingredjent fi prodotti tal-ħalib; laħam użat bħala ingredjent; ikel mhux ipproċessat; Abbażi tal-konklużjonijiet ta’ dawn ir-rapporti, il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposti biex jiġu modifikati dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni jew tista’ tieħu inizjattivi ġodda , fejn meħtieġ, fuq bażi settorali.

(34) Ġew żviluppati dispożizzjonijiet obbligatorji tal-oriġini abbażi ta' approċċi vertikali bħal pereżempju għal għasel, frott u ħxejjex, ħut, ċanga u prodotti taċ-ċanga u żejt taż-żebbuġa. Hemm il-ħtieġa li tiġi esplorata l-possibbiltà li jiġi estiż it-tikkettar obbligatorju tal-oriġini għal-oġġetti oħra tal-ikel. B’konsegwenza ta’ dan, bil-għan li jiġu protetti l-konsumaturi, id-dispo¿izzjonijiet dwar l-oriġini għandhom ikunu obbligatorji għall-oġġetti tal-ikel li ġejjin: tipi oħra ta' laħam barra ċ-ċanga, il-majjal, il-laħam tan-nagħaġ, il-laħam tal-mogħoż u l-laħam tat-tjur; ħalib: ħalib użat bħala ingredjent fi prodotti tal-ħalib; laħam użat bħala ingredjent; ikel mhux ipproċessat; prodott b'ingredjent wieħed; u ingredjenti li jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-ikel. Ħalib użat bħala ingredjent fi prodotti tal-ħalib; laħam użat bħala ingredjent; ikel mhux ipproċessat; Abbażi tal-konklużjonijiet ta’ dawn ir-rapporti, il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposti biex jiġu modifikati dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni jew tista’ tieħu inizjattivi ġodda , fejn meħtieġ, fuq bażi settorali.

 

Emenda    14

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 36

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(36) Id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni fir-rigward ta’ xi ikel tikkonċerna informazzjoni dwar il-preżenza tal-enerġija u ċerti nutrijenti fl-ikel. L-għoti ta’ informazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni għandu jgħin l-azzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni dwar in-nutrizzjoni għall-pubbliku u jappoġġja l-għażla infurmata dwar l-ikel.

(36) Id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni fuq xi ikel tikkonċerna informazzjoni dwar il-preżenza ta' l-enerġija u ċerti nutrijenti u ingredjenti fl-ikel. L-għoti ta’ informazzjoni obbligatorju dwar in-nutrizzjoni fuq il-pakkett għandu jkun sostnut minn azzjonijiet tal-Istati Membri, bħal pjan ta’ azzjoni dwar in-nutrizzjoni bħala parti mill-politika tagħhom dwar is-saħħa pubblika, li jipprovdi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-edukazzjoni dwar in-nutrizzjoni għall-pubbliku u jappoġġja l-għażla infurmata dwar l-ikel.

 

Emenda    15

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 36 a (ġdida)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(36a) Biex jitħaffef il-mod li bih jitqabblu l-prodotti f’pakketti ta’ daqs differenti jkun xieraq li l-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni tibqa' obbligatorja għal kull 100g/100ml u, fejn xieraq, li jiġu permessi dikjarazzjonijiet oħra bbażati fuq il-porzjonijiet. Jekk l-ikel ikun ippakkjat f’porzjonijiet individwali, l-informazzjoni nutrittiva għal kull porzjon għandha, barra minn hekk, tkun obbligatorja. Sabiex jiġu esklużi indikazzjonijiet dwar id-daqs tal-porzjonijiet li jiżgwidaw, il-Kummissjoni għandha tadotta regoli li jisstandardizzaw id-daqsijiet tal-porzjonijiet għandhom ikunu standardizzati fl-Unjoni kollha permezz ta’ proċess ta’ konsultazzjoni.

 

Emenda    16

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 41

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(41) Sabiex jiġi evitat li jkun hemm piż mhux meħtieġ fuq l-industrija, jixraq li jiġu eżentati ċerti kategoriji ta’ ikel li mhuwiex ipproċessat jew li għalih l-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni mhijiex fattur determinanti għall-għażla tal-konsumatur mill-inklużjoni obbligatorja ta' dikjarazzjoni tan-nutrizzjoni, sakemm l-obbligu ta' forniment ta' informazzjoni bħal din mhuwiex previst skont regoli oħra tal-Unjoni.

(41) Sabiex jiġi evitat li jkun hemm piż mhux meħtieġ fuq il-produtturi u n-negozjanti tal-prodotti tal-ikel, huwa xieraq li ċerti kategoriji ta’ ikel mhux ipproċessat jew li għalih l-informazzjoni tan-nutrizzjoni mhuwiex fattur determinanti għad-deċiżjoni tal-konsumatur dwar ix-xiri, jew li l-pakkett ta’ barra tiegħu jew it-tikketta jkunu żgħar wisq għat-tikkettjar obbligatorju, mill-inklużjoni obbligatorja ta' dikjarazzjoni tan-nutrizzjoni ħlief jekk l-obbligu ta' forniment ta' informazzjoni bħal din mhuwiex previst f'leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni.

 

Emenda    17

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 42

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(42) Sabiex tattira lill-konsumatur medju u sabiex isservi l-għan informattiv li għalih iddaħħlet, u minħabba l-livell ta’ għarfien attwali dwar is-suġġett tan-nutrizzjoni, l-informazzjoni pprovduta għandha tkun sempliċi u faċilment komprensibbli. Informazzjoni dwar in-nutrizzjoni parzjalment fuq il-'quddiem tal-pakkett' u parzjalment fuq il-'wara tal-pakkett' tista' joħloq konfużjoni għall-konsumaturi. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għandha tkun fl-istess linji viżivi. Barra minn hekk, fuq bażi volontarja, xi informazzjoni tista' tkun ripetuta pereżempju fuq il-'quddiem tal-pakkett'. Għażla libera dwar l-informazzjoni li tista' tkun ripetuta tista' tikkonfondi lill-konsumaturi. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi ċċarat liema informazzjoni tista' tkun ripetuta biex jiġi żgurat li l-konsumaturi jistgħu jaraw minnufih l-informazzjoni nutrizzjonali essenzjali meta jixtru l-ikel.

(42) Sabiex tattira lill-konsumatur medju u sabiex isservi l-għan informattiv li għalih iddaħħlet, u minħabba l-livell ta’ għarfien attwali dwar is-suġġett tan-nutrizzjoni, l-informazzjoni pprovduta għandha tkun sempliċi u faċilment komprensibbli. L-elementi l-aktar importanti tal-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni għandhom jitqiegħdu fuq il-‘quddiem tal-pakkett’, bl-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni kompluta mqiegħda fuq il- ‘wara tal-pakkett’. Dan jassigura li l-konsumaturi jistgħu jaraw minnufih l-informazzjoni nutrizzjonali essenzjali meta jixtru l-ikel.

Ġustifikazzjoni

Sabiex il-konsumaturi jqabblu faċilment prodotti simili u biex jagħmlu deċiżjoni infurmata dwar għażliet aħjar għas-saħħa, l-informazzjoni l-aktar importanti għandha tkun ittikkettjata b’mod ċar fuq il-quddiem tal-pakkett.

Emenda    18

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 50

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(50) Fir-rigward tal-kwistjonijiet speċifikament armonizzati minn dan ir-Regolament, l-Istati Membri m'għandhomx ikunu jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet nazzjonali dment li ma jkunux awtorizzati mil-liġi tal-Unjoni. Dan ir-Regolament m’għandux jipprevjeni l-Istati Membri milli jadottaw dispożizzjonijiet nazzjonali dwar kwistjonijiet li mhumiex speċifikament armonizzati fih.

(50) Fir-rigward tal-kwistjonijiet speċifikament armonizzati minn dan ir-Regolament, l-Istati Membri m'għandhomx ikunu jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet nazzjonali dment li ma jkunux awtorizzati mil-liġi tal-Unjoni. Barra minn hekk, minħabba li r-rekwiżiti tal-ittikkettar nazzjonali jistgħu joħolqu ostakli għall-moviment liberu fis-suq intern, l-Istati Membri għandhom jagħtu raġuni għall-ħtieġa ta' miżuri bħal dawn u jfasslu passi li għandhom jieħdu biex jiżguraw li dawn ikunu applikati b'mod li jfixkel l-inqas il-kummerċ.

 

Emenda    19

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 55 a (ġdida)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(55a) Il-prodotti tas-settur tal-produzzjoni tal-ikel maħdum bl-idejn u l-prodotti friski tan-negozju tal-bejgħ tal-ikel bl-imnut li jiġu prodotti direttament fil-post tal-bejgħ jistgħu jinkludu wkoll sustanzi li joħolqu reazzjonijiet allerġiċi jew intolleranzi f’persuni sensittivi. Peress illi, madankollu, huma l-prodotti mhux ippakkjati minn qabel li jinbigħu personalment lill-konsumatur, l-informazzjoni rilevanti, pereżempju, għandha tingħata bil-kelma fil-waqt tal-bejgħ, jew permezz ta' tabella li tkun tidher ċar fil-post tal-bejgħ jew permezz ta’ materjal informattiv disponibbli biex jittieħed.

 

Emenda    20

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 58

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(58) Is-setgħa li tadotta atti ddelegati konformement mal-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tkun delegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’, inter alia, id-disponibbiltà ta’ ċerti partikolaritajiet mandatorji b’mezzi oħra aktar milli fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta, il-lista tal-ikel li mhux meħtieġa jkollhom lista ta’ ingredjenti, l-eżaminar mill-ġdid tal-lista ta’ sustanzi jew prodotti li jikkawżaw l-allerġiji jew intolleranzi, jew il-lista ta’ nutrijenti li jistgħu jiġu ddikjarati fuq bażi volontarja. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti.

(58) Is-setgħa li tadotta atti ddelegati konformement mal-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tkun delegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’, inter alia, id-disponibbiltà ta’ ċerti partikolaritajiet mandatorji b’mezzi oħra aktar milli fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta, il-lista tal-ikel li mhux meħtieġa jkollhom lista ta’ ingredjenti, l-eżaminar mill-ġdid tal-lista ta’ sustanzi jew prodotti li jikkawżaw l-allerġiji jew intolleranzi, jew il-lista ta’ nutrijenti li jistgħu jiġu ddikjarati fuq bażi volontarja. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti delegati, għandha tassigura trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

Emenda    21

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 59

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(59) Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta regoli implimentattivi fir-rigward ta', inter alia, il-modalitajiet ta' espressjoni ta' wieħed jew aktar partikolaritajiet permezz ta' pittogrammi jew simboli minflok kliem jew numri, il-kuntrast bejn l-istampar u l-isfond, il-mod li bih tkun indikata d-data ta' durabbiltà minima, il-mod li bih ikun indikat il-pajjiż tal-oriġini jew post ta' provenjenza għall-laħam, il-preċiżjoni għall-valuri ddikjarati, jew l-espressjoni għal kull porzjon jew għal kull unità ta' konsum tad-dikjarazzjoni ta' nutrizzjoni. Taħt l-Artikolu 291 tat-TFUE, ir-regoli u prinċipji ġenerali li jikkonċernaw il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni għandhom jiġu stabbiliti minn qabel permezz ta' regolament adottat skont il-proċedura leġislattiva ordinarja. Sa meta jiġi adottat dak ir-regolament il-ġdid, tibqa' tapplika d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni, bl-eċċezzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, li mhijiex applikabbli,

(59) Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward ta’, inter alia, il-modalitajiet ta’ espressjoni ta’ wieħed jew aktar partikolaritajiet permezz ta’ pittogrammi jew simboli minflok kliem jew numri, il-kuntrast bejn l-istampar u l-isfond, il-mod li bih tkun indikata d-data ta’ durabbiltà minima, il-mod li bih ikun indikat il-pajjiż tal-oriġini jew post ta’ provenjenza għall-laħam, il-preċiżjoni għall-valuri ddikjarati, jew l-espressjoni għal kull porzjon jew għal kull unità ta’ konsum tad-dikjarazzjoni ta’ nutrizzjoni. Dawn il-poteri għandhom ikunu eżerċitati b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistipulaw ir-regoli u l-prinċipji ġenerali li jikkonċernaw il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni1.

1 OJ L 184, 17.7.1999, p. 23.

1 ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

 

 

Emenda    22

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1 – paragrafu 3

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

3. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-operaturi tan-negozji tal-ikel fl-istadji kollha tal-proċess tal-ikel, fejn l-attivitajiet tagħhom jikkonċernaw l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi. Hu għandu japplika għall-ikel kollu intiż għall-konsumatur finali, inkluż l-ikel li jitwassal minn fornituri tal-massa, u l-ikel intiż li jiġi fornut lil fornituri tal-massa.

3. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-operaturi tan-negozji tal-ikel fl-istadji kollha tal-proċess tal-ikel, fejn l-attivitajiet tagħhom jikkonċernaw l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi. Hu għandu japplika għall-ikel kollu intiż għall-konsumatur finali, inkluż l-ikel li jitwassal minn fornituri tal-massa, u l-ikel intiż li jiġi fornut lil fornituri tal-massa.

 

 

 

Servizzi tal-forniment tal-ikel provduti minn intrapriżi tat-trasport għandhom jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament biss jekk dawn ikunu provduti fuq rotot bejn żewġ punti fi ħdan it-territorju tal-Unjoni.

 

Emenda    23

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 1 - paragrafu 3 a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

3a. Dan ir-regolament japplika biss għall-ikel ippreparat fil-qafas ta' attività ekonomika, fejn il-kunċett ta' attività ekonomika jimplika ċerta kontinwità ta’ l-attivitajiet u ċertu livell ta' organizzazzjoni. Operazzjonijiet bħalma huma t-trattament okkażjonali, li jisserva u jinbigħ ikel minn persuni privati f'okkażjonijiet bħalma huma eventi tal-karità, jew fieri lokali tal-komunità u laqgħat, ma jidħlux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-regolament.

 

Emenda    24

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 - paragrafu 2 - punt d

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(d) ‘caterers tal-massa’ tfisser kull ‘fornitur tal-massa’ tfisser kull stabbiliment (inkluż vettura jew stall fiss jew mobbli), bħal ristoranti, kantins, skejjel u sptarijiet, fejn, waqt in-negozju, jiġi mħejji l-ikel biex jitwassal lill-konsumatur finali u jkun lest għall-konsum mingħajr aktar preparamenti;

(d) ‘caterers tal-massa’ tfisser kull stabbiliment (inkluż vending machines, vettura jew stall fiss jew mobbli), bħal ristoranti, kantins, skejjel, sptarijiet u impriżi tal-catering, li fihom, waqt in-negozju, jiġi mħejji l-ikel li jkun intiż għall-konsumazzjoni immedjat mill-konsumatur aħħari;

 

Emenda    25

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 - paragrafu 2 - punt e

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(e) ‘ikel ippakkjat bil-lest’ tfisser kull oġġett wieħed li jrid jiġi preżentat kif inhu lill-konsumatur finali u lill-fornituri tal-massa, magħmul minn xi ikel u l-pakkett li tpoġġa fih qabel ma tqiegħed għall-bejgħ, sew jekk dak il-pakkett jinkludi l-ikel kollu sew jekk parzjalment biss, iżda fi kwalunkwe każ b'tali mod li l-kontenut ma jistax jiġi mibdul mingħajr ma jinfetaħ jew jinbidel il-pakkett;

(e) ‘ikel ippakkjat bil-lest’ tfisser kull oġġett wieħed li jrid jiġi preżentat kif inhu lill-konsumatur aħħari u lill-caterers tal-massa, magħmul minn xi ikel f’pakkett, sew jekk dak il-pakkett jgħatti l-ikel kollu sew jekk parzjalment biss, iżda fi kwalunkwe każ b'tali mod li l-kontenut ma jistax jiġi mibdul mingħajr ma jinfetaħ jew jinbidel il-pakkett; ‘L-ikel ippakkettat minn qabel’ ma tfissirx l-ikel li jkun ġie ppakkettat bħala frisk fil-lok tal-bejgħa;

 

Emenda    26

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt e a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(ea) 'Ikel artiġjanali' jfisser kwalunkwe ikel ipproċessat li l-produzzjoni tiegħu tkun ibbażata fuq metodi tradizzjonali u tkun tinvolvi għall-anqas stadju wieħed fl-ipproċessar li jsir bl-idejn jew bl-użu ta’ għodda tal-id u metodi speċjali relatati. Sabiex jaqgħu f’din id-definizzjoni, minimu ta’ 50% tal-impjegati involuti f’tali produzzjoni jrid ikollhom kwalifika xierqa kif definita fid-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali1.

 

1 ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.

 

Emenda    27

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt k

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(k) ‘linji viżivi’ tfisser l-uċuh kollha ta’ pakkett li jistgħu jinqraw minn naħa waħda, li jagħtu aċċess malajr u faċli għall-informazzjoni tat-tikkettar billi jagħtu lok biex il-konsumatur ikun jista' jaqra dik l-informazzjoni mingħajr ma jkollu bżonn idawwar il-pakkett 'l hawn u 'l hemm;

(k) ‘linji viżivi’ tfisser l-uċuh kollha ta’ pakkett li jistgħu jinqraw minn naħa waħda;

Ġustifikazzjoni

B’konsistenza mal-emenda proposta mill-PE fl-ewwel qari (52). Il-formulazzjoni hija ċara biżżejjed mingħajr it-tieni parti tas-sentenza.

 

Emenda    28

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 - paragrafu 2 - punt k a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(ka) "Il-kamp viżiv prinċipali" jew "il-pakkett minn quddiem" huma l-kamp viżiv ta' pakkett li jkun hemm l-akbar probabilità li jidher mal-ewwel daqqa t'għajn mill-konsumatur fil-mument tax-xirja u li jippermetti lill-konsumatur immedjatament jidentifika prodott fil-karattru jew natura tiegħu u, jekk applikabbli, l-isem tal-marka tiegħu. Jekk pakkett ikollu bosta kampijie viżivi prinċipali identiċi jew "quddiem ta' pakkett", dawn kollha għandhom jitqiesu bħala l-"quddiem ta' pakkett";

 

Emenda    29

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 - paragrafu 2 - punt k b (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(kb) “leġibbiltà” tfisser inter alia test miktub, stampat, ibbuzzat, immarkat, minqux, ittimbrat b’mod tali li konsumatur b’vista normali jkun jista’ jifhem. Il-leġibbiltà tiddependi mid-daqs tal-kitba, it-tipa, il-wisa’ tal-linji, l-ispazju bejn il-kliem, l-ittri u l-linji, ir-relazzjoni bejn il-wisa' u l-għoli tal-ittri, kif ukoll mill-kuntrast bejn il-kitba u l-isfond;

 

Emenda    30

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt o

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(o) 'primary ingredient' means an ingredient or ingredients of a food that represent more than 50 % of that food or which are usually associated with the name of the food by the consumer and for which in most cases a quantitative indication is required;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ara Emendi 56, 57 u 58 fil-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari.

 

Emenda    31

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 - paragrafu 2 - punt o a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(oa) ‘prodott li fih ingredjent wieħed’ tfisser kwalunkwe ikel li, għajr il-melħ, iz-zokkor, il-ħwawar, l-ilma, l-additivi, it-tagħmiet jew l-enżimi, ikun fih ingredjent wieħed biss;

 

Emenda    32

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 - paragrafu 2 - punt p a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(pa) ‘sa meta għandu jintuża’ tfisser id-data sa meta l-ikel għandu jiġi kkunsmat. Wara dik id-data l-ikel ma għandux jingħata lill-konsumaturi jew jiġi pproċessat aktar;

 

Emenda    33

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt q a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(qa) ‘imitazzjoni tal-ikel’ tfisser ikel li jagħti l-impressjoni li jkun ikel ieħer li fih xi ingredjent li s-soltu jkun użat sħiħ jew parzjalment imħallat ma’ jew sostitut b’ieħor.

Ġustifikazzjoni

Ristabbiliment tal-Pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari.

 

Emenda    34

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 3 - paragrafu 1 a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

1a. It-tikketta tal-ikel għandha tkun tintgħaraf, tinqara u tinftiehem faċilment mill-konsumatur.

 

Emenda    35

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 3 – paragrafu 3

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

3. Fejn il-liġi tal-informazzjoni dwar l-ikel tistabbilixxi rekwiżiti ġodda, għandha tingħata konsiderazzjoni lill-bżonn ta’ perijodu tranżizzjonali wara d-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti l-ġodda, li matulu l-ikel li jkollu tikketti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti l-ġodda jista' jitqiegħed fis-suq u għall-ħażniet ta' dak l-ikel li tqiegħdu fis-suq qabel ma jintemm il-perijodu ta' transizzjoni jibqgħu jinbiegħu sakemm jispiċċaw.

3. Fejn il-liġi tal-informazzjoni dwar l-ikel tistabbilixxi rekwiżiti ġodda, għandu jingħata perijodu ta’ tranżizzjoni wara d-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti l-ġodda, li matulu l-ikel li jkollu tikketti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti l-ġodda jista’ jitqiegħed fis-suq u għall-ħażniet ta’ dak l-ikel li tqiegħdu fis-suq qabel ma jintemm il-perijodu ta’ transizzjoni jibqgħu jinbiegħu sakemm jispiċċaw.

Ġustifikazzjoni

Biex is-suq intern jiffunzjona bla xkiel, kif ukoll biex jonqos l-iskart fl-ippakkjar, huwa normali li jkun provdut perijodu tranżitorju meta jiġu introdotti rekwiżiti ġodda għat-tikkettjar. Dan kien maqbul matul l-ewwel qari tal-Parlament.

 

Emenda    36

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 4 - paragrafu 1 - punt b

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(b) informazzjoni dwar il-ħarsien ta’ saħħet il-konsumaturi u l-użu sigur ta’ xi ikel. B’mod partikolari, din għandha tikkonċerna informazzjoni dwar:

(b) informazzjoni dwar il-ħarsien ta’ saħħet il-konsumaturi u l-użu sigur ta’ xi ikel. B’mod partikolari, din għandha tikkonċerna informazzjoni dwar:

(i) kwalitajiet kompożizzjonali li jistgħu jkunu ta’ ħsara għal saħħet ċerti gruppi ta’ konsumaturi;

(i) kwalitajiet kompożizzjonali li jistgħu jkunu ta’ ħsara għal saħħet ċerti gruppi ta’ konsumaturi;

(ii) durabbiltà, ħżin,u użu sigur;

(ii) durabbiltà, ħżin, rekwiżiti ta’ konservazzjoni ladarba jinfetaħ il-prodott, jekk ikun il-każ, u użu sigur;

l-impatt fuq is-saħħa, inkluż ir-riskji u l-konsegwenzi marbuta mal-konsum dannuż u perikoluż ta’ xi ikel;

 

 

Emenda    37

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 7 - paragrafu 1

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. L-informazzjoni dwar l-ikel m’għandhiex tiżgwida, speċjalment:

1. L-informazzjoni dwar l-ikel m’għandhiex tiżgwida, speċjalment:

(a) fir-rigward tal-karatteristiċi ta’ l-ikel u, b’mod partikolari, fir-rigward tan-natura tiegħu, l-identità, il-proprjetajiet, il-kompożizzjoni, il-kwantità, id-durabbiltà, il-pajjiż ta' l-oriġini jew il-post ta' provenjenza, il-metodu ta’ fabbrikazzjoni jew produzzjoni;

(a) fir-rigward tal-karatteristiċi ta’ l-ikel u, b’mod partikolari, fir-rigward tan-natura tiegħu, l-identità, il-proprjetajiet, il-kompożizzjoni, il-kwantità, id-durabbiltà, il-pajjiż ta' l-oriġini jew il-post ta' provenjenza, il-metodu ta’ fabbrikazzjoni jew produzzjoni;

(b) billi tattribwixxi għall-ikel l-effetti jew il-karatteristiċi li ma fihx;

(b) billi tattribwixxi għall-ikel l-effetti jew il-karatteristiċi li ma fihx;

(c) billi tissuġġerixxi li l-ikel fih karatteristiċi speċjali meta fil-fatt l-ikel kollu simili fih dawk il-karatteristiċi;

(c) billi tissuġġerixxi li l-ikel fih karatteristiċi speċjali meta fil-fatt l-ikel kollu simili fih dawk il-karatteristiċi;

 

(ca) billi speċifikament tenfasizza l-assenza ta' ċerti ingredjenti u/jew nutrijenti li huwa evidenti li l-ikel ikkonċernat ma jkunx fih;

(d) billi fid-deskrizzjoni jew ir-rappreżentazzjonijiet bl-istampi tiġi ssuġġerita l-preżenza ta' ikel jew ta' ingredjent partikolari, filwaqt li fir-realtà xi komponent preżenti b'mod naturali jew ingredjent normalment użat f’dak l-ikel ikun ġie sostitwit b'komponent differenti jew ingredjent differenti.

(d) billi bid-dehra, id-deskrizzjoni jew ir-rappreżentazzjonijiet bl-istampi tiġi ssuġġerita l-preżenza ta' ikel jew ta' ingredjent partikolari, filwaqt li fir-realtà xi komponent preżenti b'mod naturali jew ingredjent normalment użat f’dak l-ikel ikun ġie sostitwit b'komponent differenti jew ingredjent differenti.

 

(da) billi espliċitament isir reklamar ta' tnaqqis sostanzjali fil-kontenut taz-zokkor u/jew tax-xaħam, meta fl-istess ħin ma jkunx hemm tnaqqis korrispondenti fil-kontenut enerġetiku tal-ikel ikkonċernat;

 

Emenda    38

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(ba) billi jissuġġerixxi fid-deskrizzjoni jew ir-rappreżentazzjonijiet bl-istampi fuq il-pakkett il-preżenza ta’ prodott jew ingredjent partikolari għalkemm fir-realtà l-prodott li jkun ippakkjat ikun imitazzjoni tal-ikel jew ikun fih sostitut għal ingredjent li normalment jintuża fi prodott. F’każijiet bħal dawn, il-pakkett għandu jkollu b’mod prominenti l-marka ‘imitazzjoni’ jew magħmul minn (l-isem tal-ingredjent sostitut) minflok (l-isem tal-ingredjent sostitwit);

Ġustifikazzjoni

Il-pożizzjoni tal-PE fl-ewwel qari.

 

Emenda    39

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b b (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(bb) billi jissuġġerixxi, fil-każ ta’ prodotti tal-laħam, li prodott ikun fih biċċa waħda ta’ laħam, għalkemm dan fil-fatt ikun jikkonsisti minn biċċiet ta’ laħam imħallta. F’każijiet bħal dawn, il-prodott għandu jkun ittikettjat fuq il-quddiem tal-pakkett ‘laħam magħmul – minn biċċiet ta’ laħam imħallat’.

Ġustifikazzjoni

Ristabbiliment tal-Pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari.

 

 

Emenda    40

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 8 – paragrafu 6

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

6. L-operaturi tan-negozji tal-ikel fin-negozji taħt il-kontroll tagħhom għandhom jiżguraw li l-informazzjoni relatata ma’ ikel mhux ippakkjat bil-lest maħsuba għall-konsumatur finali jew għall-forniment lil fornituri tal-massa għandha tiġi trasmessa lill-operatur tan-negozju tal-ikel li jirċievi l-ikel sabiex tippermetti, fejn ikun il-każ, l-għoti ta' informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel lill-konsumatur finali.

6. L-operaturi tan-negozji tal-ikel fin-negozji taħt il-kontroll tagħhom għandhom jiżguraw li l-informazzjoni relatata ma’ ikel mhux ippakkjat bil-lest tkun magħmula disponibbli lill-operatur li jmexxi l-ikel għal aktar bejgħ jew aktar ipproċessar sabiex tippermetti lilu jew lilha, meta jintalab, biex tiġi pprovduta lill-konsumatur finali l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel.

Ġustifikazzjoni

L-ewwel qari ta’ Emenda 88

 

 

Emenda    41

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 9 - paragrafu 1- punt f a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(fa) id-data tal-ewwel iffriżar tal-laħam, tjur u ħut mhux ipproċessat;

 

Emenda    42

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 9 - paragrafu 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. Id-dettalji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu indikati bi kliem u numri. Huma jistgħu jiġu espressi b'mod alternattiv permezz ta' pittogrammi jew simboli minflok kliem jew numri fejn il-Kummissjon adottat miżuri tal-implimentazzjoni taħt il-paragrafu 3, u konformement ma' tali miżuri tal-implimentazzjoni.

2. Id-dettalji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu indikati bi kliem u numri.

 

Emenda    43

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 9 a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

Artikolu 9a

 

Derogi għall-intrapriżi żgħar

 

Prodotti manifatturati b’mod artiġjanali minn mikro-intrapriżi għandhom jiġu eżentati mir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 9 (1). Dawn il-prodotti jistgħu wkoll ikunu eżenti mir-rekwiżiti għall-informazzjoni stipulati fl-Artikolu 9 (1) (a) sa (k) jekk dawn jinbiegħu fuq il-post tal-produzzjoni u min ibigħ ikun kapaċi jipprovdi l-informazzjoni jekk jintalab. Alternattivament, l-informazzjoni tista’ tingħata permezz ta’ tikketti fuq l-ixkafef.

Ġustifikazzjoni

Derogi għandhom ikunu permessi għall-intrapriżi żgħar li jipproduċu prodotti artiġjanali. Din ukoll kienet il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari.

 

Emenda    44

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 10 – paragrafu 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. Sabiex tkun żgurata l-informazzjoni lill-konsumatur fir-rigward ta' tipi jew kategoriji speċifiċi ta’ ikel u biex jittieħed kont tal-progress tekniku, l-iżviluppi xjentifiċi, il-protezzjoni tas-saħħa tal-konsumaturi jew l-użu sikur tal-ikel, il-Kummissjoni tista' temenda l-Anness III permezz ta' atti ddelegati, taħt l-Artikolu 49 u suġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 50, 51 u 52.

2. Sabiex tkun żgurata l-informazzjoni lill-konsumatur fir-rigward ta’ tipi jew kategoriji speċifiċi ta’ ikel u biex jittieħed kont tal-progress tekniku, l-iżviluppi xjentifiċi, il-protezzjoni tas-saħħa tal-konsumaturi jew l-użu sikur tal-ikel, il-Kummissjoni tista’ temenda l-Anness III permezz ta’ atti ddelegati, taħt l-Artikolu 49.

 

Fejn għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza hekk jitolbu, għandha tapplika l-proċedura provduta fl-Artikolu 52 għal atti ddelegati skont dan l-Artikolu.

 

Emenda    45

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 12 - paragrafu 3

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

3. Sabiex ikun żgurat li l-konsumatur ikun jista' jibbenefika minn mezzi oħra ta' għoti ta' informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel aktar adattati għal ċerti dettalji obbligatorji, il-Kummissjoni tista tipprevedi regoli, permezz ta' atti ddelegati, taħt l-Artikolu 49 u suġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 50 u 51, dwar id-disponibbiltà ta' ċerti dettalji obbligatorji b'mezzi oħra barra dawk fiq il-pakkett jew fuq it-tabella.

imħassar

 

Emenda    46

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 13 - paragrafu 1

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. Mingħajr ħsara għar-regoli adottati taħt l-Artikolu 42(2), l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tiġi mmarkata f’post li jidher b’tali mod li tkun tidher faċilment, tinqara sew u, fejn ikun f'loku, ma titħassarx. M’għandhiex tkun moħbija bl-ebda mod, mgħottija, imnaqqsa jew imfixkla b'xi kitba oħra jew stampi jew xi materjal oħra li jintervjeni.

1. Mingħajr ħsara għar-regoli adottati taħt l-Artikolu 4(2), l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tiġi mmarkata f’post li jidher b’tali mod li tkun tidher faċilment, tinqara sew u, fejn ikun f'loku, ma titħassarx. M’għandha tkun moħbija bl-ebda mod, mgħottija, imnaqqsa jew imfixkla b'xi kitba oħra jew stampi jew xi materjal ieħor li jintervjeni, pereżempju b' xi partijiet tal-istess imballaġġ tal-ikel.

 

 

Emenda    47

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 13 - paragrafi 2-5

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni applikabbli għal ikel partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti msemmijin fil-punti fl-Artikolu (a) sa (k) tal-Artikolu 9(1), meta jidhru fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla fuqu, id-dettalji obbligatorji elenkati fl-Artikolu 9(1) għandhom jiġu stampati fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta f'ittri li jużaw qies ta' tipa fejn l-għoli-x, kif definit fl-Anness IV, ikun ugwali jew iktar minn 1.2 mm. Il-partikolaritajiet obbligatorji għandhom jiġu ppreżentati b'tali mod li jiżgura kuntrast sinfikanti bejn l-istampar u l-isfond.

2. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni applikabbli għal ikel partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti msemmijin fil-punti fl-Artikolu (a) sa (k) tal-Artikolu 9(1), meta jidhru fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla fuqu, id-dettalji obbligatorji elenkati fl-Artikolu 9(1) għandhom jiġu stampati fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta f’ittri b’mod li jkun leġibbli kjarament u li jużaw qies ta’ tipa fejn l-għoli-x, kif definit fl-Anness IV, ikun ugwali jew iktar minn 1.2 mm. Kriterji oħra barra l-qies tat-tipa, bħat-tip tat-tipi, il-kuntrast bejn it-tipa u l-isfond, il-linji u l-għoli tal-karattri għandhom ukoll ikunu kkunsidrati.

3. F'każ ta’ imballaġġ jew kontenituri li l-akbar wiċċ tagħhom għandu êrja ta' inqas minn 60 cm2, id-daqs tal-għoli-x tat-tipa msemmi fil-paragrafu 2 għandu jkun ugwali għal jew ikbar minn 0,9 mm.

3. F'każ ta’ imballaġġ jew kontenituri li l-akbar wiċċ tagħhom stampabbli għandu êrja ta' inqas minn 80 cm2, id-daqs minimu tal-għoli-x tat-tipa msemmi fil-paragrafu 2 għandu jkun ugwali għal jew ikbar minn 0,9 mm.

4. Għall-finijiet li tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista', f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 46(2), tadotta regoli ddettaljati dwar il-kuntrast bejn l-istampar u l-isfond.

imħassar

5. Għall-fini li jinkisbu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ddelegati, f'konformità mal-Artikolu 49 u suġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 50 u 51, kriterji dwar il-leġġibbiltà addizzjonali għal dawk speċifikati taħt il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

5. Għall-fini li jinkisbu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, flimkien mal-partijiet interessati konċernati, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, tistabbilixxi, permezz ta' atti ddelegati, f'konformità mal-Artikolu 49 u suġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 50 u 51, li jistabbilixxu regoli vinkolanti għal-leġibilità.

Għall-istess fini imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ddelegati, taħt l-Artikolu 49 u suġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 50 u 51, testendi r-rekwiżiti taħt il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta’ dettalji obbligatorji addizzjonali għal tipi jew kategoriji speċifiċi ta’ ikel.

Għall-istess fini imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ddelegati, taħt l-Artikolu 49 u suġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 50 u 51, testendi r-rekwiżiti taħt il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta’ dettalji obbligatorji addizzjonali għal tipi jew kategoriji speċifiċi ta’ ikel.

 

 

Emenda    48

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 13 - paragrafu 6

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Id-dettalji elenkati fil-punti (a), (e), (f) u (k) tal-Artikolu 9(1) għandhom jidhru fl-istess linji viżivi.

Id-dettalji elenkati fil-punti (a), (e), u (k) tal-Artikolu 9(1) għandhom jidhru fl-istess linji viżivi.

 

Emenda    49

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 13 - paragrafu 7

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

7. Il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu m’għandux japplika fil-każijiet speċifikati fl-Artikolu 16(1) u (2).

7. Il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu m’għandux japplika fil-każijiet speċifikati fl-Artikolu 16(1) u (2). Jistgħu jiġu adottati dispożizzjonijiet nazzjonali speċifiċi għal imballaġġ jew kontenituri bħal dawn fil-każ ta' Stati Membri li għandhom aktar minn lingwa uffiċjali waħda.

 

 

Emenda    50

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 15 - paragrafu 2 a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

2a. L-ikel mibjugħ f'żoni franki mid-dazju jista’ jitqiegħed fis-suq ippreżentat biss bl-Ingliż.

 

Emenda    51

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 16 – paragrafu 1

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. Fil-każ ta’ fliexken tal-ħġieġ maħsuba biex jerġgħu jintużaw li huma mmarkati b’mod li ma jitħassrux u li għalhekk m’għandhomx tikketta, ċirku jew għonq, id-dettalji obbligatorji elenkati fil-punti (a), (c), (e), (f) u (l) tal-Artikolu 9(1) biss għandhom ikunu obbligatorji.

1. Fil-każ ta’ fliexken tal-ħġieġ maħsuba biex jerġgħu jintużaw li huma mmarkati b’mod li ma jitħassrux u li għalhekk m’għandhomx tikketta, ċirku jew għonq, id-dettalji obbligatorji elenkati fil-punti (a), (c), (e) u (f) tal-Artikolu 9(1) biss għandhom ikunu obbligatorji.

Ġustifikazzjoni

Ara l-Emenda 124 fil-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari.

 

Emenda    52

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 16 – paragrafu 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. Fil-każ ta' ppakkjar jew ta’ kontenituri li l-ikbar wiċċ tagħhom fih êrja ta’ inqas minn 10 cm2 d-dettalji elenkati fil-punti (a), (c), (e) u (f) tal-Artikolu 9(1) biss għandhom ikunu obbligatorji fuq il-pakkett jew it-tikketta. Id-dettalji msemmija fl-Artikolu 9(1) (b) għandhom jiġu provduti b’mezzi oħra jew għandhom ikunu disponibbli meta jitlobhom il-konsumatur.

2. Fil-każ ta' ppakkjar jew ta’ kontenituri li l-ikbar wiċċ stampabbli tagħhom fih êrja ta’ inqas minn 80 cm2 d-dettalji elenkati fil-punti (a), (c), (e) u (f) tal-Artikolu 9(1) biss għandhom ikunu obbligatorji fuq il-pakkett jew it-tikketta. Il-provvediment ta’ aktar dettalji fuq il-pakkett għandu jkun possibbli fuq bażi volontarja. Id-dettalji msemmija fl-Artikolu 9(1) (b) għandhom jiġu provduti b’mezzi oħra jew għandhom ikunu disponibbli meta jitlobhom il-konsumatur.

Ġustifikazzjoni

L-akbar wiċċ stampabbli hija l-akbar erja tal-pakkett li tista’ tkun stampata skont is-sengħa. F’każ ta’ tikketti, l-akbar wiċċ stampabbli huwa l-akbar tikketta disponibbli għall-pakketti individwali. Fejn l-akbar erja tal-wiċċ partikolari li tista’ tkun stampata hija ta’ 80 cm² jew anqas u l-ispazju ma jippermettix l-għoli tal-ittri (għoli-x) rakkomandat, għandha tingħata aktar enfasi lill-kwistjonijiet bħal kulur u kuntrast tat-test, l-għażla tat-tip ta’ tipi, jiġifieri tipi (sans serif) faċli biex jinqraw, l-użu ta’ test skur u korsiv fejn xieraq, it-tqassim tat-test, il-qosor u ċ-ċarezza tal-messaġġ.

 

Emenda    53

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 16 - paragrafu 4 - subparagrafu 1

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

4. Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra tal-Unjoni li jirrikjedu lista ta' ingredjenti jew dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni, id-dettalji msemmijin fil-punti (b) u (l) tal-Artikolu 9(1) m'għandhomx ikunu obbligatorji għal:

4. Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra tal-Unjoni li jirrikjedu lista ta' ingredjenti jew dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni, id-dettalji msemmijin fil-punti (b) u (l) tal-Artikolu 9(1) m'għandhomx ikunu obbligatorji għax-xarbiet li fihom l-akoħol.

(a) inbejjed koperti bl-Anness XI b tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

 

(b)prodotti koperti bir-Regolament (KEE) Nru 1601/91;

 

(c) xorb simili għal dak imsemmi taħt fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu, li fih aktar minn 1,2 % b'volum ta' alkoħol li jsir mill-fermentazzjoni ta' frott jew ta' ħxejjex;

 

(d) mead;

 

(e)kull tip ta' birra; kif ukoll

 

f) xorb spirituż, kif iddefinit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008.

 

 

Emenda    54

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 16 - paragrafu 4 - subparagrafi 2 and 3

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Sa ..., l-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 18 u l-Artikolu 29(1) għall-prodotti msemmijin f'dan il-paragrafu, u li jindirizza jekk xi kategorjiji ta' xorb għandhomx jiġu eżentati, b'mod partikolari r-rekwiżit li jipprovdu l-informazzjoni dwar il-valur enerġetiku, u r-raġunijiet li jiġġustifikaw eżenzjonijiet possibbli, b'kont meħud tal-ħtieġa li tkun żgurata l-koerenza ma’ linji politiċi rilevanti oħra tal-Unjoni .

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport wara ...*, li jkun jinkludi definizzjoni ta’ "alkopop", dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 18 u l-Artikolu 29(1) għall-prodotti msemmijin f’dan il-paragrafu, u li jindirizza jekk xorb alkoħoliku għandux jiġi inkluż fil-futur, b’mod partikolari f'dak li jirrigwardja r-rekwiżit li jipprovdu l-informazzjoni dwar il-valur enerġetiku, u r-raġunijiet li jiġġustifikaw eżenzjonijiet possibbli, b’kont meħud tal-ħtieġa li tkun żgurata l-koerenza ma’ linji politiċi rilevanti oħra tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni tista' takkumpanja dan ir-rapport bi proposta leġislattiva li tiddetermina r-regoli għal lista tal-ingredjenti jew dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni ta' dawn il-prodotti.

Il-Kummissjoni għandha takkumpanja dan ir-rapport bi proposta leġislattiva, jekk ikun xieraq, li tiddetermina r-regoli għal lista tal-ingredjenti jew dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni ta’ dawn il-prodotti.

* ĠU L …”. daħħal id-data ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

* ĠU L …”. daħħal id-data sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

 

Emenda    55

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 19 – paragrafu 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. Sabiex jittieħed kont tar-rilevanza għall-konsumatur ta' lista ta' ingredjenti fir-rigward ta' tipi jew kategoriji speċifiċi ta’ ikel, il-Kummissjoni tista', f'każi eċċezzjonali, permezz ta' atti ddelegati, taħt l-Artikolu 49 u suġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 50 u 51, tissupplimenta l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, sakemm l-ommissjonijiet ma jirriżultawx li ma jkunux infurmati biżżejjed il-konsumatur finali jew il-fornituri tal-massa.

2. Sabiex jittieħed kont tar-rilevanza għall-konsumatur ta’ lista ta’ ingredjenti fir-rigward ta’ tipi jew kategoriji speċifiċi ta’ ikel, il-Kummissjoni tista’, f’każi eċċezzjonali, permezz ta’ atti ddelegati, taħt l-Artikolu 49, tissupplimenta l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, sakemm l-ommissjonijiet ma jirriżultawx li ma jkunux infurmati biżżejjed il-konsumatur finali jew il-fornituri tal-massa.

 

 

Emenda    56

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 21 - paragrafu 1

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Mingħajr preġudizzju għar-regoli adottati taħt l-Artikolu 42(2), id-dettalji msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1) għandhom ikunu indikati fil-lista tal-ingredjenti f'konformità mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 18(1), b'referenza ċara għall-isem tas-sustanza jew tal-prodott kif elenkat fl-Anness II.

Mingħajr preġudizzju għar-regoli adottati taħt l-Artikolu 42(2), id-dettalji msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1) għandhom ikunu indikati bħala li huma qrib ħafna tal-lista tal-ingredjenti, kif ġej: "fih (l-isem tas-sustanza jew prodott)” kif elenkat fl-Anness II.

Fin-nuqqas ta' lista tal-ingredjenti, l-indikazzjoni tad-dettalji msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1) għandha tinkludi l-kelma "fihom" li ssegwi bl-isem tas-sustanza jew tal-prodott kif elenkat fl-Anness II.

 

Fejn diversi ingredjenti jew għajnuniet għall-ipproċessar ta' xi ikel joriġinaw minn sustanza jew prodott uniku elenkat fl-Anness II, it-tikkettar għandu jagħmilha ċara għal kull ingredjent jew għajnuna għall-ipproċessar ikkonċernata.

 

L-indikazzjoni tad-dettalji msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1) m'għandhiex tkun meħtieġa f'każijiet fejn l-isem tal-ikel jirreferi b'mod ċar għas-sustanza jew għall-prodott kkonċernat.

 

 

Emenda    57

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 21 – paragrafu 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. Sabiex tkun żgurata informazzjoni aħjar lill-konsumatur u biex jittieħed kont tal-progress xjentifiku u l-għarfien tekniku l-aktar reċenti, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina b'bod sistematiku u, meta jkun meħtieġ, taġġorna l-lista fl-Anness II permezz ta' atti ddelegati, taħt l-Artikolu 49 u suġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 50, 51 u 52.

2. Sabiex tkun żgurata informazzjoni aħjar lill-konsumaturi u biex jittieħed kont tal-progress xjentifiku u l-għarfien tekniku l-aktar reċenti, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid b’mod sistematiku u, meta jkun meħtieġ, taġġorna l-lista fl-Anness II permezz ta’ atti ddelegati, taħt l-Artikolu 49.

 

Fejn għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza hekk jitolbu, għandha tapplika l-proċedura provduta fl-Artikolu 52 għal atti ddelegati skont dan l-Artikolu.

 

Emenda    58

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 23 – paragrafu 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. Sabiex ikun żgurat fehim aħjar mill-konsumatur tal-informazzjoni dwar l-ikel fuq it-tikketta, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi għal ċertu ikel speċifikat, permezz ta' atti ddelegati, taħt l-Artikolu 49 u suġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 50 u 51, metodu differenti ta' espressjoni tal-kwalità netta minn dak stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

2. Sabiex ikun żgurat fehim aħjar mill-konsumatur tal-informazzjoni dwar l-ikel fuq it-tikketta, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi għal ċertu ikel speċifikat, permezz ta’ atti ddelegati, taħt l-Artikolu 49, metodu differenti ta’ espressjoni tal-kwantità netta minn dak stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

 

Emenda    59

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 24 - titolu

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Data minima sakemm iservi u data ‘uża sa'

Data minima sakemm iservi, data ‘uża sa' u data tal-ewwel iffriżar ta' laħam, tjur u ħut mhux proċessati

 

Emenda    60

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 24 – paragrafu 3

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

3. Sabiex tkun żgurata applikazzjoni uniformi fil-mod li bih tkun indikata d-data ta' durabbiltà minima msemmija fil-punt 1(c) talAnness X, il-Kummissjoni tista' tadotta, f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 46(2), regoli implimentattivi f'dan ir-rigward.

3. Sabiex tkun żgurata applikazzjoni uniformi fil-mod li bih tkun indikata d-data ta’ durabbiltà minima msemmija fil-punt 1(c) tal-Anness X, il-Kummissjoni tista’ tadotta, f’konformità mal-proċedura eżaminatorja msemmija fl-Artikolu 46(2), atti implimentattivi li jistabbilixxu regoli implimentattivi f’dan ir-rigward.

 

 

Emenda    61

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 25

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tat-tikkettar previsti fid-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, b'mod partikolari, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel.

1. Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tat-tikkettar previsti fid-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, b'mod partikolari, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel.

1 ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

1 ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

2 ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

2 ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

2. Indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-post ta’ provenjenza għandu jkun obbligatorju:

2. Indikazzjoni tal-pajjiż jew tal-post ta’ provenjenza għandu jkun obbligatorju:

(a) fejn in-nuqqas ta’ din l-indikazzjoni jista’ jiżgwida lill-konsumatur fir-rigward tal-pajjiż veru tal-oriġini jew il-post veru ta’ provenjenza tal-ikel, b’mod partikolari jekk l-informazzjoni li jkun hemm mal-ikel jew it-tikketta b’mod globali tista’ b’xi mod ieħor timplika li l-ikel għandu pajjiż differenti tal-oriġini jew post differenti ta’ provenjenza;

(a) fejn in-nuqqas ta’ din l-indikazzjoni jista’ jiżgwida lill-konsumatur fir-rigward tal-pajjiż veru jew il-post veru ta’ provenjenza tal-ikel, b’mod partikolari jekk l-informazzjoni li jkun hemm mal-ikel jew it-tikketta b’mod globali tista’ b’xi mod ieħor timplika li l-ikel għandu pajjiż differenti jew post differenti ta’ provenjenza;

(b) għal-laħam, li jaqa’ taħt il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (“NM”) elenkati fl-Anness XI. L-applikazzjoni ta’ dan il-punt għandha tkun suġġetta għall-adozzjoni tar-regoli implimentattivi msemmijin fil-paragrafu 6.

(b) għal laħam kollu u t-tjur;

 

­– għall-ħalib u l-lattiċibi;

 

– għal frott u ħaxix frisk;

 

– għal prodotti oħra b’ingredjent wieħed;

 

– għal laħam, tjur u ħut meta jintużaw bħala ingredjent f’ikel ipproċessat.

 

Għal-laħam u t-tjur, il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta’ provenjenza jista’ jingħata bħala post wieħed għall-annimali biss fejn l-annimali jkunu twieldu, trabbew u nqatlu fl-istess pajjiż jew post. F’każijiet oħra għandha tingħata l-informazzjoni fuq il-postijiet differenti tat-twelid, tat-trobbija u tal-qatla.

 

 

 

L-applikazzjoni ta’ dan il-punt għandha tkun suġġetta għall-adozzjoni tar-regoli implimentattivi msemmijin fil-paragrafu 6.

3. Fejn jingħata l-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ikel u fejn dan ma jkunx l-istess bħal dak tal-ingredjent primarju tiegħu:

3. Fejn jingħata l-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ikel u fejn dan ma jkunx l-istess bħal dak tal-ingredjent primarju tiegħu:

(a) il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ingredjent primarju kkonċernat għandu jingħata wkoll; jew

(a) il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ingredjent primarju kkonċernat għandu jingħata wkoll; jew

(b) il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ingredjent primarju għandu jiġi indikat bħala differenti minn dak tal-ikel.

(b) il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ingredjent primarju għandu jiġi indikat bħala differenti minn dak tal-ikel.

L-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu għandha tkun suġġetta għall-adozzjoni tar-regoli implimentattivi msemmijin fil-paragrafu 6.

L-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu għandha tkun suġġetta għall-adozzjoni tar-regoli implimentattivi msemmijin fil-paragrafu 6.

4. Sa ħames snin mid-data tal-applikazzjoni tal-punt (b) tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex tiġi evalwata l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-post ta' provenjenza għall-prodotti msemmijin f’dak il-punt.

4. Sa ħames snin mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istatus tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsam mal-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-post ta' provenjenza għall-prodotti msemmijin fil-punt (b) tal-paragrafu 2.

5. Sa ...*, l-Kummissjoni għandha tippreżenta rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fir-rigward tal-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-post ta' provenjenza għal:

Il-Kummissjoni tista' takkumpanja dak ir-rapport bi proposti biex jiġu modifikati d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni.

(a) tipi oħra ta' laħam barra ċ-ċanga u barra dawk imsemmijin fil-punt (b) tal-paragrafu 2;

 

(b) ħalib:

 

(c) ħalib użat bħala ingredjent fi prodotti tal-ħalib;

 

(d) laħam użat bħala ingredjent;

 

(e) ikel mhux ipproċessat;

 

(f) prodott b'ingredjent wieħed;

 

(g) ingrejenti li jirrappreżentaw aktar minn 50% ta’ ikel.

 

Those reports shall take into account the need for the consumer to be informed, the feasibility of providing the mandatory indication referred to in the first subparagrafu and an analysis of the costs and benefits of the introduction of such measures, including the legal impact on the internal market and the impact on international trade.

 

The Commission may accompany those reports with proposals to modify the relevant Union provisions.

 

* OJ: daħħal id-data sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

 

 

5a. L-isem jew l-indirizz tal-operatur tan-negozju tal-ikel fuq it-tikketta ma jikkostitwixxix indikazzjoni tal-pajjiż jew il-post ta’ provenjenza tal-prodott tal-ikel konċernat.

6. Sa ...*, il-Kummissjoni għandha tadotta, f'konformità mal-proċedura regolatorja imsemmija fl-Artikolu 46(2), regoli ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-punt (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-applikazzjoni tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

6. Sa ...*, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 49, regoli ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.

* ĠU L …”. daħħal id-data sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Fejn għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza hekk jitolbu, għandha tapplika l-proċedura provduta fl-Artikolu 52 għal atti ddelegati skont dan l-Artikolu.

 

* ĠU L …”. daħħal id-data sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Ara Emendi 101 u 328 fil-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari.

 

Emenda    62

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 26 - paragrafu 1

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. L-istruzzjonijiet dwar l-użu ta’ xi ikel għandhom jiġu indikati b’tali mod li jippermettu l-użu korrett tal-ikel.

1. L-istruzzjonijiet dwar l-użu ta’ xi ikel għandhom jiġu indikati b’tali mod li jippermettu l-użu korrett tal-ikel. Fejn ikun f'loku, għandhom jingħataw istruzzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tar-refriġerazzjoni u tal-ħżin u dwar il-limitu ta' żmien għall-konsum wara li jinfetaħ il-pakkett.

 

Emenda    63

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 26 – paragrafu 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. Il-Kummissjoni tista’, f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 46(2), tadotta regoli ddettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għal ċertu ikel.

2. Il-Kummissjoni tista’, f’konformità mal-proċedura eżaminatorja msemmija fl-Artikolu 46(2), tadotta atti implimentattivi li jippreskrivu regoli ddettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għal ċertu ikel.

 

Emenda    64

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(b) l-ammonti ta’ xaħam, saturati, karboidrati, zokkor, proteini u melħ.

(b) l-ammonti ta’ xaħam, saturati, zokkor, u melħ;

Ġustifikazzjoni

Dawn in-nutrijenti u enerġija huma l-aktar importanti għall-konsumaturi u għalhekk jeħtieġ li jitpoġġew fuq il-quddiem tal-pakkett.

Emenda    65

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(ba) l-ammonti ta' proteini, karboidrati u xaħam trans.

Ġustifikazzjoni

Dawn in-nutrijenti huma importanti għall-konsumaturi u għalhekk jeħtieġ li jkunu obbligatorji fuq il-wara tal-pakkett.

 

Emenda    66

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 29 - paragrafu 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. Il-kontenut tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni obbligatorja msemmija fil-paragrafu 1 jista' jkun issupplimentat b'indikazzjoni tal-ammonti ta' wieħed minn dan li ġej jew aktar:

2. Il-kontenut tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni obbligatorja msemmija fil-paragrafu 1 jista' jkun issupplimentat b'indikazzjoni tal-ammonti ta' wieħed minn dan li ġej jew aktar:

(a) xaħmijiet trans;

imħassar

(b) monoinsaturati;

(b)  monoinsaturati;

(c) polinsaturati;

(c)  polinsaturati;

(d) polioli;

(d)  polioli;

(e) lamtu;

(e)  lamtu;

(f) fibra;

(f)  fibra;

 

(fa) kolesterol

 

(fa) sodju;

 

(fb) zokkrijiet ġodda

(g) kwalunkwe vitamina jew mineral elenkati fil-punt 1 tal-Parti A tal-Anness XIII, u li jkunu preżenti f’ammonti sinifikanti kif iddefiniti fil-punt 2 tal-Parti A tal-Anness XIII.

(g) kwalunkwe vitamina jew mineral elenkati fil-punt 1 tal-Parti A tal-Anness XIII, u li jkunu preżenti f’ammonti sinifikanti kif iddefiniti fil-punt 2 tal-Parti A tal-Anness XIII.

 

Emenda    67

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 30 – paragrafu 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. Il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta' atti ddelegati, taħt l-Artikolu 49 u suġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 50 u 51, fatturi ta' konverżjoni għall-vitamini u l-minerali msemmija fil-punt 1 ta' Parti A tal-Anness XIII, sabiex ikun ikkalkulat il-kontenut ta’ dawn il-vitamini u minerali fl-ikel b'mod aktar preċiż. Dawk il-fatturi ta’ konverżjoni għandhom jiżdiedu fl-Anness XIV.

2. Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, taħt l-Artikolu 49, fatturi ta’ konverżjoni għall-vitamini u l-minerali msemmija fil-punt 1 ta’ Parti A tal-Anness XIII, sabiex ikun ikkalkulat il-kontenut ta’ dawn il-vitamini u minerali fl-ikel b’mod aktar preċiż. Dawk il-fatturi ta’ konverżjoni għandhom jiżdiedu fl-Anness XIV.

 

Emenda    68

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 30 - paragrafu 3

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

3. Il-valur enerġetiku u l-ammonti ta' nutrijenti msemmijin fl-Artikolu 29(1) sa (5) għandhom ikunu dawk tal-ikel kif jinbiegħ.

3. Il-valur enerġetiku u l-ammonti ta' nutrijenti msemmijin fl-Artikolu 29(1) u (2) għandhom ikunu dawk tal-ikel kif jinbiegħ.

Fejn ikun f'loku, l-informazzjoni tista’ tkun marbuta mal-ikel wara l-preparazzjoni, dejjem jekk jingħataw istruzzjonijiet dettaljati biżżejjed dwar il-preparazzjoni u l-informazzjoni tkun marbuta mal-ikel kif jiġi mħejji għall-konsum.

Fejn ikun f'loku, l-informazzjoni tista’ tkun marbuta mal-ikel wara l-preparazzjoni, dejjem jekk jingħataw istruzzjonijiet dettaljati biżżejjed dwar il-preparazzjoni u l-informazzjoni tkun marbuta mal-ikel kif jiġi mħejji għall-konsum.

 

Emenda    69

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 30 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Il-Kummissjoni tista', skont il-preċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 46(2), tadotta regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni uniformi ta' dan il-paragrafu fir-rigward tal-preċiżjoni tal-valuri ddikjarati bħalma huma d-differenzi bejn il-valuri ddikjarati u dawk stabbiliti matul verifiki uffiċjali.

Il-Kummissjoni tista’, skont il-preċedura eżaminatorja msemmija fl-Artikolu 46(2), tadotta atti implimentattivi li jippreskrivu regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni uniformi ta’ dan il-paragrafu fir-rigward tal-preċiżjoni tal-valuri ddikjarati bħalma huma d-differenzi bejn il-valuri ddikjarati u dawk stabbiliti matul verifiki uffiċjali.

 

Emenda    70

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 31 - paragrafu 1

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Il-valur enerġetiku u l-ammont ta' nutrijenti msemmija fl-Artikolu 29(1) sa (5) għandhom ikunu espressi bl-użu tal-unitajiet tal-kejl elenkati fl-Anness XV.

1. Il-valur enerġetiku u l-ammont ta' nutrijenti msemmija fl-Artikolu 29(1) u (2) għandhom ikunu espressi bl-użu tal-unitajiet tal-kejl elenkati fl-Anness XV.

 

Emenda    71

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 31 – paragrafu 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. Il-valur enerġetiku u l-ammont ta' nutrijenti msemmija fl-Artikolu 29(1) sa (5) għandhom ikunu espressi għal kull 100g jew għal kull 100ml.

2. Id-“dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni obbligatorja fuq wara tal-pakkett” għandha tinkludi l-ammont enerġetiku f’kcal u n-nutrijenti obbligatorji kollha msemmija fl-Artikolu 29(1) u fejn xieraq in-nutrijenti volontarji msemmijin fl-Artikolu 29(2).

 

Għandhom ikunu espressi, fejn xieraq, fl-ordni tal-preżentazzjoni prevista fl-Anness XV, kemm għal kull 100 g/ml kif ukoll għal kull porzjon.

 

Dan għandu jiġi ppreżentat f’forma ta’ tabella, bin-numri allinjati.

Ġustifikazzjoni

L-ewwel qari - Emenda 313

 

Emenda    72

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 31 - paragrafu 4

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

4. Minbarra l-forma ta' espressjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-valur enerġetiku u l-ammonti ta' nutrijenti msemmijin fl-Artikolu 29(1), (3), (4) u (5) jista' jiġi espress, kif adatt, bħala perċentwal tal-konsum referenzjali imsemmi fil-Parti B tal-Anness XIII relattivament għal kull 100g jew għal kull 100ml.

4. Minbarra l-forma ta' espressjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-valur enerġetiku u l-ammonti ta' nutrijenti msemmijin fl-Artikolu 29(1) u (2) jista' jiġi espress, kif adatt, bħala perċentwal tal-konsum referenzjali imsemmi fil-Parti B tal-Anness XIII relattivament għal kull 100g jew għal kull 100ml.

 

 

Emenda    73

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 31 - paragrafu 4 a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

4a. Jekk jingħataw indikazzjonijiet skont it-termini tal-paragrafu 4, l-informazzjoni addizzjonali li ġejja għandha tkun indikata qrib sew: ”Indikazzjoni ta' referenza tal-ammont ta’ kuljum għal mara ta’ mezz’età. Il-ħtiġiet tiegħek ta’ kuljum għandu mnejn li ma jkunux l-istess.”

 

Emenda    74

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 32 - paragrafu 1

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. Fil-każijiet li ġejjin, il-valur enerġetiku u l-ammont ta' nutrijenti msemmija fl-Artikolu 29(1) sa (5) jistgħu jkunu espressi għal kull porzjon u/jew għal kull unità ta' konsum, faċilment rikonoxxibbli mill-konsumaturi, sakemm il-porzjon jew l-unità tkun kwantifikata fit-tikketta u li l-għadd ta' porzjonijiet jew unitajiet li jinsabu fil-pakkett ikun imsemmi:

1. Fil-każijiet li ġejjin, il-valur enerġetiku u l-ammont ta' nutrijenti msemmija fl-Artikolu 29(1) u (2) jistgħu jkunu espressi għal kull porzjon u/jew għal kull unità ta' konsum, faċilment rikonoxxibbli mill-konsumaturi, sakemm il-porzjon jew l-unità tkun kwantifikata fit-tikketta u li l-għadd ta' porzjonijiet jew unitajiet li jinsabu fil-pakkett ikun imsemmi:

(a) barra mill-forma ta' espressjoni għal kull 100g jew għal kull 100ml msemmija fl-Artikolu 31(2);

(a) barra mill-forma ta' espressjoni għal kull 100g jew għal kull 100ml msemmija fl-Artikolu 31(2);

(b) barra mill-forma ta' espressjoni għal kull 100g jew għal kull 100ml msemmija fl-Artikolu 31(3) rigward l-ammonti ta' vitamini u minerali;

(b) barra mill-forma ta' espressjoni għal kull 100g jew għal kull 100ml msemmija fl-Artikolu 31(3) rigward l-ammonti ta' vitamini u minerali;

(c) barra mill-forma ta' espressjoni għal kull 100g jew għal kull 100ml msemmija fl-Artikolu 31(4).

(c) barra mill-forma ta' espressjoni għal kull 100g jew għal kull 100ml msemmija fl-Artikolu 31(4);

 

Emenda    75

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 32 - paragrafu 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. B’deroga mill-Artikolu 31(2), fil-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 29(3), (4) u (5) il-valur enerġetiku u l-ammont ta' nutrijenti u/jew il-perċentwal tal-konsum referenzjali stabbilit fil-Parti B tal-Anness XIII jistgħu jkunu espressi abbażi ta' unità għal kull porzjoni jew għal kull konsum biss.

imħassar

 

 

Emenda    76

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 32 – paragrafu 4

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

4. Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni uniformi tal-espressjoni tad-dikjarazzjoni ta' nutrizzjoni għal kull porzjon jew għal kull unità ta' konsum biex tkun pprovduta bażi uniformi ta' tqabbil għall-konsumaturi, il-Kummissjoni tista', b'kont meħud tal-imġieba tal-konsum attwali tal-konsumaturi kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tad-dieta, tadotta regoli dwar l-espressjoni għal kull porzjon jew għal kull unità ta' konsum għal kategoriji speċifiki ta' ikel, f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 46(2).

4. Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni uniformi tal-espressjoni tad-dikjarazzjoni ta' nutrizzjoni għal kull porzjon jew għal kull unità ta' konsum biex tkun pprovduta bażi uniformi ta' tqabbil għall-konsumaturi, il-Kummissjoni għandha, b'kont meħud tal-imġieba tal-konsum attwali tal-konsumaturi kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tad-dieta, tadotta, permezz ta’ atti implimentattivi, regoli dwar l-espressjoni għal kull porzjon jew għal kull unità ta' konsum għal kategoriji speċifiki ta' ikel, f'konformità mal-proċedura eżaminatorja msemmija fl-Artikolu 46(2).

 

 

 

Emenda    77

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 33 – paragrafu 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. Id-dettalji msemmijin fl-Artikolu 29(1) u (2) għandhom ikunu ppreżentati, jekk l-ispazju jippermetti, f'format tabulari bin-numri allinjati. Jekk ma jkunx hemm spazju, id-dikjarazzjoni għandha tidher f’format lineari.

2. Id-dettalji msemmijin fl-Artikolu 29(1) u (2) għandhom ikunu ppreżentati, jekk l-ispazju jippermetti fuq wara tal-pakkett f’format tabulari, bin-numri allinjati. Jekk ma jkunx hemm spazju, id-dikjarazzjoni għandha tidher f’format lineari u, fejn ikun il-każ, fl-ordni tal-preżentazzjoni prevista fl-Anness XV.

 

Emenda    78

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 33 - paragrafu 2b (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

2b. Il-paragrafu 2a ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-ippakkjar bħala rigal.

 

Emenda    79

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 33 - paragrafu 3

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

3. Id-dettalji msemmijin fl-Artikolu 29(3) jistgħu jkunu ppreżentati flimkien:

3. Fejn it-tikkettar ta’ ikel ippakkjat bil-lest jipprovdi d-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni li hemm riferiment għaliha fl-Artikolu 29(1), l-informazzjoni dwar l-enerġetija tista’ tittenna fuq il-kantuniera tal-lemin tan-naħa t’isfel tal-quddiem tal-pakkett għal kull 100g/ml u f’tip ta' daqs ta’ 3 mm u ċċirkondata b’burdura. Barra minn hekk, dik l-informazzjoni tista’ tkun ippreżentata bl-istess mod għal kull porzjon.

 

L-ammonti ta’ xaħam, saturati, zokkor, melħ espressi kull 100 g/ml jew kull porzjon jistgħu jittennew flimkien:

(a) f’linji viżivi differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu; kif ukoll

(a) f’linji viżivi differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu; kif ukoll

(b) f'format differenti minn dak speċifikat fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

(b) f'format differenti minn dak speċifikat fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

 

 

 

Emenda    80

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 33 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni uniformi ta' dan il-paragrafu, il-Kummissjoni tista', f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 46(2), tadotta regoli dwar il-valur enerġetiku u l-ammonti ta' nutrijenti msemmija fl-Artikolu 29(1) sa (5) li jisgħu jitqiesu bħala negliġibbli.

Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni uniformi ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti implimentattivi f’konformità mal-proċedura eżaminatorja msemmija fl-Artikolu 46(2), tadotta regoli dwar il-valur enerġetiku u l-ammonti ta’ nutrijenti msemmija fl-Artikolu 29(1) u (2) li jisgħu jitqiesu bħala negliġibbli.

 

 

Emenda    81

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 34 - paragrafu 1

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. Barra l-forom ta’ espressjoni msemmijin fl-Artikolu 31(2) u (4) u fl-Artikolu 32 u barra l-preżentazzjoni msemmija fl-Artikolu 33(2), il-valur enerġetiku u l-ammont ta' nutrijenti msemmijin fl-Artikolu 29(1) sa (5) jistgħu jingħataw f’xi forom oħra ta’ espressjoni u/jew jiġu ppreżentati bl-użu ta' forom jew simboli grafiċi barra kliem jew numri, sakemm ikunu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin:

1. Barra l-forom ta’ espressjoni msemmijin fl-Artikolu 31(2) u (4) u fl-Artikolu 32 u barra l-preżentazzjoni msemmija fl-Artikolu 33(2), il-valur enerġetiku u l-ammont ta' nutrijenti msemmijin fl-Artikolu 29(1) u (2) jistgħu jingħataw f’xi forom oħra ta’ espressjoni u/jew jiġu ppreżentati bl-użu ta' forom jew simboli grafiċi barra kliem jew numri, sakemm ikunu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) huma ma jiżgwidawx lill-konsumatur kif imsemmi fl-Artikolu 7;

(a) huma bbażati fuq riċerka soda u indipendenti mal-konsumaturi u ma jiżgwidawx lill-konsumatur kif imsemmi fl-Artikolu 7;

 

(aa) l-iżvilupp tagħhom huwa r-riżultat ta’ konsultazzjoni estensiva mal-gruppi kollha tal-partijiet interessati;

(b) huma għandhom l-għan li jiffaċilitaw il-mod kif il-konsumatur jifhem il-kontribut jew l-importanza tal-ikel fir-rigward tal-enerġija u kontenut ta’ nutrijent ta’ xi dieta;

(b) huma għandhom l-għan li jiffaċilitaw il-mod kif il-konsumatur jifhem il-kontribut jew l-importanza tal-ikel fir-rigward tal-enerġija u kontenut ta’ nutrijent ta’ xi dieta;

(c) dawn jiġu appoġġati b’evidenza dwar kemm il-konsumatur medju jifhem dawn il-forom ta’ espressjoni jew preżentazzjoni; kif ukoll

(c) dawn jiġu appoġġati b’evidenza indipendenti dwar kemm il-konsumatur jifhem dawn il-forom ta’ espressjoni jew preżentazzjoni; kif ukoll

(d) fil-każ ta' forom oħra ta’ espressjoni, dawn ikunu bbażati jew fuq konsum referenzjali armonizzat, jew jekk ma jkunx jeżisti, fuq parir xjentifiku aċċettat b’mod ġenerali dwar il-konsum ta’ enerġija jew nutrijenti.

(d) fil-każ ta' forom oħra ta’ espressjoni, dawn ikunu bbażati jew fuq il-konsum referenzjali armonizzat fil-Parti B tal-Anness XIII, jew jekk ma jkunx jeżisti, fuq parir xjentifiku aċċettat b’mod ġenerali dwar il-konsum ta’ enerġija jew nutrijenti.

 

(da) dawn huma oġġettivi u mhux diskriminatorji;

 

(db) l-applikazzjoni tagħhom tista’ ma toħloqx ostakli għall-moviment ħieles tal-prodotti.

 

 

Emenda    82

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 34 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

2a. Jekk id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għall-ikel elenkat fl-Anness V hija obbligatorja minħabba li ssir indikazzjoni dwar in-nutrizzjoni jew is-saħħa, id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni jew xi parti minnha m’għandhiex tkun obbligata li tidher fil-linji viżivi prinċipali.

Ġustifikazzjoni

L-ikel elenkat fl-Anness V huwa eżentat mir-rekwiżit tad-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni billi dawn fihom ammonti insinifikanti ta’ nutrijenti. Madankollu, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) n°1924/2006, kwalunkwe ikel, ukoll jekk elenkat fl-Anness V, ikun soġġett għad-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni meta ssir indikazzjoni dwar in-nutrizzjoni/saħħa. It-tqegħid tad-dikjarazzjoni jew partijiet mid-dikjarazzjoni fil-linji viżivi prinċipali mhux fattibbli fuq pakketti żgħar. Meta ssir indikazzjoni dwar in-nutrizzjoni/saħħa, l-ikel elenkat fl-Anness V għandu għalhekk ikun eżentat minn dan l-obbligu.

 

Emenda    83

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 34 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Sabiex jiffaċilitaw il-monitoraġġ tal-użu u l-impatt ta’ forom addizzjonali ta’ espressjoni jew preżentazzjoni bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-operaturi fin-negozju tal-ikel iqiegħdu fis-suq fit-territorju tagħhom ikel li jkollu informazzjoni bħal din biex jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti dwar l-użu ta’ forma addizzjonali ta’ espressjoni jew preżentazzjoni u biex jipprovdulhom il-ġustifikazzjonijiet rilevanti rigward it-twettiq tar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1. F’każi bħal dawn, informazzjoni dwar il-waqfien tal-użu ta’ forom addizzjonali ta’ espressjoni jew preżentazzjoni bħal dawn għandha tintalab ukoll.

Sabiex jiffaċilitaw il-monitoraġġ tal-użu u l-impatt ta’ forom addizzjonali ta’ espressjoni jew preżentazzjoni bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-operaturi fin-negozju tal-ikel iqiegħdu fis-suq fit-territorju tagħhom ikel li jkollu informazzjoni bħal din biex jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti dwar l-użu ta’ forma addizzjonali ta’ espressjoni jew preżentazzjoni u biex jipprovdulhom il-ġustifikazzjonijiet rilevanti rigward it-twettiq tar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1. F’każi bħal dawn, informazzjoni dwar il-waqfien tal-użu ta’ forom addizzjonali ta’ espressjoni jew preżentazzjoni bħal dawn għandha tintalab ukoll.

 

Emenda    84

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 34 – paragrafu 5

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

5. Sa ..., fid-dawl tal-espressjoni miksuba, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-użu ta' forom addizzjonali ta' espressjoni u preżentazzjoni, dwar l-effett tagħom fuq is-suq intern u dwar ir-rakkomandabbiltà ta' aktar armonizzazzjoni ta' dawk il-forom ta' espressjoni u preżentazzjoni. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni rilevanti rigward l-użu ta' forom addizzjonali ta' espressjoni jew preżentazzjoni bħal dawn fis-suq fit-territorju tagħhom. Il-Kummissjoni tista' takkumpanja dan ir-rapport bi proposti biex jiġu modifikati d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni.

5. Sa ..., fid-dawl tal-espressjoni miksuba, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-użu ta' forom addizzjonali ta' espressjoni u preżentazzjoni, dwar l-effett tagħom fuq is-suq intern u dwar ir-rakkomandabbiltà ta' aktar armonizzazzjoni ta' dawk il-forom ta' espressjoni u preżentazzjoni. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni rilevanti rigward l-użu ta' forom addizzjonali ta' espressjoni jew preżentazzjoni bħal dawn fis-suq fit-territorju tagħhom. Il-Kummissjoni tista' takkumpanja dan ir-rapport bi proposti biex jiġu modifikati d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni.

* ĠU L …”. daħħal id-data tmien snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

* ĠU L …”. daħħal id-data tliet snin mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

 

Emenda    85

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 34 – paragrafu 6

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

6. Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 46(2), tadotta regoli dettalji dwar l-implimentazzjoni ta' paragrafi 1, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu.

6. Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura eżaminatorja msemmija fl-Artikolu 46(2), tadotta atti implimentattivi li jippreskrivu regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni ta’ paragrafi 1, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu.

 

Emenda    86

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 35 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

2a. It-terminu ‘vegetarjan’ m’għandux ikun applikat għal ikel li hu, jew hu magħmul jew bl-għajnuna ta’ prodotti derivat minn annimali li mietu, inqatlu, jew annimali li jmutu għax jittieklu. It-terminu ‘vegan’ m’għandux ikun applikat għal ikel li hu, jew hu magħmul minn jew bil-għajnuna ta’ annimali jew prodotti minn annimali, inklużi prodotti minn annimali ħajjin.

Ġustifikazzjoni

Ġustifikazzjoni Il-pożizzjoni tal-PE fl-ewwel qari.

 

Emenda    87

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 35 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

2a. Informazzjoni nutrizzjonali volontarja addizzjonali għal gruppi mmirati speċifiċi, pereżempju t-tfal, għandha tibqa’tkun permessa bil-kundizzjoni li l-valuri ta’ referenza speċifiċi jkunu xjentifikament ippruvati, ma jiżgwidawx lill-konsumatur u jkunu konformi mal-kundizzjonijiet ġenerali stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Huwa aktar utli li tiġi provduta l-informazzjoni nutrizzjonali bl-użu tal-valuri ta’ referenza rilevanti għat-tfal, fi prodotti mmirati għat-tfal jew li jattirawhom.

 

Amendment  88

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 37 - paragrafu 1

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. Fir-rigward tal-kwistjonijiet speċifikament armonizzati minn dan ir-Regolament, l-Istati Membri m'għandhomx ikunu jistgħu jadottaw lanqas iżommu miżuri nazzjonali sakemm ma jkunux awtorizzati mil-liġi tal-Unjoni. Dawk il-miżuri nazzjonali m’għandhomx jikkawżaw ostakoli għall-moviment liberu tal-prodotti.

1. Fir-rigward tal-kwistjonijiet speċifikament armonizzati minn dan ir-Regolament, l-Istati Membri m'għandhomx ikunu jistgħu jadottaw lanqas iżommu miżuri nazzjonali sakemm ma jkunux awtorizzati mil-liġi tal-Unjoni. Dawk il-miżuri nazzjonali m’għandhomx jikkawżaw ostakoli għall-moviment liberu tal-prodotti jew diskriminazzjoni inkwantu għall-prodotti tal-ikel minn Stati Membri oħra.

 

Emenda    89

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 38 - paragrafu 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. Taħt il-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu miżuri li jikkonċernaw l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż ta' oriġini jew il-post ta' provenjenza ta' ikel biss fejn hemm rabta ppruvata bejn ċerti kwalitajiet tal-ikel u l-oriġini jew il-provenjenza tiegħu. Meta jinnotifikaw miżuri bħal dawn lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu evidenza li l-maġġoranza tal-konsumaturi jorbtu valur sinifikanti mal-forniment ta' din l-informazzjoni.

imħassar

 

Emenda    90

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 43 – paragrafu 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kumitat Stabbilit dwar il-Proċess tal-Ikel u Saħħet l-Annimali stabbilit bl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jekk tqis li dik il-konsultazzjoni hi utli jew jekk xi Stat Membru jitlob hekk.

2. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kumitat Stabbilit dwar il-Proċess tal-Ikel u Saħħet l-Annimali stabbilit bl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jekk tqis li dik il-konsultazzjoni hi utli jew jekk xi Stat Membru jitlob hekk. Il-Kummissjoni għandha tintroduċi wkoll proċedura ta’ notifika formali għall-partijiet interessati kollha skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 98/34/KE.

Ġustifikazzjoni

Kif kien maqbul fl-ewwel qari tal-Parlament, ġustifikazzjoni ewlenija għar-Regolament ġdid propost hija biex issaħħaħ is-Suq Uniku u tiffaċilita l-moviment ħieles tal-prodotti. Huwa rikonoxxut li l-liġijiet nazzjonali dwar it-tikkettjar jistgħu jiffragmentaw is-Suq Uniku u għalhekk għandhom ikunu adottati biss wara proċess ta’ skrutinju trasparenti, jiġifieri l-istess bħalma japplika għal proposti leġislattivi nazzjonali oħra fis-suq intern.

 

Emenda    91

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 43 – paragrafu 4

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

4. Jekk l-opinjoni tal-Kummissjoni tkun negattiva, u qabel l-iskadenza tal-perijodu msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tibda l-proċedura regolatorja prevista fl-Artikolu 46(2) sabiex tiddetermina jekk il-miżuri previsti jistgħux jiġu implimentati, jekk neċessarju suġġetti għall-modifiki opportuni.

4. Jekk l-opinjoni tal-Kummissjoni tkun negattiva, u qabel l-iskadenza tal-perijodu msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tibda l-proċedura eżaminattorja prevista fl-Artikolu 46(2) sabiex tiddetermina jekk il-miżuri previsti jistgħux jiġu implimentati, jekk neċessarju suġġetti għall-modifiki opportuni.

 

Emenda    92

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 44 – paragrafu 1

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku, l-iżviluppi xjentifiċi, is-saħħa tal-konsumatur jew il-ħtieġa tiegħu għall-informazzjoni, u suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 21(2) fir-rigward tal-emendament tal-Annessi II u III, il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ddelegati taħt l-Artikolu 49 u suġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 50 u 51, temenda l-Annessi ta’ dan ir-Regolament.

Sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku, l-iżviluppi xjentifiċi, is-saħħa tal-konsumatur jew il-ħtieġa tiegħu għall-informazzjoni, u suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 21(2) fir-rigward tal-emendament tal-Annessi II u III, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati taħt l-Artikolu 49, temenda l-Annessi ta’ dan ir-Regolament.

 

Emenda    93

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 45 – paragrafu 1 – introductory Parti

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilha permezz ta' dan ir-Regolament biex tadotta miżuri skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 46(2) jew permezz ta' atti ddelegati taħt l-Artikoli 49 sa 52, il-Kummissjoni għandha:

1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, fl-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilha permezz ta’ dan ir-Regolament biex tadotta miżuri permezz ta’ atti implimentattivi skont il-proċedura eżaminatorja msemmija fl-Artikolu 46(2) jew permezz ta’ atti ddelegati taħt l-Artikolu 49 il-Kummissjoni għandha:

 

Emenda    94

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 46 – paragrafu 1

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti tal-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali.

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti tal-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali stabbilit bl- Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. Dak il-Kumitat huwa kumitat fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

Emenda    95

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 46 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tiegħu.

Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandu japplika Artikolu 5 tar-Regolament (UE) No 182/2011.

 

Emenda    96

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 46 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

The period laid down in Artikolu 5(6) of Decision 1999/468/EC shall be set at three months.

imħassar

 

Emenda    97

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 49 – paragrafu 1

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 10(2), 12(3), 13(5), 19(2), 21(2), 23(2), 29(6), 30(2), 35(4) u fl-Artikolu 44 għal perijodu ta’ ħames snin wara...*. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tas-setgħat delegati mhux aktar tard minn sitt xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tkun awtomatikament estiża għal perijodi ta' tul ta' żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jirrevokahiex taħt l-Artikolu 50.

1. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

 

1a. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 10(2), 12(3), 13(5), 19(2), 21(2), 23(2), 29(6), 30(2), 35(4) u fl-Artikolu 44 għal perijodu ta’ ħames snin wara...*. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tas-setgħat delegati mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tkun b’mod taċitu estiża għal perijodi ta’ tul ta’ żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jopponi tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

 

1b. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 10(2), 12(3), 13(5), 19(2), 21(2), 23(2), 29(6), 30(2), 35(4) u fl-Artikolu 44 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ b’effett mill-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din m’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe atti ddelegati li huma diġà fis-seħħ.

 

Emenda    98

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 49 – paragrafu 3

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

3. Is-setgħa biex jiġu adottati atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 50 u 51.

3. Att iddelegat skont l-Artikoli 10(2), 12(3), 13(5), 19(2), 21(2), 23(2), 29(6), 30(2), 35(4), u l-Artikolu 44 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li huma mhumiex se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jestendi b’xahrejn oħra fuq l-inizjattiva tal-Parlament jew tal-Kunsill.

 

Emenda    99

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 49 – paragrafu 4

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

4. Fejn, f'każijiet tal-iżvilupp ta' riskji serji ġodda għas-saħħa tal-bniedem, ikunu jeżistu raġunijiet imperattivi ta' urġenza jirrikjedu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 52 għandha tapplika għall-atti ddelegati adottati taħt l-Artikoli 10(2) u 22(2).

imħassar

 

Emenda    100

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 50

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Revoka tad-delega

imħassar

1. The power to adopt the delegated acts referred to in Artikolus 10(2), 12(3), 13(5), 19(2), 21(2), 23(2), 29(6), 30(2), 35(4) and Artikolu 44 may be revoked at any time by the European Parliament or the Council.

 

2. The institution which has commenced an internal procedure for deciding whether to revoke the delegations of power shall endeavour to inform the other institution and the Commission within a reasonable time before the final decision is taken, indicating the delegated power which could be subject to revocation and possible reasons for a revocation.

 

3. The decision of revocation shall put to an end the delegation of the powers specified in that decision. It shall take effect immediately or at a later date specified therein. It shall not affect the validity of the delegated acts already in force. It shall be published in the Official Journal of the European Union.

 

 

Emenda    101

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 51

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Objections to delegated acts

imħassar

1. The European Parliament or the Council may object to a delegated act within a period of two months from the date of notification. At the initiative of the European Parliament or the Council that period shall be extended by two months.

 

2.If, on expiry of the period referred to in paragrafu 1, neither the European Parliament nor the Council has objected to the delegated act, it shall be published in the Official Journal of the European Union and shall enter into force on the date stated therein

 

The delegated act may be published in the Official Journal of the European Union and enter into force before the expiry of that period if the European Parliament and the Council have both informed the Commission of their intention not to raise objections.

 

3. If either the European Parliament or the Council objects to a delegated act within the period referred to in paragrafu 1, it shall not enter into force. The institution which objects shall state the reasons for objecting to the delegated act.

 

 

Emenda    102

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 52 – paragrafu 1

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. L-atti ddelegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 3.

1. L-atti ddelegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika tal-att iddelegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza.

 

Emenda    103

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 52 – paragrafu 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. In-notifika ta' att iddelegat adottat taħt dan l-Artikolu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza.

2. Jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att iddelegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 49(3). F’każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att bla dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni li joġġezzjona mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

 

Emenda    104

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness I – punt 1

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. ‘dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni’ jew ‘tikkettjar dwar in-nutrizzjoni’ tfisser informazzjoni li hi magħmula minn:

‘dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni’ jew ‘tikkettjar dwar in-nutrizzjoni’ tfisser informazzjoni li tindika:

(a) valur enerġetiku; jew

(a) valur enerġetiku; jew

(b) valur enerġetiku u nutrijent wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin u l-komponenti speċifikament imsemmija tagħhom:

(b) valur enerġetiku u nutrijent wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin u l-komponenti tagħhom:

– xaħmijiet (saturati, xaħmijiet trans, mono-insaturati, poli-insaturati);

– xaħmijiet (saturati, xaħmijiet trans, mono-insaturati, poli-insaturati);

– karboidrati (zokkor, polioli, lamtu);

– karboidrati (zokkor, polioli, lamtu);

– melħ;

– melħ;

– fibra;

– fibra;

– proteini;

– proteini;

– kwalunkwe vitamina jew mineral elenkati fil-punt 1 tal-Parti A tal-Anness XIII, u li jkunu preżenti f’ammonti sinifikanti kif iddefiniti fil-punt 2 tal-Parti A tal-Anness XIII.

– kwalunkwe vitamina jew mineral elenkati fil-punt 1 tal-Parti A tal-Anness XIII, u li jkunu preżenti f’ammonti sinifikanti kif iddefiniti fil-punt 2 tal-Parti A tal-Anness XIII.

 

 

Emenda    105

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness III – Tabella – punt -1 (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

-1. IKEL LI FIH L-AĊIDI GLUTAMIĊI JEW L-IMLIEĦ TIEGĦU

 

-1.1 Ikel li fih wieħed jew aktar addittivi tal-ikel E620, E621, E622, E623, E624 and E625

‘fih aromatizzant’

Ġustifikazzjoni

L-ewwel qari ta’ partijiet mill-Emenda 275

 

Emenda    106

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness III – Tabella –punt 1 a (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

1a. Prodotti tal-Laħam ġej minn qatla speċjali

 

1a. 1 Laħam u prodotti tal-laħam miġjub minn annimali li ma ġewx storduti qabel il-qatla, jiġifieri nqatlu ritwalment

'laħam minn qtil bla sturdament'

 

 

Emenda    107

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness III – Tabella - punt 2.3 – kolonna tal-lemin

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

‘contains a source of phenylalanine’.

‘fih l-aspartame (sors ta’ fenilalanina); jista’ mhux tajjeb għan-nisa tqal)’.

 

 

Emenda    108

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness III - Tabella - punt 3 a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

3a. LAĦAM LI JIKKONSISTI MINN BIĊĊIET TAL-LAĦAM IKKUMBINATI

 

3a.1 Laħam li jikkonsisti minn biċċiet tal-laħam ikkumbinati, li jista' jagħti l-impressjoni li jkun magħmul minn biċċa sħiħa.

‘laħam magħmul minn biċċiet differenti tal-laħam’, din l-istqarrija għandha tkun mal-isem tal-ikel.

 

 

Emenda  109

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness III - Tabella - punt 4.1 - kolonna tal-lemin

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

'Kontenut għoli ta' kaffeina. Mhux rakkomandat għat-tfal jew għan-nisa tqal' fl-istess linji viżivi bħall-isem tax-xarba, flimkien ma’ referenza fil-parentesi u konformement mal-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-Regolament għall-kontenut ta’ kaffeina espress f’mg għal kull 100ml.

'Kontenut għoli ta' kaffeina. Mhux rakkomandat għat-tfal jew għan-nisa tqal jew li qed ireddgħu' u ‘tħallatx din ix-xarba mal-alkoħol’ fl-istess linji viżivi bħall-isem tax-xarba, flimkien ma’ referenza fil-parentesi u konformement mal-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-Regolament għall-kontenut ta’ kaffeina espress f’mg għal kull 100ml.

 

 

Emenda    110

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness III – Tabella – punt 4.2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Ikel ieħor minn dak li ssemma taħt il-punt 4.1, fejn il-kaffeina tiżdied bi skop nutrittiv jew fiżjoloġiku.

‘Kaffeina miżjuda. Mhux rakkomandat għat-tfal jew għan-nisa tqal' fl-istess linji viżivi bħall-isem tal-prodott, flimkien ma’ referenza fil-parentesi u konformement mal-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-Regolament għall-kontenut ta’ kaffeina espress f’mg/100g/ml/ ml.

Ikel ieħor għajr xorb fejn il-kaffeina tiżdied bi skop fiżjoloġiku.

‘Fih il-kaffeina. Mhux rakkomandat għat-tfal jew għan-nisa tqal' fl-istess linji viżivi bħall-isem tal-prodott, flimkien ma’ referenza fil-parentesi u konformement mal-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-Regolament għall-kontenut ta’ kaffeina espress f’mg/100g/ml/ ml.

Ġustifikazzjoni

Il-kelma ‘fih’ teknikament tkun aħjar sabiex jiġu evitati lakuni leġislattivi, p.e. il-gwarana hija addittiv li għandha kontenut ta’ kaffeina naturali għoli u ma jkunx hemm għalfejn tkun ittikkettata jekk tintuża l-kelma ‘miżjuda’. Ukoll xarbiet li fihom livelli baxxi ta’ kaffeina anqas minn 150mg/l miżjuda bħala aromatizzant m’għandhomx ikunu koperti bid-dispożizzjonijiet tat-tikkettjar skont 4.2.

Emenda    111

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness V - punt 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. Prodotti pproċessati li l-uniku pproċessar li għaddew minnu huwa l-maturazzjoni u li magħmulin minn ingredjent wieħed jew kategorija waħda ta’ ingredjenti;

2. Prodotti pproċessati li l-uniku pproċessar li għaddew minnu huwa l-affumikazzjoni jonkella l-maturazzjoni u li magħmulin minn ingredjent wieħed jew kategorija waħda ta’ ingredjenti;

 

Emenda    112

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness V - punt 4

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

4. Ħxejjex aromatiċi, ħwawar jew taħlitiet tagħhom;

4. Ħxejjex aromatiċi, ħwawar jew taħlitiet tagħhom;

 

Emenda    113

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness V - punt 18 a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

18a. ikel li mhux ippakkjat minn qabel, inklużi l-prodotti tal-ikel tal-massa, maħsub għall-konsum immedjat;

 

Emenda    114

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness V – punt 19 a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

19a. prodotti artiġjanali;

 

 

 

 

Emenda    115

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness V – punt 19 b (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

19b. Fliexken tal-ħġieġ immarkati b’mod li ma jitħassarx

Ġustifikazzjoni

Ġustifikazzjoni Fliexken tal-ħġieġ immarkati b’mod li ma jitħassarx huma fliexken tal-ħġieġ maħsuba biex jerġgħu jintużaw li għandhom tikketta li tkun inċiża jew imnaqqxa direttament fuq il-ħġieġ. Il-proposta estendiet elementi obbligatorji biex tkopri t-tikkettjar dwar in-nutrizzjoni għal tali fliexken immarkati b’mod li ma jitħassarx. Minħabba l-valur (bejn wieħed u ieħor 60 miljun euro) u l-ħajja twila (8-12-il sena) tal-kwantitajiet attwali ta’ fliexken bħal dawn fl-UE, il-pożizzjoni tal-PE fl-ewwel qari (Emendi 124 u 223) għandha tkun appoġġjata biex teżenta tali fliexken mir-rekwiżiti tat-tikkettjar dwar in-nutrizzjoni.

 

Emenda    116

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness VI – punt 1

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. L-isem tal-ikel għandu jinkludi jew ikollu jakkumpanjawh id-dettalji dwar il-kondizzjoni fiżika tal-ikel jew it-trattament speċifiku li jkun għadda minnu (pereżempju, mitħun fi trab, imnixxef iffriżat, iffriżat malajr, konċentrat, affumikat, deodoriżżat) fil-każijiet kollha fejn jekk dik l-informazzjoni titħalla barra tista' tiżgwida lix-xerrej. it

1. L-isem tal-ikel għandu jinkludi jew ikollu jakkumpanjawh id-dettalji dwar il-kondizzjoni fiżika tal-ikel jew it-trattament speċifiku li jkun għadda minnu (pereżempju, mitħun fi trab, iffriżat mill-ġdid, imnixxef iffriżat, iffriżat deep-frozen, iffriżat malajr, iddifrostjat, konċentrat, affumikat) fil-każijiet kollha fejn jekk dik l-informazzjoni titħalla barra tista’ tiżgwida lix-xerrej.

 

Emenda    117

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness VI – Parti A – punt 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. Fil-każ ta' ikel li jkun ġie ffriżat qabel ma jinbiegħ u li mbagħad jinbiegħ iddifrostjat, l-isem tal-ikel għandu jkun akkumpanjat mill-indikazzjoni "iddifrostjat".

imħassar

 

Emenda    118

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness VI – Parti A – punt 4

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

4. Fil-każ ta' ikel li fih komponent jew ingredjent li l-konsumaturi jistenġdid li jkun użat b'mod normali jew preżenti b'mod naturali ġie sostitwit b'komponent jew ingredjent differenti, l-ittikkettjar għandu jkollu - minbarra l-lista tal-ingredjenti - indikazzjoni ċara tal-komponent jew tal-ingredjent li intuża għas-sostituzzjoni parzjali jew sħiħa.

4. Fil-każ ta’ ikel li fih komponent jew ingredjent li l-konsumaturi jistennew li jkun użat b’mod normali jew preżenti b’mod naturali ġie sostitwit b’komponent jew ingredjent differenti, l-ittikkettjar għandu jkollu - minbarra l-lista tal-ingredjenti u b’mod viżibbli ċar, qrib ħafna tal-isem tad-ditta u b'tipa ta’ daqs ta’ 3mm – waħda mill-indikazzjonijiet li ġejjin:

 

(a) ‘[l-ispeċifikazzjoni tal-ikel] magħmul bi [speċifikazzjoni tal-komponent(i) jew ingredjent(i) sostitut(i)] minflok [speċifikazzjoni tal-komponent(i) jew ingredjent(i) sostitwit(i)]’; jew

 

(b) ‘[l-ispeċifikazzjoni tal-ikel] bi [speċifikazzjoni tal-komponent(i) jew ingredjent(i) sostitwit(i)] sostitut’ jew ‘[l-ispeċifikazzjoni tal-ikel] b’imitazzjoni [speċifikazzjoni tal-komponent(i) jew ingredjent(i) sostitwit(i)]’.

Ġustifikazzjoni

Ġustifikazzjoni Il-formulazzjoni proposta mill-Kunsill tista’ twassal lill-produtturi tal-ikel biex jinkludu deskrizzjonijiiet twal u elaborati ta’ ingredjenti sostituti fit-tikkettjar tal-prodott tagħhom. Fl-interessi ta’ protezzjoni aħjar tal-konsumaturi, huwa essenzjali li t-tikkettjar għandu jkun ċar u li jinftiehem, ifisser direttament dak li l-konsumatur jeħtieġ li jkun jaf sabiex jieħu deċiżjonijiet ta’ xiri infurmati. 4 a (ġdid).

Emenda    119

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness VI – Parti A – punt 4 a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

4a. L-isem tal-ikel għandu jindika kwalunkwe ingredjenti miżjuda minn oriġini ta’ annimal differenti mal-annimal primarju, għall-prodotti tal-laħam li għandhom id-dehra ta’ qatgħa, robbu, biċċa, porzjon jew karkassa u għall-prodotti tal-ħut. en

Ġustifikazzjoni

Ġustifikazzjoni Il-pożizzjoni tal-PE fl-ewwel qari.

 

Emenda    120

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness VI – Parti A – punt 4 b (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

4b. L-isem tal-ikel fit-tikkettjar ta’ kwalunkwe prodott tal-laħam li għandu d-dehra ta’ qatgħa, robbu, biċċa, porzjon jew karkassa tal-laħam, jew ta’ laħam ipproċessat għandu jinkludi indikazzjoni ta:

 

(a) kwalunkwe ingredjent ta’ oriġini ta’ animal differenti miżjud mal-bqija tal-laħam; kif ukoll

 

(b) kwalunkwe ilma miżjud fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

 

– fil-każ ta’ laħam imsajjar u mhux imsajjar, jew laħam ipproċessat imsajjar, kwalunkwe ilma miżjud li jammonta għal aktar minn 5 % tal-piż tal-prodott,

 

– fil-kaz ta’ laħam ipproċessat mhux imsajjar, kwalunkwe ilma miżjud li jammonta għal aktar minn 10 % tal-piż tal-prodott.

Ġustifikazzjoni

Ġustifikazzjoni Il-pożizzjoni tal-PE fl-ewwel qari.

 

 

Emenda    121

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness VI – Parti A – punt 4 c (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

4c. L-isem tal-ikel fit-tikkettjar ta’ kwalunkwe prodott tal-ħut li għandu d-dehra ta’ qatgħa, flett, biċċa, jew porzjon ta’ ħuta għandu jinkludi indikazzjoni ta’:

 

(a) kwalunkwe ingredjent ta’ oriġini veġitali miżjud, u ta’ oriġini ta’ animal għajr ħut; kif ukoll

 

(b) kwalunkwe ilma miżjud li jammonta għal aktar minn 5 % tal-piż tal-prodott. en

Ġustifikazzjoni

Ġustifikazzjoni Il-pożizzjoni tal-PE fl-ewwel qari.

 

 

Emenda    122

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness VI - Parti B - punt 2

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. Flimkien mar-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu IV tat-Taqsima V tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-espressjonijiet segwenti għandhom jidhru fuq it-tikkettar:

2. Bħala deroga mir-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu IV tas-Taqsima V ta' l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004, il-kliem segwenti għandu jidher fuq it-tikkettar:

- ‘perċentwal tal-kontenut ta’ xaħam ≤…%’,

- ‘perċentwal tal-kontenut ta’ xaħam anqas minn...’,

‘proporzjon ta’ kollaġen / proteini fil-laħam ≤…%’

- dgħif magħruf bħala connective tissue / proporzjon ta’ proteini fil-laħam anqas minn...’.

 

Emenda    123

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness VI – Parti B a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

Parti Ba – REKWIŻITI SPEĊIFIĊI RIGWARD L-INDIKAZZJONI TAL-KISI TAZ-ZALZETT

 

Il-kisi taz-zalzett gġandu jkun indikat fil-lista tal-ingredjenti:

 

- fil-każ li l-kisi użat fil-produzzjoni taz-zalzett ikun ġej minn ingredjenti naturali bħalma huma:

 

a) ‘kisi naturali’ jekk il-kisi jkun ġej mill-imsaren jew mill-bużżieqa tal-awrina tal-bhejjem tar-razzett;

 

b) ‘kisi tal-kollaġen’ jekk il-kisi jkun ġej mill-kollaġen naturali ta’ oriġini annimali;

 

- ‘kisi artifiċjali’, fil-każijiet l-oħra.

 

Jekk il-kisi taz-zalzett ma jkunx jittiekel, dan għandu jiġi indikat bħala tali.

 

 

Emenda    124

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness VII - Parti A - Tabella - punt 5 - kolonna tax-xellug

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Ingredjenti f’taħlitiet ta’ ħwawar jew ħxejjex aromatiċi, fejn l-ebda minnhom ma tippredomina sew fil-proporzjon bl-użin

Taħlitiet jew preparazzjonijiet ta’ ħwawar jew ħxejjex aromatiċi, fejn l-ebda minnhom ma tippredomina sew fil-proporzjon bl-użin

 

Emenda    125

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness VII – Parti B – Tabella – punt 1 – kolonna tal-lemin – l-ewwel paragrafu

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

‘Żejt’, flimkien ma’

‘Żejt’, flimkien ma’ jew l-aġġettiv mill-“annimali” (jew l-indikazzjoni tal-oriġini mill-annimali speċifika tagħhom) jew, kif ikun il-każ, b’indikazzjoni tal-oriġini veġitali speċifika tagħhom.

- jew l-aġġettiv "veġetali" jew "mill-annimali", skont kif xieraq, jew

F'każijiet meta ma jistax ikun iggarantit li ċerti żjut veġetali m'humiex preżenti l-użu ta' "Jista' jkun fih..." huwa meħtieġ.

indikazzjoni tal-oriġini veġetali jew mill-annimali tagħhom.

 

 

Emenda    126

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness VII – Parti B – Tabella – punt 15 a (ġdid)

 

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

15a. Estratti naturali esklużi l-koloranti tal-ikel ġejjin minn frott, ħxejjex u pjanti li jittieklu jew partijiet ta' pjanti, li jinkisbu permezz ta' proċessi mekkaniċi u fiżiċi li jintużaw f'forma kkonċentrata għall-kulur tal-ikel.

‘Ikel li jagħti l-kulur’ (segwit b’ingredjent identifikat individwalment)

Ġustifikazzjoni

Koloranti huma użati fil-produzzjoni tal-ikel bħala ingredjenti ta’ ikel ieħor għal skopijiet ta’ kulur. It-terminu se jagħmilha eħfef għall-konsumaturi biex jirrikonoxxu li sustanza elenkata f’lista ta’ ingredjenti qed tintuża għal skopijiet ta’ kulur. Billi l-liġi Komunitarja ma tistabbilixxix xi rekwiżit biex tiġi provduta informazzjoni dwar il-koloranti tal-ikel, huwa xieraq li l-ispeċifikazzjoni speċifika tiġi sostituta b’indikazzjoni ta’ kategorija.

 

Emenda    127

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness X - Titolu

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

DATA TA' DURABBILTÀ MINIMA U DATA 'UŻA SA'

Data minima sakemm iservi, data ‘uża sa' U D-DATA TAL-EWWEL FRIŻAR GĦAL-LAĦAM, TJUR U ĦUT MHUX PROĊESSAT

 

 

Emenda    128

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness X - paragrafu 1 - punt c a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(ca) id-data tad-durabbiltà minima għandha tkun indikata fuq kull porzjon individwali ppakkjat bil-lest

 

Emenda    129

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness X - paragrafu 2 a (ġdid)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

2A. Id-data tal-ewwel iffriżar tal-laħam, tjur u ħut mhux ipproċessat jiġu indikati kif ġej:

 

(a) Din għandu jkollha qabilha l-kelmiet ‘iffriżat(a) fid-data ...’;

 

(b) Il-kliem fil-punt (a) għandu jkollu miegħu jew:

 

-  id-data nfisha; jew

 

- riferiment ta' fejn id-data hija mogħtija fit-tikketta.

 

Dawn id-dettalji għandu jkollhom magħhom deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet dwar il-ħżin li jridu jiġu osservati.

 

(c) Din għandha tikkonsisti fil-ġurnata, ix-xahar u, jekk jista' jkun, is-sena, f'dik l-ordni u f'forma mhux kodifikata.

 

Emenda    130

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness XI

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

Anness XI imħassar

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda għall-Artikolu 25 (2) b.

 

 

Emenda    131

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness XIII – Parti A – titolu

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

KONSUM REFERENZJALI TA’ VITAMINI U MINERALI (ADULTI)

KONSUM TA' KULJUM REFERENZJALI TA’ KULJUM TA’ VITAMINI U MINERALI (ADULTI)

Ġustifikazzjoni

Emenda adottata mill-parlament fl-ewwel qari (Emenda 242).

 

 

Emenda    132

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness XIII - Parti B - Tabella - Ringiela 1

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Enerġija

8400 kJ (2000 kcal)

Enerġija

2000 kcal (8400kJ)

 

Emenda    133

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness XIII - Parti B - Tabella - Ringiela 5 a (ġdida)

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

Proteina

80 g

 

Emenda    134

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness XIV

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

karboidrati (ħlief polioli)

4 kcal/g — 17 kJ/g

karboidrati (ħlief polioli)

4 kcal/g (17 kJ/g)

polioli

2.4 kcal/g — 10 kJ/g

polioli

2.4 kcal/g (10 kJ/g)

proteini

4 kcal/g — 17 kJ/g

proteini

4 kcal/g (17 kJ/g)

xaħam

9 kcal/g — 37 kJ/g

xaħam

9 kcal/g (37 kJ/g)

salatrimi

6 kcal/g — 25 kJ/g

salatrimi

6 kcal/g (25 kJ/g)

alkoħol (etanol)

7 kcal/g — 29 kJ/g

alkoħol (etanol)

7 kcal/g (29 kJ/g)

aċidu organiku

3 kcal/g — 13 kJ/g

aċidu organiku

3 kcal/g (13 kJ/g)

fibra alimentari

2 kcal/g — 8 kj/g

fibra alimentari

2 kcal/g (8 kJ/g)

erittritol

0 kcal/g — 0 kj/g

erittritol

0 kcal/g (0 kJ/g)

 

Emenda    135

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness XV - Tabella - Ringiela 1

 

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

enerġija

kJ u kcal

enerġija

kcal (kJ)

 

 

 

 

 

PROĊEDURA

Titolu

Informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi

Referenzi

17602/1/2010 – C7-0060/2011 – 2008/0028(COD)

Data tal-1 qari tal-PE - Numru P

16.6.2010                      T7-0222/2010

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2008)0040 - C6-0052/2008

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

10.3.2011

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

10.3.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Renate Sommer

21.7.2009

Renate Sommer

21.7.2009

 

 

Artikolu 51 - Laqgħat konġunti ta’ kumitati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

       

       

 

Eżami fil-kumitat

16.3.2011

12.4.2011

 

 

Data tal-adozzjoni

19.4.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

57

4

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

János Áder, Kriton Arsenis, Sophie Auconie, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Sergio Berlato, Martin Callanan, Nessa Childers, Chris Davies, Esther de Lange, Anne Delvaux, Bas Eickhout, Edite Estrela, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Julie Girling, Nick Griffin, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Holger Krahmer, Jo Leinen, Corinne Lepage, Peter Liese, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Paul Nuttall, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Gilles Pargneaux, Antonyia Parvanova, Andres Perello Rodriguez, Sirpa Pietikäinen, Mario Pirillo, Pavel Poc, Vittorio Prodi, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Dagmar Roth-Behrendt, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Bogusław Sonik, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Salvatore Tatarella, Åsa Westlund, Glenis Willmott, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

João Ferreira, Jutta Haug, Rovana Plumb, Michèle Rivasi, Renate Sommer, Bart Staes, Struan Stevenson, Eleni Theocharous, Marianne Thyssen, Giommaria Uggias

Data tat-tressiq

6.6.2011

 

 

[1] ĠU L …”.